Dokument ta' sessjoni
6.5.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti
( COM(2010)0249 – C7‑0129/2010 – 2010/0133(COD) )
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Mariya Nedelcheva
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b'tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta' att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta' kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta' att ma jkunx emenda, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 21
PROĊEDURA 22
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti
( COM(2010)0249 – C7‑0129/2010 – 2010/0133(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0249 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0129/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ( A7–0188/2011 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Jeħtieġ li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet li jikkontribwixxu għall-produzzjoni u l-pubblikazzjoni tal-istatistika Ewropea. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Waqt it-tħejjija u l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea għandhom jitqiesu rakkomandazzjonijiet internazzjonali u eżempji ta' prattiki tajba. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għanijiet ta' modifika tal-Annessi. | (12) Bil-għan li jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata bis-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal dak li jikkonċerna l-modifika tal-Annessi II u III. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adwgwati anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni
L-objettivi, il-kontenut, il-firxa ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tad-delega ta' setgħa, skont l-Artikolu 290 TFEU, għandhom jiġu definiti espressament u b'mod metikoluż f'kull att bażiku. Il-formulazzjonijiet relatati mal-atti delegati proposti mir-rapporteur huma bbażati fuq il-Ftehim komuni approvat mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati Parlamentari waqt il-laqgħa tagħha tal-15 ta' Frar 2011.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti mniżżla fl-Anness I. | Ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti mniżżla hawn taħt: |
| (a) siġar tat-tuffieħ tad-deżerta; |
| (b) siġar tat-tuffieħ għall-ipproċessar industrijali (fakultattiv); |
| (c) siġar tal-lanġas tad-deżerta; |
| (d) siġar tal-lanġas għall-ipproċessar industrijali (fakultattiv); |
| (e) siġar tal-berquq; |
| (f) siġar tal-ħawħ; |
| (g) siġar tal-larinġ; |
| (h) siġar tal-frott taċ-ċitru żgħir; |
| (i) siġar tal-lumi; |
| (j) siġar taż-żebbuġ; |
| (k) dwieli maħsuba għall-produzzjoni tal-għeneb tal-mejda; |
| (l) dwieli għal skopijiet oħra għajr dawk għall-produzzjoni tal-għeneb tal-mejda |
Ġustifikazzjoni
Il-lista ta' għelejjel permanenti li għalihom japplika dan l-artikolu tirrappreżenta element essenzjali (ambitu ta' applikazzjoni) li għandu jiġi definit fl-artikolu tal-att leġiżlattiv u ma għandhiex tkun suġġetta għal modifika minn atti delegati.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. "perjodu ta' tħawwil normali" tfisser il-perjodu tas-sena meta l-għelejjel permanenti jiġu normalment imħawla li jibda f'nofs il-ħarifa u jintemm sa nofs ir-rebbiegħa tas-sena ta' wara: | 6. "perjodu ta' tħawwil tas-soltu" tfisser il-perjodu tas-sena meta l-għelejjel permanenti s-soltu jiġu mħawla li jibda f'nofs il-ħarifa u jintemm sa nofs ir-rebbiegħa tas-sena ta' wara: |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Azjendi jistgħu jiġu esklużi jekk ikunu iżgħar minn 0.1 ettari jipproduċu esklussivament jew prinċipalment għas-suq ta’ kull għalla permanenti msemmija f’kull Stat Membru, jekk iż-żona kumulata tagħhom tirrappreżenta inqas minn 5 % tat-total ta’ żona mħawla tal-għalla individwali. | Azjendi jistgħu jiġu esklużi jekk ikunu iżgħar minn 0.2 ettari jipproduċu esklussivament jew prinċipalment għas-suq ta’ kull għalla permanenti msemmija f’kull Stat Membru, jekk iż-żona kumulata tagħhom tirrappreżenta inqas minn 5 % tat-total ta’ żona mħawla tal-għalla individwali. |
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' din l-emenda huwa li jitnaqqas il-piż amministrattiv mgħobbi fuq l-azjendi ż-żgħar.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Bla ħsara għal kull att delegat adottat skont l-Artikolu 4(4) ta' dan ir-Regolament, l-istatistika għall-għelejjel imsemmija fil-punt 12 tal-Anness I għandha tkun ipprovduta bl-użu tad-dejta disponibbli fir-reġistru tal-vinji implimentat skont l-Artikolu 185a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-azjendi kollha inklużi f'dan ir-reġistru kif definit fl-Artikolu 3(1a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009. | 3. L-istatistika għall-għelejjel imsemmija fil-punt 12 tal-Anness I għandha tkun ipprovduta bl-użu tad-dejta disponibbli fir-reġistru tal-vinji implimentat skont l-Artikolu 185a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-azjendi kollha inklużi f'dan ir-reġistru kif definit fl-Artikolu 3(1a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009. |
Ġustifikazzjoni
L-istatistika għaż-żoni tad-dwieli għandha titħejja esklussivament abbażi tad-dejta disponibbli fir-reġistru tal-vinji.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 10 bl-għan li temenda l-lista fl-Anness I u l-istatistika stabbilita fl-Annessi II u III. | 4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 10 dwar il-modifika tal-Annessi II u III esklussivament sal-punt li dan ma jirriżultax f'aktar piż amministrattiv konsiderevoli għall-Istati Membri u għall-azjenti li jipproduċu l-għelejjel imsemmija fl-Artikolu 1. |
Ġustifikazzjoni
L-objettivi, il-kontenut, il-firxa ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tad-delega ta' setgħa, skont l-Artikolu 290 TFEU, għandhom jiġu definiti espressament u b'mod metikoluż f'kull att bażiku. Il-formulazzjonijiet relatati mal-atti delegati proposti mir-rapporteur huma bbażati fuq il-Ftehim komuni approvat mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati Parlamentari waqt il-laqgħa tagħha tal-15 ta' Frar 2011.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-istatistika pprovduta għandha tirreferi għaż-żona mħawla wara l-perjodu ta' tħawwil normali. | 3. L-istatistika pprovduta għandha tirreferi għaż-żona mħawla wara l-perjodu ta' tħawwil tas-soltu. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri li jwettqu l-istħarriġ kampjunarju biex jiksbu din l-istatistika għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta tissodisfa r-rekwiżiti ta' preċiżjoni li ġejjin: il-koeffiċjent ta' varjazzjoni tad-dejta ma għandux jaqbeż, fil-livell nazzjonali, 3 % għaż-żona li qed tiġi kkultivata għal kull waħda mill-għelejjel imsemmija fil-punti 1 sa 11 u 1 % għall-għelejjel imsemmija fil-punti 12 tal-Anness I. | 1. L-Istati Membri li jwettqu l-istħarriġ kampjunarju biex jiksbu din l-istatistika għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta tissodisfa r-rekwiżiti ta' preċiżjoni li ġejjin: il-koeffiċjent ta' varjazzjoni tad-dejta ma għandux jaqbeż, fil-livell nazzjonali, 3 % għaż-żona li qed tiġi kkultivata għal kull waħda mill-għelejjel imsemmija fl-Artikolu 1. |
Ġustifikazzjoni
Tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-amministazzjonijiet nazzjonali.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta stabbilita fl-Annessi II u III sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena ta' wara l-perjodu ta' referenza. | 1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dejta stabbilita fl-Annessi II u III sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara l-perjodu ta' referenza. |
Ġustifikazzjoni
L-iskadenzi li kienu japplikaw s'issa għat-trażmissjoni tad-dejta wrew ruħhom sodisfaċenti fil-prattika; ma għandhomx jitqassru, iżda għandhom jinżammu anki fir-Regolament il-ġdid..
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 10 bl-għan li tadatta t-tabelli ta' trażmissjoni stabbiliti fl-Annessi II u III. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
L-emenda proposta tal-Artikolu 4(4) tagħmel din il-paragrafu inutli.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Sal-31 ta' Lulju 2013 u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa u l-metodi użati. | 2. Sat-30 ta' Settembru 2013 u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa u l-metodi użati għall-istatistika dwar l-għelejjel imsemmija fl-Artikolu 1, punti (a) sa (k). |
(Ara l-emenda għall-Artikolu 9(2a) (ġdid).)
Ġustifikazzjoni
L-iskadenzi li kienu japplikaw s'issa għat-trażmissjoni tad-dejta wrew ruħhom sodisfaċenti fil-prattika; ma għandhomx jitqassru, iżda għandhom jinżammu anki fir-Regolament il-ġdid..
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Sat-30 ta' Settembru 2016 u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapporti dwar il-kwalità tad-dejta trażmessa u l-metodi użati għall-istatistika dwar l-għelejjel imsemmija fl-Artikolu 1, punt (l). |
Ġustifikazzjoni
L-iskadenzi li kienu japplikaw s'issa għat-trażmissjoni tad-dejta wrew ruħhom sodisfaċenti fil-prattika; ma għandhomx jitqassru, iżda għandhom jinżammu anki fir-Regolament il-ġdid..
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni se tingħata s-setgħat, għal perjodu ta' żmien mhux determinat, li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(4) u 8(2). | 1. Is-setgħa biex tadotta atti delegati għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu. |
| 1a. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(4) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...*. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport għal dak li jirrigwarda d-delega ta' setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħat tiġġedded taċitament għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, għajr jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jgħarrfu l-oppożizzjoni tagħhom għal din il-proroga sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
| 1b. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Ir-revoka tibda tiddekorri mill-għada tal-pubblikazzjoni ta' din id-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. |
2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | 2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
3. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħat li tadotta l-atti delegati, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 11 u 12. | 3. imħassar |
| 3a. Kull att delegat adottat konformement mal-Artikolu 4(4) jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux għarrfu l-oppożizzjoni tagħhom fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tal-imsemmi att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsikk jew jekk, qabel ma jagħlaq dan iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex biħsiebhom jopponu. Dan il-perjodu għandu jkun prorogat b'xahrejn oħra fuq l-inizjattiva tal-Parlament jew tal-Kunsill. |
| * Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
(Ara l-emenda għall-Artikolu 11 u 12.)
Ġustifikazzjoni
L-objettivi, il-kontenut, il-firxa ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tad-delega ta' setgħa, skont l-Artikolu 290 TFEU, għandhom jiġu definiti espressament u b'mod metikoluż f'kull att bażiku. Il-formulazzjonijiet relatati mal-atti delegati proposti mir-rapporteur huma bbażati fuq il-Ftehim komuni approvat mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati Parlamentari waqt il-laqgħa tagħha tal-15 ta' Frar 2011.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 11 | imħassar |
Revoka tad-delega |
|
1. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(4) u 8(2) tista' tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
|
2. Jekk istituzzjoni tibda proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa, din għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tiddikjara l-poteri delegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u r-raġunijiet għar-revoka. |
|
3. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ minnufih jew f'data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(Ara l-emenda għall-Artikolu 10.)
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 12 | imħassar |
Oġġezzjoni għall-atti delegati |
|
1. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'perjodu ta' xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar. |
|
2. Jekk, malli jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, jew jekk, qabel id-data ta' skadenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li ddeċidew li ma joġġezzjonawx, l-att delegat għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fid-dispożizzjonijiet tiegħu. |
|
3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw l-att delegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni kkonċernata għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha għall-att delegat. |
|
(Ara l-emenda għall-Artikolu 10.)
Emenda 18
Proposta għal regolament
Anness I
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Dan l-Anness għandu jitħassar. |
Ġustifikazzjoni
Il-lista ta' għelejjel permanenti li għalihom japplika dan l-artikolu tirrappreżenta element essenzjali (ambitu ta' applikazzjoni) li għandu jiġi definit fl-artikolu tal-att leġiżlattiv u ma għandhiex tkun suġġetta għal modifika minn atti delegati.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Anness II – punt 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
5. Taqsira
Id-dejta (f'ettari) li trid tiġi pprovduta trid tkun din li ġejja:
Stat Membru: | |||||
Reġjun : | |||||
Speċi: | |||||
Grupp: | |||||
| Klassi ta' età 1 | Klassi ta' età 2 | Klassi ta' età 3 | Klassi ta' età 4 | Klassi ta' età 5 |
Klassi ta' densità 1 |
|
|
|
|
|
Klassi ta' densità 2 |
|
|
|
|
|
Klassi ta' densità 3 |
|
|
|
|
|
Klassi ta' densità 4 |
|
|
|
|
|
Klassi ta' densità 5 |
|
|
|
|
|
|
Emenda |
| imħassar |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Anness III – Tabella 1 – Tabella 1.1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Din it-tabella għandha titħassar. |
Ġustifikazzjoni
Din it-tabella timponi rekwiżit supplementari u li ma jeżistux fil-qafas ġuridiku attwali, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-analiżi tad-dejta skont ir-reġjuni fil-livell ta' NUTS 3. Il-produzzjoni tad-dejta daqshekk dettaljata f'livell reġjonali tkun tinvolvi piż amministrattiv tqil għal min iwieġeb filwaqt li l-użu tagħha tibqa' inċerta.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Anness III – Tabella 2 – Tabella 2.1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Tabella 2.1: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta' daqs taż-żona totali tad-dwieli, vinja totali
Klassijiet ta' daqs ta' (ha) | Nru tal-azj. | Nru tal-ħab. | Żona (ha) | Prod. (hl jew 100 kg) | |
< 0.10 * |
|
|
|
| |
0.10 - < 0.50 |
|
|
|
| |
0.50 - < 1 |
|
|
|
| |
1 - < 3 |
|
|
|
| |
3 - < 5 |
|
|
|
| |
5 - < 10 |
|
|
|
| |
> 10 |
|
|
|
| |
* Għall-pajjiż(i) kkonċernat(i) biss.
Emenda |
Tabella 2.1: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-klassijiet ta' daqs taż-żona totali tad-dwieli, vinja totali
Klassijiet ta' daqs ta' (ha) | Nru tal-azj. | Żona (ha) |
< 0.10 * |
|
|
0.10 - < 0.50 |
|
|
0.50 - < 1 |
|
|
1 - < 3 |
|
|
3 - < 5 |
|
|
5 - < 10 |
|
|
> 10 |
|
|
* Għall-pajjiż (pajjiżi) ikkonċernat(i) biss.
Ġustifikazzjoni
Il-karatteristiċi msemmija jinvolvu estensjoni fil-konfront tal-istħarriġiet attwali taż-żoni tad-dwieli, anki jekk m'hemmx bżonn ta' dejta la minn prospettiva regolamentari u lanqas għal skopijiet tal-politika tal-vitikultura. Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha għandhom din l-informazzjoni kompleta disponibbli fir-reġistru tal-vinji, li skont l-Artikolu 3(3) jifforma l-bażi għall-istħarriġ dwar iż-żoni tad-dwieli.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Anness III – Tabella 3 – Tabella 3.1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Tabella 3.1: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-grad ta' speċjalizzazzjoni u l-klassijiet ta' daqs skont NUTS 1/NUTS 2 (li jridu jiġu definiti mill-Istat Membru)
Grad ta' speċjalizzazzjoni | < 0.10 ha4 | … | ||||
Nru tal-azj. | Żona | Prod. | Nru tal-azj. | Żona | Prod. | |
Azjendi bid-dwieli |
|
|
|
|
|
|
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni tal-inbid |
|
|
|
|
|
|
li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni ta' nbid b'DOP u/jew IĠP |
|
|
|
|
|
|
- li minnhom huma PDO biss |
|
|
|
|
|
|
- li minnhom huma IĠP biss |
|
|
|
|
|
|
- li minnhom huma DOP u IĠP |
|
|
|
|
|
|
li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni ta' nbid mingħajr DOP u/jew IĠP |
|
|
|
|
|
|
li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba għall-produzzjoni ta' diversi tipi ta' nbejjed |
|
|
|
|
|
|
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni tal-għeneb imnixxfa |
|
|
|
|
|
|
Azjendi li jkollhom żoni oħra bid-dwieli |
|
|
|
|
|
|
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba għal diversi tipi ta' produzzjoni |
|
|
|
|
|
|
Emenda |
Tabella 3.1: Azjendi li jipproduċu l-inbid skont il-grad ta' speċjalizzazzjoni u l-klassijiet ta' daqs skont NUTS 1/NUTS 2 (li jridu jiġu definiti mill-Istat Membru)
Grad ta' speċjalizzazzjoni | < 0.10 ha4 | … | ||
| Nru tal-azj. | Żona | Nru tal-azj. | Żona |
Azjendi bid-dwieli |
|
|
|
|
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni tal-inbid |
|
|
|
|
li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni ta' nbid b'DOP u/jew IĠP |
|
|
|
|
- li minnhom huma DOP biss |
|
|
|
|
- li minnhom huma IĠP biss |
|
|
|
|
- li minnhom huma DOP u IĠP |
|
|
|
|
li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni ta' nbid mingħajr DOP u/jew IĠP |
|
|
|
|
li jinkludu azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba għall-produzzjoni ta' diversi tipi ta' nbejjed |
|
|
|
|
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba esklussivament għall-produzzjoni tal-għeneb imnixxfa |
|
|
|
|
Azjendi li jkollhom żoni oħra bid-dwieli |
|
|
|
|
Azjendi li jkollhom żoni tad-dwieli maħsuba għal diversi tipi ta' produzzjoni |
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni
Il-karatteristiċi msemmija jinvolvu estensjoni fil-konfront tal-istħarriġiet attwali taż-żoni tad-dwieli, anki jekk m'hemmx bżonn ta' dejta la minn prospettiva regolamentari u lanqas għal skopijiet tal-politika tal-vitikultura. Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha għandhom din l-informazzjoni kompleta disponibbli fir-reġistru tal-vinji, li skont l-Artikolu 3(3) jifforma l-bażi għall-istħarriġ dwar iż-żoni tad-dwieli.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Anness III – Tabella 3 – Tabella 3.2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Grad ta' speċjalizzazzjoni | < 0.10 ha4 | … | ||||
| Nru tal-azj. | Żona | Prod. | Nru tal-azj. | Żona | Prod. |
Bħal fit-tabella 3.1 |
|
|
|
|
|
|
Emenda |
Grad ta' speċjalizzazzjoni | < 0.10 ha4 | … | ||
| Nru tal-azj. | Żona | Nru tal-azj. | Żona |
Bħal fit-tabella 3.1 |
|
|
|
|
Ġustifikazzjoni
Il-karatteristiċi msemmija jinvolvu estensjoni fil-konfront tal-istħarriġiet attwali taż-żoni tad-dwieli, anki jekk m'hemmx bżonn ta' dejta la minn prospettiva regolamentari u lanqas għal skopijiet tal-politika tal-vitikultura. Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha għandhom din l-informazzjoni kompleta disponibbli fir-reġistru tal-vinji, li skont l-Artikolu 3(3) jifforma l-bażi għall-istħarriġ dwar iż-żoni tad-dwieli.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur tilqa' favorevolment il-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li taġġorna l-qafas ġuridiku għall-istatistika Ewropea dwar l-għelejjel permanenti billi tadattahom għall-bżonnijiet attwali tal-utenti u tas-suq. Ir-rapporteur tenfasizza l-objettiv ta' semplifikazzjoni u tapprezza l-isforzi li għamlet il-Kummissjoni biex tnaqqas il-piż amministrattiv ta' min wieġeb u biex tiggarantixxi li l-użu tad-dejta statistika dwar l-għelejjel permanenti jkun bażi affidabbli għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet bil-għaqal dwar il-produzzjoni u s-suq Ewropew.
Ir-rapporteur tqis madankollu li ċerti emendi huma meħtieġa biex jinstab bilanċ aħjar bejn il-bżonnijiet tal-utenti u l-piż amministrattiv marbut mal-produzzjoni tad-dejta.
B'mod partikolari, ir-rapporteur tqis li l-piż amministrattiv jista' jitnaqqas billi jiġu emendati r-rekwiżiti ta' preċiżjoni, u jiġu esklużi l-azjendi agrikoli ta' daqs żgħir kollha (inqas minn 0.2 ettari) mill-kamp ta' applikazzjoni u tiġi soppressa l-analiżi tad-dejta skont ir-reġjuni fil-livell NUTS 3 għal ċerta dejta dwar id-dwieli għal finijiet differenti mill-produzzjoni ta' għeneb tal-mejda.
Għal dak li għandu x'jaqsam mad-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni biex timmodifika ċerti aspetti ta' dan ir-Regolament permezz tal-atti delegati r-rapporteur tinsisti fuq applikazzjoni rigoruża tal-prinċipji stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar is-setgħa ta' delegazzjoni leġiżlattiva ( 2010/2021(INI) ). Ir-rapporteur tfakkar li skont din ir-riżoluzzjoni "l-objettivi, il-kontenut, il-firxa ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien ta' din id-delegazzjoni skont l-Artikolu 290 TFEU għandhom jiġu definiti espressament u b'mod metikoluż f'kull att bażiku". F'dan l-ispirtu r-rapporteur ipproponiet sensiela ta' emendi relatati mal-atti delegati. Il-formuli użati jagħmlu riferiment għall-Ftehim komuni li dwaru ntlaħaq qbil mis-Servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u approvat mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati Parlamentari waqt il-laqgħa tagħha tal-15 ta' Frar 2011.
PROĊEDURA
Titolu | L-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti | ||||||
Referenzi | COM(2010)0249 – C7-0129/2010 – 2010/0133(COD) | ||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 21.5.2010 | ||||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AGRI 15.6.2010 | ||||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Mariya Nedelcheva 2.6.2010 |
|
| ||||
Eżami fil-kumitat | 29.9.2010 | 28.3.2011 |
|
| |||
Data tal-adozzjoni | 2.5.2011 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 33 1 0 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | John Stuart Agnew, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Iratxe García Pérez, Béla Glattfelder, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mariya Nedelcheva, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Giancarlo Scottà, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Salvatore Caronna, Marian Harkin, Giovanni La Via, Milan Zver | ||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Eider Gardiazábal Rubial | ||||||
Data tat-tressiq | 6.5.2011 | ||||||