Dokument ta' sessjoni
30.05.2011
*
RAPPORT
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir
( COM(2010)0749 – C7‑0022/2011 – 2010/0359(CNS) )
Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Elie Hoarau
PR_CNS_art55app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
NOTA SPJEGATTIVA...............................................................................................................6
PROĊEDURA.............................................................................................................................7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir
( COM(2010)0749 – C7‑0022/2011 – 2010/0359(CNS) )
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2010)0749 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0022/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ( A7-0199/2011 ),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
L-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (dak li kien l-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE) jawtorizza lill-Kunsill Ewropew, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, li jintroduċi miżuri speċifiċi favur ir-Reġjuni Ultraperiferiċi b’kunsiderazzjoni tal-qagħda ekonomika u soċjali ta’ dawn ir-reġjuni. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ żvantaġġi permanenti bħall-insularità, il-bogħod mis-swieq il-kbar, l-erja ċkejkna tagħhom, it-topografija u l-klima diffiċli tagħhom, id-dipendenza ekonomika tagħhom fir-rigward ta’ għadd limitat ta’ prodotti, jippreġudikaw serjament l-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni u jiġġustifikaw bis-sħiħ it-twettiq ta’ miżuri adatti.
Huwa fuq dan li r-reġim imsejjaħ “dazji tal-baċir” huwa bbażat, li jawtorizza lil Franza tipprevedi, għall-erba’ dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi, sal-1 ta’ Lulju 2014, reġim ta’ taxxi differenzjati tad-“dazji tal-baċir” għal ċerti prodotti mmanifatturati fid-dipartimenti extra-Ewropej.
Dan ir-rapport dwar ir-reġim “dazji tal-baċir” tfassal wara li Franza, b’konformità mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, kienet ippreżentat rapport intermedju dwar l-applikazzjoni tad-dazji tal-baċir, liema applikazzjoni kienet fil-biċċa l-kbira tagħha pożittiva fir-rigward tal-objettivi previsti: il-promozzjoni u ż-żamma tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, filwaqt li jitqiesu l-iżvantaġġi permanenti li jsofru r-reġjuni ultraperiferiċi, u l-impatt pożittiv fuq iż-żamma tal-impjiegi.
Fil-proposta tal-Kummissjoni, akkumpanjata minn proposta ta’ deċiżjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li testendi l-lista ta’ prodotti eliġibbli għal taxxa differenzjata, abbażi ta’ dokumenti ġustifikattivi mressqa mill-awtoritajiet Franċiżi, għal xi ħamsin prodott li jikkonċernaw il-Gujana.
Il-Parlament Ewropew jappoġġja din il-proposta, mingħajr modifika.
Id-dazju tal-baċir fil-fatt għandu importanza vitali għall-istabilità tal-ekonomiji tar-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati. Minn banda, huwa jippermetti li tinżamm il-produzzjoni lokali u li jkun hemm impjieg fir-reġjuni fejn il-qgħad joqrob it-30%. Mill-banda l-oħra, id-dħul mid-dazji tal-baċir applikati għar-reġjuni u li jirrappreżentaw bejn 37% u 48% tal-baġit tal-komunitajiet lokali tad-Dipartimenti extra-Ewropej, huma maħsuba u għandhom jibqgħu bħala sostenn maġġuri għall-politiki ta’ investiment għall-iżvilupp lokali.
Fl-aħħar nett, minħabba l-konformità attwali tar-reġim tad-dazji tal-baċir mad-dritt Komunitarju u tal-karattru ta’ xprunatur tal-ekonomiji tad-dipartimenti extra-Ewropej, jidher meħtieġ minn issa li l-Kummissjoni tirrifletti dwar l-istrumenti li jimplimentaw dawn il-miżuri lil hinn mill-2014, bil-għan li r-reġjuni ultraperiferiċi kkonċernati ma jsibux rwieħom, kull għaxar snin, iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjoni ta’ insikurezza ekonomika.
Għaldaqstant il-Parlament Ewropew jappoġġja l-ħtieġa li jinżammu lil hinn mill-2014 l-eżenzjonijiet u t-tnaqqis tat-taxxa “dazju tal-baċir” mogħtija lid-dipartimenti extra-Ewropej Franċiżi.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tad-Deċiżjoni 2004/162/KE f’dak li jirrigwarda l-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazji tal-baċir | |||
Referenzi | COM(2010)0749 – C7-0022/2011 – 2010/0359(CNS) | |||
Data meta ġie kkonsultat il-PE | 18.1.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | REGI 20.1.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 20.1.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ECON 18.1.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Elie Hoarau 27.1.2011 |
|
|
|
Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
| |||
Eżami fil-kumitat | 12.4.2011 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 26.5.2011 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 35 0 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | François Alfonsi, Zuzana Brzobohatá, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Elie Hoarau, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Michail Tremopoulos, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Karima Delli, Cornelia Ernst, Karin Kadenbach, James Nicholson, Maurice Ponga, Elisabeth Schroedter, László Surján, Patrice Tirolien, Derek Vaughan, Sabine Verheyen | |||
Data tat-tressiq | 31.5.2011 | |||