Dokument ta' sessjoni

 

A7-0348/2011

13.10.2011

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ,dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (riformolazzjoni)

( COM(2011)0029 – C7‑0037/2011 – 2011/0011(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne

PR_COD_1recastingam

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI  8

PROĊEDURA  10

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ,dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (riformulazzjoni)

( COM(2011)0029 – C7‑0037/2011 – 2011/0011(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0029 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skontu l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C7-0037/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tal-15 ta' Marzu 2011[1],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni għal atti legali[2]

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7–0348/2011 ),

A.  billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludix xi emendi sostantivi minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr xi bidla fis-sostanza tagħhom,

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari stabbilita minn hawn 'il quddiem, fejn se jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk biħsiebha temenda l-proposta sostanzjalment jew tissostiwixxiha b'xi test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2)  (g) tiegħu;

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(1) u (2)(g) tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Il-bażi legali li biha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jadottaw direttivi, b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, hija stipulata fl-Artikolu 50(1) tat-TFUE. Dak il-Paragrafu għandu għalhekk jiġi kkwotat ukoll.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

1. Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, sabiex kumpannija tista’ tiġi inkorporata jew tikseb awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, kapital minimu għandu jiġi sottoskritt li l-ammont tiegħu għandu jkun mhux inqas minn EUR 25 000.

1. Il-liġijiet ta’ l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, sabiex kumpannija tista’ tiġi inkorporata jew tikseb awtorizzazzjoni biex tibda n-negozju, kapital minimu għandu jiġi sottoskritt li l-ammont tiegħu għandu jkun mhux inqas minn EUR 25 000.

2. Kull ħames snin il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedi l-ammont espress fil-paragrafu 1  f’1  euro   fid-dawl ta’ tendenzi ekonomiċi u monetarji fl-Unjon u tat-tendenza li jitħallew biss impriżi kbar jew ta’ daqs medju biex jagħżlu t-tipi ta’ kumpanniji elenkati fl- Anness I .

2. Kull ħames snin il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, b'konformità mal-Artikolu 50(1) u (2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jeżamina u, jekk ikun hemm bżonn, jirrevedi l-ammont espress fil-paragrafu 1 f’euro fid-dawl ta’ tendenzi ekonomiċi u monetarji fl-Unjon u tat-tendenza li jitħallew biss impriżi kbar jew ta’ daqs medju biex jagħżlu t-tipi ta’ kumpanniji elenkati fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tistipula fil-Premessa 14 li fuq l-isfond tas-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-133/06[3], jitqies neċessarju li jerġa' jsir abbozz tat-test ta' dan l-Artikolu sabiex titneħħa bażi legali sekondarja eżistenti u biex tingħata kompetenza kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Kunsill biex jeżaminaw u, jekk meħtieġ, jirrevedu l-ammont imsemmi fil-Paragarfu 1. L-opinjoni annessa tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv irrakkomandat li l-bażi legali sekondarja għandha tiġi sostitwita bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-emenda proposta tmur f'dik id-direzzjoni.

 

 

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

tas-servizzi legali

Brussell, il-5 ta' Lulju 2011

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

dwar Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ,dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti

COM(2011) 29 finali tal-1.2.2011- 2011/0011 (COD)

 

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika għar-riformulazzjoni ta' atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ltaqgħu fil-11 ta' Frar, is-17 ta' Marzu u t-18 ta' Mejju 2011 għall-fini li tiġi eżaminata, fost oħrajn, l-emenda msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.

 

F'dawk il-laqgħat[4], eżami ta' din il-proposta wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa permezz ta' qbil komuni li, sabiex il-bidla sostanzjali proposta mill-Kummissjoni (li tikkonsisti minn proposta li l-bażi legali sekondarja tiġi sostitwita bil-proċedura ordinarja leġiżlattiva) tkun ippreżentata kif suppost fit-test tal-abbozz tar-riformulazzjoni, fl-Artikolu 6 (2) minflok il-kliem "il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni" kien ikun xieraq li kieku ntuża l-kliem li ġej: "il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li kkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali".

 

Rigward il-mod li bih il-bidla sostantiva proposta kellha tiġi identifikata fl-abbozz tat-test ta' riformulazzjoni, it-tliet servizzi legali kollha huma tal-opinjoni li l-bidla proposta mill-Kummissjoni fl-Artikolu 6(2) kellhom jiġu mmarkati "b'ingassa doppja" flimkien mal-kliem miktub b'kulur lewn il-ġriż "il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni" (li jidher fit-test eżistenti tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 77/91/KEE), u billi t-test il-ġdid "il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara l-kkonsultaw il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku" ikun immarkat b'kulur lewn il-griż

 

Madanakollu, is-Servizz Legali tal-Kunsill huwa tal-opinjoni li l-parti tal-kliem ukoll, li fadal u li ma nbidlitx, fl-Artikolu 6(2) tal-proposta, kellha tkun immarkata b'kulur lewn il-ġriż, peress li l-kontenut tal-miżuri li kellhom jiġu adottati skont id-dispożizzjonijiet ikkonċernati u l-proċedura prevista għall-adozzjoni tagħhom huma marbutin mill-qrib. L-għażla politika tal-leġiżlatur f'dan ir-rigward ma tistax għalhekk tkun limitata biss għall-aspett proċedurali tad-dispożizzjoni kkonċernata, iżda għandha testendi wkoll għall-kontenut tal-miżuri kkonċernati.

 

Soġġett għall-opinjoni differenti tas-Servizz Legali tal-Kunsill imsemmija hawn fuq, permezz tal-eżami tal-proposta, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv seta' jikkonkludi li l-proposta ma fihiex xi emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fiha jew fl-opinjoni preżenti. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti ma' dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr bidla fis-sostanza tagħhom.

 

 

 

 

 

 

C. PENNERA      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Jurisconsult      Jurisconsult      Direttur

PROĊEDURA

Titolu

Il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji meħtieġa mill-kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tat-TFUE (Riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2011)0029 – C7-0037/2011 – 2011/0011(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.2.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

14.2.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Klaus-Heiner Lehne

28.2.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.4.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Giuseppe Gargani

Data tat-tressiq

13.10.2011

 

 

[1] ĠU C 132, 28.3.2002, p. 113. 
[2] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
[3] Sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Mejju 2008 fil-Kawża C-133/06 il-Parlament v il-Kunsill [2008] ECR I-3189.
[4] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjonijiet tal-proposta bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u ħadem bil-verżjoni bl-Ingliż, peress li din kienet il-verżjoni oriġinali tat-test taħt diskussjoni.