Dokument ta' sessjoni
29.11.2011
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill regarding public access to European Parliament, Council and Commission documents (tfassil mill-ġdid)
( COM(2008)0229 – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur għal opinjoni: Michael Cashman
Rapporteur għal opinjoni (*):
Anneli Jäätteemäki, Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
(*) Kumitat assoċjat - Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
(Riformulazzjoni – Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura)
PR_COD_COD_1recastingam
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 48
OPINJONI TA' MINORANZA 51
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI 52
OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 60
OPINJONI tal-Kumitat għall-AFFARIJIET LEGALI 71
PROĊEDURA 74
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)
( COM(2008)0229 ) – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2008)0229 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 255(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0184/2008),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa" ( COM(2009)0665 ),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294 (3) u 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 41 u 42 tagħha,
– wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni ta’ atti legali,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet [1]1 tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0426/2011 ),
A. Billi, skont il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Iqis li l-proċedura 2011/0073(COD) skadiet minħabba l-inkorporazzjoni fil-proċedura 2008/0090(COD) tal-kontenuti tal-proposta tal-Kummissjoni ( COM(2011)0137 );
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
Emenda 1
Proposta għal regolament
Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid) | Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiddefinixxi l-prinċipji u l-limiti ġenerali li jiggvernaw id-dritt għall-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni |
Ġustifikazzjoni
It-titolu għandu jirrefletti n-natura l-ġdida tal-att wara l-applikazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona bħala qafas ġenerali ġdid għal parteċipazzjoni demokratika, viżibilità, superviżjoni u trasparenza li fil-prinċipju jkopri l-entitajiet kollha tal-UE. Huwa wkoll konformi ma' COM(2011)0137 .
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Numru ta' bidliet sostanttivi għandhom isiru lir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Dan id-dokument għandu jitfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza. | (1) Wara d-dħul fis-seħħ tat-TUE u tat-TFUE, id-dritt għal aċċess għad-dokumenti jkopri l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kollha tal-Unjoni, inkluż is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna, u b'hekk irid isir tibdil sostanzjali fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni1, u f'dan għandhom jitqiesu l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni inizjali tar-Regolament imsemmi hawn fuq kif ukoll il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
| _________________ |
| 1 ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. |
Ġustifikazzjoni
Il-portata tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat twessgħet b'mod konsiderevoli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Issa dawn ikopru għadd ta' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni Ewropea u m'għadhomx limitati għall-Parlament, il-Kummissjoni u l-Kunsill. Fl-istess waqt il-QEDB inkorporat id-dritt għall-informazzjoni fil-każistika tagħha dwar il-libertà tal-espressjoni (Artikolu 10 KEDB), taħt ċerti kundizzjonijiet.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) It-trasparenza tgħin liċ-ċittadin jieħu sehem fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod aktar mill-qrib, u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u kontabbli liċ-ċittadin f'sistema demokratika. It-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-Trattat tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. | (3) It-trasparenza tgħin liċ-ċittadin jieħu sehem fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet b'mod aktar mill-qrib, u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u kontabbli liċ-ċittadin f'sistema demokratika. It-trasparenza ssaħħaħ il-prinċipji tad-demokrazija, kif deskritti fl-Artikoli 9 sa 12 TUE, u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea (Il-Karta). |
Ġustifikazzjoni
Aġġornament bi qbil mat-Trattat ta' Lisbona u mad-drittijiet obbligatorji ġodda dovuti għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) It-trasparenza għandha wkoll issaħħaħ il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, kif provdut fl-Artikolu 41 tal-Karta u fl-Artikolu 298 TFUE. Il-proċeduri amministrattivi interni għandhom jiġu definiti skont dan u riżorsi finanzjarji u umani adegwati għandhom ikunu disponibbli biex jitwettaq fil-prattika l-prinċipju tal-ftuħ. |
Ġustifikazzjoni
Aġġornament f'konformità mat-Trattat ta' Lisbona u mad-drittijiet obbligatorji ġodda dovuti għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jżidu l-obbligi għal amministrazzjoni Ewropea miftuħa u effiċjenti, kif stipulat fl-Artikolu 298 TFUE.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Il-ftuħ iżid il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni għaliex jikkontribwixxi għall-għarfien tagħhom tal-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Unjoni u tad-drittijiet tagħhom skont dawn. Il-ftuħ iġib miegħu wkoll iktar trasparenza fl-implimentazzjoni ta' proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Billi jenfasizza l-importanza normattiva tal-prinċipju tat-trasparenza, dan ir-Regolament isaħħaħ il-kultura tal-Unjoni tal-istat tad-dritt u għalhekk jikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni tal-kriminalità u tal-imġieba kriminali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Il-prinċipji ġenerali u l-limiti għal raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt ta' l-aċċess pubbliku għal dokumenti ġew stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li sar applikabbli fit-3 ta' Diċembru 2001 | imħassar |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) L-ewwel evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 saret f'rapport ippubblikat fit-30 Jannar 2004. Fid-9 ta' Novembru 2005, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċess li jwassal għal reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. F'Reżoluzzjoni adottata fl-4 ta' April 2006, il-Parlament Ewropew sejjaħ lil-Kummissjoni biex tissottometti proposti għall-emenda ta' dan ir-Regolament. Fit-18 ta' April 2007, il-Kummissjoni ppubblikat 'Green Paper' dwar ir-reviżjoni tar-Regolament u bdiet konsultazzjoni pubblika. | imħassar |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt ta' l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jistipula l-pinċipji ġenerali u l-limiti fuq dan l-aċċess skond l-Artikolu 255(2) tat-Trattat tal-KE. | (6) Il-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jistipula l-pinċipji ġenerali u l-eċċezzjonijiet għal dan l-aċċess għal raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat li jiggvernaw dan l-aċċess skont l-Artikolu 15(3) TFUE u bi qbil mad-dispożizzjonijiet dwar il-ftuħ tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 15(1) TFUE. Għalhekk, ir-regoli l-oħra kollha tal-Unjoni għandhom ikunu konformi magħhom, soġġetti għal dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward biss tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew għall-Investiment meta jkunu qed iwettqu kompiti mhux amministrattivi. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Kwalunkwe data personali inkluża fil-Kuntratt għandha tiġi proċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' din id-data . | (10) L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom jittrattaw data personali b'konformità mad-drittijiet tas-suġġetti ta' din id-data, kif definiti fl-Artikolu 16 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 8 tal-Karta, fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn iż-żewġ drittijiet fundamentali tal-protezzjoni tad-data u tal-aċċess għad-dokumenti, abbażi ta' leġiżlazzjoni ċara u tal-każistika korrispondenti.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Regoli ċari għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kxif ta' dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri u ta' dokumenti ta' partijiet terzi li huma parti minn fajls ta' proċeduri ġudizzjarji jew li jkunu nġabru mill-istituzzjonijiet permezz ta' poteri speċifiċi ta' investigazzjoni mogħtija lilhom mil-liġi tal-UE. | (11) Regoli ċari għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-kxif ta' dokumenti li joriġinaw mill-Istati Membri u ta' dokumenti ta' partijiet terzi li huma parti minn fajls ta' proċeduri ġudizzjarji jew li jkunu nġabru mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji permezz ta' poteri speċifiċi ta' investigazzjoni mogħtija lilhom mil-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Għandu jingħata aktar aċċess għal dokumenti f'każijiet fejn l-istituzzjonijiet jaġixxu fil-kapaċitajiet leġiżlattivi tagħhom, inklużi dawk taħt setgħat delegati, filwaqt li fl-istess ħin tinżamm l-effettivita' tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet. Dawn id-dokumenti għandhom isiru direttament aċċessibbli bl-aktar mod possibbli. | (12) Bi qbil mal-Artikolu 15(3) TFUE, għandu jingħata aċċess sħiħ għal dokumenti f'każijiet fejn, skont it-Trattati, l-istituzzjonijiet jaġixxu fil-kapaċitajiet leġiżlattivi tagħhom, inklużi dawk taħt setgħat delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u s-setgħat ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE meta jkunu qed jiġu adottati miżuri bi skop ġenerali. Dokumenti leġiżlattivi ta' tħejjija u l-informazzjoni kollha relatata dwar id-diveri fażijiet tal-proċedura interistituzzjonali, bħad-dokumenti tal-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, l-ismijiet u l-pożizzjonijiet tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri li jaġixxu bħala Membri tal-Kunsill u d-dokumenti tat-trilogu tal-ewwel qari, fil-prinċipju għandhom ikunu disponibbli minnufih u aċċessibbli direttament għall-pubbliku permezz tal-Internet. |
Ġustifikazzjoni
L-aċċess sħiħ, dirett u f'waqtu għall-pubbliku għandu jkun garantit fil-prinċipju għal dokumenti b'rabta mal-atti leġiżlattivi kif ukoll għal atti delegati u implimentattivi bi skop ġenerali, peress li l-proċedura leġiżlattiva għandha tkun miftuħa u viżibbli kemm jista' jkun.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) It-testi leġiżlattivi għandhom jitfasslu b'mod ċar u li jinftiehem u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Ġustifikazzjoni
Bi qbil mal-prinċipju tal-ikbar aċċess u trasparenza possibbli, il-proċedura leġiżlattiva għandha tkun miftuħa u viżibbli kemm jista' jkun.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 12 b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12b) Il-prattiki tal-leġiżlazzjoni aħjar, il-mudelli u t-tekniki tal-abbozzar li jinqasmu mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji għandhom jiġu miftiehma mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 295 TFUE u ma' dan ir-Regolament u għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex jittejjeb il-prinċipju tat-"trasparenza deliberata" u dak taċ-ċarezza legali tad-dokumenti tal-UE. |
Ġustifikazzjoni
Leġiżlar imtejjeb u azzjonijiet ikkoordinati tad-diversi istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji huma prerekwiżit neċessarju għal aċċess pubbliku effettiv.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 12 c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12c) Dokumenti relatati ma' proċeduri mhux leġiżlattivi, bħalma huma miżuri vinkolanti jew miżuri li jittrattaw l-organizzazzjoni interna, l-atti amministrattivi jew baġitarji, jew ta' natura politika (bħalma huma l-konklużjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet jew ir-riżoluzzjonijiet) għandhom ikunu aċċessibbli b'mod faċli, meta dan ikun possibbli, bi qbil mal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta. |
Ġustifikazzjoni
Żieda bi qbil mal-prinċipju tal-ikbar aċċess possibbli għal dokumenti kif ukoll mal-Karta.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 12 d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12d) Għal kull kategorija ta' dokumenti, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija responsabbli għandhom jagħmlu aċċessibbli għaċ-ċittadini l-ammont ta’ xogħol tal-proċeduri interni li jrid jiġi segwit, liema unitajiet organizzattivi jkunu responsabbli, kif ukoll ir-responsabilità tagħhom, l-iskadenzi ffissati u l-uffiċċju li jrid jiġi kkuntattjat. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jagħtu kunsiderazzjoni xierqa lir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew. Dawn, bi qbil mal-Artikolu 295 TFUE, għandhom jaqblu dwar linji gwida komuni dwar kif kull unità organizzattiva għandha tirreġistra d-dokumenti interni, tikklassifikahom f'każ ta' preġudizzju possibbli lill-interessi tal-Unjoni u tarkivjahom għal bżonnijiet temporanji jew storiċi skont il-prinċipji msemmija f'dan ir-Regolament. Huma, b'mod konsistenti u kkoordinat, għandhom jinformaw lill-pubbliku dwar miżuri adottati biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u sabiex tħarreġ l-impjegati tagħha biex jgħinu liċ-ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Leġiżlar imtejjeb u azzjonijiet ikkoordinati tad-diversi istituzzjonijiet huma prerekwiżit neċessarju għal aċċess pubbliku effettiv.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) It-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jiddessiminaw b'mod attiv dokumenti li huma parti mill-proċess leġiżlattiv. It-tixrid attiv ta' dokumenti għandu jiġi mħeġġeġ f'oqsma oħra. | (13) It-trasparenza fil-proċess leġiżlattiv hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini. Għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jiddessiminaw b'mod attiv dokumenti li huma parti mill-proċess leġiżlattiv u jtejbu l-komunikazzjoni tagħhom ma' applikanti potenzjali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jagħmlu awtomatikament aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit tagħhom kemm jista' jkun kategoriji ta' dokumenti. It-tixrid attiv ta' dokumenti għandu jiġi mħeġġeġ f'oqsma oħra. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 13 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (13a) Sabiex jiżdiedu l-ftuħ u t-trasparenza fil-proċessi leġiżlattivi, għandu jintlaħaq ftehim dwar reġistru interistituzzjonali ta' dawk li jillobbjaw u ta' partijiet interessati oħra fost l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Xi dokumenti għandhom jingħataw trattament speċjali, minħabba l-kontenut sensittiv ħafna tagħhom. Arranġamenti sabiex il-Parlament Ewropew jiġi avżat dwar il-kontenut ta' dawn id-dokumenti għandhom isiru permezz ta' ftehim bejn l-instituzzjonijiet. | imħassar |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Aċċess għal dokmenti għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mhux biss għad-dokumenti miktuba mill-istituzzjonijiet, iżda wkoll għad-dokumenti li dawn jirċievu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fix-xogħol tal-istituzzjonijiet. F'dan il-kuntest, għandu jitfakkar li d-Dikjarazzjoni Nru 35, mehmuża ma' l-Att Finali tat-Trattat ta' Amsterdam jipprovdi li Stat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill li ma jikkommunikawx lil partijiet terzi dokument li ġej minn dak l-Istat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel. | (16) Aċċess għal dokmenti għandu jingħata mhux biss għad-dokumenti miktuba mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, iżda wkoll għad-dokumenti li dawn jirċievu sabiex ikun hemm aktar trasparenza fix-xogħol tagħhom. Stat Membru jista' jitlob lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji biex ma jikkommunikawx lil partijiet terzi minbarra l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji nnifishom dokument li ġej minn dak l-Istat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel. |
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri m'għandux ikollhom dritt ta' veto fir-rigward ta' dokumenti li joriġinaw minnhom peress li d-deċiżjoni finali għandha tittieħed mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 16 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea speċifikat li r-rekwiżit li l-Istati Membri jiġu kkonsultati fir-rigward ta’ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti li joriġinaw minnhom ma jagħtihomx id-dritt ta’ veto, jew id-dritt li jinvokaw liġijiet jew dispożizzjonijiet nazzjonali, u li l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li tirċievi talba tista’ tiċħad aċċess biss fuq bażi ta’ eċċezzjonijiet għal dan ir-Regolament.1 |
| ______________ |
| 1 Sentenza tat-18 ta' Diċembru 2007 fil-kawża C-64/05 P, L-Isvezja vs. Il-Kummissjoni, ECR 2007 p. I-11389. |
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri m'għandux ikollhom dritt ta' veto fir-rigward ta' dokumenti li joriġinaw minnhom peress li d-deċiżjoni finali għandha tittieħed mill-Istituzzjonijiet.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Bħala prinċipju, kull dokumenti ta' l-istituzzjonijiet għandhom jkunu aċċessibbli għall-pubbliku. Madankollu, bħala eċċezzjonijiet, xi interessi pubbliċi u privati għandhom jitħarsu. L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom id-dritt li jħarsu l-konsultazzjonijiet u deliberazzjonijiet interni tagħhom fejn meħtieġ sabiex jissalvagwardjaw is-setgħa tagħhom li jwettqu l-kompiti tagħhom. Meta jagħmlu stima tal-eċċezzjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-prinċipji tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' data personali, f'kull qasam tal-attivitajiet tal-Unjoni. | (17) Id-dokumenti kollha tal-istituzzjonijiet għandhom jkunu aċċessibbli għall-pubbliku. Eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju għandhom isiru biex jiġu protetti xi interessi pubbliċi u privati għandhom jitħarsu, iżda eċċezzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu regolati minn sistema trasparenti ta' regoli u proċeduri, u l-objettiv ġenerali għandu jkun l-implimentazzjoni tad-dritt fundamentali taċ-ċittadini għal aċċess. Meta jagħmlu stima tal-eċċezzjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-prinċipji tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta' data personali, f'kull qasam tal-attivitajiet tal-Unjoni. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Ir-regoli kollha dwar l-aċċess għal dokumenti ta' l-istituzzjonijiet għandhom ikunu skond dan ir-Regolament. | (18) Minħabba l-fatt li dan ir-Regolament jimplimenta direttament l-Artikolu 15 TFUE kif ukoll l-Artikolu 42 tal-Karta, il-prinċipji u l-limiti ddefiniti għall-aċċes għad-dokumenti għandu jkollhom preċedenza fuq kwalunkwe regola, miżura jew prattika adottata skont bażi legali differenti minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija u li jintroduċu eċċezzjonijiet addizzjonali jew iktar stretti minn dawk provduti f'dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex l-Artikolu 15 TFUE u l-Artikolu 42 tal-Karta jkollhom effett sħiħ, jeħtieġ li tiġi eskluża kwalunkwe "lex specialis" iktar iebsa.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet ta' aċċess għal dokumenti fis-seħħ għall-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji jew il-korpi investigattivi. | imħassar |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) B'konformità ma' l-Artikolu 255(3) tat-Trattat ta' l-UE, kull istituzzjoni tistipula proviżjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għad-dokumenti tagħha fir-regoli ta' proċedura tagħha | (23) B'konformità mal-Artikolu 15(3) TFUE, u mal-prinċipji u r-regoli stipulati f'dan ir-Regolament, kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jistipulaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-aċċess għad-dokumenti tagħhom fir-regoli ta' proċedura tagħhom, kif ukoll dokumenti relatati mal-kompiti amministrattivi tagħhom, |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 15(3) TFUE jistitpula li kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija għandu jiżgura li l-proċeduri tiegħu jkunu trasparenti u għandu jfassal dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li jfisser il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "l-istituzzjonijiet") previsti fl-Artikolu 255 tat-Trattat tal-KE sabiex tagħti lill-pubbliku l-akbar aċċess possibbli għal dokumenti bħal dawn | (a) li jfisser, bi qbil mal-Artikolu 15 tat-TFUE, il-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat, li jirregolaw l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni sabiex tagħti lill-pubbliku l-akbar aċċess possibbli għal dokumenti bħal dawn; |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 15 TFUE jistipula li prinċipji u limiti ġenerali minħabba raġunijiet ta' interess pubbliku jew privat li jiggvernaw dan id-dritt għal aċċess għad-dokumenti għandhom ikunu determinati mill-PE u mill-Kunsill. Tkopri COM(2011)0137 .
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) li jimmpromwovi prattika amministrattiva tajba fl-aċċess għad-dokumenti. | (c) li jimmpromwovi prattika amministrattiva trasparenti u tajba sabiex jittejjeb l-aċċess għad-dokumenti, u b'mod partikolari l-għanijiet aħħarin ta' iktar trasparenza, affidabilità u demokrazija. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Benefiċjarji u skop | Benefiċjarji |
1. Kull persuna naturali jew legali għandu jkollu d-dritt ta' aċċess għad-dokument tal-istituzzjonijiet, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. | Kull persuna naturali jew legali jew kwalunkwe assoċjazzjoni ta' persuni legali jew naturali għandu jkollha d-dritt ta' aċċess għad-dokument tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, bla ħsara għall-prinċipji, kondizzjonijiet u limiti stipulati f'dan ir-Regolament. |
2. Dan ir-Regolament se japplika għad dokumenti kollha miżmumin minn istituzzjoni, jiġifieri , dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, li jikkonċernaw kwistjoni relatata mal-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità , f'kull qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea. |
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 4 u 9, id-dokumenti għandhom isiru aċċessibbli għall-pubbliku jew wara applikazzjoni bil-miktub jew direttament f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru. B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġiżlattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skont l-Artikolu 12. |
|
4. Dokumenti sensittivi mfissra fl-Artikolu 9(1) għandhom ikunu soġġetti għal trattament speċjali skont dan l-Artikolu. |
|
5. Dan ir-Regolament ma japplikax għal dokumenti sottomessi lill-Qrati minn partijiet oħra barra l-istituzzjonijiet |
|
6. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet speċifiċi tal-aċċess għal partijiet interessati stabbiliti mil-liġi tal-EU, id-dokumenti li jifformaw parti mill-fajl amministrattiv ta' investigazzjoni jew tal-proċeduri li jikkonċernaw att ta' ambitu individwali m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku sakemm l-investigazzjoni tkun ingħalqet jew l-att ikun sar definittiv. Dokumenti li fihom informazzjoni miġbura jew meħuda minn xi istituzzjoni fil-qafas ta' investigazzjonijiet bħal dawn m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku. Dokumenti li fihom informazzjoni miġbura jew meħuda minn xi istituzzjoni fil-qafas ta' investigazzjonijiet bħal dawn m'humiex se jkunu aċċessibbli mill-pubbliku. |
|
7. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet forsi minħabba strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti ta' l-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom. |
|
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 2a |
| L-iskop |
| 1. Dan ir-Regolament għandu japplika għad-dokumenti kollha miżmuma minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, jiġifieri d-dokumenti mfassla jew irċevuti minnhom u fil-pussess tagħhom, fl-oqsma kollha tal-attività tal-Unjoni. Dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment, għandu japplika biss meta jeżerċitaw il-kompiti amministrattivi tagħhom. |
| 2. Id-dokumenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku jew f'forma elettronika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'reġistru uffiċjali ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, jew inkella wara applikazzjoni bil-miktub. B'mod partikolari, dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċedura leġiżlattiva għandhom isiru direttament aċċessibbli skont l-Artikolu 12. |
| 3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet imsaħħa ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet li jistgħu joħorġu minn strumenti ta' liġi internazzjonali jew atti tal-istituzzjonijiet li qed jimplementawhom jew mil-liġi tal-Istati Membri. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament: | Għall-fini ta’ dan ir-Regolament: |
(a) ‘dokument’ għandha tfisser kwalunkwe kontenut ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżwali jew awdjoviżwali) mħejjija minn xi istituzzjoni u trażmessa formalment lil reċipjent wieħed jew aktar jew irreġistrat b'mod ieħor, jew irċevut minn xi istituzzjoni; data li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi tal-ipproċessar u ta' irkupru huma dokumenti jekk jistgħu jiġu estratti f'forma ta' karta miktuba jew f'kopja ta' format elettroniku li jużaw l-għodda elettroniċi disponibbli għall-isfruttament tas-sistema; | (a) «dokument» se tfisser kwalunkwe kontenut ta' data jkun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżwali jew awdjoviżwali) dwar kwistjoni marbuta li taqa' fl-isfera ta' responsabilità ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni. Data li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi tal-ipproċessar u ta' irkupru, inklużi sistemi esterni użati għall-ħidma tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dokumenti, partikolarment jekk jistgħu jiġu estratti f'forma ta' karta miktuba jew f'kopja ta' format elettroniku li jużaw kwalunkwe għodda raġonevoli elettroniċi disponibbli għall-isfruttament tas-sistema kkonċernata. Istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li jkunu biħsiebhom joħolqu sistema ġdida li taħżen f'forma elettronika, jew ibiddlu b'mod sostanzjali sistema eżistenti, għandhom jevalwaw l-impatt probabbli fuq id-dritt ta' aċċess, jiżguraw li jiġi garantit id-dritt ta' aċċess bħala dritt fundamentali u għandhom jaġixxu sabiex jippromwovu l-objettiv tat-trasparenza. Il-funzjonijiet tal-irkupru tal-informazzjoni maħżuna f’sistemi ta’ ħżin elettroniku għandhom jiġu adattati sabiex jiġu ssodisfatti talbiet mill-pubbliku; |
| (aa) ''dokumenti klassifikati'' għandha tfisser dokumenti li jkunu ġew klassifikati totalment jew parzjalment bi qbil mal-Artikolu 3a(1) ta' dan ir-Regolament; |
| (ab) ''atti leġiżlattivi'', għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandha tinkludi dokumenti mfassla jew irċevuti matul proċeduri leġiżlattivi għall-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi, inkluż miżuri ta' applikazzjoni ġenerali taħt setgħat delegati u implimentattivi, u atti ta' applikazzjoni ġenerali li jkunu vinkolanti legalment fl-Istati Membri jew għalihom; |
| (ac)"kompitu amministrattiv"għandha tfisser miżuri li jittrattaw kwistjonijiet organizzattivi, amministrattivi jew baġitarji interni għall-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati; |
| (ad) ''sistema ta' arkivju'' għandha tfisser għodda jew proċedura tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għall-ġestjoni b'mod strutturat tal-arkivjar tad-dokumenti kollha tagħhom li jirreferu għal proċedura pendenti jew li ġiet konkluża reċentement; |
| (ae) ''arkivji storiċi'' għandha tfisser dik il-parti tal-arkivji tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li tkun intgħażlet, skont it-termini stipulati fil-punt (a), sabiex tinżamm b'mod permanenti; |
| Lista dettaljata tal-kategoriji kollha tal-atti koperti mid-definizzjonijiet f'punti (a) sa (ac) għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-siti tal-Internet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, li wkoll għandhom jaqblu u jippubblikaw il-kriterji komuni tagħhom għall-arkivjar. |
(b) "parti terza" tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni involuta, inklużi l-Istati Membri, korpi Komunitarji oħrajn, istituzzjonijiet oħra mhux Komunitarji u korpi u pajjiżi terzi. | (b) "parti terza" għandha tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija involuta, inklużi l-Istati Membri, korpi oħrajn tal-Unjoni, istituzzjonijiet oħra mhux tal-Unjoni u korpi u pajjiżi terzi. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3a |
| Proċedura għall-klassifikazzjoni u d-deklassifikazzjoni tad-dokumenti |
| 1. Meta jkun hemm raġunijiet ta' politika pubblika skont l-Artikolu 4(1), u mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali, istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandhom jikklassifikaw dokument jekk l-iżvelar tiegħu jdgħajjef il-ħarsien tal-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' wieħed jew iżjed mill-Istati Membri tagħha, partikolarment fi kwistjonijiet ta' sigurtà pubblika, difiża u kwistjonijiet militari. Dokument jista' jkun kklassifikat b'mod parzjali jew totali. Id-dokumenti għandhom jiġu kklassifikati kif ġej: |
| (a) " SIGRIET ĦAFNA UE": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jipperikola b'mod eċċezzjonalment gravi l-interessi essenzjali tal-Unjoni Ewropea jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha; |
| (b) "SIGRIET UE ": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata biss għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jwassal għal ħsara gravi fl-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha; |
| (c) "KUNFIDENZJALI UE ": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' ħsara għall-interessi essenzjali tal-Unjoni jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha; |
| (d) "RISTRETT UE": din il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata għal tagħrif u materjal li l-iżvelar mhux awtorizzat tagħhom jista' jkun ta' żvantaġġ għall-interessi tal-Unjoni jew ta' xi Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha. |
| 2. Id-dokumenti għandhom jiġu kklassifikati biss meta jkun meħtieġ. Jekk ikun possibbli, l-awturi għandhom jispeċifikaw fid-dokumenti kklassifikati data jew perjodu li permezz tiegħu jew sa tmiemu l-kontenut ikun jista' jaqa' livell jew ma jibqax ikklassifikat. Inkella, huma għandhom jirrevedu d-dokumenti, mill-inqas kull ħames snin, sabiex jiġi żgurat li l-klassifikazzjoni oriġinali tibqa' meħtieġa. Il-klassifikazzjoni għandha tkun indikata b'mod ċar u korrett, u għandha tinżamm biss għat-tul ta' żmien li fih l-informazzjoni tkun teħtieġ il-protezzjoni. Ir-responsabilità għall-ikklassifikar tad-dokumenti u għal kwalunkwe tnaqqis sussegwenti fil-livell tal-klassifikazzjoni jew għat-tneħħija tal-klassifikazzjoni hija f'idejn l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li minnha oriġinat dik l-informazzjoni jew f'idejn dik li tkun irċeviet id-dokument ikklassifikat minn parti terza jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija oħra. |
| 3. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni, dokumenti kklassifikati għandhom jingħataw lil partijiet terzi meta jkun hemm il-kunsens tal-awtur. Meta iżjed minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija waħda jkunu involuti fl-ipproċessar ta' dokument ikklassifikat, għandha tingħata l-istess klassifikazzjoni u għandha tinbeda medjazzjoni jekk huma jkollhom apprezzament differenti tal-protezzjoni meħtieġa. Dokumenti li jikkonċernaw il-proċeduri leġiżlattivi m'għandhomx jiġu kklassifikati; miżuri implimentattivi għandhom jiġu kklassifikati qabel l-adozzjoni tagħhom sakemm il-klassifikazzjoni tkun neċessarja u jkollha l-għan li tevita li jkun hemm effett negattiv fuq il-miżura nnifisha. Ftehimiet internazzjonali li jittrattaw l-iskambju ta' informazzjoni kunfidenzjali u li jkunu konklużi f'isem l-Unjoni mgħandhomx jagħtu xi dritt lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biex iwaqqfu lill-Parlament Ewropew milli jkollu aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali. |
| 4. Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti sensittivi taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu pproċessati biss minn persuni li għandhom dritt isiru jafu dwar dawk id-dokumenti. Dawk il-persuni għandhom ukoll jevalwaw liema referenzi għal dokumenti klassifikati jistgħu jsiru fir-reġistru pubbliku. |
| 5. Dokumenti kklassifikati għandhom jiddaħħlu f'reġistru ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, jew jinħarġu minnu, bil-kunsens tal-awtur. |
| 6. Istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li jiddeċiedu li ma jagħtux aċċess għal dokument ikklassifikat għandhom jagħtu r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-interessi mħarsa mill-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1). |
| 7. Mingħajr preġudizzju għall-iskrutinju parlamentari nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, meta jiġu ttrattati l-applikazzjonijiet għal dokumenti kklassifikati tal-Unjoni, ikunu osservati l-prinċipji stipulati f'dan ir-Regolament. |
| 8. Ir-regoli tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji li jikkonċernaw dokumenti kklassifikati għandhom isiru pubbliċi. |
Justification
Dan ir-Regolament għandu jipprovdi proċedura ta' qafas għar-reġistrazzjoni, klassifikazzjoni, aċċess u arkivjar ta' dokumenti kklassifikati.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) sigurtà pubblika li tinkludi s-sigurtà ta' persuni naturali jew persuni legali ; | (a) sigurtà pubblika tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru wieħed jew iżjed tagħha; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità jew ta' Stat Membru; | (d) il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru; |
Ġustifikazzjoni
Il-korrezzjoni formali hija meħtieġa mid-dħul fis-seħħ tat-TUE.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – parti introduttorja – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta': | 2. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista' jdgħajjef il-ħarsien ta' : |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) konsultazzjoni legali u qorti arbitraġġ u proċeduri għall-arranġament ta' tilwim ; | (c) konsultazzjoni legali dwar proċeduri tal-qorti; |
Ġustifikazzjoni
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza tagħha fil-kawża Turco (Każijiet konġunti C-39/05 u C-52/05) li l-iżvelar tal-pariri legali lil hinn minn proċeduri fil-qorti f'inizjattivi leġiżlattivi jżid it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess leġiżlattiv u jsaħħaħ id-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini Ewropej.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) l-oġġettività u l-impazjalità tal-proċeduri ta' għazla.
| (e) l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku sakemm tittieħed deċiżjoni mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li toffri kuntratt, jew fi proċediment ta' Bord ta' Għażla li jwasslu għar-reklutaġġ ta' persunal sakemm tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' ħatra. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Aċċess għad-dokumenti li ġejjin, għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokumenti serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet . | 3. Aċċess għad-dokumenti imfassla minn istituzzjoni għal użu intern jew irċevuti minn istituzzjoni b'rabta ma' kwistjoni fejn id-deċiżjoni tkun għadha ma tteħditx minn dik l-istituzzjoni għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokumenti jdgħajjef serjament u b'mod ċar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet, minħabba l-kontenut tagħhom u ċ-ċirkostanzi oġġettivi tas-sitwazzjoni. |
(a) id-dokumenti relatati ma' kwistjoni fejn id-deċiżjoni tkun għadha ma tteħditx; |
|
(b) dokumenti li fihom opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjoni kkoncernata, anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet. |
|
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-eċċezzjonijiet taħt il-paragrafi (2) u (3) se japplikaw sakemm ikun hemm interess pubbliku superjuri fil-kxif. Fir-rigward ta' paragrafi 2(a) interess kbir mill-pubbliku għall-kxif se jitqies li jeżisti fejn l-informazzjoni mitluba hija relatata ma' emissjonijiet reali fl-ambjent. | 4. Meta jkun qed jitfittex bilanċ bejn l-interess pubbliku tal-iżvelar taħt il-paragrafi (1) sa (3), interess pubbliku superjuri fil-kxif se jitqies li jeżisti fejn id-dokument mitlub ikun relatat mal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-istat tad-dritt, il-ġestjoni fis-sod tal-fondi pubbliċi jew id-dritt lio wieħed jgħix f'ambjent b'saħħtu, inklużi l-emissjonijiet fl-ambjent. Istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li jużaw waħda minn l-eċċezzjonijiet għandha twettaq evalwazzjoni oġġettiva u individwali u turi li r-riskju għall-interess protett huwa reali u mhux purament ipotetiku, u għandha tiddefinixxi kif l-aċċess għad-dokument jista' jipperikola b'mod speċifiku u effettiv l-interess protett. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 4 - paragrafu 4 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Dokumenti li l-iżvelar tagħhom jippreżenta riskju għall-ħarsien tal-ambjent, bħas-siti tat-tgħammir ta' speċji rari, għandhom jiġu żvelati biss bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali1. |
| ________________________ |
| 1ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tappoġġa l-kunsiderazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Århus u tal-prinċipji espressi fis-sentenza Turco (Kawżi konġunti C-39/05 u C-52/05).
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-ismijiet, it-titoli u l-funzjonijiet ta' dawk li huma uffiċjali pubbliċi, uffiċjali ċivili u rappreżentanti ta' interess b'konessjoni ma' l-attivitajiet professjonli tagħhom għandhom jinkixfu sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari, il-kxif ikun se jaffettwa b'mod ħażina l-persuni konċernati. Data personali oħra għandha tinkixef skont il-kondizzjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar illegali ta' data bħal din stipulata mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. | 5. Data personali m'għandhiex tiġi mikxufa jekk kxif ta' dan it-tip ikun ta' ħsara għall-privatezza jew l-integrità tal-persuna kkonċernata. Ħsara bħal din m'għandhiex titqies bħala li tkun saret jekk: |
| - id-data tkun relatata biss mal-attivitajiet professjonali tal-persuna kkonċernata sakemm, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-kxif ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna; |
| - id-data tkun relatata biss ma' persuna pubblika sakemm, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-iżvelar ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna jew fuq persuni oħra konnessi miegħu jew magħha; |
| - id-data tkun diġà ġiet ippublikata bil-kunsens tal-persuna kkonċernata. |
| Id-data personali għandha madankollu tiġi żvelata jekk interess pubbliku ta’ importanza superjuri jirrikjedi l-iżvelar. F'każijiet bħal dawn, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernata għandha tiġi rikjesta li tispeċifika l-interess pubbliku. Għandhom jagħtu raġunijiet dwar għalfejn, fil-każ speċifiku, l-interess pubbliku jipprevali fuq l-interessi tal-persuna kkonċernata. |
| Meta istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tiċħad l-aċċess għal dokument fuq il-bażi ta' dan il-paragrafu, għandha tqis jekk ikunx possibbli li jingħata aċċess parzjali għal dak id-dokument. |
Ġustifikazzjoni
Huwa kompitu tal-leġiżlatur li jipprovdi bilanċ adegwat bejn iż-żewġ drittijiet fundamentali, aċċess għad-dokumenti u protezzjoni tad-data. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-28/08 P, Il-Kummissjoni vs. Bavarian Lager kienet ibbażata fuq it-test attwali tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Regolament ġdid għandu jipprovdi bilanċ ġdid billi jkun iqis l-opinjoni tal-EDPS fir-rigward tal-preżunzjonijiet u approċċ proattiv.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar il-protezzjoni ta' data personali jew interessi kummerċjali u fil-każ ta' dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu. | 7. L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għad-dokumenti trażmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att leġiżlattiv jew att delegat jew implimentattiv b'applikazzjoni ġenerali. L-eċċezzjonijiet lanqas m'għandhom japplikaw għal dokumenti provduti lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għall-iskop li jinfluwenzaw it-tfassil tal-politiki mil-lobbyists jew partijiet oħra interessati. L-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss għaż-żmin ġustifikat mill-kontenut tad-dokument u fi kwalunkwe każ għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 7a. Istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jistgħu jagħtu aċċess privileġġjat għad-dokumenti koperti mill-paragrafi (1) sa (3) għal skopijiet ta' riċerka. Jekk jingħata aċċess privileġġjat, l-informazzjoni għandha biss tiġi rilaxxata soġġetta għal restrizzjonijiet adegwati rigward l-użu tagħha. |
Ġustifikazzjoni
L-idea hija li l-ewwel u qabel kollox l-akkademiċi jingħataw l-opportunità li jkollhom aċċess għal informazzjoni li inkella tkun inaċċessibbli, iżda li għandhom jaċċettaw restrizzjonijiet adegwati dwar kif tista' tintuża l-informazzjoni. Meta l-akkademiċi jingħataw aċċess privileġġjat, ikunu qed jittejbu l-possibilitajiet ta' skrutinju u ta' dibattitu tal-proċess Ewropew ta' teħid ta' deċiżjonijiet, u b'hekk mhux biss tiżdied it-trasparenza iżda wkoll il-parteċipazzjoni pubblika fil-ħajja demokratika tal-UE.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Konsultazzjonijiet | Konsultazzjoni ta' partijiet terzi |
1. Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni li hemm referenza għaliha, fl-Artikolu 4 jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf. | 1. Fir-rigward ta' dokumenti ta' partijiet terzi, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji għandhom jikkonsultaw mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni li hemm referenza għaliha , fl-Artikolu 4 jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf. |
2. Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru, barra dokumenti trasmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att legiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv ta' applikazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati. L-istituzzjoni li qiegħda żżomm id-dokument għandha tikxfu sakemm l-Istat Membru jipprovdi raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4 jew fuq id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tiegħu li jostakolaw il-kxif tad-dokument ikkonċernat. L-istituzzjoni għandha tapprezza l-adegwatezza tar-ragunijiet mogħtija mill-Istat Membru sakemm huma bbażati fuq l-eċċezzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. | 2. Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru, barra dokumenti trasmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att legiżlattiv jew att delegat jew implimentattiv ta' applikazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati f'każ ta' dubju dwar jekk id-dokument ikunx kopert minn waħda mill-eċċezzjonijiet. L-istituzzjoni li qiegħda żżomm id-dokument għandha tikxfu sakemm l-Istat Membru jipprovdi raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4 u tieħu deċiżjoni fuq il-bażi tal-opinjoni tagħha dwar jekk l-eċċezzjonijiet ikoprux id-dokument ikkonċernat. |
3. Meta Stat Membru jirċievi talba għal dokument fil-pussess tiegħu, li joriġina minn istituzzjoni, jekk m'huwiex ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf, l-Istat Membru għandu jikkonsulta ma' l-istituzzjoni involuta sabiex jieħu deċiżjoni li ma jipperikolax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru jista' minflok jirreferi t-talba lill-istituzzjoni. | 3. Meta Stat Membru jirċievi talba għal dokument fil-pussess tiegħu, li joriġina minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jekk m'huwiex ċar li d-dokument għandu jew m'għandux jiġi mikxuf, l-Istat Membru għandu jikkonsulta mal-istituzzjoni involuta sabiex jieħu deċiżjoni li ma jipperikolax l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru jista' minflok jirreferi t-talba lill-istituzzjoni. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 5 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5a |
| Atti leġiżlattivi |
| 1. Bi qbil mal-prinċipji demokratiċi stipulati fl-Artikoli 9 sa 12 TUE, u mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-istituzzjonijiet li jaġixxu fil-kapaċità leġiżlattiva tagħhom, inkluż taħt setgħat delegati u implimentattivi, kif ukoll Stati Membri meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala Membri tal-Kunsill, għandom jippermettu l-ikbar aċċess possibbli għal dokumenti marbuta mal-attivitajiet tagħhom. |
| 2. Dokumenti relatati mal-programmi leġiżlattivi, mal-konsultazzjonijiet preliminari mas-soċjetà ċivili, mal-evalwazzjonijiet tal-impatt u ma' kwalunkwe dokumenti preparatorji, kif ukoll dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni marbuta ma' proċedura leġiżlattiva għandhom ikunu aċċessibbli fuq sit interistituzzjonali li jkun faċli biex jintuża u li jkun ikkoordinat u ppubblikati f'serje elettronika speċjali ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
| 3. Matul il-proċedura leġiżlattiva, kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija assoċjati mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni għandhom jippubblikaw id-dokumenti preparatorji tagħhom u l-informazzjoni relatata kollha, inklużi l-opinjonijiet legali, f'serje speċjali ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq sit tal-internet komuni li jirriproduċi ċ-ċiklu tal-ħajja tal-proċedura kkonċernata. |
| 4. Ladarba jiġu adottati, l-atti leġiżlattivi għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif previst mill-Artikolu 13. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokument għandhom isiru f'xi forma miktuba, inkluż il-forma elettronika, f'waħda mill-ilsna msemmija fl-Artikolu 314 tat-Trattat tal-KE u b'mod preċiż biżżejjed sabiex tgħin lill-istituzzjoni ssib id-dokument. L-applikant mhux obbligat li jagħti r-raġunijiet għall-applikazzjoni. | 1. Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokument għandhom isiru f'xi forma miktuba, inkluż il-forma elettronika, f'waħda mill-ilsna msemmija fl-Artikolu 55(1) TUE. L-applikant mhux obbligat li jagħti r-raġunijiet għall-applikazzjoni. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Jekk applikazzjoni m'hijiex preċiża biżżejjed, jew id-dokumenti mitlubin ma' jistgħux jiġu identifikati faċilment, l-istituzzjoni għandha titlob lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandha tgħin l-applikant f'dan il-proċess billi, per eżempju, tagħti tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta' dokumenti. Il-limiti taż-żmien provduti taħt l-Artikoli 7 u 8 se jibdew meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-kjarifikazzjonijiet mitlubin. | 2. Jekk applikazzjoni m'hijiex preċiża biżżejjed, jew id-dokumenti mitlubin ma' jistgħux jiġu identifikati faċilment , l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fi żmien 15-il jum ta' ħidma għandha titlob lill-applikant sabiex jiċċara l-applikazzjoni u għandha tgħin l-applikant f'dan il-proċess billi, per eżempju, tagħti tagħrif dwar l-użu tar-reġistri pubbliċi ta' dokumenti. Il-limiti taż-żmien provduti taħt l-Artikoli 7 u 8 se jibdew meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-kjarifikazzjonijiet mitlubin. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż bi 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. | 2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż darba biss għal perjodu massimu ta' 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista', sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. | 3. L-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-applikant jekk, u fil-każ meta, aktarx ikun possibbli aċċess parzjali jew sħiħ f’xi żmien fil-ġejjieni. |
| L-applikant jista', sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. |
Ġustifikazzjoni
L-applikanti għandhom ikunu konxji mill-possibilità futura li jkollhom aċċess għad-dokument mitlub.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Kull istituzzjoni għandha taħtar persuna inkarigata li tikkontrolla li l-iskadenzi kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu rispettati. |
Ġustifikazzjoni
L-Ombudsman irrakkomanda l-ħatra ta' "uffiċjal għall-informazzjoni'' biex jiġi żgurat li l-iskadenzi jiġu rispettati.
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Sa żmien 30 jum utli mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji tiegħu jew tagħha, | 1. Applikazzjoni konfermatorja għandha tiġi proċessata mill-ewwel. Sa żmien massimu ta' 15-il jum ta' xogħol mir-reġistrazzjoni ta' din l-applikazzjoni, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandha jew tagħti l-aċċess għad-dokument mitlub u tagħti aċċess skond l-Artikolu 10 f'dak il-perjodu jew, fi tweġiba bil-miktub, tagħti r-raġunijiet għar-rifjut totali jew parzjali. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandha tavża l-applikant dwar ir-rimedji disponibbli għalih(a). |
Ġustifikazzjoni
Il-perjodu ta' 30 jum huwa twil wisq u jqassar l-iskadenza eżistenti skont ir-Regolament eżistenti għall-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra, li hija ta' 15-il jum.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż bi 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. | 2. F'każijiet eċċezzjonali, per eżempju fil-każ ta' applikazzjoni dwar dokument twil ħafna jew dwar numru kbir ta' dokumenti, it-terminu previst fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż darba biss għal perjodu massimu ta' 15-il jum utli, sakemm l-applikant jiġi avżat minn qabel u jingħataw raġunijiet dettaljati. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Nuqqas mill-istituzzjoni li twieġeb fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva u għandu jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċedimenti fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew tagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat tal-KE. | 4. Nuqqas mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li twieġeb fit-terminu stipulat għandu jitqies bħala tweġiba negattiva definittiva u għandu jagħti d-dritt lill-applikant li jiftaħ proċedimenti fil-qrati kontra l-istituzzjoni u/jew tagħmel ilment lill-Ombudsman, taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun ċar li 15-il jum huwa l-massimu u mhux ir-regola ġenerali, peress li għandha tingħata tweġiba mill-iktar fis. Nuqqas ta' tweġiba għandu jitqies bħala tweġiba negattiva definittiva u finali li tagħti l-possibilità li tinbeda evalwazzjoni ġudizzjarja sħiħa bbażata fuq il-kontenut.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 8 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 8(a) |
| Applikazzjonijiet ġodda |
| Jekk, wara li jirċievi d-dokumenti, l-applikant jixtieq jikseb dokumenti ulterjuri mill-istituzzjonijiet, dik it-talba għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni ġdida f’konformità mal-Artikoli 7 u 8. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 9 | imħassar |
Trattament ta' dokumenti sensittivi |
|
1. Dokumenti sensittivi human dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skond ir-regoli ta' l-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża. |
|
2. Applikazzjonijiet għall-aċċess għal dokumenti sensittivi skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 għandhom jiġu pproċessati biss minn persuni li għandhom dritt isiru jafu dwar dawk id-dokumenti. Dawn il-persuni għandhom ukoll, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11(2), jagħmlu stima dwar liema referenzi għal dokumenti sensittivi jistgħu jsiru fir-reġistru pubbliku. |
|
3. Dokumenti sensittivi għandhom jiġu reġistrati fir-reġistru jew mikxufin biss bil-kunsens ta' mingħand min ġejjin. |
|
4. Istituzzjoni li tiddeċiedi li ma tagħtix aċċess għal dokument sensittiv għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-interessi mħarsa fl-Artikolu 4. |
|
5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li fl-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għal dokumenti sensittivi jitħarsu l-prinċipji f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 4. |
|
6. Ir-regoli ta' l-istituzzjonijiet dwar dokumenti sensittivi għandhom isiru pubbliċi. |
|
7. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom javżaw lill-Parlament Ewropew dwar dokumenti sensittivi skond l-arranġamenti miftiehma bejn l-istituzzjonijiet. |
|
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-kontenut ta' dokument għandu jkun disponibbli mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-indeboliment tal-vista, ta' lingwa ta' ħidma jew ta' pjattaforma ta' sistema operattiva. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu għal aċċess reali min-naħa ta' applikant għall-kontenut ta' dokumenti mingħajr diskriminazzjoni teknika. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-applikant jista' jkun mitluba ħallas l-ispiża tal-produzzjoni u tal-impustar tal-kopji. Il-ħlas m'għandux jaqbeż l-ispiża reali tal-produzzjoni u l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fil-post, kopji ta' inqas minn 20 paġna A4 u aċċess dirett fil-forma elettronika jew permezz tar-reġistru għandhom ikunu b'xejn . | 4. L-applikant jista' jkun mitluba ħallas l-ispiża tal-produzzjoni u tal-impustar tal-kopji. Il-ħlas m'għandux jaqbeż l-ispiża reali tal-produzzjoni u l-impustar tal-kopji. Konsultazzjoni fil-post, kopji ta' inqas minn 50 paġna A4 u aċċess dirett fil-forma elettronika jew permezz tar-reġistru għandhom ikunu b'xejn . |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-istituzzjonijiet għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu reġistru li għandu jkun operazzjonali sat-3 Ġunju 2002. | 3. L-istituzzjonijiet għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu interfaċċa komuni għar-reġistri istituzzjonali ħalli jkun żgurat il-koordinament bejn ir-reġistri. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi ta' l-UE , jew atti mhux legiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali se bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9, ikunu direttament aċċessibbli mill-pubbliku . | 1. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jagħmlu d-dokumenti kollha disponibbli b’mod dirett għall-pubbliku f’forma elettronika jew permezz ta’ reġistru, b’mod partikulari dawk miktuba jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi tal-Unjoni, jew atti mhux legiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali. |
Ġustifikazzjoni
Biex jiġi garantit l-iktar aċċess mgħaġġel u effikaċi għal dokumenti, jeħtieġ li dawn ikunu f'forma elettronika.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi fir-regoli tal-proċedura tagħha liema kateġoriji oħra ta' dokumenti huma direttament aċċessibli mill-pubbliku. | 4. Kull istituzzjoni għandha tiddefinixxi fir-regoli tal-proċedura tagħha liema kateġoriji oħra ta' dokumenti għandhom isiru direttament aċċessibli b'mod proattiv lill-pubbliku. |
Ġustifikazzjoni
Biex tiġi garantita superviżjoni soda tad-dokumenti riċevuti mid-diversi istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, għandu jitwaqqaf reġistru komuni.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) pożizzjonijiet komuni adottati mill-Kunsill skont il-proċedura msemmija fl-Artikoli 251 u 252 tat-Trattat tal-KE u r-raġunijiet għal dawk il-pożizzjonijiet komuni, kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'dawn il-proċeduri; | (b) pożizzjonijiet adottati mill-Kunsill skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 294 TFUE u r-raġunijiet għal dawk il-pożizzjonijiet komuni, kif ukoll il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'dawn il-proċeduri; |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Komunità jew skont l-Artikolu 24 tat-Trattat tal-UE. | (f) ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikoli 207 u 218 TFUE. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 14 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 14 |
| Uffiċjal għall-Informazzjoni |
| 1. Kull unità amministrattiva ġenerali f'kull istituzzjoni, korp, uffiċċju u aġenzija għandha taħtar Uffiċjal għall-Informazzjoni li għandu jkun responsabbli biex jiġu żgurati l-konformità ma' dan ir-Regolament u prattika amministrattiva tajba f'dik l-unità amministrattiva. |
| 2. L-Uffiċjal għall-Informazzjoni għandu jiddetermina liema informazzjoni jkun jaqbel li tingħata lill-pubbliku rigward: |
| (a) l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament; |
| (b) il-prattika tajba; |
| u għandu jiżgura t-tixrid ta' dik l-informazzjoni b'mod u manjiera xierqa. |
| 3. L-Uffiċjal għall-Informazzjoni għandu jevalwa jekk is-servizzi fl-unità amministrattiva ġenerali tiegħu jew tagħha jsegwux prattika tajba. |
| 4. L-Uffiċjal għall-Informazzjoni jista' jirreferi persuna li jkollha bżonn l-informazzjoni għand unità amministrattiva ġenerali oħra jekk l-informazzjoni msemmija ma tkunx responsabilità tal-unità tiegħu iżda tkun responsabilità ta' unità differenti fl-istess istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, sakemm l-unità l-oħra kkonċernata jkollha tali informazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Biex tiġi garantita konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att propost ab initio, għandu jinħatar uffiċjal intern għat-trasparenza u l-prattika amministrattiva tajba f'kull unità amministrattiva ġenerali.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 14 b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 14b |
| Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u miftuħa |
| Fi-perjodu tranżitorju qabel l-adozzjoni tar-regoli kif stipulati fl-Artikolu 298 TFUE u fuq bażi tar-rekwiżiti tal-Artikolu 41 tal-Karta, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji, fuq il-bażi tal-Kodiċi ta' Mġieba Amministrattiva Tajba, għandhom jadottaw u jippubblikaw linji gwida ġenerali dwar il-portata tal-obbligi ta' kunfidenzjalità u tas-sigritezza professjonali stipulati fl-Artikolu 339 TFUE, l-obbligi fir-rigward ta' amminstrazzjoni soda u trasparenti u l-protezzjoni tad-data personali bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Dawn il-linji gwida għandhom jiddefinixxu wkoll is-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament skont ir-Regolamenti tal-Istaff tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropej, il-Kundizzjonijiet tal-Impjieg u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropej u r-regoli interni tal-istituzzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni
Amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effikaċi u indipendenti, kif imsemmija fl-Artikolu 298 TFUE, għandha tkun ibbażata fuq standards għoljin ta' mġieba professjonali, inkluż protezzjoni tad-data personali u sanzjonijiet adegwati f'każ ta' ksur.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 15 - titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Prattika amministrattiva fl-istituzzjonijiet | Prattika amministrattiva għat-trasparenza fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji |
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun imsemmi b'mod ċar li d-dispożizzjoni tikkonċerna kwistjonijiet ta' trasparenza.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini, b'mod ġust u trasparenti, dwar l-organigramma tagħhom billi jindikaw ir-responsabilità tal-unitajiet interni tagħhom, il-fluss tax-xogħol intern u l-iskadenzi indikattivi tal-proċeduri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħhom, u s-servizzi li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jirreferu għalihom biex jingħataw appoġġ, informazzjoni jew rimedju amministrattiv. |
Ġustifikazzjoni
Aġġornament f'konformità mat-Trattat ta' Lisbona u mad-drittijiet obbligatorji ġodda dovuti għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jżidu l-obbligi għal amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u aċċessibbli għaċ-ċittadini, kif stipulat fl-Artikolu 10 TUE u l-Artikolu 298 TFUE.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Id-dokumenti relatati mal-baġit tal-Unjoni Ewropea, l-implimentazzjoni tiegħu u l-benefiċjarji tal-fondi u l-allokazzjonijiet tal-Unjoni għandha tiġi ppubblikata u tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini. |
| Dawn id-dokumenti għandhom ukoll ikunu aċċessibbli f'sit tal-Internet u bażi tad-data speċifiċi, u f'bażi tad-data li tittratta t-trasparenza finanzjarja fl-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Il-viżibilità tal-proċedura baġitarja u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE jikkostitwixxu aspett importanti tat-trasparenza.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan ir-Regolament se jkun mingħajr preġudizzju għal regoli fis-seħħ li jistgħu jillimitaw id-dritt ta' parti terza li tikseb kopji ta' dokumenti jew tirriproduċi jew li tisfrutta dokumenti żvelati. | Dan ir-Regolament se jkun mingħajr preġudizzju għal regoli fis-seħħ dwar id-drittijiet tal-awtur li jistgħu jillimitaw id-dritt ta' parti terza li tirriproduċi jew li tisfrutta dokumenti żvelati. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – titolu (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Titolu V - Dispożizzjonijiet Finali |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Sa mhux aktar tard mill-...*, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet, li jinkludu, jekk ikunu xierqa, proposti għar-rieżami ta' dan ir-Regolament li jkunu meħtieġa minħabba bidliet fis-sitwazzjoni attwali u programm ta' azzjoni ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji. |
| _______________ |
| * Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
L-implimentazzjoni tal-att legali jirrikjedi evalwazzjoni post facto u rapport sħiħ li jinkludi proposti eventwali għal reviżjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Bħala rapporteur għall-proposta għal reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, jiena ressaqt ċertu tibdiliet kruċjali għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ppreżentata fit-30 ta' April 2008. Il-Parlament Ewropew ivvota dawn it-tibdiliet u appoġġahom fil-11 ta' Marzu 2009. Wara l-elezzjoni tal-PE f'Ġunju 2009, inħtart Rapporteur għal dan il-fajl. Fl-1 ta' Diċembru, it-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ u mmodifika l-parti l-kbira tal-qafas legali għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament.
Meta r-Regolament attwali daħal fis-seħħ fl-2001, jiena kont ukoll ir-Rapporteur responsabbli minn dan il-fajl.
Fl-2006 jiena fassalt ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew approvata b'mod mill-MPEs bi ħġarhom, li fiha kien hemm lista ta' rakkomandazzjonijiet għal titjib fir-Regolament attwali.
Minn din il-perspettiva, meta l-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għal reviżjoni fl-2008, l-aspettattivi tiegħi kienu għoljin ħafna dwar kif setgħu jitjiebu l-istandards għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-UE.
Madankollu, minkejja ċertu tibdil pożittiv imdaħħal fil-proposta li huwa ġustifikabbli b'mod ċar bħalma huma l-estensjoni tal-benefiċjarji ta' dan ir-regolament u l-konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus, tibdil ieħor jirrappreżenta, fl-opinjoni tiegħi, pass lura fit-trasparenza, speċjalment jekk inqisu li l-maġġoranza tat-talbiet tal-2006 tal-Parlament Ewropew ma tqisux.
Barra minn hekk, issa li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, il-Kummissjoni hija mitluba tati messaġġ iktar ċar liċ-ċittadini li hija lesta tipprovdi mod iktar trasparenti kif joperaw l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE.
Fl-opinjoni tiegħi, aħna l-leġiżlaturi rridu naħtfu din l-opportunità biex jiġi rivedut dan ir-Regolament, ħalli nippruvaw inbiddlu dan ir-regolament f'qafas legali reali u uniku dwar l-aċċessibilità pubblika fir-rigward tad-dokumenti u l-informazzjoni kollha trattata mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, billi wieħed iżomm f'moħħu li l-utenti finali huma ċ-ċittadini. Huwa d-dmir u l-obbligu tagħna li l-aċċess isir kemm jista' jkun faċli biex jintuża.
Barra minn hekk, aħna għandna bżonn naħtfu l-opportunità biex nippruvaw norganizzaw id-dispożizzjonijiet differenti b'mod konsistenti u raġunevoli sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu finalment jaħdmu flimkien ħalli jiddefinixxu regoli u linji gwida komuni għat-trattament ta' tipi differenti ta' dokumenti. M'għandniex bżonn nibdew mill-bidu għax hemm ħafna inizjattivi li diġà jeżistu, fuq bażi ta' liġi flessibbli (soft law), li qed jippruvaw jilħqu l-istess objettiv. Għodod bħalma huma Il-Ġurnal Uffiċjali, is-sistema Celex jew ħafna ftehimiet interistituzzjonali dwar il-kodifikazzjoni u t-tfassil leġiżlattiv qed jimmiraw għall-istess objettiv li huwa li l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet Ewropew isir iktar faċli biex jinftiehem.
Meta nirreferi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, inqis li għandu jiġi estiż ukoll għall-atti delegati u għal miżuri implimentattivi nazzjonali għax dawn huma l-vera testi li jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej.
L-approċċ tiegħi huwa iżjed ambizzjuż mill-proposta tal-Kummissjoni u probabbilment iżjed mill-ħerqa tal-Kunsill. Ir-rapport tiegħi għandu l-għan li jibni fuq l-esperjenza komuni tagħna billi naqsmu bejnietna kemm jista' jkun, f'perspettiva interistituzzjonali, id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tagħna skont it-trattati.
F'din il-perspettiva, jien qed nipprova ntemm in-nuqqas ta' regoli komuni dwar "informazzjoni kklassifikata" (l-hekk imsejħa dokumenti sensittivi ċitati fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 attwali) billi nieħu fil-livell Regolatorju ċertu prinċipji tajbin imħaddna mir-regoli tas-sigurtà interna tal-Kunsill u l-Kummissjoni sakemm dawn il-prinċipji jkunu wkoll applikabbli għal korp Parlamentari.
It-tieni sfida kienet li nagħmel differenza bejn it-trasparenza leġiżlattiva u amministrattiva billi naħtaf din l-okkażjoni biex nidħol fid-dettall dwar ċertu prinċipji ta' amministrazzjoni trasparenti u tajba kif previst fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
Għandna wkoll nagħtu s-setgħa lil korpi indipendenti bħalma huma l-Ombudsman Ewropew u l-EDPS biex jgħinu lill-istituzzjonijiet ħalli jwettqu r-riforma tal-proċedura interna tagħhom. Billi l-istituzzjonijiet diġà għandhom uffiċjali għall-protezzjoni tad-dejta, hija ħaġa konsistenti mal-għan tar-regolament li jinħatar f'kull unità organizzattiva - bħad-direttorati ġenerali -uffiċjal għall-informazzjoni li jkun l-interlokutur għaċ-ċittadini kif ukoll għall-unitajiet amministrattivi l-oħra li jittrattaw id-dokumenti tal-istituzzjonijiet. It-trasparenza mhijiex biss attribut imma prinċipju li fuqu għandhom jitfasslu l-proċeduri kollha tal-istituzzjonijiet.
L-impatt fuq id-dmirijiet tal-uffiċjali li jfasslu, jirreġistraw, jinnegozjaw, jikklassifikaw u jarkivjaw id-dokumenti tal-UE għandu jiġi allinjat billi jiġu protetti fl-istess ħin l-effiċjenza u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Jeħtieġ li nissodisfaw mill-aktar fis it-talbiet dejjem jiżdiedu miċ-ċittadini Ewropej iżda wkoll minn istituzzjonijiet nazzjonali u minn awtoritajiet reġjonali, l-ewwel u qabel kollox parlamenti nazzjonali.
Jien iddeċidejt li nressaq għadd ta' emendi li jittrattaw:
· Is-separazzjoni tal-benefiċjarji mill-iskop ta' dan ir-regolament.
· Fl-artikolu li jittratta d-definizzjonijiet, jiena ddeċidejt li nerġa' ndaħħal id-definizzjoni l-antika tad-dokument li qiegħed fir-regolament attwali għax tidher iżjed komprensiva u biddilt ukoll, għal raġunijiet ta' ċarezza, id-definizzjoni ta' bażi ta' dejta, billi rreferejt għal informazzjoni miżmuma f'dawk il-bażijiet ta' dejta li għandhom isiru wkoll disponibbli għall-pubbliku jekk ikun meħtieġ. Għodod speċifiċi biex din l-informazzjoni ssir disponibbli għandhom jiġu previsti mill-istituzzjonijiet.
· Jiena daħħalt ukoll definizzjonijiet ġodda dwar dokumenti kklassifikati u leġiżlattivi, kompiti amministrattivi, sistemi ta' arkivjar u arkivji storiċi.
• Biddilt l-artikolu dwar l-eċċezzjonijiet li jagħmlu distinzjoni bejn il-protezzjoni ta' interessi pubbliċi u privati.
• Jiena qed nipprova wkoll nispeċifika s-sistema li għandha tintuża għal dokumenti ta' partijiet terzi li ssoltu joħolqu ħafna problemi fil-prattiki tal-istituzzjonijiet.
• Biddilt ukoll l-artikolu dwar dokumenti li jridu jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.
• Daħħalt emenda dwar ir-rwol u r-responsabilità tal-Uffiċjal għall-Informazzjoni msemmi hawn fuq billi saħħaħt ir-rwol tal-Ombudsman Ewropew bħala punt ta' riferiment għal Uffiċjali għall-Informazzjoni fl-istituzzjonijiet li jistgħu jiġu kkonsultati f'każ ta' dubji.
• Finalment, daħħalt emenda dwar is-sanzjonijiet li jirriżultaw jekk wieħed ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.
L-għan tiegħi huwa ovvjament li jiġi emendat dan ir-Regolament sabiex tiżdied it-trasparenza mingħajr ma nagħmel dan l-istrument speċifiku wisq u diffiċli biex jiġi implimentat. Għalhekk, ħdimt fuq il-prinċipji ġenerali li kienu għadhom neqsin fir-Regolament attwali fir-rigward tal-attivitajiet leġiżlattivi u amministrattivi tal-istituzzjonijiet. Fl-istess ħin, hija x-xewqa tiegħi li dan l-istrument jintuża biex jitjiebu l-prattiki tal-istituzzjonijiet billi nitgħallmu mill-esperjenzi tal-passat li kienu għalija s-sors ewlieni ta' ispirazzjoni meta fassalt l-emendi tiegħi.
OPINJONI TA' MINORANZA
skont l-Artikolu 52(3) tar-Regoli ta' Proċedura
Roberta Angelilli, Simon Busuttil, Kinga Gál, Lívia Járóka, Véronique Mathieu, Georgios Papanikolaou, Csaba Sógor, Renate Sommer, Wim van de Camp, Axel Voss, Manfred Weber, Elena Oana Antonescu, Petru Constantin Luhan, Marian-Jean Marinescu, Bogusław Sonik, Esther Herranz García
Skont l-Artikolu 52, paragrafu 3 tar-Regoli ta' Proċedura il-Grupp PPE jitlob biex l-opinjoni li ġejja tiġi inkluża bħala anness fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-abbozz tar-rapport li ġie adottat dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
2008/0090(COD) , KOM(2008)0229
Bħala l-akbar grupp tal-Parlament Ewropew, il-Grupp PPE tkellem dejjem favur aktar trasparenza kemm fil-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll fil-mekkaniżmi għat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, u b'hekk favur li ċ-ċittadini jkollhom aċċess wiesa' għad-dokumenti tal-UE. Ir-rapport preżenti imur 'il hinn minn dan il-għan u jsemmi punti li ma jistgħux jiġu soġġetti għal regolament bħal dan.
Il-punti li ġejjin tar-rapport, b'mod speċjali, irendu l-approvazzjoni tar-rapport mill-Grupp PPE impossibli:
·Id-data jew il-kontenut kollu li huma marbuta b'xi mod mal-politiki, il-miżuri jew id-deċiżjonijiet tal-UE, indipendentement mill-forma tagħhom, għandhom japplikaw bħala dokument. Dan jinkludi wkoll dokumenti preparatorji, kunfidenzjali u sigrieti fejn għandha tkun minimata l-protezzjoni tagħhom, kif ukoll l-"space to think".
·L-aċċess bla limiti għad-dokumenti u għal dokumenti leġiżlattivi preparatorji, kif ukoll għall-informazzjoni kollha relatata magħhom dwar l-istadji differenti tal-proċedura interistituzzjonali, jista' jwassal għal aċċess għall-proċedura, li m'huwiex ekwivalenti għall-aċċess għad-dokumenti u li jrendi t-teħid ta' deċiżjonijiet aktar diffiċli.
Il-Grupp PPE jesprimi ruħu favur il-privatezza, il-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni ta' sigrieti professjonali u favur informazzjoni sensittiva fil-qasam ta' proċeduri tal-qorti, proċeduri ta' kompetizzjoni u ta' dokumenti personali tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Waqt il-proċeduri, il-grupp PPE dejjem wera mġiba kostruttiva. Fl-interess taċ-ċittadini, il-grupp PPE tkellem immedjatament favur l-implimentazzjoni veloċi tat-tieni proposta tal-Kummissjoni ( COM(2011)137 ) sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti legali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u tat-Trattat ta' Liżbona.
30.11.2010
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (tfassil mill-ġdid)
( COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) )
Rapporteur (*): Anneli Jäätteenmäki
(*) Proċedura b’kumitati assoċjati - Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-Regolament 1049/2001 attwali dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-UE kien pass sinifikanti lejn aktar trasparenza fi ħdan l-Unjoni. Fit-tmien snin minn meta ġie implimentat, ikkontribwixxa għall-ħolqien ta' kultura ta' amministrazzjoni aktar trasparenti fl-Istituzzjonijiet Ewropej.
It-Trattat ta' Lisbona iġib l-importanza tat-trasparenza f’livell ġdid bis-saħħa tal-Artikolu 10/TUE, il-Paragrafu 3 li jiddikjara li: “Kull ċittadin għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.”
It-Trattat il-ġdid jestendi b’mod ċar l-ambitu tar-regolament. Qabel, it-Trattat kien jitlob trasparenza mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni biss, u issa l-Artikolu 15/TFUE jiddikjara li “Kull ċittadin ... [għandu jkollu] d-dritt għall-aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom.”
Il-Parlament għamel diversi talbiet lill-Kummissjoni biex tressaq proposta ġdida għat-tfassil mill-ġdid tar-Regolament 1049/2001 biex titqies il-bidla għall-bażi legali tiegħu li ġab miegħu it-Trattat ta' Lisbona. F’Diċembru li għadda, il-Parlament adotta riżoluzzjoni fejn iddikjara li r-Regolament għandu jiġi aġġornat b’mod urġenti u fejn maqdar ukoll il-fatt li l-Kummissjoni ma għamlitx proposta modifikata.
Barra minn hekk, peress li l-Kummissjoni tat il-proposta tagħha fl-2008, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet xi deċiżjonijiet importanti ħafna dwar l-aċċess għad-dokumenti. L-aktar waħda sinifikanti minn dawn kienet fil-kawża Turco (T-84/03 Turco vs il-Kunsill), fejn il-Qorti ddeċidiet li anke l-aċċess għall-opinjonijiet tas-servizzi legali għandu jsir disponibbli. Fil-konklużjoni tagħha, il-Qorti ddikjarat li: “it-trasparenza... tikkontribwixxi fl-għoti ta' aktar leġittimità lill-istituzzjonijiet f'għajnejn iċ-ċittadin Ewropew u żżid il-fiduċja tiegħu fihom.”
Madankollu, il-Kummissjoni rrifjutat li tagħmel proposta ġdida. L-unika bidla li l-Kummissjoni għamlet fil-fatt kienet il-modifika tal-bażi legali tar-regolament li saret fil-komunikazzjoni Omnibus f’Diċembru li għadda.
F’din is-sitwazzjoni, il-Kumitat responsabbli, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, iddeċieda li l-Parlament għandu jieħu f’idejh ir-rwol tal-Kummissjoni u jagħmel l-emendi meħtieġa li “jillisbonizzaw” ir-regolament.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Aħna issa obbligati li nipproċedu fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni mill-2008. Sfortunatament, din il-proposta ma ssaħħaħx it-trasparenza tal-Unjoni sal-livell rikjest mit-Trattat il-ġdid. Bil-kontra, ħafna mill-emendi proposti mill-Kummissjoni saħansitra jnaqqsu l-istandard attwali.
L-aktar gravi minn dawn hija l-emenda li l-Kummissjoni qed tipproponi għall-Artikolu 3 li tkun tillimita b'mod sinifikanti d-definizzjoni ta' dokument. Fl-opinjoni tar-Rapporteur, għandha titħalla d-definizzjoni attwali, li tkopri d-dokumenti relevanti kollha - u mhux biss dawk irreġistrati.
Emenda oħra li qed tħasseb lir-Rapporteur tirrigwarda d-dritt li l-Istati Membri jżommu lura dokumenti taħt l-Artikolu 5. Il-formulazzjoni proposta mill-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri dritt bla limiti biex jirreferu lura għal-leġiżlazzjoni tagħhom stess biex jiġġustifikaw rifjut għall-aċċess għal dokument li joriġina minn Stat Membru. L-istituzzjonijiet se jkunu jistgħu jikkunsidraw biss ġustifikazzjonijiet ibbażati fuq ir-Regolament, u mhux ibbażati fuq il-liġi nazzjonali. Dritt ta’ dan it-tip “jiddilwixxi” l-prinċipju ta’ trasparenza, u jħallih kompletament għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. L-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament għandhom ikunu biżżejjed. Jekk ma jkunux, għandhom isiru bidliet fl-Artikolu 4 u mhux jingħataw drittijiet bla limiti lill-Istati Membri.
L-iskop tar-Regolament
Kif jistqarr it-titolu tar-Regolament, dan jikkonċerna l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. L-għan ewlieni tagħna hu li jiġu ggarantiti d-drittijiet taċ-ċittadini biex jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni billi jingħata l-aktar aċċess estensiv possibbli għad-dokumenti tal-UE.
Fil-fehma tar-rapporteur, għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejn “l-aċċess pubbliku għad-dokumenti” u “l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini”, minn naħa, u d-dritt ta’ aċċess tal-istituzzjonijiet, anke għal dokumenti kunfidenzjali, fuq l-oħra. Din tal-aħħar tista’ tissolva permezz ta’ ftehim interistituzzjonali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) «dokument» tfisser kwalunkwe kontenut ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżwali jew awdjoviżwali) mħejjija minn xi istituzzjoni u trażmessa formalment lil reċipjent wieħed jew aktar jew irreġistrat b'mod ieħor, jew irċevut minn xi istituzzjoni, data li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi ta' l-iproċessar u ta' irkupru huma dokumenti jekk jistgħu jiġu estratti f'forma ta' karta miktuba jew f'kopja ta' format elettroniku li jużaw l-għodda elettroniċi disponibbli għall-isfruttament tas-sistema | (a) “dokument” għandha tfisser kwalunkwe data jew kontenut ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq il-karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala reġistrazzjoni awdjo, viżiva jew awdjoviżiva) dwar kwistjoni marbuta mal-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fil-qasam ta' responsabilità tal-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija; l-informazzjoni li tinsab f’sistemi għall-ħżin, l-iproċessar u l-irkupru elettroniċi (inklużi s-sistemi esterni li jintużaw għax-xogħol ta’ istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija) għandha tikkostitwixxi dokument jew dokumenti jekk tista’ tiġi estratta f'forma ta' karta jew karti stampati jew f'kopji ta' format elettroniku billi jintużaw l-għodda disponibbli għall-isfruttament tas-sistema; |
Ġustifikazzjoni
L-emenda proposta mill-Kummissjoni tillimita l-aċċess pubbliku għal għadd żgħir ta' dokumenti biss. Dan ikun jikkostitwixxi tbaxxija ċara tal-istandards ta' trasparenza meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) konsultazzjoni legali u qorti arbitraġġ u proċeduri għall-arranġament ta' tilwim ; | (c) konsulenza legali li titratta proċeduri ta’ qrati; |
Ġustifikazzjoni
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza tagħha tal-kawża Turco li l-iżvelar tal-pariri legali f'inizjattivi leġiżlattivi jżid it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess leġiżlattiv u jsaħħaħ id-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini Ewropej.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Aċċess għad-dokumenti li ġejjin , għandu jiġi rifjutat jekk l-iżvelar tad-dokumenti serjament idgħajjef il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-istituzzjonijiet . | imħassar |
(a) id-dokumenti relatati mal-materja fejn id-deċiżjoni tkun għada ma tteħditx; |
|
(b) dokumenti li fihom opinjonijiet għall-użu intern bħala parti minn deliberazzjoni u konsultazzjonijiet preliminarji fl-istituzzjoni kkoncernat |
|
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-eċċezzjonijiet taħt il-paragrafi (2) u (3) se japplikaw sakemm ikun hemm interess kbir mill-pubbliku għall-kxif Fir-rigward ta' paragrafi 2(a) interess kbir mill-pubbliku għall-kxif se jitqies li jeżisti fejn l-informazzjoni mitluba hija relatata ma emissjonijiet fl-ambjent. | 4. L-eċċezzjonijiet taħt il-paragrafu (2) għandhom japplikaw sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku ta’ importanza superjuri għall-iżvelar. Meta jiġi vvalutat l-interess pubbliku fl-iżvelar, għandu jingħata piż speċjali lill-fatt li d-dokumenti mitluba jirrigwardaw il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, l-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem. |
Ġustifikazzjoni
Ir-Regolament 1367/2006 jistabbilixxi interess pubbliku ta’ importanza superjuri fir-rilaxx ta’ informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent. Għandu jkun hemm preżunzjoni simili favur interess pubbliku ta’ importanza superjuri fir-rilaxx ta’informazzjoni dwar ħarsien ta’ drittijiet fundamentali jew riskji għas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-ismijiet, it-titoli u l-funzjonijiet ta' dawk li huma uffiċjali pubbliċi, uffiċjali ċivili u rappreżentanti ta' interess b'konessjoni ma' l-attivitajiet professjonli tagħhom għandhom jinkixfu sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari, il-kxif ikun se jaffettwa b'mod ħażina l-persuni konċernati. Data personali oħra għandha tinkixef skond il-kondizzjonijiet fir-rigward ta' l-ipproċessar illegali ta' data bħal din stipulata mil-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali. | 5. Data personali m'għandhiex tiġi żvelata jekk żvelar ta' dan it-tip ikun ta' ħsara għall-privatezza jew l-integrità tal-persuna kkonċernata. Ħsara ta' dan it-tip ma tirriżultax jekk: |
| – id-data tkun relatata biss mal-attivitajiet professjonali tal-persuna kkonċernata sakemm, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-iżvelar ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna; |
| – id-data tkun relatata biss ma' persuna pubblika sakemm, minħabba ċ-ċirkustanzi partikulari, ma jkunx hemm raġuni li wieħed jassumi li l-iżvelar ikollu effett ħażin fuq dik il-persuna jew fuq persuni oħra relatati miegħu jew magħha; |
| – id-data tkun diġà ġiet ippublikata bil-kunsens tal-persuna kkonċernata. |
| Id-data personali għandha madankollu tiġi żvelata jekk interess pubbliku ta’ importanza superjuri jirrikjedi l-iżvelar. Fil-każi ta’ dan it-tip, l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija għandhom jiġu rikjesti jispeċifikaw l-interess pubbliku. Għandhom jagħtu raġunijiet dwar għalfejn, fil-każ speċifiku, l-interess pubbliku jipprevali fuq l-interessi tal-persuna kkonċernata. |
| Meta istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jiċħdu l-aċċess għal dokument fuq il-bażi ta' dan il-paragrafu, għandhom jikkunsidraw jekk ikunx possibbli aċċess parzjali għal dak id-dokument. |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni ma tissodisfax il-bżonn li jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn id-drittijiet fundamentali kkonċernati.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta' dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar il-protezzjoni ta' data personali jew interessi kummerċjali u fil-każ ta' dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu. | 7. L-eċċezzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għad-dokumenti trażmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att leġiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv b'applikazzjoni ġenerali. L-eċċezzjonijiet għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. |
Ġustifikazzjoni
Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat fis-sentenza tagħha tal-kawża Turco li l-iżvelar tal-pariri legali f'inizjattivi leġiżlattivi jżid it-trasparenza u l-ftuħ tal-proċess leġiżlattiv u jsaħħaħ id-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini Ewropej.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Kull istituzzjoni għandha taħtar persuna inkarigata li tikkontrolla li l-iskadenzi kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu jiġu rispettati. |
Ġustifikazzjoni
L-Ombudsman irrakkomanda l-ħatra ta' "uffiċjal għall-informazzjoni'' biex jiġi żgurat li l-iskadenzi jiġu rispettati.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 8 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 8(a) |
| Applikazzjonijiet ġodda |
| Jekk, wara li jirċievi l-informazzjoni, l-applikant jixtieq jikseb dokumenti ulterjuri mill-istituzzjonijiet, dik it-talba għandha tiġi ttrattata bħala applikazzjoni ġdida f’konformità mal-Artikoli 7 u 8. |
PROĊEDURA
Titolu | L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni | ||||||
Referenzi | COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) | ||||||
Kumitat responsabbli | LIBE | ||||||
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AFCO 19.10.2009 |
|
|
| |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Anneli Jäätteenmäki 22.2.2010 |
|
| ||||
Eżami fil-kumitat | 6.4.2010 | 4.5.2010 | 2.6.2010 |
| |||
Data tal-adozzjoni | 30.11.2010 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 13 10 0 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Andrew Henry William Brons, Andrew Duff, Ashley Fox, Matthias Groote, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Potito Salatto, Algirdas Saudargas, György Schöpflin, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Elmar Brok, Anneli Jäätteenmäki, Alain Lamassoure, Íñigo Méndez de Vigo, Helmut Scholz | ||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Francesca Balzani, Maria do Céu Patrão Neves | ||||||
3.12.2010
OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni
( COM(2008)0229 – C6‑0184/2008 – 2008/0090(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Ágnes Hankiss
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Skont l-Artikolu 1(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità għandhom jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom kemm jista' jkun b'mod miftuħ u b'mod mill-aktar qrib taċ-ċittadini. Għalhekk sabiex ikun possibbli għalihom li jipparteċipaw effettivament fil-proċess politiku u l-awtoritajiet pubbliċi jitqiesu bħala responsabbli direttament, iċ-ċittadini u l-korpi eletti għandu jkollhom l-aċċess l-aktar wiesa' possibbli għal dokumenti li jkunu f'idejn l-istituzzjonijiet Ewropej.
Madankollu, l-emendi li fil-fatt ressqet il-Kummissjoni għar-Regolament huma diżappuntanti peress li f'għadd ta' każijiet il-proposti tal-Kummissjoni jirrappreżentaw pass lura aktar milli pass kuraġġuż 'il quddiem bħala "stimolu għall-kisba ta' aktar trasparenza".
L-ewwel u qabel kollox, il-Kummissjoni messha għamlet reviżjoni sħiħa tal-proposta preċedenti tagħha billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti qafas ġuridiku ġdid imsejjes fuq l-Artikolu 15(3). Il-Kummissjoni kien imissha inkludiet il-proposta tagħha f’ COM(2009)0665 dwar il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Il-Kummissjoni ma rtiratx formalment il-proposta u qatt ma ssostitwietha bi proposta ġdida li tqis il-qafas il-ġdid tat-Trattat ta’ Lisbona.
L-aktar pass lura ta’ min jinnutah huwa d-definizzjoni riformulata tal-Kummissjoni (Artikolu 3) għal "dokument", il-kunċett li jinsab fil-qalba nfisha tar-Regolament. Ir-rapporteur hija tal-fehma li minflok it-tidjiq tad-definizzjoni, kif il-Kummissjoni fil-fatt qiegħda tipproponi, it-terminu "dokument” għandu jitfettaħ ħalli jiffoka fuq it-“tagħrif uffiċjali” billi l-aċċess għal biċċiet ta’ informazzjoni mill-applikanti jkun jippermettilhom jitolbu tagħrif speċifiku b'mod aktar preċiż, iċċentrat u komprensiv, u b'hekk ikun evitat li jaslu valangi ta' data mhux neċessarja, bil-konsegwenza tal-possibilità li jiġu ġġenerati kostijiet żejda. Id-definizzjoni l-ġdida tista’ wkoll tagħmilha eħfef li jinkiseb aċċess parzjali għal ċerti dokumenti klassifikati, u tkun tippermetti li dak li jkun jiddistingwi b’mod ċar bejn informazzjoni uffiċjali u dik mhix uffiċjali.
Filwaqt li aċċess pubbliku eħfef għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE jibqa' l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jekk id-dokumenti intermedjarji, bħalma huma l-abbozzi tan-noti jew il-memoranda, isiru pubblikament disponibbli dan jista’ jċaqlaq il-fluss tal-informazzjoni uffiċjali lejn kanali informali u/jew intergovernattivi u dan iwassal għal tnaqqis fit-trasparenza u għal Unjoni Ewropea anqas f’saħħitha.
Il-pagamenti għar-riċerka u għad-duplikazjzoni għandhom ikunu limitati għal drittijiet standard raġonevoli għar-riċerka u d-duplikazzjoni tad-dokumenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti dwar il-punti msemmijin hawn fuq.
Għaċ-ċittadini hu ta' importanza partikolari li, eż. fil-każ ta' proċeduri ta' infrazzjoni li ħafna drabi jirriżultaw mill-petizzjonijiet taċ-ċittadini, għandu jingħata aċċess sħiħ għad-dokumenti kollha tal-proċedimenti ta' infrazzjoni konklużi. Dan jinkludi dokumenti pprovduti mill-Istati Membri. Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni li jingħata d-dritt lill-Istati Membri li jirrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti (Artikolu 5) abbażi tal-leġiżlazzjoni tagħhom stess tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u għalhekk mhijiex aċċettabbli. Fir-rigward tal-Artikolu 9 ("Trattament ta’ Dokumenti sensittivi") huwa importanti li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jistabbilixxu regoli komuni għall-klassifikazzjoni ta' tali dokumenti u li dawn l-istess regoli għandhom isiru pubbliċi.
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jikkunsidra li ż-żamma tal-fiduċja taċ-ċittadini, u ż-żieda ta’ dik il-fiduċja, fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE għandhom importanza kbira. L-UE għandha tħares id-data u l-privatezza personali fl-ogħla standards possibbli u ma għandhiex toħloq regoli li jippermettu miżuri li jkun diffiċli biex tapplikahom oġġettivament. Filwaqt li teżisti każistika tal-UE dwar l-interpretazzjoni ta’ “interess pubbliku ta’ importanza superjuri”, ikun deżiderabbli li l-Kummissjoni tagħti definizzjoni eżatta u konkreta ta’ dan it-terminu.
L-informazzjoni kklassifikata ma għandhiex tkun trasmessa mir-reċipjent lil terz jekk ma jkunx hemm il-kunsens minn qabel tal-oriġinatur. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kieku jilqa' qafas u proċedura komuni għal regoli ta' deklassifikazzjoni, inkluża l-possibilità li l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jirrevedu u jirristabbilixxu l-kategorija ta' klassifikazzjoni ta’ dokument meta ssir talba li jkun hemm aċċess pubbliku għalih. B’hekk, id-dokumenti li qabel kienu kklassifikati jkunu jistgħu jiġi rivelati b’mod aktar flessibbli.
F’każ li istituzzjoni tirriġetta applikazzjoni għal dokument abbażi tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-istituzzjoni għandha tkun obbligata tagħti notifika ta' jekk, u meta, x’aktarx li aċċess parzjali jew sħiħ ikun possibbli fi stadju ulterjuri.
Ir-rapporteur hija tal-fehma li biex tirnexxi l-Inizjattiva Ewropea favur it-Trasparenza, l-applikanti għandhom ikunu jistgħu jsibu l-informazzjoni li jkunu jridu u jirkuprawha faċilment. Fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, għalhekk, l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-dokumenti jingħataw jew permezz ta’ interfaċċa komuni għar-reġistri tagħhom tad-dokumenti jew permezz ta’ interfaċċa b’kuntatti diretti mar-reġistru proprju ta' kull istituzzjoni.
Apparti dan, kif kien il-każ bir-Regolament preżenti, il-Kummissjoni għandha tkun mitluba li tipprovdi rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament rivedut u tressaq rakkomandazzjonijiet, fejn meħtieġ, għat-titjib.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li gejjin fir-rapport tiegħu.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Dan ir-Regolament se japplika għad dokumenti kollha miżmumin minn istituzzjoni, jiġifieri , dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, li jikkonċernaw kwistjoni relatata mal-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità , f'kull qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea. | 2. Dan ir-Regolament se japplika għad-dokumenti kollha miżmumin minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw kwistjoni relatata mal-politiki, l-attivitajiet, proċeduri konklużi dwar infrazzjonijiet tad-Dritt tal-UE u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilità tagħha, f'kull qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea |
Ġustifikazzjoni
Ir-Regolament għandu japplika għad-dokumenti kollha (kif definit fl-Artikolu 3) li jkunu jinsabu għand istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni Ewropea. Qed isir riferiment speċifiku għad-dokumenti li jikkonċernaw l-investigazzjonijiet tal-infrazzjonijiet tad-Dritt tal-UE li jistgħu jintalbu minn partijiet (eż. petizzjonanti) ħalli jeżerċitaw jeddijiethom għal riparazzjoni jew rimedju.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) 'dokument' tfisser kwalunkwe kontenut ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew miżmum f'forma elettronika jew bħala ħoss jew irrekordjat f'forma viżwali jew awdjoviżwali) mħejjija minn xi istituzzjoni u trażmessa formalment lil reċipjent wieħed jew aktar jew irreġistrat b'mod ieħor, jew irċevut minn xi istituzzjoni, data li qiegħda tinżamm f'forma elettronika, sistemi ta' l-iproċessar u ta' irkupru huma dokumenti jekk jistgħu jiġu estratti f'forma ta' karta miktuba jew f'kopja ta' format elettroniku li jużaw l-għodda elettroniċi disponibbli għall-isfruttament tas-sistema; | (a) 'dokument’ għandha tfisser reġistrazzjoni, jew ġabra ta’ reġistrazzjonijiet, li jkollhom skop uffiċjali, ikun xi jkun il-mezz tiegħu (miktub fuq karta jew miżmum f'forma elettronika jew irrekordjat bħala ħoss jew f'forma viżiva jew awdjoviżiva) konċernanti materja li tidħol fl-isfera ta’ responsabilità tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Dan m’għandux jinkludi abbozzi, noti jew memoranda li ma jkunux intiżi għalbiex jifformaw parti minn fajl; |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni ta' “dokument" kif inhi proposta mill-Kummissjoni hija dejqa wisq. Dokument ikun “dokument” fis-sens tar-Regolament biss jekk dan ikun trasmess jew irreġistrat b'mod ieħor b'mod formali. Dan ikun pass lura għat-trasparenza.
Li dokumenti intermedji, bħalma huma l-abbozzi ta’ nota jew memoranda, jsiru disponibbli għall-pubbliku jista’ jorjenta l-fluss tal-informazzjoni uffiċjali lejn kanali informali u/jew intergovernattivi, u b’hekk titnaqqas it-trasparenza u tiddgħajjef l-Unjoni Ewropea li tkun ħaġa kontroproduċenti.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) "parti terza" tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni involuta, inklużi l-Istati Membri, korpi Komunitarji oħrajn, istituzzjonijiet oħra mhux Komunitarji u korpi u pajjiżi terzi. | (b) "parti terza" tfisser kull persuna naturali jew legali, jew kull entità barra mill-istituzzjoni involuta, istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni jew mhux tal-Unjoni u pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri ma għandhomx jitqiesu terzi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet jew fil-komunikazzjonijiet tagħhom dwar materji marbutin mal-qasam tal-attivitajiet tal-Unjoni.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Komunità jew ta' Stat Membru; | (d) il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni Eworpea jew ta' Stat Membru; |
Ġustifikazzjoni
Il-korrezzjoni formali hija meħtieġa mid-dħul fis-seħħ tat-TUE.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) konsultazzjoni legali u qorti arbitraġġ u proċeduri għall-arranġament ta' tilwim ; | (c) konsultazzjonijiet ġuridiċi, ħlief meta pprovduti f'rabta ma' proċeduri għall-adozzjoni ta' atti ġuridiċi, u proċedimenti fil-qrati; |
Ġustifikazzjoni
L-emenda tal-Kummissjoni għall-Artikolu 4 (2)(c) għandha tbaxxi l-istandards meta mqabbla mar-regoli attwalment fis-seħħ. L-emenda preżenti għandha l-mira li ttejjeb l-istandards u li żżomm kont tas-sentenza Turco (kawżi C-39/05 P u C-52/05 P).
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-għan ta’ l-ispezzjonijiet, l-investigazzjonijiet u l-verifiki; | (d) l-għan ta’ l-ispezzjonijiet, proċedimenti dwar il-kompetizzoni, l-investigazzjonijiet u l-verifiki; |
Ġustifikazzjoni
Id-divulgazzjoni tad-dokumenti relattivi għall-proċedimenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kompetizzjoni għandha tkun rifjutata billi tista' tkun ta' ħsara għall-ħarsien tal-proċedimenti nfushom.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-ismijiet, it-titoli u l-funzjonijiet ta' dawk li huma uffiċjali pubbliċi, uffiċjali ċivili u rappreżentanti ta' interess b'konessjoni ma' l-attivitajiet professjonli tagħhom għandhom jinkixfu sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari, il-kxif ikun se jaffettwa b'mod ħażina l-persuni konċernati. Data personali oħra għandha tinkixef skont il-kondizzjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar illegali ta' data bħal din stipulata mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. | 5. L-ismijiet, it-titoli u l-funzjonijiet ta' dawk li huma uffiċjali pubbliċi, uffiċjali ċivili u rappreżentanti ta' interess b'konessjoni ma' l-attivitajiet professjonli tagħhom għandhom jinkixfu biss bil-kunsens tal-oriġinatur, sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari, il-kxif ikun se jaffettwa b'mod ħażin il-privatezza u l-integrità tal-persuni konċernati. Data personali oħra għandha tinkixef skont il-kondizzjonijiet fir-rigward tal-ipproċessar legali ta' data bħal din stipulata fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. |
| Il-kunsens għandu jintalab minn min jokkupa karigi pubbliċi, uffiċjali ċivili u rappreżentanti ta’ interessi qabel ma ismijiethom, it-titli u l-funzjonijiet tagħhom jiddaħħlu f'dokument. |
| Meta istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jirrifjutaw aċċess għal dokument fuq il-bażi tal-paragrafu 1, tali entità għandha tqis jekk ikunx possibbli aċċess parzjali għad-dokument li jkun. |
Ġustifikazzjoni
Id-diċitura għandha tkun inlinja mad-deċiżjoni li tat dan l-aħħar il-QEĠ fil-kawża tal-Bavarian Lager (C-28/08P). L-aċċess futur għal dokumenti appena redatti għandu jsir eħfef.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru, barra dokumenti trasmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att legiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv ta' applikazzjoni ġenerali, l-awtoritajiet ta' dan l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati. L-istituzzjoni li qiegħda żżomm id-dokument għandha tikxfu sakemm l-Istat Membru jipprovdi raġunijiet għalfejn irid iżommu għalih, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4 jew fuq id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tiegħu li jostakolaw il-kxif tad-dokument ikkonċernat. L-istituzzjoni għandha tapprezza l-adegwatezza tar-ragunijiet mogħtija mill-Istat Membru sakemm huma bbażati fuq l-eċċezzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament. | 2. Fejn applikazzjoni tikkonċerna dokument li jorigina minn Stat Membru, barra dokumenti trasmessi fil-qafas tal-proċeduri li jwasslu għal att legiżlattiv jew att mhux leġiżlattiv ta' applikazzjoni ġenerali, jew informazzjoni mressqa lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, sakemm ikunu bdew proċedimenti quddiem qorti fir-rigward tagħha, l-awtoritajiet ta' dak l-Istat Membru għandhom jiġu kkonsultati. L-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija li qegħdin iżżommu d-dokument għandhom jiżvelawh sakemm l-Istat Membru ma jipprovdix raġunijiet biex ma jiġix żvelat, ibbazati fuq l-eċċezzjoniet imsemmijin fl-Artikolu 4. L-istituzzjoni għandha tapprezza l-adegwatezza ta' dawn ir-ragunijiet mogħtija mill-Istat Membru. |
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom il-fakultà li jitolbu lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-UE jirrifjutaw l-aċċess għad-dokumenti rispettivi tagħhom jekk kemm-il darba, u f'ebda ċirkostanza oħra, it-talba tkun imsejsa fuq l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 (kawża IFAW C-64/05). L-Istati Membri ma għandhomx il-jedd tal-veto għal dak li għandu x’jaqsam mad-dokumenti provenjenti mis-servizzi tagħhom, u lanqas il-jedd li jappellaw għad-dispożizzjonijiet tal-ordinament nazzjonali tagħhom għall-fini li jiġġustifikaw il-kunfidenzjalità. L-aċċess għandu jingħata wkoll għall-informazzjoni tal-Istati Membri mressqa lill-Kummissjoni li tkun tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE, sakemm jinbdew proċedimenti fuq il-materja quddiem organu ġudizzjarju (rakkomandazzjoni 4 tar-riżoluzzjoni Cashman).
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fil-każ ta' rifjut totali jew parzjali, l-applikant jista', sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. | 3. L-istituzzjoni għandha tinnotifika lill-applikant jekk, u fil-każ meta, aktarx ikun possibbli aċċess parzjali jew sħiħ f’xi żmien fil-ġejjieni. |
| L-applikant jista', sa 15-il jum utli minn meta jirċievi r-risposta mill-istituzzjoni, jagħmel applikazzjoni konfermatorja fejn jitlob lill-istituzzjoni li terġa' tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha. |
Ġustifikazzjoni
L-applikanti għandhom ikunu konxji mill-possibilità futura li jkollhom aċċess għad-dokument meħtieġ.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Dokumenti sensittivi human dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skond ir-regoli ta' l-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża. | 1. Dokumenti sensittivi huma dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi, uffiċċji jew aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skond ir-regoli komuni stabbiliti mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji, li jħarsu l-interessi essenzali ta' l-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, id-difiża u kwistjonijiet militari. |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni biex l-Artikolu 9 ma jiġix modifikat mhijiex konsistenti mal-modifiki proposti għall-Artikolu 4, li fil-preżent jagħmel inkoerenti u skorrett ir-riferiment li hemm fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Skont l-Artikolu 15 TFUE l-kundizzjonijiet u l-limiti applikabbli għall-aċċess għad-dokumenti għandhom ikunu stabiliti permezz ta’ kodeċiżjoni. Huwa għalhekk imperattiv u konformi mal-bażi ġuridika li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jadottaw regoli komuni f’dak li għandu x’jaqsam mal-klassifikazzjoni tad-dokumenti.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Ir-regoli ta' l-istituzzjonijiet dwar dokumenti sensittivi għandhom isiru pubbliċi. | 6. Ir-regoli komuni tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji li jikkonċernaw dokumenti sensittivi għandhom isiru pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni biex l-Artikolu 9 ma jiġix modifikat mhijiex konsistenti mal-modifiki proposti għall-Artikolu 4, li fil-preżent jagħmel inkoerenti u skorrett ir-riferiment li hemm fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Skont l-Artikolu 15 TFUE l-kundizzjonijiet u l-limiti applikabbli għall-aċċess għad-dokumenti għandhom ikunu stabiliti permezz ta’ kodeċiżjoni. Huwa għalhekk imperattiv u konformi mal-bażi ġuridika li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji jadottaw u jagħmlu pubbliċi regoli komuni dwar il-klassifikazzjoni.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-istituzzjonijiet għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu reġistru li għandu jkun operazzjonali sat-3 Ġunju 2002. | 3. L-istituzzjonijiet għandhom mal-ewwel jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu interfaċċa komuni għar-reġistri istituzzjonali ħalli jkun żgurat il-koordinament bejn ir-reġistri. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Dokumenti miktuba jew irċevuti waqt proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legiżlattivi ta' l-UE , jew atti mhux legiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali se bla ħsara lill-Artikoli 4 u 9, ikunu direttament aċċessibbli mill-pubbliku . | 1. L-istituzzjonijiet għandhom, sa fejn hu possibbli, jagħmlu d-dokumenti direttament aċċessibbli għall-pubbliku f'forma elettronika jew permezz ta' reġistru skont ir-regoli tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija involuta. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jinżammu l-istandards li hemm bħalissa t-test tal-Artikolu 12(1) preżenti għandu jerġa' jiddaħħal.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Sa mhux aktar tard minn .. .. ..., il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipji li huma l-bażi ta' dan ir-Regolament u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet, li jinkludu, inter alia, definizzjoni tat-terminu “interess pubbliku ta’ importanza superjuri” u, jekk ikunu xierqa, proposti għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament u programm ta' azzjoni ta' miżuri li għandhom jittieħdu mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji. |
Ġustifikazzjoni
Bħal ma kien il-każ bir-Regolament attwali, għandu jiġi ppreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament li fih għandhom isiru, fejn ikun hemm bżonn, rakkomandazzjonijiet u proposti biex isir titjib.
PROĊEDURA
Titolu | L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni | ||||||
Referenzi | COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) | ||||||
Kumitat responsabbli | LIBE | ||||||
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | PETI 19.10.2009 |
|
|
| |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Ágnes Hankiss 4.5.2010 |
|
| ||||
Data tal-adozzjoni | 1.12.2010 |
|
|
| |||
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 17 1 1 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Victor Boştinaru, Michael Cashman, Pascale Gruny, Ágnes Hankiss, Roger Helmer, Carlos José Iturgaiz Angulo, Erminia Mazzoni, Judith A. Merkies, Willy Meyer, Chrysoula Paliadeli, Ernst Strasser, Diana Wallis, Angelika Werthmann, Tatjana Ždanoka | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Zoltán Bagó, Tamás Deutsch | ||||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Inés Ayala Sender, Petru Constantin Luhan, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz | ||||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-AFFARIJIET LEGALI
ref. D(2011)51887
Juan Fernando López Aguilar
President, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
ASP 11G306
Brussell
Suġġett: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ( COM (2011) 137 finali)
Għażiż Sur López Aguilar,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali intalab jagħti Opinjoni dwar il-proposta ta' hawn fuq. Sabiex tkun tista' tintlaħaq l-iskeda tal-ħin tal-kumitat ewlieni, din l-ittra tikkostitwixxi l-Opinjoni mitluba.
1. Bħala sfond, għandu jitfakkar li l-proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ( COM(2008)0229 ) ilha pendenti bosta snin (minn hawn 'il quddiem "l-ewwel proposta"). Fl-2009, is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew adottat emendi iżda l-votazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva ġiet posposta peress li l-kwistjoni ġiet riferita lura lill-Kumitat responsabbli.[2] Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, twaqqaf qafas legali ġdid fir-rigward tal-aċċess għal dokumenti. Madankollu, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tirtirax il-proposta[3] ("l-ewwel proposta") u li ma tippreżentax proposta riveduta, li tkun tqis bis-sħiħ ir-rekwiżiti għal iktar trasparenza mnaqqxa fit-Trattat ta' Lisbona u ddikjarati fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja.
2. Sadattant, ir-Riżoluzzjoni Hautala-Sargentini li tittratta l-implimentazzjoni tar-Regolament 1049/01 ġiet adottata b'maġġoranza qawwija fis-seduta plenarja ta' Settembru 2011. Ir-Riżoluzzjoni Hautala-Sargentini ttenni li bit-Trattat ta' Lisbona, it-trasparenza saret dritt fundamentali vinkolanti taċ-ċittadin u, fid-dawl tal-għaxar snin esperjenza bl-applikazzjoni tar-Regolament u meta titqies il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja[4], jeħtieġ li dak ir-regolament jiġi rivedut sabiex jiġu ċċarati xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu, jiċkien l-ambitu tal-eċċezzjonijiet tiegħu u jiġi żgurat li t-trasparenza mwegħda mit-Trattati ssir realtà. Għalhekk hija titlob għal darb'oħra li l-Kummissjoni tressaq proposta riveduta għal rieżami tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
3. Minkejja dawk il-passi importanti lejn iktar trasparenza u minkejja l-bosta laqgħat u dibattiti organizzati mal-Kunsill u mal-Kummissjoni[5], l-unika tweġiba min-naħa tal-Kummissjoni kienet li f'Marzu 2011 ressqet proposta leġiżlattiva ġdida għal regolament li jemenda r-Regolament 1049/2001[6] (minn hawn 'l isfen imsejħa "it-tieni proposta", li hija s-suġġett ta' din l-ittra) u li pprovdiet aġġornament minuri għar-Regolament attwali fejn id-dritt pubbliku għal aċċess ġie estiż għal dokumenti tal-Istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kollha tal-Unjoni, bi qbil mal-Artikolu 15 TFUE.
4. Peress li l-koeżistenza ta' żewġ proposti tal-Kummissjoni ("l-ewwel proposta" u "t-tieni proposta") biex jiġi emendat l-istess att leġiżlattiv ħolqot sitwazzjoni legali mhux ċara, intalbet kjarifika mis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew dwar "l-effett dirett" tal-Artikolu 15 TFUE u dwar il-possibilità li l-proposta tal-Kummissjoni ("it-tieni proposta") titqies bħala suffiċjenti biex temenda r-Regolament 1049/2011 fir-rigward tal-obbligi li mħaddna mit-Trattat ta' Lisbona. Is-Servizz Legali ta tweġiba ċara (Opinjoni mehmuża) fejn ikkonferma li l-Artikolu 15(3), subparagrafi 3 u 4, jipprovdu "direttament" li l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom jikkonformaw mal-liġi prevista fir-regolamenti dwar l-aċċess għal dokumenti. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontenut tagħha, l-emenda proposta għar-Regolament 1049/2001 ("it-tieni proposta") ma tistax titqies bħala emenda suffiċjenti għar-Regolament 1049/2001, jekk għandu jkun hemm konformità mal-qafas legali l-ġdid tal-Unjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.
5. Is-Servizz Legali rrefera wkoll għall-Artikolu 44(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, li jgħid li "Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġislattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f'perjodu qasir ta' żmien, dawn għandhom jitqiesu f'rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġislattiva" u kkonkluda li jkun legalment xieraq li din il-proposta titqies bħala emenda tal-ewwel proposta tal-Kummissjoni.
B'konklużjoni, wara li eżamina l-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tal-10 u l-11 ta' Ottubru 2011 u bi qbil mal-Opinjoni tas-Servizz Legali, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'10 voti favur, 5 kontra u l-ebda astensjoni[7], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-Kumitat responsabbli, jinkorpora l-proposta li qed tiġi eżaminata fl-ewwel proposta tal-Kummissjoni.
Dejjem Tiegħek,
Klaus-Heiner Lehne
Anness: Opinjoni tas-Servizz Legali
PROĊEDURA
Titolu | L-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni | |||
Referenzi | COM(2008)0229 – C6-0184/2008 – 2008/0090(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 30.4.2008 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 19.10.2009 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 19.10.2009 | JURI 19.10.2009 | AFCO 19.10.2009 | PETI 19.10.2009 |
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | INTA 17.3.2010 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Michael Cashman 22.7.2009 |
|
|
|
Bażi legali kkontestata Data tal-opinjoni tal-JURI | JURI 5.7.2010 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 6.10.2009 | 4.11.2009 | 4.2.2010 | 31.5.2010 |
| 1.2.2011 | 19.9.2011 | 3.10.2011 | 7.11.2011 |
| 23.11.2011 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 23.11.2011 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 33 17 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Vilija Blinkevičiūtė, Mario Borghezio, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Tanja Fajon, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Valdemar Tomaševski, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Axel Voss, Tatjana Ždanoka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Elena Oana Antonescu, Michael Cashman, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Leonidas Donskis, Franziska Keller, Petru Constantin Luhan, Marian-Jean Marinescu, Joanna Senyszyn, Bogusław Sonik, Manfred Weber, Cecilia Wikström, Glenis Willmott | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Nessa Childers, Sergio Gaetano Cofferati, Ismail Ertug, Esther Herranz García, Stephen Hughes, Kent Johansson, Marit Paulsen, Ivo Vajgl | |||
Data tat-tressiq | 30.11.2011 | |||