Dokument ta' sessjoni
11.10.2011
***
RAKKOMANDAZZJONI
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kusill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra
(09189/2011 – C7‑0122/2011 – 2010/0180(NLE) )
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Olga Sehnalová
PR_NLE-AP_art90
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
NOTA SPJEGATTIVA...............................................................................................................6
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................8
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra
(09189/2011 – C7‑0122/2011 – 2010/0180(NLE) )
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill (09189/2011),
– dwar il-konklużjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għall-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, minn naħa l-oħra (14366/2010),
– wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0122/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A7-0347/2011 ),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju Ħaxemita tal-Ġordan.
NOTA SPJEGATTIVA
Objettivi
Bħalissa s-servizzi bl-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġordan jitħaddmu fuq il-bażi ta’ ftehimiet bilaterali fejn l-Istati Membri u l-Ġordan. Dawn il-ftehimiet bilaterali setgħu jiġu armonizzati mad-Dritt tal-Unjoni Ewropea fl-2008 bis-saħħa tal-konklużjoni ta’ ftehim orizzontali mal-Ġordan fuq is-servizzi bl-ajra.
Il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat dan l-aħħar ftehim globali ħafna aktar ambizzjuż, li jissostitwixxu l-assjem tal-ftehimiet bilaterali permezz tat-twaqqif ta' spazju tal-ajru Ewro-Mediterranju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġordan. Il-ftehim idaħħal kondizzjonijiet uniformi għat-trasportaturi bl-ajru tas-27 Stat Membru u kulħadd se jibbenefika minnhom, indipendentement min-nazzjonalalità tagħhom. It-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni Ewropea se jkunu jistgħu għalhekk jagħtu s-servizzi tagħhom bejn kull punt fl-Unjoni Ewropea u l-Ġordan, filwaqt li s’issa l-prestazzjoni ta’ servizzi bħal dawn kienet subordinata, fost l-oħrajn, għall-eżistenza ta’ ftehimiet bilaterali bejn Stat Membru partikolari u l-Ġordan.
Il-ftehim għandu l-objettiv li:
jiftaħ bil-mod il-mod u fuq bażi reċiproka s-suq għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għar-rotot u l-kapaċità;
jiggarantixxi lill-operaturi ekonomiċi kondizzjonijiet ekwi u mhux diskriminatorji fuq il-bażi tal-prinċipji tat-trattati tal-UE;
l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni tal-Ġordan mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet bħas-sikurezza, is-sigurtà u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.
L-Artikoklu 21 tal-ftehim jistitwixxi kumitat imħallat responsabbli mill-ġestjoni tal-ftehim. Dan il-kumitat imħallat jippromwovi l-iskambji f’livell ta’ esperti għal inizjattivi ġodda u żviluppi leġiżlattivi jew regolamentari u jqis is-setturi potenzjalment suxxettibbli għal żvilupp ulterjuri tal-ftehim. Ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.
Proċedura
F’Novembru tal-2007 il-Kunsill ippermetta lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati relattivi għal ftehim fuq is-servizzi tal-ajru mal-Ġordan. Iż-żewġ partijiet isiġillaw l-abbozz tal-ftehim fis-17 ta' Marzu tal-2010. Il-ftehim ġie ffirmat fil-15 ta’ Diċembru tal-2010 u ma jiffurmax parti minn applikazzjoni provviżorja. B’ittra tas-17 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill talab l-approvazzjoni tal-Parlament għall-konklużjoni tal-ftehim.
Il-ftehim jirregola mhux biss is-setturi ta’ kompetenza tal-Unjoni Ewropea, imma wkoll oħrajn ta' kompetenti tal-Istati Membri. Il-konklużjoni tal-ftehim ma tirrikjedix għalhekk biss rattifika f’livell ta’ Unjoni Ewropea, imma wkoll f’livell tal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri.
Hu u japplika l-proċedura tal-approvazzjoni, il-Parlament Ewropea ppronunzja ruħu fuq dan il-ftehim f'konformità mal-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura, jiġifieri b'votazzjoni waħda u mingħajr il-possibilità li tkun tista' tiġi ppreżenta ebda amenda.
Rakkomandazzjoni tar-rapporteur
Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġordan huma msejsin fuq il-ftehim ta’ assoċjazzjoni li daħal fis-seħħ fl-2002 u għandu l-mira li jitwaqqaf spazju ta’ skambju liberu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġordan. Barra minn hekk, iż-żewġ partijiet jikkollaboraw strettament f’dak li għandu x’jaqsam mar-riformi demokratiċi u l-immodernizzar tal-ekonomija tal-Ġordan. L-Unjoni Ewropea hija l-ewwel sieħeb kummerċjali tal-Ġordan, wara l-Għarabja Sawdija.
Il-konklużjoni ta’ ftehim Ewro-Mediterranju relattiv għas-servizzi bl-ajru mal-Ġordan jirrappreżenta minn żmien twil ilu prijorità għall-UE u element importanti tal-iżvilupp tal-politika Ewropea tal-viċinat.
Skont studji esterni tal-Kummissjoni, il-ftehim Ewro-Mediterranju fis-settur tat-trasport bl-ajru mal-Ġordan jiddetermina awment ta’ passiġġieri ta’ 54,000 u vantaġġi ekonomiċi lill-konsumaturi f’ammont ta’ mill-anqas 30 miljun ewro fl-ewwel sena ta’ ftuħ effettiv tas-suq. Il-ftehim kummerċjali, li ġie nnegozjat mal-Marokk fl-2006, wassal għal potenzjament notevoli tas-servizzi bl-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Marokk.
Il-ftehim jikkontempla l-possibilità ta’ estensjoni għall-ħolqien, mas-sħab l-oħrajn kollha tal-Mediterran, spazju tal-ajru Ewro-Mediterranju komuni.
Ir-rapporteur hija tal-fehma li l-konklużjoni tal-ftehim Ewro-Mediterranju fis-settur tas-servizzi bl-ajru mal-Ġordan tirrispondi għall-interess taċ-ċittadini u tal-impriżi tal-Unjoni Ewropea u tikkonforma mal-politika Ewropea tal-viċinat; tirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 11.10.2011 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 37 1 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Ryszard Czarnecki, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Georgios Toussas, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Dominique Riquet, Laurence J.A.J. Stassen | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Margrete Auken | |||