Dokument ta' sessjoni
25.11.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali
( COM(2010)0392 – C7‑0189/2010 – 2010/0215(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Birgit Sippel
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 22
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali 26
PROĊEDURA 47
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali
( COM(2010)0392 – C7‑0189/2010 – 2010/0215(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0392 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0189/2010),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-kontribuzzjonijiet imressqa mill-Parlament Grieg, mill-Kungress tad-Deputati Spanjol, mis-Senat Taljan u mill-Parlament Portugiż dwar l-abbozz tal-att leġiżlattiv,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Dicembru 2010[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra ta' ... dwar l-approvazzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament, bi qbil mal-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0408/2011 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Amendment 1
AMENDMENTS BY THE EUROPEAN PARLIAMENT[2]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja[4],
Billi:
▌
(3) L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999, u b'mod partikolari l-punt 33 tiegħu, il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għandu jsir il-pedament tal-koperazzjoni ġudizzjarja kemm fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll kriminali fi ħdan l-unjoni, peress li rikonoxximent reċiproku msaħħaħ ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji u l-approssimazzjoni meħtieġa tal-leġiżlazzjoni għandhom jiffaċilitaw il-koperazzzjoni bejn l-awtoritajiet u l-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet individwali.
(4) Fid-29 ta' Novembru 2000, f'konformità mal-Konklużjonijiet ta' Tampere, il-Kunsill adotta programm ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonjiet f'materji kriminali[5]. L-introduzzjoni għall-programm ta' miżuri tiddikjara li r-rikonoxximent reċiproku huwa "maħsub biex isaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri" u "biex itejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet individwali".
(5) L-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet kriminali tippresupponi li l-Istati Membri għandhom fiduċja fis-sistemi ta' ġustizzja kriminali ta' xulxin. L-ambitu tal-eżerċizzju tar-rikonoxximent reċiproku jiddipendi ħafna fuq numru ta' parametri, li jinkludu mekkaniżmi għas-salvagwardja tad-drittijiet ta' persuni suspettati jew akkużati u standards minimi komuni meħtieġa biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku.
(6) Ir-rikonoxximent reċiproku jista' jaħdem b'mod effettiv biss fi spirtu ta' fiduċja, fejn mhux biss l-awtoritajiet ġudizzjarji, iżda l-atturi kollha fil-proċess kriminali jqisu d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji ta' Stati Membri oħra bħala ekwivalenti għal tagħhom, li jimplika mhux biss fiduċja fl-adegwatezza tar-regoli tas-sieħeb, iżda wkoll fiduċja li dawk ir-regoli huma applikati korrettament.
(6a) L-Artikolu 47 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDB) jistabbilixxu d-dritt għal proċess ġust. L-Artikolu 48 tal-Karta jiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tad-difiża.
(6b) L-Artikolu 6 tal-Karta u l-Artikolu 5 tal-KEDB jistabbilixxu d-drittijiet għal-libertà u s-sigurtà, li l-limitazzjonijiet għalihom ma jistgħux jaqbżu dawk permessi mill-KEDB fid-diċitura tal-Artikolu 5 tagħha u inferiti fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
(7) Minkejja li l-Istati Membri kollha huma partijiet fil-KEDB ▌, l-esperjenza wriet li dan waħdu mhux dejjem jipprovdi livell biżżejjed ta' fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħra.
(8) It-tisħiħ ta' fiduċja reċiproka jeħtieġ regoli dettaljati dwar il-protezzjoi tad-drittijiet u garanziji proċedurali li joħorġu mill-Karta u mill-KEDB ▌.
(9) L-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-istabbiliment ta' regoli minimi applikabbli fl-Istati Membri sabiex ikunu faċilitati r-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-koperazzzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali li jkollhom dimensjoni transkonfinali. Il-punt (b) tal-Artikolu 82(2) jirriferi għad-"drittijiet tal-individwi fil-proċedura kriminali” bħala wieħed mill-oqsma li fihom jistgħu jiġu stabbiliti regoli minimi.
(10) Regoli minimi komuni għandhom iwasslu għal żieda fil-fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri kollha, li bħala riżultat għandha twassal għal koperazzzjoni ġudizzjarja aktar effiċjenti fi klima ta' fiduċja reċiproka ▌. Tali regoli minimi komuni għandhom japplikaw għal informazzjoni fi proċedimenti kriminali.
(11) Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill adotta l-Pjan Direzzjonali biex jissaħħu d-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali ("il-Pjan ta' Direzzjoni")[6]. Permezz ta' approċċ pass-pass, il-Pjan ta' Direzzjoni jsejjaħ għall-adozzjoni ta' miżuri rigward id-dritt għal traduzzjoni u interpretazzjoni, id-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet u informazzjoni dwar l-akkuża, id-dritt għal parir legali u għal għajnuna legali, id-dritt għal komunikazzjoni mal-qraba, min iħaddem u awtoritajiet konsulari, u rigward salvagwardjar speċjali għal persuni suspettati u akkużati li huma vulnerabbli. Il-Pjan ta' Direzzjoni jenfasizza li l-ordni tad-drittijiet huwa indikattiv biss u għaldaqstant jimplika li jista' jinbidel skont il-prijoritajiet. Huwa intiż li jopera fl-intier; huwa biss meta l-partijiet komponenti jiġu implimentati kollha li jinħass il-massimu tal-benefiċċji.
(12) ▌Fil-11 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill Ewropew laqa' l-Pjan Direzzjonali u inkludih bħala parti mill-Programm ta' Stokkolma (punt 2.4.)[7]. Il-Kunsill Ewropew enfasizza l-karattru mhux eżawrjenti tal-Pjan ta' Direzzjoni, billi stieden lill-Kummissjoni teżamina aspetti ulterjuri tad-drittijiet proċedurali minimi għal persuni suspettati jew akkużati, u biex tevalwa kwistjonijiet oħra bħal, ngħidu aħna l-preżunzjoni tal-innoċenza, li jeħtieġ jiġu indirizzati biex tkun promossa koperazzzjoni aħjar f'dan il-qasam.
(13) L-ewwel miżura fil-Pjan ta' Direzzjoni hija d-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għal interpretar u għal traduzzjoni fi proċedimenti kriminali[8].
(14) Din id-Direttiva tirrigwarda l-miżura B tal-Pjan ta' Direzzjoni. Din tistabbilixxi standards minimi komuni li għandhom jiġu applikati fil-qasam tal-informazzjoni dwar id-drittijiet u dwar l-akkuża li tingħata lil persuni suspettati jew akkużati li kkommettew reat, bil-għan li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri. Id-Direttiva tibni fuq id-drittijiet stabbiliti fil-Karta, u b'mod partikolari l-Artikoli 6, 47 u 48 tagħha billi tibni fuq l-Artikoli 5 u 6 tal-KEDB kif interpretati mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fil-Komunikazzjoni tagħha "Inwasslu spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja liċ-ċittadini tal-Ewropa", il-Pjan ta' Azzjoni Implimentattiv tal-Programm ta' Stokkolma[9], il-Kummissjoni ħabbret il-preżentazzjoni ta' proposta dwar id-dritt għall-informazzjoni fl-2010.
(14a) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni suspettati u akkużati indipendentement mill-istatus legali, iċ-ċittadinanza u n-nazzjonalità tagħhom.
(15) F'xi Stati Membri awtorità li ma tkunx qorti li jkollha ġurisdizzjoni f'kwistjonijiet kriminali għandha l-kompetenza li timponi sanzjonijiet fir-rigward ta' reati relattivament żgħar. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, fir-rigward ta' reati tat-traffiku li jitwettqu fuq skala kbira u li jistgħu jiġu stabbiliti wara xi kontroll tat-traffiku. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, ma jkunx raġonevoli li l-awtorità kompetenti tkun meħtieġa tiżgura d-drittijiet kollha skont din id-Direttiva. Fejn il-liġi ta' Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta' sanzjoni fir-rigward ta' reati żgħar minn din l-awtorità u jkun hemm dritt ta' appell jew il-possibbiltà li b'xi mod ieħor il-każ jinġieb quddiem il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni f'kwistjonijiet kriminali, din id-Direttiva għandha għaldaqstant tapplika biss għal proċedimenti li jinġiebu quddiem dik il-qorti wara tali appell jew rinviju.
(16) Id-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali (li joħroġ mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem) għandu jiġi stabbilit b'mod espliċitu bid-Direttiva. ▌
(17) Il-persuna suspettata jew akkużata għandha tkun ▌informata fil-pront mill-awtoritajiet kompetenti b'dawk id-drittijiet, hekk kif japplikaw taħt il-liġi nazzjonali, li huma essenzjali biex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċedimenti, sew jekk bil-fomm jew bil-miktub, kif previst b’din id-Direttiva. Sabiex ikun jista' jsir eżerċizzju prattiku u effikaċi ta' dawn id-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata, l-informazzjoni għandha tkun provduta fil-pront matul il-proċedimenti u l-aktar tard qabel l-ewwel interrogazzjoni uffiċjali tal-persuna suspettata jew akkużata mill-pulizija jew minn awtorità kompetenti oħra.
(18) Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli minimi fir-rigward tal-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata. Dan ma jippreġudikax l-informazzjoni li tingħata dwar drittijiet proċedurali oħrajn li jirriżultaw mill-Karta, il-KEDB, id-dritt nazzjonali u l-leġislazzjoni tal-UE applikabbli kif interpretati mill-qrati u t-tribunali rilevanti. Ladarba tkun ġiet provduta informazzjoni dwar dritt partikolari, huwa mifhum li l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu meħtieġa jtennuha, dment li dan ma jkunx meħtieġ miċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ jew mir-regoli speċifiċi stabbiliti fil-liġi nazzjonali.
Meta din id-Direttiva tagħti drittijiet lill-persuni suspettati jew akkużati li huma arrestati jew miżmuma, dan għandu jinftiehem bħala kwalunkwe sitwazzjoni fejn, matul il-proċedimenti kriminali, il-persuna hija privata mil-libertà tagħha fis-sens tal-Artikolu 5(1)(c) tal-KEDB kif interpretat mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
(19) Meta persuna suspettata jew akkużata tiġi arrestata jew miżmuma, għandha tingħata informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali applikabbli permezz ta' Ittra tad-Drittijiet miktuba b'manjiera li tinftiehem malajr sabiex tikkontribwixxi għall-fehim effettiv tad-drittijiet tagħha. Tali Ittra tad-Drittijiet għandha tingħata fil-pront lil kull persuna arrestata meta din il-persuna tkun privata mil-libertà permezz tal-intervent tal-awtoritajiet inkarigati mill-infurżar tal-liġi fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali. Għandha tinkludi informazzjoni bażika dwar kwalunkwe possibbiltà li tiġi kkontestata l-legalità tal-arrest, li jinkiseb rieżami tad-detenzjoni, jew li tintalab il-libertà provviżorja, u sa fejn tali dritt jeżisti fil-liġi nazzjonali. Sabiex jgħin lill-Istati Membri jfasslu tali Ittra tad-Drittijiet ▌, mudell ta' Ittra tad-Drittijiet li l-Istati Membri jistgħu jużaw, jinsab fl-Anness I tad-Direttiva. Dan il-mudell huwa indikattiv u jista' jkun suġġett għal reviżjoni fil-kuntest tar-rapport dwar l-implimentazzjoni li jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva kif ukoll ladarba l-miżuri tal-Pjan ta' Direzzjoni jkunu daħlu fis-seħħ. L-Ittra nnifisha tista' tinkludi drittijiet proċedurali oħra li japplikaw fl-Istati Membri.
(19a) Il-kundizzjonijiet u regoli speċifiċi sabiex persuna oħra tiġi informata dwar l-arrest jew id-detenzjoni għandhom jiġu determinati mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali tagħhom, peress li huwa mifhum, hekk kif stabbilit fil-Pjan Direzzjonali, li l-eżerċiżżju ta' dan id-dritt ma għandux jippreġudika l-iżvolġiment xieraq tal-proċedimenti kriminali.
(19b) Din id-Direttiva tapplika bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar is-sikurezza ta' persuni li jibqgħu fl-istabbilimenti ta' detenzjoni.
(19c) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jipprovdu informazzjoni taħt din id-Direttiva, il-persuna suspettata jew akkużata għandha tiġi provduta, jekk meħtieġ, bit-traduzzjoni u l-interpretazzjoni f'lingwa li hija tifhem, f'konformità mal-istandards stabbiliti fid-Direttiva 2010/64/UE.
(19d) Meta tiġi provduta informazzjoni lil persuna suspettata jew akkużata taħt din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil xi persuna suspettata jew akkużata li ma tkunx tista' tifhem jew issegwi l-kontenut jew it-tifsira tal-informazzjoni, pereżempju, minħabba l-età żgħira tagħha, jew il-kondizzjoni mentali jew fiżika tagħha.
(20) Persuna akkużata li wettqet reat għandha tingħata kull informazzjoni meħtieġa dwar l-akkuża biex tgħinha tħejji d-difiża tagħha u tissalvagwardja l-ġustizzja tal-proċedimenti. L-Artikolu 6(1) tal-KEDB juża t-terminu "akkuża" (charge). F'din id-Direttiva, għal raġunijiet ta' konsistenza, it-terminu "akkuża" (accusation) qed jintuża fit-test kollu sabiex jiddeskrivi l-istess kunċett.
(21) L-informazzjoni lill-persuna suspettata jew akkużata dwar l-att kriminali li hija ssuspettata li wettqet għandha tingħata fil-pront, u l-aktar tard qabel l-ewwel interrogatorju uffiċjali tal-persuna suspettata jew akkużata mill-pulizija jew minn awtorità kompetenti oħra, mingħajr ma jiġi ppreġudikat l-iżvolġiment tal-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin. Deskrizzjoni tal-fatti li l-persuna hija suspettata jew akkużata li wettqet inklużi, meta magħrufa, il-ħin u l-post, kif ukoll il-klassifikazzjoni legali possibbli tar-reat allegat għandha tingħata f'dettall suffiċjenti, fir-rigward tal-fażi tal-proċedimenti meta tingħata sabiex tissalvagwardja l-korrettezza tal-proċedimenti u sabiex tippermetti l-eżerċizzju effikaċi tad-dritt tad-difiża.
(22) Meta matul il-proċedimenti kriminali d-dettalji tal-akkuża jinbidlu sal-punt li l-pożizzjoni tal-persuna suspettata jew akkużata tiġi affettwata b'mod sostanzjali, dan għandu jiġi kkomunikat lilha meta dan ikun neċessarju sabiex tiġi ssalvagwardjata l-korrettezza tal-proċedimenti u fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat eżerċizzju effikaċi tad-dritt tad-difiża.
(23) Dokumenti u, fejn xieraq, ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjo, li f'konformità mal-liġi nazzjonali huma essenzjali sabiex tiġi kkontestata b'mod effikaċi l-legalità ta' arrest jew detenzjoni tal-persuna suspettata jew akkużata, għandhom ikunu disponibbli lilha jew lill-avukat tagħha l-aktar tard qabel il-mument li fih awtorità ġudizzjarja kompetenti tintalab tiddeċiedi dwar il-legalità tal-arrest jew id-detenzjoni skont l-Artikolu 5(4) tal-KEDB, u fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat eżerċizzju effikaċi tad-dritt li tiġi kkontestata l-legalità ta' arrest jew detenzjoni.
(24) Għall-fini ta' din id-Direttiva, l-aċċess għall-provi materjali, kif definiti fil-liġi nazzjonali, li jkunu favur jew kontra l-persuna suspettata jew akkużata u fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-każ kriminali speċifiku għandu jinkludi l-aċċess għall-materjali bħal dokumenti u, fejn xieraq, ritratti, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjo. Tali informazzjoni tista' tinsab fil-proċess tal-każ jew miżmuma b'xi mod ieħor mill-awtoritajiet kompetenti fi kwalunkwe mod adatt f'konformità mal-liġi nazzjonali.
(24a) L-aċċess għall-provi materjali favur jew kontra l-persuna akkużata li jkunu fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti, kif previst skont din id-Direttiva, jista' jkun miċħud, skont il-liġi nazzjonali, jekk dan jista' jwassal għall-periklu serju tad-drittijiet fundamentali ta' persuna oħra jew jekk ikun strettament meħtieġ biex jiġi salvagwardjat interess pubbliku importanti. Dan għandu jitqies fid-dawl tad-dritt tad-difiża tal-persuna suspettata jew akkużata, meta wieħed iqis il-fażijiet differenti tal-proċedimenti. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom ikunu interpretati b'mod strett u f'konformità mal-prinċipju tad-dritt għal proċess ġust kif previst mill-KEDB u interpretat mill-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
(24b) Id-dritt għal aċċess għall-materjal tal-każ għandu japplika bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-post li fih jinsabu x-xhieda protetti.
(24c) Il-konsultazzjoni tal-materjal dwar il-każ, kif prevista minn din id-Direttiva, għandha tingħata mingħajr ħlas. Dan japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri li jeħtieġu l-ħlas ta' xi onorarju għal kopji li jinħarġu mill-proċess tal-każ jew għall-ispejjeż biex jintbagħtu bil-posta lill-persuna kkonċernata jew lill-avukat tagħha.
(24d) L-għoti ta' informazzjoni taħt din id-Direttiva għandu jkun irreġistrat skont il-proċeduri ta' reġistrazzjoni fis-seħħ taħt id-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, mingħajr kwalunkwe obbligu addizjonali li jiġu introdotti mekkaniżmi ġodda jew piżijiet amministrattivi addizzjonali.
(24e) Persuna suspettata jew akkużata jew l-avukat tagħha għandu jkollhom id-dritt li jikkontestaw, f'konformità mal-proċeduri fid-dritt nazzjonali, in-nuqqas jew ir-rifjut tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu l-informazzjoni jew jiżvelaw ċertu materjal tal-każ f'konformità ma' din id-Direttiva. Dan id-dritt ma jinvolvix l-obbligu għall-Istati Membri li jipprevedu proċedura ta' appell speċifika, mekkaniżmu separat jew proċedura ta' kwerela li permezz tagħhom dan in-nuqqas jew dan ir-rifjut jista' jiġi kkontestat.
(24f) Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu jew jinkoraġġixxu taħriġ adegwat fir-rigward tal-objettivi ta' din id-Direttiva għall-uffiċjali rilevanti fl-Istati Membri.
(24g) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-implimentazzjoni prattika u effikaċi ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet bħall-obbligu li tiġi provduta informazzjoni lill-persuna suspettata jew akkużata dwar id-drittijiet tagħha b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibli tista' tinkiseb b'mezzi differenti li jinkludu miżuri mhux leġislattivi bħal taħriġ adatt għall-awtoritajiet kompetenti jew permezz ta' Ittra tad-Drittijiet abbozzata b'lingwaġġ sempliċi u mhux tekniku biex tinftiehem faċilment minn persuna mhux esperta li ma jkollha l-ebda għarfien tal-liġi proċedurali kriminali.
(25) Id-dritt li wieħed ikun informat dwar id-drittijiet meta jiġi arrestat stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom ukoll japplikaw, mutatis mutandis, lill-persuni arrestati għall-iskop tal-eżekuzzjoni ta' Mandat ta' Arrest Ewropew skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI)[10]. Sabiex jgħin lill-Istati Membri jfasslu tali Ittra tad-Drittijiet ▌, mudell ta' Ittra tad-Drittijiet li l-Istati Membri jistgħu jużaw, jinsab fl-Anness II tad-Direttiva. Dan il-mudell huwa indikattiv u jista' jkun suġġett għal reviżjoni fil-kuntest tar-rapport dwar l-implimentazzjoni li jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva kif ukoll ladarba l-miżuri tal-Pjan ta' Direzzjoni jkunu daħlu fis-seħħ.
(26) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jistabbilixxu regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stabbiliti f’din id-Direttiva sabiex jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni f'sitwazzjonijiet li mhumiex trattati b'mod espliċitu f’din id-Direttiva. Il-livell ta' protezzjoni qatt ma għandu jaqa’ taħt l-istandards previsti mill-KEDB, kif interpretata fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
(27) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tippromwovi d-dritt tal-libertà, id-dritt għal proċess ġust ▌u d-drittijiet tad-difiża ▌. Din għandha tiġi implimentata skont dan.
(28) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, fejn jikkorrispondu għal drittijiet garantiti mill-KEDB jiġu implimentati b'mod konsistenti ma' dawk tal-KEDB kif żviluppati fil-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
(29) Peress li l-għan li jintlaħqu standards minimi komuni ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membri jekk jaġixxu unilateralment, kemm fil-livell nazzjonali, reġjonali u kif ukoll f'dak lokali u jista' jintlaħaq biss fil-livell tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-aħħar Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.
(30) ▌F'konformità mal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ▌.
(31) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Tratttat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u għalhekk mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Objettiv
Id-Direttiva tistabbilixxi regoli rigward id-dritt għal informazzjoni ta' persuni suspettati u akkużati dwar drittijiet ▌fi proċedimenti kriminali ▌u d-drittijiet ta' persuni fi għall-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew u dwar l-akkuża fi proċedimenti kriminali.
Artikolu 2
Kamp ta' Applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tapplika minn meta persuna tkun ġiet informata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ▌, li hija ssuspettata jew akkużata li wettqet reat sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċedimenti, jiġifieri meta tintlaħaq deċiżjoni finali dwar jekk il-persuna ssuspettata jew akkużata tkunx wettqet ir-reat jew le, inkluż, fejn applikabbli, l-għoti tas-sentenza u r-riżoluzzjoni ta' kwalunkwe appell.
2. Meta l-liġi ta' Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta' sanzjoni fir-rigward ta' reati żgħar minn awtorità li ma tkunx qorti li jkollha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali, u l-impożizzjoni ta' din is-sanzjoni tista' tkun suġġetta għal appell f'tali qorti, din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-proċedimenti quddiem dik il-qorti wara tali appell.
Artikolu 3
Id-dritt għal informazzjoni dwar id-drittijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna li tkun suspettata jew akkużata li tkun wettqet reat kriminali tingħata informazzjoni tal-inqas dwar id-drittijiet proċedurali li ġejjin kif japplikaw skont il-liġi nazzjonali tagħhom, sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tagħhom:
- id-dritt ta' aċċess għal avukat ▌;
- kwalunkwe dritt għal parir legali mingħajr ħlas u l-kondizzjonijiet biex dan jinkiseb;
- id-dritt li l-persuna tkun informata bl-akkuża, f'konformità mal-Artikolu 6;
- id-dritt għal interpretar u traduzzjoni;
- id-dritt li persuna tibqa' siekta.
2. L-informazzjoni għandha tkun provduta bil-fomm jew bil-miktub u f'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, filwaqt li għandu jitqies kwalunkwe bżonn ta' persuni suspettati jew akkużati vulnerabbli.
Artikolu 4
Id-dritt għal informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet ta' arrest
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna arrestata jew miżmuma tkun provduta fil-pront b'Ittra tad-Drittijiet bil-miktub. Għandha tingħata l-opportunità li taqra l-Ittra tad-Drittijiet u titħalla żżommha fil-pussess tagħha matul iż-żmien kollu li hi tkun imċaħħda mil-libertà tagħha.
1a. Flimkien mal-informazzjoni li għandha tingħata taħt l-Artikolu 3, l-Ittra tad-Drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet li ġejjin hekk kif japplikaw fil-liġi nazzjonali:
- id-dritt ta' aċċess għall-materjal dwar il-każ;
- id-dritt li l-awtoritajiet konsulari u persuna waħda jiġu informati;
- id-dritt ta' aċċess għal għajnuna medika urġenti;
- għal kemm-il siegħa/ġurnata tista' tibqa' tiġi mċaħħda mil-libertà qabel ma tittella' quddiem awtorità ġudizzjarja;
L-Ittra tad-Drittijiet għandha tinkludi wkoll informazzjoni bażika dwar kwalunkwe possibbiltà taħt il-liġi nazzjonali li tiġi kkontestata l-legalità tal-arrest, li jinkiseb rieżami tad-detenzjoni jew li tintalab il-libertà provviżorja.
2. In-Notifika tad-Drittijiet għandha tinkiteb b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibli ▌. Fl-Anness I ta' din id-Direttiva hemm mudell ta' tali Ittra.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌l-persuna suspettata jew akkużata ▌tirċievi l-Ittra tad-Drittijiet bil-miktub b'lingwa li tifhem. ▌Fejn Ittra tad-Drittijiet mhix disponibbli fil-lingwa xierqa, il-persuna suspettata jew akkużata għandha tiġi informata bid-drittijiet tagħha bil-fomm u b'lingwa li tifhem hi. Imbagħad għandha tingħatalha Ittra tad-Drittijiet f'lingwa li tifhem hi mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 5
Id-dritt għal informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet fil-Mandat ta' Arrest Ewropew
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna li hija arrestata għall-finijiet ta' eżekuzzjoni ta' Mandat ta' Arrest Ewropew, tirċievi fil-pront Ittra ta' Drittijiet xierqa li tinkludi informazzjoni dwar id-drittijiet ta' dik il-persuna skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni. Fl-Anness II ta' din id-Direttiva hemm mudell indikattiv ta' tali Ittra. L-Ittra tad-Drittijiet għandha tiġi abbozzata b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibli.
Artikolu 6
Id-dritt għal informazzjoni dwar l-akkuża
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna suspettata jew akkużata tingħatalha ▌ informazzjoni dwar l-att kriminali li hija ssuspettata li wettqet. Din l-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u bl-aktar mod dettaljat hekk kif meħtieġ sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċedimenti kriminali u jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt tad-difiża tal-persuna.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna li tiġi arrestatajew miżmuma tiġi informata bir-raġunijiet għall-arrest jew id-detenzjoni tagħha, inkluż bl-att kriminali li tkun suspettata li tkun wettqet.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, l-aktar tard mat-tressiq tal-merti tal-akkuża quddiem il-qorti, tingħata informazzjoni dettaljata dwar l-akkuża, inklużi n-natura u l-kassifikazzjoni legali tar-reat, kif ukoll in-natura tal-parteċipazzjoni tal-persuna akkużata.
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna suspettata jew akkużata tkun informata fil-pront dwar il-bidliet fl-informazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċedimenti kriminali.
Artikolu 7
Id-dritt tal-aċċess għall-materjali dwar il-każ ▌
1. Meta persuna ▌tiġi arrestata u tinżamm fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ▌li dokumenti relatati mal-każ speċifiku fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti u li jkunu essenzjali għall-kontestazzjoni effettiva skont il-liġi nazzjonali tal-legalità tal-arrest jew id-detenzjoni, isiru disponibbli lill-persuna arrestata jew lill-avukat tagħha.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-inqas jingħata aċċess għall-provi materjali kollha fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti favur jew kontra l-persuna suspettata jew akkużata lil dik il-persuna jew lill-avukat tagħha biex tiġi salvagwardjata l-korrettezza tal-proċedimenti u bi tħejjija għad-difiża.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-aċċess għall-materjal imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jingħata fiż-żmien debitu biex ikun jista' jsir l-eżerċizzju effettiv tad-dritt għad-difiża u mhux iktar tard minn meta jiġu ppreżentati l-merti tal-akkuża għas-sentenza tal-qorti. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jingħataw pussess ta' aktar provi materjali, l-aċċess għalihom għandu jingħata fiż-żmien debitu biex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati.
3a. B'deroga għall-paragrafi 2 u 3, dment li dan ma jippreġudikax id-dritt għal proċess ġust, l-aċċess għal ċertu materjal jista' jinċaħad jekk dan ikun jista' jwassal għal periklu serju tal-ħajja jew tad-drittijiet fundamentali ta' persuna oħra jew jekk ikun strettament meħtieġ biex jiġi salvagwardjat interess pubbliku importanti, bħal fil-każ fejn hemm ir-riskju li jipperikola investigazzjoni li tkun għaddejja, jew fejn jista' jikkawża ħsara serja għas-sigurtà nazzjonali tal-Istat Membru li fih ikunu qegħdin iseħħu l-proċedimenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'konformità mal-proċeduri fil-liġi nazzjonali, id-deċiżjoni li ma jiġix żvelat ċertu materjal taħt dan il-paragrafu tittieħed minn awtorità ġudizzjarja jew tkun tal-inqas soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju.
3b. L-aċċess imsemmi f'dan l-Artikolu għandu jingħata mingħajr ħlas.
Artikolu 8
Verifika u rimedji
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta tiġi pprovduta informazzjoni lill-persuna suspettata jew akkużata f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta' din id-Direttiva, dan jiġi rreġistrat, bl-użu ta' proċedura ta' reġistrazzjoni f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna suspettata jew akkużata jew l-avukat tagħha jkollhom id-dritt ta' kontestazzjoni, f'konformità mal-proċeduri fil-liġi nazzjonali, dwar in-nuqqas jew iċ-ċaħda eventwali tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu l-informazzjoni f'konformità ma' din id-Direttiva.
▌
Artikolu 9
Taħriġ
Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jitolbu lil dawk responsabbli għat-taħriġ tal-imħallfin, il-prosekuturi, il-pulizija u l-persunal ġudizzjarju involuti fi proċedimenti kriminali biex jipprovdu taħriġ xieraq fir-rigward tal-għanijiet ta' din id-Direttiva.
Artikolu 10
Klawżola ta' non-rigressjoni
Xejn f'din id-Direttiva ma għandu jiġi miftiehem bħala li jillimita lil jew jidderoga minn xi drittijiet u salvagwardji proċedurali li huma żgurati taħt il-Karta, il-KEDB u taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-liġi internazzjonali jew ▌il-liġi ta' kwalunkwe Stat Membru li jipprovdu livell ta' protezzjoni ogħla.
Artikolu 11
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità ma’ din id-Direttiva sa ….[11]* ▌.
2. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali riferiment waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif isir tali riferiment għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 12
Rapport
Il-Kummisjoni għandha, sa ….[12]** tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-punt safejn l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, jekk meħtieġ, flimkien ma' proposti leġislattivi.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 14
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi ▌,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Mudell indikattiv ta' ittra tad-Drittijiet ▌:
L-uniku skop ta' dan il-mudell huwa li jippreżenta stampa ta' Ittra tad-Drittijiet bil-ħsieb li jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali fit-tħejjija ta' tali Ittra fil-livell nazzjonali: L-Istati Membri mhumiex marbuta jużaw dan il-mudell. Meta jkunu qed jippreparaw l-Ittra tagħhom, huma jistgħu jemendaw dan il-mudell sabiex jallinjawh mar-regoli nazzjonali applikabbli tagħhom u jżiedu informazzjoni addizzjonali li tkun utli[13].
Inti għandek id-drittijiet li ġejjin:
A. ASSISTENZA MINN AVUKAT/DRITT GĦAL GĦAJNUNA LEGALI
Int għandek id-dritt li titkellem ma' avukat b’mod kunfidenzjali. Avukat huwa indipendenti mill-pulizija. Itlob lill-pulizija jekk teħtieġ għajnuna biex titkellem ma' avukat. Il-pulizija se jgħinuk. F'ċerti każijiet, l-għajnuna tista' tkun bla ħlas. Saqsi lill-pulizija għal iktar informazzjoni.
B. INFORMAZZJONI DWAR L-AKKUŻA
Inti għandek id-dritt li tkun taf għalfejn ġejt arrestat/miżmum u x'inti ssuspettat li wettaqt.
C. INTERPRETAZZJONI U TRADUZZJONI
Jekk inti ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa, inti għandek dritt għal interpretu. Dan huwa bla ħlas. L-interpretu jista' jgħinek titkellem mal-avukat tiegħek u huwa meħtieġ li jżomm il-kontenut tal-komunikazzjoni konfidenzjali. Inti għandek id-dritt għal traduzzjoni ta' mill-inqas is-siltiet rilevanti tad-dokumenti essenzjali, inklużi kwalunkwe ordni minn imħallef li tħallik taħt arrest jew li tinżamm f'kustodja, kull akkuża u kwalunkwe sentenza. Inti tista' f'ċerti cirkustanzi tingħata traduzzjoni bil-fomm jew fil-qosor.
D. ID-DRITT LI TIBQA' SIEKTA
Meta tiġi interrogat mill-Pulizija jew l-awtoritajiet ġudizzjarji, inti mhux obbligat li tirrispondi domandi dwar ir-reat allegat. L-avukat tiegħek jista' jgħinek tiddeċiedi fuq dan.
E. AĊĊESS GĦAD-DOKUMENTI
Meta tiġi arrestat, inti (jew l-avukat tiegħek) għandek (għandu) d-dritt ta' aċċess għal dokumenti essenzjali neċessarji għall-kontestazzjoni tal-arrest jew d-detenzjoni. Jekk il-każ tiegħek jitressaq il-qorti inti (jew l-avukat tiegħek) għandek (għandu) id-dritt ta' aċċess għall-provi materjali favur u kontrik.
F. ID-DRITT LI TINFORMA LIL XI ĦADDIEĦOR BID-DETENZJONI TIEGĦEK/ ID-DRITT LI TINFORMA L-KONSULAT JEW L-AMBAXXATA TIEGĦEK
Meta tiġi arrestat, informa lill-pulizija jekk trid tinforma lil xi ħadd bid-detenzjoni pereżempju membru tal-familja jew min iħaddmek. F'ċerti każijiet, id-dritt li tinforma lil persuni oħra bid-detenzjoni tiegħek jista' jkun proviżorjament limitat. Il-pulizija jkunu jistgħu jgħidulek.
Jekk inti barrani, informa lill-pulizija jekk trid l-awtorità konsulari jew l-ambaxxata tiegħek tiġi informata bid-detenzjoni. Informa lill-pulizija wkoll jekk trid tikkuntattja uffiċjal tal-awtorità konsulari jew l-ambaxxata tiegħek.
G. GĦAJNUNA MEDIKA URĠENTI
Meta tiġi arrestat, inti għandek id-dritt għal għajnuna medika urġenti. Informa lill-pulizija jekk għandek bżonn għajnuna medika urġenti.
H. PERJODU TAĊ-ĊAĦDA TA' LIBERTÀ
Wara l-arrest tiegħek inti tista' tiċċaħħad mil-libertà tiegħek/tinżamm għal perjodu massimu ta' ... [imla n-numru ta' siegħat/ġranet applikabbli]. Fl-aħħar ta' dan il-perjodu inti għandek tiġi liberat jew tinstema' minn imħallef li se jiddeċiedi fuq id-detenzjoni ulterjuri tiegħek. Itlob lill-avukat tiegħek jew lill-imħallef għal informazzjoni dwar il-possibbiltajiet li tikkontesta l-arrest, li titlob għal rieżami tad-detenzjoni jew li titlob għal-libertà provviżorja.
ANNESS II
Mudell indikattiv ta' Ittra tad-Drittijiet għal persuni arrestati fuq il-bażi ta' Mandat ta' Arrest Ewopew:
L-uniku skop ta' dan il-mudell huwa li jippreżenta stampa ta' Ittra tad-Drittijiet bil-ħsieb li jgħin lill-awtoritajiet nazzjonali fit-tħejjija ta' tali Ittra fil-livell nazzjonali: L-Istati Membri mhumiex marbuta jużaw dan il-mudell. Meta jkunu qed jippreparaw l-Ittra tagħhom, huma jistgħu jemendaw dan il-mudell sabiex jallinjawh mar-regoli nazzjonali applikabbli tagħhom u jżiedu informazzjoni addizzjonali li tkun utli.
Inti ġejt arrestat abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew. Inti għandek id-drittijiet li ġejjin:
A. INFORMAZZJONI DWAR IL-MANDAT TA' ARREST EWROPEW
Inti għandek id-dritt li tiġi informat dwar il-kontenut tal-Mandat ta' Arrest Ewropew li abbażi tiegħu inti ġejt arrestat.
B. L-ASSISTENZA MINN AVUKAT
Int għandek id-dritt li titkellem ma' avukat b’mod kunfidenzjali. Avukat huwa indipendenti mill-pulizija. Itlob lill-pulizija jekk teħtieġ għajnuna biex titkellem ma' avukat. Il-pulizija se jgħinuk. F'ċerti każijiet, l-għajnuna tista' tkun bla ħlas. Saqsi lill-pulizija għal iktar informazzjoni.
C. INTERPRETAZZJONI U TRADUZZJONI
Jekk inti ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa, inti għandek dritt għal interpretu. Dan huwa bla ħlas. L-interpretu jista' jgħinek titkellem mal-avukat tiegħek u huwa meħtieġ li jżomm il-kontenut tal-komunikazzjoni konfidenzjali. Inti għandek id-dritt għal traduzzjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew f'lingwa li tifhem. Inti tista' f'ċerti cirkustanzi tingħata traduzzjoni bil-fomm jew fil-qosor.
D. IL-POSSIBBILTÀ TA' KONTESTAZZJONI
Inti tista' tagħti l-kunsens tiegħek jew ma tagħtihx sabiex tiġi kkonsenjat lill-Istat li qed ifittxek. Il-kunsens tiegħek se jgħaġġel il-proċedimenti. [Addizzjoni possibbli ta' ċerti Stati Membri: Jista' jkun diffiċli jew anki impossibbli li tbiddel din id-deċiżjoni fi stadju aktar tard.] Saqsi lill-awtoritajiet jew lill-avukat tiegħek għal aktar informazzjoni.
E. SMIGĦ
Jekk inti ma tagħtix l-kunsens tiegħek sabiex tiġi kkonsenjat, inti għandek dritt tinstema' minn awtorità ġudizzjarja.
NOTA SPJEGATTIVA
L-iżgurar li jkunu fis-seħħ standards minimi komuni fi proċedimenti kriminali jiggarantixxi aħjar id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u jgħin biex jingħelbu d-diffikultajiet li jinstabu fl-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fi kwistjonijiet kriminali minħabba nuqqas ta' fiduċja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji.
Wara n-nuqqas ta' adozzjoni ta' strument legali orizzontali dwar id-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali (Proposta tal-Kummissjoni 2001 għal Deċiżjoni Qafas), il-Kunsill għażel approċċ pass pass u fit-30 ta' Novembru 2009 adotta Pjan direzzjonali dwar id-Drittijiet Proċedurali u stieden lill-Kummissjoni tressaq għadd ta' proposti leġiżlattivi li jikkorrispondu għall-miżuri elenkati fil-Pjan direzzjonali. Il-proposta għal direttiva dwar id-dritt għall-informazjzoni fi proċedimenti kriminali ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea f'Lulju 2010 hija t-tieni pass fil-lista ta' miżuri inklużi fil-Pjan direzjonali dwar id-Drittijiet Proċedurali. L-għan tagħha huwa li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali fl-Unjoni Ewropea kollha. L-ewwel pass, dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni, huwa Direttiva adottata fit-8 ta' Ottubru 2010.
Fid-dawl tal-proposta, id-Direttiva għandha tapplika minn meta persuna tiġi mgħarrfa mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, permezz ta' notifika uffiċjali jew mod ieħor, li hija tinsab suspettata jew akkużata li kkommettiet reat sat-tmiem tal-proċedimenti (inkluż kwalunkwe appell). Il-proċedimenti li japplikaw il-Mandat ta' Arrest Ewropew għandhom ikunu wkoll fl-ambitu, filwaqt li skont il-Premessa 15 tal-proposta, id-Direttiva m'għandhiex tapplika fi proċedimenti mmexxijja minn awtoritajiet amministrattivi b'rabta mal-ksur ta' leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni, kemm jekk nazzjonali kif ukoll jekk Ewropea, sakemm il-każ ma jitressaqx quddiem qorti li jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet kriminali.
L-għan ewlieni tal-proposta huwa r-riaffermazzjoni li persuni suspettati u akkużati għandhom id-dritt jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom. Tali informazzjoni għandha tingħata b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, bil-fomm jew bil-miktub, b'lingwa li l-persuna suspettata jew akkużata tifhem. Dispożizzjonijiet speċifiċi jikkonċernaw it-tfal u persuni b'vsta parzjali jew għomja jew li ma jafux jaqraw. L-informazzjoni għandha tkun inkluża fl-hekk imsejħa "Ittra tad-Drittijiet".
Skont il-proposta, informazzjoni speċifika għandha tingħata f'każ li persuna tiġi mċaħħda mil-libertà mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri matul il-proċedimenti kriminali fuq suspett li tkun ikkommettiet reat (eż. permezz ta' arrest mill-pulizija u t-tqegħid f'detenzjoni ta' qabel il-proċess quddiem il-qorti b'ordni tal-imħallef). Huwa f'dan il-każ biss li l-Istati Membri jeħtieġu jagħtu informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet proċedurali.
Minbarra d-dritt ġenerali li l-persuni jiġu infurmati dwar id-drittijiet proċedurali, il-proposta tipprova tiddefinixxi aktar żewġ drittijiet speċifiċi: id-dritt għall-informazzjoni dwar l-imputazzjoni u d-dritt ta' aċċess għall-fajl tal-proċess. Id-dritt tal-aħħar, madankollu, huwa limitat billi l-proposta tgħid li l-aċċess għal ċerti dokumenti fil-fajl tal-proċess jista' jinċaħad meta dan jista' jwassal għal riskju serju għall-ħajja ta' persuna jew jista' jkun ta' ħsara kbira għas-sigurtà interna tal-Istat Membru fejn ikunu qed isiru l-proċedimenti.
Biex ikun żgurat li d-dritt għall-informazzjoni jingħata tassew, il-proposta tipprevedi li tkun fis-seħħ proċedura li tivvaluta jekk il-persuna suspettata jew akkużata tkunx irċeviet l-informazzjoni li jkun hemm rimedju effikaċi f'każ li ma tkunx ingħatat din l-informazzjoni.
Dispożizzjonijiet oħra jikkonċernaw it-taħriġ u l-klawsola ta' nonregressjoni.
Il-proposta tinkludi żewġ Annessi: L-Anness I fih mudell indikattiv tal-Ittra tad-Drittijiet li għandha tingħata lil persuna suspettata jew akkużata meta tiġi arrestata, filwaqt li l-Anness II fih mudell indikattiv tal-Ittra tad-Drittijiet li għandha tingħata lil persuna arrestata abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew.
Peress li huma mudelli "indikattivi", l-Istati Membri jistgħu ma jużawhomx. Għandu jkun innutat li ż-żewġ Annessi fihom speċifikazzjonijiet li jmorru ferm lil hinn minn dak li tgħid il-proposta.
Il-Pożizzjoni tar-rapporteur
Iċ-ċittadini tal-UE huma intitolati jivvjaġġaw, jistudjaw u jaħdmu fit-territorju tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, dawn il-libertajiet huma limitati minħabba 27 sistema legali differenti fl-Istati Membri. Għalhekk l-UE qed tipprova tistabbilixxi żona unika ta' ġustizzja, b'regoli komuni u b'koperazzjoni intensiva. Filwaqt li l-qafas leġiżlattiv eżistenti fil-qasam tal-ġustizzja jiffoka primarjament fuq il-koperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri, din id-Direttiva tiffoka fuq iċ-ċittadini tal-UE u d-drittijiet li għandhom f'każ li jkunu involuti fi proċedimenti kriminali. Jekk dan iseħħ, fil-pajjiż tal-oriġini ta' persuna jew fi Stat Membru ieħor tal-UE, għandu jingħata proċess ġust b'konformità mal-każistika tal-QEDB. Dan jimplika r-rispett tad-drittijiet proċedurali bażiċi bħall-konsultazzjoni ma' avukat jew id-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni jekk ikunu meħtieġa.
Il-fatt li persuna tkun konxja mid-drittijiet tagħha huwa l-ewwel pass lejn il-fatt li dawn jiġu rispettati. In-nuqqas min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi li jirrispettaw dawk id-drittijiet jipperikola kemm ikunu ġusti l-proċedimenti kriminali u jista' jwassal għan-nuqqas ta' ġustizzja. Għalhekk ir-Rapporteur tilqa' l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni li jiġu stabbiliti standards minimi fir-rigward tad-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali fl-Unjoni Ewropea kollha. Jekk tiġi adottata u tiġi implimentata sew, ittejjeb id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati billi tiżgura li jingħataw informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom.
Dan ir-rapport jemenda l-proposta tal-Kummissjoni biex ikun żgurat li d-Direttiva tkopri l-każijiet kollha ta' tiċħid tal-libertà personali, irrispettivament minn kif l-Istati Membri jikkwalifikaw il-proċedimenti li skonthom il-persuna suspettata tkun ġiet imċaħħda mil-libertà tagħha. Ħadd ma jkun jaf minn qabel kemm persuna suspettata se tinżamm fil-kustodja tal-pulizija jew għal kemm żmien se tiġi mċaħħda mil-libertà tagħha. Filwaqt li d-diversi drittijiet imsemmija fl-Ittra tad-Drittijiet mhux dejjem japplikaw, il-persuna suspettata jew akkużata xorta waħda hija intitolata li tingħata minnufih informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet proċedurali tagħha.
L-Artikolu 3 tad-Direttiva, li jistipula d-drittijiet proċedurali li l-persuni kollha suspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali għandhom jiġu infurmati dwarhom, għandu jiġi estiż għad-drittijiet li ġejjin:
- id-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni
- id-dritt ta' aċċess għal avukat
- il-kundizzjonijiet biex jinkiseb l-aċċess għal avukat bla ħlas
- id-dritt li tiġi infurmata bl-akkuża
- id-dritt tal-aċċess għall-materjal li jservi ta' xhieda marbut mal-każ
- id-dritt għas-silenzju.
L-Ittra tad-Drittijiet għandu jkun fiha wkoll l-informazzjoni li ġejja għall-persuni arrestati msemmija f'din id-Direttiva:
a) għal kemm-il siegħa/ġurnata l-persuna tista' tiġi mċaħħda mil-libertà qabel ma tittella' quddiem awtorità ġudizzjarja;
b) kif il-persuna tista' tinħeles mill-arrest u kif tikseb rieżami tad-detenzjoni tagħha;
c) il-perjodu massimu ta' detenzjoni qabel ma jsir il-proċess li japplika fil-każ tagħha.
Il-persuna dejjem għandha tingħata l-opportunità li taqra l-Ittra tad-Drittijiet u titħalla żżommha fil-pussess tagħha matul iż-żmien kollu li matulu tkun imċaħħda mil-libertà tagħha.
Huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw li persuna suspettata jew akkużata tingħata biżżejjed informazzjoni dwar l-akkuża sabiex tiġi salvagwardjata l-ġustizzja fil-proċedimenti kriminali u biex tkun tista' teżerċita b'mod effikaċi d-drittijiet ta' difiża tagħha. Meta titqies il-varjetà ta' regoli proċedurali u t-tifsira differenti tat-terminu "imputazzjoni" fl-Istati Membri kollha, it-terminu "akkuża" ikun aktar xieraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuna li tkun soġġetta għal imputazzjoni kriminali tingħata biżżejjed informazzjoni dwar in-natura u l-kawża tal-akkuża malli, skont il-liġi nazzjonali, tkun intitolata li tieħu l-ewwel passi biex tiddefendi ruħha. Persuna arrestata għandha wkoll, malli tiġi mċaħħda mil-libertà tagħha, tingħata informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-arrest tagħha, inkluża informazzjoni dwar ir-reat li hija ssuspettata li wettqet, skont l-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva.
Barra minn hekk, il-kunċett tal-fajl tal-proċess skont l-Artikolu 7 tal-proposta tal-Kummissjoni, li mhuwiex rikonoxxut mill-Istati Membri kollha, jista' jitfisser aħjar bl-użu tal-frażi "l-materjal li jservi ta' xhieda marbut mal-każ", li twessa' l-ambitu tat-terminu. L-Istati Membri għandhom dejjem jiżguraw li persuna suspettata jew akkużata jew l-avukat tagħha jkollhom aċċess sħiħ għall-materjal li jservi ta' xhieda marbut mal-każ li jkun fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti, mhux aktar tard minn meta tintemm l-investigazzjoni tar-reat. Il-persuna suspettata jew akkużata jew l-avukat tagħha jistgħu jitolbu lista tal-materjal li jservi ta' xhieda li jkun fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti.
Billi tinħoloq ħafna konfużjoni b'Ittri tad-Drittijiet differenti, li japplikaw għal sitwazzjonijiet differenti, għandhom ikunu koperti f'mudell wieħed ta' Ittra tad-Drittijiet. Dan il-mudell inkluż fl-Anness I ta' din id-Direttiva għandu jkun obbligatorju għall-Istati Membri u tal-anqas għandu jinkludi d-drittijiet stipulati f'din id-Direttiva. Id-Direttiva fiha Anness ieħor b'Ittra tad-Drittijiet separata dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew, billi l-implimentazzjoni tagħha ma titqisx bħala proċediment kriminali f'kull Stat Membru. Din id-distinzjoni saret ukoll fil-miżura A u għalhekk hija konformi mal-Pjan direzzjonali.
Din id-Direttiva hija biss it-tieni pass f'serje ta' miżuri fil-Pjan direzzjonali dwar id-Drittijiet Proċedurali u hija meqjusa bħala parti minn pakkett komprensiv ta' leġiżlazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni matul is-snin li ġejjin li għandu jipprovdi sett minimu ta' drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, tkun ħaġa tajba ferm li l-Kummissjoni tipprovdi mudell tal-Ittra tad-Drittijiet fi tmiem il-Pjan direzzjonali skont id-drittijiet proċedurali li għad iridu jiġu adottati fis-snin li ġejjin.
27.1.2011
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-jedd għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali
( COM(2010)0392 – C7‑0189/2010 – 2010/0215(COD) )
Rapporteur: Jan Philipp Albrecht
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Introduzzjoni
Il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali, filwaqt li jikkonsagraw il-jeddijiet essenzjali tad-difiża, bħalma hu l-jedd ta’ aċċess għal avukat, il-jedd għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni, il-jedd għall-informazzjoni dwar l-akkuża, il-jedd għall-eżami regolari tad-detenzjoni, u l-jedd għat-tressiq quddiem qorti, joffru dettall limitat dwar kif dawn il-jeddijiet għandhom jitħarsu fil-prattika.
Il-proposta li bħalissa qiegħda quddiem il-Kumitat tipprova ttejjeb il-jeddijiet tal-issuspettati u tal-akkużati f'dak li għandu x'jaqsam mal-jeddijiet u l-informazzjoni dwar l-akkużi. Tkopri wkoll is-sitwazzjoni fejn persuna tkun arrestata b’Mandat ta’ Arrest Ewropew għall-proskuzzjoni jew l-eżekuzzjoni ta’ sentenza. Il-fatt li jkun hemm standards minimi komuni fir-rigward ta' dawn id-drittijiet għandu jiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u b'hekk itejjeb il-funzjonament tal-koperazzzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-UE.
Dan huwa t-tieni miżuri tar-"Roadmap" għat-tisħiħ tal-jeddijiet proċedurali tal-issuspettati u l-akkużati fi proċedimenti kriminali[14], li tinkludi wkoll l-jedd għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni[15], għall-parir legali u għall-għajnuna legali, għall-komunikazzjoni mal-qraba, min iħaddimhom, u awtoritajiet konsolari, u salvagwardji speċjali għall-issuspettati u akkużati li jkunu vulnerabbli u green paper dwar id-detenzjoni ta’ qabel il-proċess.
L-idea essenzjali tal-proposta hija li jkun żgurat li l-issuspettat u l-akkużat ikunu infurmati dwar l-akkuża u dwar jeddijietu almenu bil-kitba f’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli. Il-proposta fiha żewġ annessi. L-ewwel anness fih “Ittra bil-Jeddijiet” indikattiva, li għandha tkun ippreżentata malli jsir l-arrest. It-tieni anness fih ittra indikattiva li għandha tiġi prreżentata fil-każ speċifiku ta’ persuna arrestata fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur għal opinjoni
Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass ieħor fit-tisħiħ tal-jeddijiet proċedurali fil-proċedimenti kriminali fl-Istati Membri u għat-tqegħid ta’ bażi xierqa għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji f’materji kriminali.
B’danakollu, jiddispjaċih li skont ir-Roadmap għat-tisħiħ tal-jeddijiet proċedurali, ittieħed approċċ biċċa biċċa ta’ dawk li fil-fehma tiegħu huma jeddijiet interkonnessi b'mod li ma jinħallx. Huwa partikolarment ta' ħasra li l-jedd għall-informazzjoni kien ippreżentat bħala t-tieni miżuri tar-Roadmap, bir-riżultat effettiv li hemm proposta tal-Kummissjoni li fiha "nofs Ittra tal-Jeddijiet", u b’hekk ġew parzjalment esklużi l-jeddijiet l-oħrajn dwar il-parir legali u l-għajnuna legali, il-komunikazzjoni mal-qraba, ma’ min iħaddem u mal-awtortiajiet konsulari, u l-jeddijiet tal-issuspettati u akkużati vulnerabbli. L-emendi proposti jippruvaw jirrimedjaw għal din l-inkonsistenza.
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-Ittra tal-Jeddijiet għar-rigward tal-Mandat ta’ Arrest Ewropew, ir-rapporteur għal opinjoni qiegħed jipproponi li jiċċara d-diċitura żvijjanti li tista’ twassal lir-rikjedent jaħseb li huwa jedd li jaqbel direttament li jagħti ruħu b'idejh, filwaqt li fil-fatt huwa każ ta' xi ħadd li jkun qiegħed jirrinunzja għall-jedd ta' speċjalità skont it-termini tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, u b’hekk jippermetti lill-awtorità ġudizzjarja emettenti li tipprosegwixxi għal reati oħra għajr dawk li jkunu jinsabu fil-Mandat ta' Arrest Ewropew.
Kollox ma’ kollox, ir-rapporteur għal opinjoni jqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija waħda f’saħħitha u jistħoqqilha l-appoġġ. B’xorti ħażina, il-Kunsill fl-approċċ ġenerali tiegħu li jinsab fid-Dokument Nru 17503/10 bid-data tas-6 ta’ Ottubru 2010 għandu mnejn idgħajjef bil-goff din il-proposta billi jdaħħal bosta riferimenti għad-Dritt nazzjonali u billi jżid aktar kondizzjonijiet għall-għoti tal-Ittra tal-Jeddijiet.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 14 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14a) Din id-Direttiva tapplika għall-persuni suspettati u akkużati fit-territorju tal-UE indipendentement mill-istatus legali, iċ-ċittadinanza u n-nazzjonalità tagħhom. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) Għandu jingħata taħriġ adegwat dwar drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati u akkużati lill-uffiċjali relevanti fl-Istati Membri. | (23) Għandu jingħata taħriġ xieraq u effettiv dwar drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati u akkużati lill-uffiċjali relevanti fl-Istati Membri. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 24 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (24a) Skont il-ġurisprudenza fuq l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (KEDFB), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-saħħa u l-benessri ta’ persuna jkunu adegwatament assikurati, inkluż bil-għoti tal-assistenza medika lil persuna mċaħħda mil-libertà tagħha. L-informazzjoni marbuta mar-rekwiżiti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 3 tal-KEDFB għandhom jingħataw mal-arrest. |
Ġustifikazzjoni
Il-jedd għall-kura medika kien stabbilit mill-QEDFB fis-17 ta’ Settembru 2009, Enea v. Italja, nru. 74912/01, para. 57-58
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Din id-Direttiva tapplika minn meta persuna tkun ġiet infurmata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, permezz ta' notifika jew mod ieħor, li hija suspettata jew akkużata li wettqet reat sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċedimenti, li huwa mifhum li jfisser il-konklużjoni finali tal-kwistjoni dwar jekk il-persuna suspettata jew akkużata wettqitx ir-reat, inkluż, fejn applikabbli, is-sentenza u r-riżoluzzjoni, ta' kwalunkwe appell. | 1. Din id-Direttiva tapplika minn meta persuna tkun ġiet reża konxja mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, permezz ta' notifika uffiċjali jew xort’ oħra, li hija ssuspettata jew akkużata li wettqet reat sa ma jiġu fi tmiemhom il-proċedimenti, li huwa mifhum li jfisser il-konklużjoni finali tal-kwistjoni dwar jekk il-persuna suspettata jew akkużata wettqitx ir-reat, inkluż, fejn applikabbli, is-sentenza u r-riżoluzzjoni, ta' kwalunkwe appell. |
(Note: il-bdil minn “hu” għal “hu jew hi” u minn “tiegħu” għal “tiegħu jew tagħha” għandu jsir fit-test kollu.)
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. F’din id-Direttiva, “awtoritajiet kompetenti" għandha tinkludi l-pulizija u l-awtoritajiet investigattivi, prosekuturi, maġistrati u mħallfin, iżda m’għandhiex tkun limitata għalihom. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhon jiżguraw li kwalunkwe persuna li hija suspettata jew akkużata li wettqet reat tiġi pprovduta minnufih b'informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali f'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli. | 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna li hija suspettata jew akkużata li wettqet reat tiġi pprovduta, kemm jista’ jkun malajr fil-prattika u fi kwalunkwe każ qabel issir l-interrogazzjoni, b'informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tagħha almenu bil-miktub u f'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li l-persuna suspettata jew akkużata tifhem l-informazzjoni pprovduta. Jekk ikun hemm possibilità li l-persuni ssuspettati jew akkużati jkunu vulnerabbli minħabba età, lingwa, inkapaċità jew għal kwalunkwe raġuni oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu passi ulterjuri biex jiżguraw li dawn jifhmu jeddijiethom. Fejn tali fehim ikun jeħtieġ l-assistenza ta’ interpretu kkwalifikat skont ma tgħid id-Direttiva 2010/64/UE jew adult responsabbli fil-każ ta’ tfal jew persuna inqas kapaċi, l-awtorità kompetenti għandha tinformahom ukoll b’jeddijiethom ħalli jkunu jistgħu jispjegawhom lill-persuna suspettata jew akkużata. L-issuspettat jew akkużat għandu jintalab jikkonferma bil-miktub li fehem jeddijietu. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Informazzjoni msemmija f'paragrafu 1 għandha tinkludi bħala minimu: | 2. L-Informazzjoni msemmija f'paragrafu 1 għandha tinkludi bħala minimu: |
– id-dritt ta' aċċess għal avukat, fejn meħtieġ bla ħlas, | – id-dritt ta' aċċess għal avukat, fejn meħtieġ bla ħlas, |
– id-dritt li l-persuna tkun infurmata bl-akkuża u, fejn xieraq, tingaħta aċċess għall-fajl tal-proċess, | id-dritt li l-persuna tkun infurmata bl-akkuża u, fejn xieraq, tingaħta aċċess għall-materjali evidenzjarji tal-każ, |
– id-dritt għal interpretar u traduzzjoni, | – id-dritt għal interpretar u traduzzjoni, |
– id-dritt li jekk il-persuna suspettata jew akkużata tiġi arrestata tinġieb quddiem il-qorti minnufih. | – id-dritt li jekk il-persuna suspettata jew akkużata tiġi arrestata tinġieb quddiem il-qorti minnufih, |
| – il-jedd għas-skiet, u kull implikazzjoni li jista’ jkun fl-eżerċizzju ta’ dan il-jedd skont id-Dritt nazzjonali. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-dritt għal informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet ta' arrest | Id-dritt għal informazzjoni bil-miktub dwar il-jeddijiet mal-arrest jew detenzjoni |
1. Fejn persuna tiġi arrestata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru fil-kors ta' proċedimenti kriminali, fil-pront din għandha tingħata informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tagħha bil-miktub (Ittra tad-Drittijiet). Għandha tingħata l-opportunità li taqra l-Ittra tad-Drittijiet u titħalla żżommha fil-pussess tagħha matul iż-żmien kollu li hi tkun imċaħħda mil-libertà tagħha. | 1. Fejn persuna tiġi arrestata jew detenuta mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru fil-kors ta' proċedimenti kriminali, fil-pront din għandha tingħata informazzjoni dwar il-jeddijiet proċedurali tagħha bil-miktub (Ittra tad-Drittijiet). Għandha tingħata l-opportunità li taqra l-Ittra tad-Drittijiet u titħalla żżommha fil-pussess tagħha matul iż-żmien kollu li hi tkun imċaħħda mil-libertà tagħha. |
2. L-Ittra tad-Drittijiet għandha tinkiteb b'lingwaġġ sempliċi u għandha tinkludi mill-inqas dik l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2). Fl-Anness I ta' din id-Direttiva hemm mudell ta' tali Ittra. | 2. L-Ittra tad-Drittijiet għandha tinkiteb b'lingwaġġ sempliċi u għandha tinkludi mill-inqas dik l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u 2(a). L-Ittra tad-Drittijiet għandu jkun fiha mill-anqas l-elementi ddelineati fl-Anness I ta' din id-Direttiva. |
| 2a. Minbarra l-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikolu 3, il-persuna arrestata jew detenuta għandha tkun infurmata dwar dan li ġej: |
| (a) għal kemm sigħat jew ġranet tista' tiġi mċaħħda mil-libertà qabel ma tittella' quddiem awtorità ġudizzjarja; |
| (b) kif tista' tinħeles mill-arrest u kif tikseb rieżami tad-detenzjoni tagħha; |
| (c) il-perjodu massimu ta' detenzjoni qabel ma jsir il-proċess li japplika fil-każ tagħha; |
| (d) il-jedd tal-kuntatt mal-familja jew ħbieb u uffiċjali konsolari; |
| (e) il-jedd għall-kura medika; |
| (f) fejn applikabbli, il-jedd għall-applikazzjoni għall-miżuri ta’ superviżjoni bħala alternattiva għad-detenzjoni provviżorja. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-persuna suspettata jew akkużata ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa tal-proċedimenti, għandha tirċievi Ittra tad-Drittijiet f'lingwa li tifhem hi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiegħed fil-post mekkaniżmu li jwassal l-informazzjoni lil persuna suspettata jew akkużata li għandha vista parzjali jew li ma tistax taqra. Fejn il-persuna suspettata jew akkużata hija minorenni, l-informazzjoni tal-Ittra tad-Drittijiet għandha tingħata wkoll bil-fomm b'manjiera adattata għall-età, livell ta' maturità u kapaċitajiet intellettwali u emozzjonali tal-minorenni. | 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-persuna suspettata jew akkużata ma titkellimx jew ma tifhimx il-lingwa tal-proċedimenti, għandha tirċievi Ittra tad-Drittijiet f'lingwa li tifhem hi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitqiegħed fil-post mekkaniżmu li jwassal l-informazzjoni lil persuna suspettata jew akkużata li għandha vista parzjali jew li ma tistax taqra. Fejn il-persuna suspettata jew akkużata hija vulnerabbli minħabba l-età, inkapaċità jew xi raġuni oħra, l-informazzjoni tal-Ittra tad-Drittijiet għandha tingħata wkoll bil-fomm b'manjiera adattata għall-età, livell ta' maturità u kapaċitajiet intellettwali u emozzjonali tal-minorenni. |
4. Fejn ittra tad-Drittijiet mhix disponibbli fil-lingwa xierqa, il-persuna suspettata jew akkużata għandha tiġi infurmata bid-drittijiet tagħha bil-fomm u b'lingwa li tifhem hi. Imbagħad għandha tingħatalha Ittra tad-Drittijiet f'lingwa li tifhem hi mingħajr dewmien żejjed. | 4. Fejn ittra tad-Drittijiet mhix disponibbli fil-lingwa xierqa, il-persuna suspettata jew akkużata għandha tiġi infurmata bid-drittijiet tagħha bil-fomm minn interpretu kwalifikat u b'lingwa li tifhem hi skont it-termini tad-Direttiva 2010/64/UE. Imbagħad għandha tingħatalha Ittra tad-Drittijiet f'lingwa li tifhem hi mingħajr dewmien żejjed. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna suġġetta għal proċedimenti biex jiġi eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew, tirċievi Ittra ta' Drittijiet xierqa li tippreżenta d-drittijiet ta' dik il-persuna kif stabbiliti Fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI. Fl-Anness II ta' din id-Direttiva hemm mudell indikattiv ta' tali Ittra. Fl-Anness I ta' din id-Direttiva hemm mudell ta' tali Ittra. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe persuna suġġetta għal proċedimenti biex jiġi eżegwit Mandat ta' Arrest Ewropew, tirċievi Ittra ta' Drittijiet xierqa li tippreżenta d-drittijiet kollha ta' dik il-persuna kif stabbiliti Fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI. Fl-Anness II ta' din id-Direttiva hemm mudell indikattiv ta' tali Ittra. L-Ittra tad-Drittijiet għandha tinkiteb b'lingwaġġ sempliċi u għandha tinkludi mill-inqas l-elementi stipulati fl-Anness II ta' din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni
L-Anness għandu jkun vinkolanti fir-rigward tal-kontenut tiegħu u għandu jirrifletti l-ambitu ta' din id-Direttiva. Id-drittijiet kollha tal-persuni mfittxija stipulati fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA għandhom jiġu inklużi fl-ittra rilevanti tad-drittijiet.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u fid-dettall u f'lingwa li l-persuna suspettata jew akkużata tifhem. Fil-każ ta' minorenni, informazzjoni dwar l-akkużi għandha tingħata f'manjiera addattata għall-età, livell ta' maturità u kapaċitajiet intellettwali u emozzjonali tiegħu. | 2. L-informazzjoni għandha tingħata fil-pront u fid-dettall u f'lingwa li l-persuna suspettata jew akkużata tifhem. Fil-każ ta' persuna vulnerabbli minħabba fl-età, l-inkapaċità jew kull raġuni oħra, l-informazzjoni dwar l-akkużi għandha tingħata f'manjiera addattata għall-età, ilsien, livell ta' maturità u kapaċitajiet intellettwali u emozzjonali tiegħu. |
Ġustifikazzjoni
Kull forma ta’ vulnerabilita għandha titqies, inkluża, ngħidu aħna, l-inkapaċità mentali.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. L-informazzjoni mogħtija skont it-termini ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata bil-fomm u kemm jista’ prattikament ikun possibbli bil-miktub. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 3 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Id-dmir tal-għoti tal-informazzjoni skont dan it-termini ta' dan l-Artikolu għandu jissussisti matul il-proċedimenti meta tiġi magħrufa informazzjoni ġdida. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-dritt tal-aċċess għall-fajl tal-proċess | Il-jedd tal-aċċess għall-materjali evidenzjarji tal-każ |
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri ma jifhmux l-istess ħaġa bit-terminu "fajl tal-każ" [inkartament].
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta persuna suspettata jew akkużata tiġi arrestata fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hi jew l-avukat tagħha jingħataw aċċess għal dawk id-dokumenti inklużi fil-fajl tal-proċess li huma relevanti biex tiġi determinata l-legalità tal-arrest jew id-detenzjoni. | 1. Meta persuna suspettata jew akkużata tiġi arrestata fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hi jew l-avukat tagħha jingħataw aċċess għal dawk id-dokumenti inklużi fil-fajl tal-proċess li huma relevanti biex tiġi determinata l-legalità tal-arrest jew id-detenzjoni. L-aċċess għal ċerti dokumenti jista’ jiġi ristrett jekk ikun jaqbel għall-investigazzjoni. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta persuna suspettata jew akkużata tiġi arrestata fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hi jew l-avukat tagħha jingħataw aċċess għal dawk id-dokumenti inklużi fil-fajl tal-proċess li huma relevanti biex tiġi determinata l-legalità tal-arrest jew id-detenzjoni. | 1. Meta persuna suspettata jew akkużata tiġi arrestata jew detenuta fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hi jew l-avukat tagħha jingħataw aċċess għad-dokumenti li jkunu relevanti biex tiġi determinata l-legalità tal-arrest jew id-detenzjoni. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna akkużata jew l-avukat tagħha jkollhom aċċess għall-fajl tal-proċess ladarba tintemm l-investigazzjoni tar-reat. L-aċċess għal ċerti dokumenti inklużi fil-fajl ta' proċess jista' jinċaħad minn awtorità ġudizzjarja kompetenti fejn l-aċċess għal dawk id-dokumenti jista' jwassal għal riskju serju ta' ħajja ta' persuna jew jista' jagħmel ħsara lis-sigurtà interna tal-Istat Membru fejn qed ikunu qed isiru l-proċedimenti. Fejn ikun fl-interess tal-ġustizzja, il-persuna akkużata jew l-avukat tagħha jistgħu jistaqsu għal indiċi tad-dokumenti inklużi fil-fajl tal-proċess. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna akkużata jew l-avukat tagħha jkollhom aċċess għall-materjal evidenzjarju tal-każ ladarba tintemm l-investigazzjoni tar-reat. L-aċċess għal ċerti dokumenti inklużi fil-fajl ta' proċess jista' jinċaħad minn awtorità ġudizzjarja kompetenti fejn l-aċċess għal dawk id-dokumenti jista' jwassal għal riskju serju ta' ħajja ta' persuna jew jista' jagħmel ħsara lis-sigurtà interna tal-Istat Membru fejn qed ikunu qed isiru l-proċedimenti. Fejn ikun fl-interess tal-ġustizzja, il-persuna akkużata jew l-avukat tagħha jistgħu jistaqsu għal indiċi tal-materjal evidenzjarju tal-każ. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda restrizzjoni fuq il-jedd ta’ aċċess għall-materjal evidenzjarju tal-każ, kif jingħad fil-paragrafu 2, ma tippreġudika l-eżerċizzju effettiv min-naħa tal-akkużat tal-jedd għad-difiża. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun disponibbli rimedju effikaċi quddiem tribunal imparzjali biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni li ma jiġix permess l-aċċess għal ċerti dokumenti li jkunu jinsabu fil-fajl tal-proċess. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-aċċess għall-fajl tal-proċess għandu jingħata fi żmien biżżejjed biex jippermetti lill-persuna suspettata jew akkużata tħejji d-difiża tagħha jew tikkontesta d-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu qabel il-proċess quddiem il-qorti. Din għandha tingħata mingħajr ħlas. | 3. L-aċċess għall-materjal evidenzjarju tal-każ għandu jingħata fi żmien biżżejjed biex jippermetti lill-persuna suspettata jew akkużata tħejji d-difiża tagħha jew tikkontesta d-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu qabel il-proċess quddiem il-qorti. Din għandha tingħata mingħajr ħlas. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Meta ssir talba hekk, l-issusspettat jew akkużat jew l-avukat tiegħu li jkunu ngħataw aċċess għall-materjal evidenzarju tal-każ, għandhom jingħataw kopja tal-istess. L-Istati Membri jistgħu jippermettu ħlas raġonevoli għall-kopji jew għat-trażmissjoni tal-materjal evidenzjarju. Ikunu eżentati minn tali ħlas dawk li jirċievu l-għajnuna legali. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| -1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna suspettata jew akkużata jkollha d-dritt tappella, skont il-proċeduri fil-liġi nazzjonali, kontra n-nuqqas jew ir-rifjut possibbli min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni
Ġie ċċarat it-test dwar ir-rimedji.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titqiegħed fil-post proċedura li tiżgura jekk persuna suspettata jew akkużata tkunx irċeviet l-informazzjoni kollha relevanti għaliha skont l-Artikoli 3 sa 7. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titqiegħed fil-post proċedura li tiżgura jekk persuna suspettata jew akkużata tkunx irċeviet l-informazzjoni kollha relevanti għaliha skont din id-Direttiva. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Anness I – Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mudell indikattiv ta' ittra tad-Drittijiet għal persuni suspettati u akkużati hekk kif jiġu arrestati: | Mudell ta' ittra tad-Drittijiet għal persuni suspettati u akkużati hekk kif jiġu arrestati: |
Ġustifikazzjoni
L-Anness għandu jkun vinkolanti.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Anness I – tabella – punt B
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) għal assistenza minn avukat | (b)Jekk m'għandekx biex tħallas avukat il-pulizija jridu jipprovdulek informazzjoni dwar assistenza legali b'xejn.
|
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Anness I – tabella – punt C a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ca. li ma tgħid xejn meta jagħmlulek mistoqsijiet |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Anness I – tabella – punt C b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Cb. li tagħmel kuntatt mal-familja, ħbieb u uffiċjali konsolari |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Anness I – tabella – punt D
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
D. li tkun taf għal kemm se tinżamm detenut | D. li tkun taf għal kemm tista' tinżamm detenut, għal rieżami regolari tad-detenzjoni tiegħek u għal ħelsien proviżorju |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Anness I – tabella – punt D a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Da. għall-kura medika |
Ġustifikazzjoni
Il-jedd għall-kura medika ġie stabbilit fil-KEDFB fis-17 ta’ Settembru 2009, Enea v. Italja, nru. 74912/01, para. 57-58.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Anness I -Titolu C – inċiż 5 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – Ma tistax tkun sfurzat/a tiffirma dokumenti f'ilsien ma tifhmux. Li tirrifjuta tagħmel dan mhux se jinżamm kontrik. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Anness I – Titolu C a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ca. Id-dritt li ma tgħid xejn |
| – Għandek il-jedd ma tgħid xejn meta tkun mistoqsi mill-pulizija. |
| [– If you choose to exercise this right, this may have the following consequences: [...] ] |
Ġustifikazzjoni
Dan il-kompromess huwa neċessarju biex ikun rifless ir-riferiment għad-Dritt nazzjonali. Il-parenteżi kwadri jindikaw spazju li għandu jintuża u jimtela jekk ikun neċessarju mill-Istati Membri skont id-dettami tad-Dritt Nazzjonali tagħhom.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Anness I – Titolu C b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Cb. L-ikkuntattjar tal-ħbieb, familja u awtoritajiet konsulari |
| – Għandek il-jedd tagħmel kuntatt mal-ħbieb u l-familja, |
| – Il-pulizija għandha tgħinek tagħmel kuntatt mal-ħbieb, familja, u, fejn ikun applikabbli, mal-awtorità konsolari jew l-ambaxxata ta’ pajjiżek. Għandhom jagħmlu dan malajr kemm jista' jkun wara li tiġi detenut. |
| [- Isir kuntatt f’ismek jekk [...] ] |
| – Nies mill-ambaxxata jew awtorità konsolari jistgħu jiġu jżuruk u jirranġawlek ħalli jkollok avukat li jassistik. |
Ġustifikazzjoni
Dan il-kompromess huwa neċessarju biex ikun rifless ir-riferiment għad-Dritt nazzjonali. Il-parenteżi kwadri jindikaw spazju li għandu jintuża u jimtela jekk ikun neċessarju mill-Istati Membri skont id-dettami tad-Dritt Nazzjonali tagħhom.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Anness II – tabella – punt B
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) għal assistenza minn avukat | (b) għal assistenza minn avukat Jekk m'għandekx biex tħallas avukat il-pulizija jridu jipprovdulek informazzjoni dwar assistenza legali b'xejn. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Anness II – tabella – punt C a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ca. li tikkuntattja l-familja u l-ħbieb tiegħek kif ukoll l-uffiċjali konsulari |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Anness II – tabella – punt D
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
D. li tkun infurmat dwar id-dritt tiegħek li taċċetta li ċċedi | D. li tiddeċiedi jekk taqbilx li tkun ċedut lejn pajjiż ieħor |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Anness II – tabella – punt E
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
E. għal smigħ jekk ma taqbilx li ċċedi | E. għal smigħ jekk ma taqbilx li tkun ċedut |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Anness II – tabella – punt E a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ea. għal tagħrif aġġornat u reieżami regolari tad-detenzjoni tiegħek |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Anness II – tabella – punt F a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Fa. għall-kura medika |
Ġustifikazzjoni
Il-jedd għall-kura medika ġie stabbilit fil-KEDFB fis-17 ta’ Settembru 2009, Enea v. Italja, nru. 74912/01, para. 57-58.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Anness II -Titolu C – inċiż 5 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – Ma tistax tkun sfurzat/a tiffirma dokumenti f'ilsien ma tifhmux. Li tirrifjuta tagħmel dan mhux se jinżamm kontrik. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Anness II – Titolu C a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ca. Kuntatt mal-familja, ħbieb u awtoritajiet konsolari |
| – Għandek il-jedd tagħmel kuntatt mal-ħbieb u l-familja. |
| – Il-pulizija għandha tgħinek tagħmel kuntatt mal-ħbieb, familja, u, fejn ikun applikabbli, mal-awtorità konsolari jew l-ambaxxata ta’ pajjiżek. Għandhom jagħmlu dan malajr kemm jista' jkun wara li tiġi detenut. |
| [- Isir kuntatt f’ismek jekk [...] ] |
| – Nies mill-ambaxxata jew awtorità konsolari jistgħu jżuruk u jirranġawlek ħalli jkollok avukat li jassistik. |
Ġustifikazzjoni
Dan il-kompromess huwa neċessarju biex ikun rifless ir-riferiment għad-Dritt nazzjonali. Il-parenteżi kwadri jindikaw spazju li għandu jintuża u jimtela jekk ikun neċessarju mill-Istati Membri skont id-dettami tad-Dritt Nazzjonali tagħhom.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Anness II - Titolu D
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
D. Id-dritt tiegħek li taqbel li tiġi kkonsenjat | D. Konsenja |
– Int għandek id-dritt li taqbel li tiġi kkonsenjat taħt Mandat ta' Arrest Ewropew. Dan għandu jħaffef il-proċedura. | – Int tista’ taqbel li tkun ikkonsenjat lill-pajjiż li qed ifittex iċ-ċessjoni tiegħek taħt Mandat ta’ Arrest Ewropew. M’intix marbut taqbel li tkun ċedut. |
– Jekk taqbel li tiġi kkonsenjat, jista' jkun diffiċli li din id-deċiżjoni tinbidel fi stadju iktar tard. Għandek titkellem ma' avukat qabel tiddeċiedi jekk taqbilx li tiġi kkonsenjat jew le. | – Jekk taqbel li tiġi kkonsenjat, jista' jkun diffiċli li din id-deċiżjoni tinbidel fi stadju iktar tard. |
| – Għandek titkellem ma' avukat qabel tiddeċiedi jekk taqbilx li tiġi kkonsenjat jew le. Hemm kriterji partikolari li tista’ timxi fuqhom ħalli tipprevjeni ċessjoni. Avukat jista' jgħinek tiddeċiedi jekk japplikawx għall-każ tiegħek. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Anness II - Titolu E
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jekk ma taċċettax li tiġi kkonsenjat lill-Istat Membru li qed ifittxek, għandek id-dritt li tmur quddiem imħallef sabiex tispjega għalfejn int ma tridx tagħti dan il-kunsens. | – Jekk ma taqbilx li tkun ċedut, għandek il-jedd tmur quddiem imħallef għal smigħ u tispjega għaliex ma taqbilx. |
| – L-imħallef jiddeċidi jekk il-Mandat ta’ Arrest Ewropew inħariġx korrettament, legalment u b’mod xieraq, u jekk għandekx tintbagħat fil-pajjiż li qed jitlob li tkun ċedut. |
| – Għandek il-jedd tkun rappreżentat minn avukat matul dan is-smigħ. |
| – Jekk ma għandekx imnejn tħallas għal avukat, jingħatalek it-tagħrif dwar kif għandek tagħmel ħalli tikseb l-għajnuna legali. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Anness II Titolu E a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Ea. Tagħrif aġġornat u rieżami regolari tad-detenzjoni |
| – għandek jedd għal tagħrif aġġornat dwar ir-raġunijiet għad-detenzjoni tiegħek u rieżami regolari ta’ dawk ir-raġunijiet |
| – Jekk ma tinħelisx, int trid tinġieb quddiem imħallef fi żmien [X] sigħat wara li tkun ġejt imċaħħad mil-libertà tiegħek. |
PROĊEDURA
Titlu | Dritt għal informazzjoni fi proċedimenti kriminali | ||||||
Referenzi | COM(2010)0392 – C7-0189/2010 – 2010/0215(COD) | ||||||
Kumitat responsabbli | LIBE | ||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 7.9.2010 |
|
|
| |||
Rapporteur Data tal-ħatra | Jan Philipp Albrecht 27.10.2010 |
|
| ||||
Eżami fil-kumitat | 1.12.2010 |
|
|
| |||
Data tal-adozzjoni | 27.1.2011 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 22 0 0 | |||||
Membri preżenti ghall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Piotr Borys, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders, Arlene McCarthy | ||||||
PROĊEDURA
Titolu | Id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali | |||
Referenzi | COM(2010)0392 – C7-0189/2010 – 2010/0215(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 20.7.2010 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 7.9.2010 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 7.9.2010 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Birgit Sippel 26.10.2010 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 13.9.2010 | 9.12.2010 | 17.3.2011 | 2.5.2011 |
| 23.11.2011 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 23.11.2011 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 48 0 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Mario Borghezio, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Tanja Fajon, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Valdemar Tomaševski, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Axel Voss, Manfred Weber, Tatjana Ždanoka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Elena Oana Antonescu, Michael Cashman, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Leonidas Donskis, Evelyne Gebhardt, Franziska Keller, Marian-Jean Marinescu, Joanna Senyszyn, Cecilia Wikström, Glenis Willmott | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Sergio Gaetano Cofferati, Ismail Ertug, Esther Herranz García, Kent Johansson, Marit Paulsen, Ivo Vajgl, Andrea Zanoni | |||
Data tat-tressiq | 25.11.2011 | |||