Dokument ta’ sessjoni

 

A7-0301/2011

13.9.2011

***

RAKKOMANDAZZJONI

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea

(09390/2011 – C7‑0141/2011 – 2011/0021(NLE) )

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Relatur: Herbert Reul

(Proċedura ssimplifikata – Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

 

PR_NLE-AP_art90

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Procedura ta' konsultazzjoni

   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW...............5

 

 

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea

(09390/2011 – C7‑0141/2011 – 2011/0021(NLE) )

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09390/2011),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' Memorandum ta' Kooperazzjoni NAT-I-9406 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea (06458/2011),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 100(2) u 218(7) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0141/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81, 90(8) u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ( A7-0301/2011 ),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti tal-Amerika.

PROĊEDURA

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

31.8.2011