Dokument ta' sessjoni
24.11.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet
( COM(2011)0481 – C7‑0218/2011 – 2011/0209(COD) )
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 10
PROĊEDURA 12
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta' ċerti dispożizzjonijiet marbutin mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji marbutin mal-istabbiltà finanzjarja tagħhom jew li jinsabu mhedda mit-tali diffikultajiet
( COM(2011)0481 – C7‑0218/2011 – 2011/0209(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0481 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0218/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ( A7-0405/2011 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, | imħassar |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) Din iż-żieda temporanja fir-rati ta’ kofinanzjament għandha tiġi kkunsidrata fil-kuntest tar-restrizzjonijiet baġitarji li qed jaffaċċjaw l-Istati Membri kollha u dawk ir-restrizzjonijiet baġitarji għandhom jiġu riflessi b'mod adatt fil-baġit tal-Unjoni. Barra minn dan, ladarba l-għan ewlieni tal-mekkaniżmu huwa li jiġu indirizzati diffikultajiet speċifiċi attwali, l-applikazzjoni tiegħu għandha tkun limitata għan-nefqa li saret mill-aġenziji tal-ħlas sal-31 ta’ Diċembru 2013; |
Ġustifikazzjoni
Modifika suġġerita mill-Kunsill.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-kriżi ekonomika, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament mal-pubblikazzjoni tiegħu; |
Ġustifikazzjoni
Modifika suġġerita mid-Direttorat għall-Atti Leġiżlattivi.
Emenda 4
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1
Regolament (KE) Nru 1698/2005
Artikolu 70 – Paragrafu 4c – Subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4c. B'deroga mil-limiti massimi stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tista' tiżdied sa massimu ta' 95 % tal-infiq pubbliku eliġibbli fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-għan tal-Konverġenza, fir-reġjuni l-iktar imbiegħda u fil-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew, u sa massimu ta' 85 % tal-infiq pubbliku eliġibbli fir-reġjuni l-oħra. Dawn ir-rati għandhom japplikaw għall-infiq eliġibbli li jkun għadu kemm ġie ddikjarat f'kull dikjarazzjoni ċċertifikata tal-infiq imressqa matul il-perjodu li fih Stat Membru jkun konformi ma' kundizzjoni minn dawn li ġejjin: | 4c. B'deroga mil-limiti massimi stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5, il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR tista' tiżdied sa massimu ta' 95 % tal-infiq pubbliku eliġibbli fir-reġjuni li huma eliġibbli skont l-għan tal-Konverġenza, fir-reġjuni l-iktar imbiegħda u fil-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew, u sa massimu ta' 85 % tal-infiq pubbliku eliġibbli fir-reġjuni l-oħra. Dawn ir-rati għandhom japplikaw għall-infiq eliġibbli li jkun għadu kemm ġie ddikjarat f'kull dikjarazzjoni ċċertifikata tal-infiq li jkun sar matul il-perjodu li fih Stat Membru jkun konformi ma' kundizzjoni minn dawn li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni
Modifika suġġerita mill-Kunsill.
Emenda 5
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1
Regolament (KE) 1698/2005
Artikolu 70 – Paragrafu 4c – Subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Stat Membru li jkun jixtieq juża d-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandu jressaq talba lill-Kummissjoni biex jiġi emendat il-programm tal-iżvilupp rurali tiegħu kif ikun xieraq. Id-deroga għandha tibda tapplika minn meta l-Kummissjoni tapprova l-emenda tal-programm u għandha tieqaf tapplika malli l-Istat Membru ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu. Wara dan, l-Istat Membru għandu jibgħat proposta lill-Kummissjoni biex il-programm jiġi emendat, li tkun tinkludi pjan ta’ finanzjament ġdid li jkun konformi mar-rati massimi applikabbli qabel id-deroga. | Stat Membru li jkun jixtieq juża d-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandu jressaq talba lill-Kummissjoni biex jiġi emendat il-programm tal-iżvilupp rurali tiegħu kif ikun xieraq. Id-deroga għandha tibda tapplika minn meta l-Kummissjoni tapprova l-emenda tal-programm u għandha tieqaf tapplika malli l-Istat Membru ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu. Fi kwalunkwe każ, id-deroga prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika biss għall-ispejjeż li saru mill-aġenziji tal-ħlas sal-31 ta’ Diċembru 2013. Wara dan, l-Istat Membru għandu jibgħat proposta lill-Kummissjoni biex il-programm jiġi emendat, li tkun tinkludi pjan ta’ finanzjament ġdid li jkun konformi mar-rati massimi applikabbli qabel id-deroga. |
Ġustifikazzjoni
Modifika suġġerita mill-Kunsill.
Emenda 6
Proposta għal regolament - att li jemenda
Artikolu 1
Regolament (KE) Nru 1698/2005
Artikolu 70 – Paragrafu 4c – Subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jekk Stat Membru ma jressaqx lill-Kummissjoni proposta biex jiġi emendat il-programm tal-iżvilupp rurali tiegħu, inkluż pjan ta’ finanzjament ġdid, fid-data li fiha ma jibqax jissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jew jekk il-pjan ta’ finanzjament innotifikat ma jkunx konformi mar-rati massimi stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, ir-rati msemmija għandhom jibdew japplikaw awtomatikament minn dik id-data 'l quddiem. | Jekk Stat Membru ma jressaqx lill-Kummissjoni proposta biex jiġi emendat il-programm tal-iżvilupp rurali tiegħu, inkluż pjan ta’ finanzjament ġdid, fid-data li fiha d-deroga ma tibqax tapplika f’konformità mat-tieni subparagrafu, jew jekk il-pjan ta’ finanzjament innotifikat ma jkunx konformi mar-rati massimi stipulati fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, ir-rati msemmija għandhom jibdew japplikaw awtomatikament minn dik id-data 'l quddiem. |
Ġustifikazzjoni
Modifika suġġerita mill-Kunsill.
NOTA SPJEGATTIVA
Bħala konsegwenza tal-kriżijiet finanzjarja u baġitarja, ċerti Stati Membri qed jaffaċċjaw limiti baġitarji li jistgħu jxekkluhom milli jwettqu l-impenji tagħhom f'programmi tal-komunità kofinanzjati (il-Fond Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR u l-Fond Ewropew għas-Sajd).
Dawn l-Istati Membri jinsabu f'riskju li jitilfu l-appoġġ tal-Komunità permezz tal-FAEŻR, sakemm ma jipprovdux prova ta' nfiq li tlaħħaq mal-fondi nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru.1698/2005, sa mhux aktar tard minn sentejn wara s-sena inizjalment prevista għall-ħlasijiet (regola n+2).
F'dan l-isfond, il-Kummissjoni tipproponi li żżid b'mod temporanju r-rata massima ta' kofinanzjament tal-Unjoni għall-programmi li jkunu qed isiru fl-Istati Membri li huma suġġetti għal appoġġ tal-EFSM (Regolament tal-Kunsill (UE) Nru. 407/2010, attwalment il-Greċja, l-Irlanda u l-Portugall) u l-"Faċilità tal-bilanċ ta' pagamenti għal Stati Membri mhux fiż-żona euro" (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 332/2002, attwalment il-Latvja u r-Rumanija). Din iż-żieda temporanja fil-kofinanzjament tal-Komunità, provduta b'applikazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, tnaqqas l-ammont ta' fondi nazzjonali ekwivalenti għas-snin ta' Baġit 2011 u 2012. Għalhekk dan jgħin biex il-fondi pprogrammati jsiru disponibbli għall-ekonomija rurali u jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku globali f'dawn l-Istati Membri.
|
| Kofinanzjament massimu attwali tal-UE | Rati massimi ta' kofinanzjament proposti | Differenza |
Raġunijiet eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza | Assi 1 u 3 | 75 % | 95 % | + 20 % |
Assi 2 u 4 | 80 % | 95 % | + 15 % | |
| Miżuri skont l-Artikolu 16 a (Kontroll tas-saħħa) | 90 % | 95 % | + 5 % |
Reġjuni oħrajn | Assi 1 u 3 | 50 % | 85 % | + 35 % |
Assi 2 u 4 | 55 % | 85 % | + 30 % | |
| Miżuri skont l-Artikolu 16 a (Kontroll tas-saħħa) | 75 % | 85 % | + 10 % |
Reġjuni ultraperiferiċi / Gżejjer tal-Eġew | Assi 1 u 3 | 85 % | 95 % | + 10 % |
Assi 2 u 4 | 85 % | 95 % | + 10 % | |
Il-proposta tal-Kummissjoni ma tipprevedi l-ebda approprjazzjoni tal-impenji addizzjonali matul il-perjodu tal-programm. Minflok, l-approprjazzjonijiet addizzjonali għall-ħlasijiet meħtieġa biex jiffinanzjaw l-appoġġ miżjud tal-UE għandhom ikunu "antiċipati" mis-sena tal-Baġit 2013 għas-snin tal-Baġit 2011 u 2012.
Għalhekk ma jistax jiġi eskluż ċertu riskju tat-tnaqqis globali tal-ammont totali pprogrammat. Madankollu, dan ir-riskju jidher li huwa negliġibbli meta mqabbel mar-riskju li jintilfu għal kollox il-ħlasijiet Ewropej fis-snin tal-Baġit 2011 u 2012 minħabba fondi nazzjonali neqsin[2].
Għalhekk ir-rapporteur jissuġġerixxi, fl-interess tal-ekonomiji rurali fl-Istati Membri kkonċernati u fl-interess ekonomiku usa' tal-Unjoni Ewropea fit-totalità tagħha, li tiġi appoġġata l-proposta tal-Kummissjoni u li tiġi aċċelerata l-proċedura leġiżlattiva b'mod li din tiġi permessa li tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-2012.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni finanzjarja għal xi Stati Membri f’diffikultajiet kbar jew li hemm ir-riskju li jsibu ruħhom f’diffikultajiet kbar fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (FEAŻR) | |||
Referenzi | COM(2011)0481 – C7-0218/2011 – 2011/0209(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 1.8.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AGRI 13.9.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 13.9.2011 | CONT 13.9.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | BUDG 8.9.2011 | CONT 22.9.2011 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Paolo De Castro 30.8.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 6.10.2011 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 23.11.2011 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 31 1 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | John Stuart Agnew, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Robert Dušek, Iratxe García Pérez, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Janusz Wojciechowski | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Luís Paulo Alves, Salvatore Caronna, Spyros Danellis, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Maria do Céu Patrão Neves, Valdemar Tomaševski | |||
Data tat-tressiq | 25.11.2011 | |||