Dokument ta’ sessjoni
11.10.2011
***
RAKKOMANDAZZJONI
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, fir-rigward tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu
(08663/2011 – C7-0143/2011 – 2003/0132B(NLE) )
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne
PR_NLE-AP_art90
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
NOTA SPJEGATTIVA...............................................................................................................6
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................8
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974, fir-rigward tal-Artikoli 10 u 11 tiegħu
(08663/2011 – C7-0143/2011 – 2003/0132B(NLE) )
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08663/2011),
– wara li kkunsidra l-Protokoll tal-2002 tal-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom, 1974,
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 81(1), l-Artikolu 81(2), il-punti (a) u (c), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0143/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0341/2011 ),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni għall-Protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-protokoll tal-2002 għall-Konvenzjoni ta’ Ateni dwar il-Ġarr bil-Baħar ta’ Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom tal-1974 huwa mmirat biex jindirizza ċertu nuqqasijiet fir-regolamentazzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportaturi fil-livell internazzjonali.
Il-biċċa l-kbira tal-Artikoli tal-Protokoll ta' Ateni jikkonċernaw emendi għall-Konvenzjoni ta' Ateni fir-rigward tar-responsabbiltà ta' trasportatur, assigurazzjoni obbligatorja, limitu fir-responsabbiltà għall-mewt u l-korriment tal-persuna jew għat-telf ta’ bagalji u vetturi jew għall-ħsara lill-bagalji u l-vetturi u kwistjonijiet ta' kontabbiltà u konverżjoni. Dawn kollha huma kwestjonijiet relatati mat-trasport u l-Kumitat għat-Trasport huwa għalhekk responsabbli għall-abbozzar tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni relatat ma' dawk l-artikoli.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa responsabbli, inter alia, skont l-Anness VII tar-Regoli ta' Proċedura, għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-konformità tal-atti tal-Unjoni mal-liġi primarja, notevolment l-għażla tal-bażijiet legali, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali, safejn hija affettwata l-Unjoni, u l-miżuri li jikkonċernaw il-kooperazzjoni ġudizzjarja u amministrattiva fi kwistjonijiet ċivili. Peress li l-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll ta' Ateni jikkonċernaw kwestjonijiet relatati mal-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi, il-bażi legali rilevanti li għandha x'taqsam ma' dawk l-artikoli hija l-Artikolu 81(1) tat-TFUE dwar kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwestjonijiet ċivili u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa għalhekk il-kumitat responsabbli għal dan l-aspett tal-adeżjoni għall-Protokoll.
Ir-Regolament (KE) Nru 392/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi ta' passiġġieri bil-baħar fil-każ ta' inċident[1] kien adottat sabiex jitqiesu dawn l-emendi għall-Konvenzjoni ta' Ateni. Il-Premessa 11 tar-Regolament tispeċifika li dawk il-kwistjonijiet koperti mill-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll se jkunu parti mill-ordni legali tal-Unjoni meta din tiffirma l-Konvenzjoni ta' Ateni, safejn jaffettwaw ir-regoli stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali.
L-abbozz ta' Deċiżjoni jistipula d-dikjarazzjonijiet li għandhom isiru mill-Unjoni fil-ħin li jiġi depożitat l-istrument tal-adeżjoni relatat mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, l-eżenzjoni tad-Danimarka b'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) għat-TFUE u r-rikonoxximent tas-sentenzi minn Stat terz marbut mill-Konvenzjoni ta' Lugano dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonixximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwestjonijiet ċivili u kummerċjali tal-2007. L-Unjoni għandha tiddepożita l-istrumenti ta' adeżjoni tagħha rigward l-Artikoli 10 u 11 tal-Protokoll ta' Ateni, sal-31 ta' Diċembru 2011.
Skont l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura, meta l-Parlament jintalab li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni abbażi ta' rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli, li japprova jew jiċħad l-att. Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika u ma tista' titressaq l-ebda emenda.
Ir-rapporteur jipproponi li l-Parlament għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni għall-Protokoll.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 11.10.2011 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 24 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Giuseppe Gargani | |||