Dokument ta' sessjoni
23.11.2011
***
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)
( COM(2011)0446 – C7‑0208/2011 – 2011/0193(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Gabriele Albertini
(Proċedura semplifikata – Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_APP
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
PROĊEDURA 6
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)
( COM(2011)0446 – C7‑0208/2011 – 2011/0193(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0446 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0162/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ( A7-0397/2011 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jagħmel tiegħu l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
PROĊEDURA
Titolu | Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) | |||||
Referenzi | COM(2011)0446 – C7‑0208/2011 – 2011/0193(COD) | |||||
Data ta' konsultazzjoni tal-Parlament | 4.10.2011 | |||||
Kumitat responsabbli | AFET | |||||
Rapporteur(s) | Gabriele Albertini |
| ||||
Proċedura semplifikata – data tad-deċiżjoni | 15.9.2011 | |||||
Eżami fil-kumitat | 4.10.2011 |
|
| |||
Data tal-adozzjoni | 17.11.2011 | |||||
Data tat-tressiq | 0.0.0000 | |||||