Dokument ta' sessjoni

 

A7-0003/2012

9.1.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija

( COM(2011)0288 – C7‑0136/2011 – 2011/0135(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Antonio Masip Hidalgo

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

OPINIJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR  31

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI  49

PROĊEDURA  68

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija

( COM(2011)0288 – C7‑0136/2011 – 2011/0135(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0288 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 118(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0136/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2011[1],

–  wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill b’ittra tal-21 ta’ Diċembru 2011 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni ( A7-0003/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija.

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Approċċ tajjeb, armonizzat u progressiv lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huwa fundamentali fl-isforz sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 20201.

(3) Approċċ tajjeb, armonizzat u progressiv lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huwa fundamentali fl-isforz sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, inkluża l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa1.

 

________________

 

1 COM(2010)0245 , 26.8.2010.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Iż-żieda kostanti ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija theddida ġenwina mhux biss għall-ekonomija tal-Unjoni, iżda wkoll għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi tal-Unjoni. Għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjonijiet effikaċi, immedjati u kkoordinati fuq livell Ewropew u dak globali sabiex jingħeleb dan il-fenomenu.

(4) Iż-żieda kostanti ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija theddida ġenwina mhux biss għall-ekonomija tal-Unjoni, iżda wkoll, f’bosta każijiet, għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi tal-Unjoni. Għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjonijiet effikaċi, immedjati u kkoordinati fuq livell nazzjonali, Ewropew u dak globali sabiex jingħeleb dan il-fenomenu.

 

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-kuntest tal-istrateġija ġenerali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali prevista mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar pjan Ewropew komprensiv kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni sabiex tniedi Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Osservatorju”). Għalhekk il-Kummissjoni ffurmat netwerk ta’ esperti mis-settur pubbliku u dak privat u ddeskriviet il-kompiti tiegħu fil-Komunikazzjoni "It-titjib tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern".

(5) Fil-kuntest tal-istrateġija ġenerali tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali prevista mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar pjan Ewropew komprensiv kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni sabiex tniedi Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija. Għalhekk il-Kummissjoni ffurmat netwerk ta’ esperti mis-settur pubbliku u dak privat u ddeskriviet il-kompiti tiegħu fil-Komunikazzjoni "It-titjib tal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern". Dan ir-Regolament ibiddel l-isem tal-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija għall-Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (minn issa ’il quddiem imsejjaħ ‘l-Osservatorju’).

 

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Komunikazzjoni stabbilixxiet li l-Osservatorju għandu jsir riżorsa ċentrali għall-ġbir, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar ta’ informazzjoni u dejta relatati mal-ksur kollu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għandu jintuża bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati fejn jaqsmu ideat u esperjenzi dwar l-aqwa prattiki, jiżviluppaw strateġiji konġunti ta’ infurzar u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika. Il-Komunikazzjoni speċifikat li l-Osservatorju għandu jkun organizzat u mmexxi mis-servizzi tal-Kummissjoni.

(6) Il-Komunikazzjoni stabbilixxiet li l-Osservatorju għandu jsir riżorsa ċentrali għall-ġbir, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar ta’ informazzjoni u dejta relatati mal-ksur kollu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għandu jintuża bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati fejn jaqsmu ideat u esperjenzi dwar l-aqwa prattiki u jagħmlu rakkomandazzjonijiet għal strateġiji konġunti ta’ infurzar lil dawk li jfasslu l-politika. Il-Komunikazzjoni speċifikat li l-Osservatorju għandu jkun organizzat u mmexxi mis-servizzi tal-Kummissjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern tal-1 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija sabiex jipprovdu lill-Osservatorju b’dejta affidabbli u komparabbli disponibbli dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija u sabiex jiżviluppaw u jaqblu flimkien, fil-kuntest tal-Osservatorju, dwar pjanijiet sabiex jiġbru aktar informazzjoni. Il-Kunsill stieden ukoll lill-Osservatorju sabiex kull sena jippubblika rapport annwali komprensiv li jkopri l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern. Dak ir-rapport annwali għandu jitħejja bl-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-settur privat, fil-limiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta, dwar l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern.

(7) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern tal-1 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija sabiex jipprovdu lill-Osservatorju b’dejta affidabbli u komparabbli disponibbli dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija u sabiex jiżviluppaw u jaqblu flimkien, fil-kuntest tal-Osservatorju, dwar pjanijiet sabiex jiġbru aktar informazzjoni. Il-Kunsill stieden ukoll lill-Osservatorju sabiex kull sena jippubblika rapport annwali komprensiv li jkopri l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern. Dak ir-rapport annwali għandu jitħejja bl-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-settur privat, fil-limiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta, dwar l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern. Il-Kunsill għaraf ukoll l-importanza li jiġu żviluppati mudelli ġodda ta' negozju kompetittiv li jkabbru l-offerta legali ta' kontenut kulturali u kreattiv u fl-istess ħin jipprevjenu u jiġġieldu l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bħala mezz neċessarju għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u d-diversità kulturali.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-Parlament Ewropew, fir-rakkomandazzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà u l-libertajiet fundamentali fuq l-Internet1, irrakkomanda li l-Kunsill iżomm l-aċċess sħiħ u sikur għall-Internet filwaqt li titħeġġeġ il-kooperazzjoni privata/pubblika fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi.

 

________________

 

1 ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 206.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi1 ħeġġet lill-Kummissjoni biex tqis il-problemi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju meta tkun pożizzjoni li turi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jiġu promossi l-aqwa prattiki u l-metodi effikaċi biex jiġu rrispettati dawk id-drittijiet.

 

__________________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0240

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar approċċ komprensiv għall-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni Ewropea1, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tiżgura l-armonizzazzjoni sħiħa u ċ-ċertezza legali, biex ikun ipprovdut livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni ta’ individwi fiċ-ċirkostanzi kollha.

 

________________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0323

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Dawn il-kompiti għandhom jirrigwardaw kull dritt tal-proprjetà intellettwali kopert mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat f’dan il-qasam minħabba li f’bosta każijiet, l-atti ta’ ksur jaffettwaw ħafna drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki huma meħtieġa għall-firxa sħiħa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, sabiex tinkiseb stampa sħiħa tas-sitwazzjoni u jkunu jistgħu jitfasslu strateġiji komprensivi sabiex jonqos il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fil-kuntest ta’ dawn il-kompiti, il-mandat tal-Uffiċċju għandu għalhekk ikun estiż sabiex ikopri wkoll il-protezzjoni tal-privattivi, tad-drittjiet tal-awtur u drittijiet relatati kif ukoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(14) Dawn il-kompiti għandhom jirrigwardaw kull dritt tal-proprjetà intellettwali kopert mid-Direttiva 2004/48/KE minħabba li f’bosta każijiet, l-atti ta’ ksur jaffettwaw ħafna drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-informazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki huma meħtieġa għall-firxa sħiħa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija hawn fuq, sabiex tinkiseb stampa sħiħa tas-sitwazzjoni u jkunu jistgħu jitfasslu strateġiji komprensivi sabiex jonqos il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

 

 

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-Uffiċċju għandu joffri forum li jlaqqa’ lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-settur privat, filwaqt li jiżgura l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ksur ta’ dawk id-drittijiet, l-iżvilupp tal-aqwa prattiki u strateġiji għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u t-trawwim tal-għarfien pubbliku dwar l-impatti tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju għandu jwettaq kompiti oħrajn, bħal pereżempju jtejjeb il-fehim tal-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, itejjeb l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ adegwat, iżid l-għarfien dwar it-tekniki li jipprevjenu l-falsifikazzjoni, u jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(17) L-Uffiċċju għandu joffri forum li jlaqqa’ lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-settur privat, filwaqt li jiżgura l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ksur ta’ dawk id-drittijiet, jidentifika u jippromwovi l-aqwa prattiki u strateġiji għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u t-trawwim tal-għarfien pubbliku dwar l-impatti tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju għandu jwettaq kompiti oħrajn, bħal pereżempju jtejjeb il-fehim tal-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jiskambja informazzjoni dwar mudelli ġodda tan-negozju kompetittivi bit-tkabbir tal-offerta legali ta’ kontenut kulturali u kreattiv, itejjeb l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ adegwat, iżid l-għarfien dwar it-tekniki li jipprevjenu l-falsifikazzjoni, u jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata mal-attivitajiet imwettqa mill-Uffiċċju skont dan ir-Regolament.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 17 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) L-Uffiċċju għandu għalhekk jiffaċilita u jappoġġa l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali, is-settur privat u l-istituzzjonijiet tal-UE marbuta mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u b’mod partikolari l-attivitajiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-ksur ta’ dawk id-drittijiet. L-eżerċizzju mill-Uffiċċju tas-setgħat tiegħu skont dan ir-Regolament m’għandux jirriżulta fil-prevenzjoni tal-Istati Membri milli jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom. Il-kompiti u l-attivitajiet tal-Uffiċċju skont dan ir-Regolament ma jestendux għall-parteċipazzjoni fit-tħaddim jew l-investigazzjonijiet inidividwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) Sabiex dawk il-kompiti jitwettqu bl-ikbar mod effiċjenti, l-Uffiċċju għandu jikkonsulta u jikkoopera ma’ awtoritajiet oħra fil-livell nazzjonali, Ewropew u, fejn xieraq, dak internazzjonali, joħloq sinerġiji mal-attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet bħal dawn u jevita kwalunkwe tip ta’ dupplikazzjoni ta’ miżuri.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17 c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-obbligi tal-informazzjoni imposti fuq l-Istati Membri u s-settur privat minn dan ir-Regolament m’għandhomx joħolqu piżijiet amminisatrattivi żejda u għandhom jippruvaw li jevitaw li jkun hemm data doppja li tkun diġà ġiet ipprovduta mill-Istati Membri u mir-rappreżentanti tas-settur privat għall-istituzzjonijiet tal-UE skont ir-rekwiżiti ta’ rappurtar eżistenti tal-UE.

 

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fir-rigward tar-rappreżentanti tas-settur privat, l-Uffiċċju għandu jinvolvi, meta jlaqqa’ l-Osservatorju fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, għażla rappreżentattiva tas-setturi ekonomiċi l-aktar milquta u li għandhom l-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari r-rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi tal-Internet. Għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza xierqa tal-konsumaturi u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(18) Fir-rigward tar-rappreżentanti tas-settur privat, l-Uffiċċju għandu jinvolvi, meta jlaqqa’ l-Osservatorju fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, għażla rappreżentattiva tas-setturi ekonomiċi, inklużi l-industriji kreattivi, l-aktar milquta minn jew li għandhom l-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari r-rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet, inklużi awturi u inventuri oħrajn, kif ukoll l-intermedjarji tal-Internet. Għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza xierqa tal-konsumaturi u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-Uffiċċju għandu jimplimenta l-kompiti u l-attivitajiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali billi juża l-mezzi tal-baġit tiegħu stess.

(19) L-Uffiċċju għandu jimplimenta l-kompiti u l-attivitajiet relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali billi juża l-mezzi tal-baġit tiegħu stess.

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Is-suġġett

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jinkariga lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”) b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti l-Uffiċċju għandu jistieden regolarment lil esperti, awtoritajiet u partijiet interessati li għandhom jiltaqgħu taħt l-isem ta’ "Osservatorju Ewropew dwar il-Falsifikazzjoni u l-Piraterija" (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l-Osservatorju").

Dan ir-Regolament jinkariga lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”) b’kompiti li għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jappoġġaw l-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali, is-settur privat u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti mid-Direttiva 2004/48/KE fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

 

Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti l-Uffiċċju għandu jorganizza, jamministra u jappoġġa l-laqgħa ta’ esperti, awtoritajiet u partijiet interessati li jinġabru taħt l-isem ta’ "Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali" (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l-Osservatorju").

 

Il-kompiti u l-attivitajiet tal-Uffiċċju skont dan ir-Regolament ma jestendux għall-parteċipazzjoni fit-tħaddim jew l-investigazzjonijiet inidividwali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) itejjeb il-fehim dwar l-ambitu u l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, protetti taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà industrijali, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur;

imħassar

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) itejjeb il-fehim dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali;

Ġustifikazzjoni

It-tressiq tal-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 2(1)(b).

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) itejjeb il-fehim dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali;

(b) itejjeb il-fehim dwar l-ambitu u l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) iżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(d) jgħin biex iżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

 

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) isaħħaħ l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar;

(f) isaħħaħ l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar li jgħinu fid-distinzjoni bejn prodotti ġenwini u dawk foloz;

 

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) itejjeb l-iskambju elettroniku, bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ta’ informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jrawwem il-kooperazzjoni ma’ u bejn l-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux;

(g) jipprovdi mekkaniżmi li jgħinu fit-titjib tal-iskambju elettroniku, bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ta’ informazzjoni relatata mal-infurzar ta’ dawn id-drittijiet, u jrawwem il-kooperazzjoni ma’ u bejn dawn l-awtoritajiet;

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) irawwem il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ uffiċċji tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi sabiex jinbnew strateġiji u jiġu żviluppati tekniki għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ħiliet u għodod.

(h) jaħdem, bil-konsultazzjoni tal-Istati Membri, biex irawwem il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ uffiċċji tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi sabiex jinbnew strateġiji u jiġu żviluppati tekniki għall-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ħiliet u għodod.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jwettaq dawn l-attivitajiet:

2. Fit-twettiq tal-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jwettaq dawn l-attivitajiet skont il-programm ta’ ħidma adottat b’konformità mal-Artikolu 7, u skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea:

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ilaqqa’ l-Osservatorju regolarment, skont l-Artikolu 4;

imħassar

 

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jistabbilixxi metodoloġija għall-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar ta’ dejta indipendenti, oġġettiva, komparabbli u affidabbli relatata mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(b) jistabbilixxi metodoloġija trasparenti għall-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar ta’ dejta indipendenti, oġġettiva, komparabbli u affidabbli relatata mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

 

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jipprovdi valutazzjonijiet regolari u rapporti speċifiċi skont is-settur ekonomiku, iż-żona ġeografika u t-tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur, li jevalwaw, inter alia, l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq is-soċjetà, l-ekonomija, is-saħħa, l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza, u r-relazzjoni ta’ ksur bħal dan mal-kriminalità organizzata u mat-terroriżmu;

(e) jipprovdi valutazzjonijiet regolari u rapporti speċifiċi skont is-settur ekonomiku, iż-żona ġeografika u t-tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur, li jevalwaw, inter alia, l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq is-soċjetà, l-ekonomija, inkluża valutazzjoni tal-effetti fuq l-SMEs, kif ukoll fuq is-saħħa, l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza;

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-aqwa prattiki bejn ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju, u jiżviluppa strateġiji bbażati fuq tali prattiki;

(f) jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-aqwa prattiki bejn ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju, u, jekk applikabbli, jagħmel rakkomandazzjonijiet għal strateġiji bbażati fuq tali prattiki;

 

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ifassal rapporti u pubblikazzjonijiet sabiex iżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jorganizza konferenzi, kampanji onlajn u offlajn, avvenimenti u laqgħat fil-livell Ewropew u dak internazzjonali;

(g) ifassal rapporti u pubblikazzjonijiet sabiex iżid l-għarfien fost iċ-ċittadini tal-UE dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u għal dan il-għan jorganizza konferenzi, avvenimenti u laqgħat fil-livell Ewropew u dak internazzjonali u jgħin f’azzjonijiet nazzjonali u pan-Ewropej, inklużi kampanji onlajn u offlajn, prinċipalment billi jiġu pprovduti data u informazzjoni;

 

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) jimmonitorja l-iżvilupp ta’ mudelli ġodda ta’ negozju kompetittivi li jespandu l-offerta legali ta’ kontenut kulturali u kreattiv, iħeġġeġ l-iskambju ta’ informazzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza f’dan ir-rigward;

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) jorganizza laqgħat ta’ esperti ad hoc sabiex jappoġġaw ix-xogħol tiegħu taħt dan ir-Regolament;

(i) jorganizza laqgħat ta’ esperti ad hoc, inklużi laqgħat ta’ esperti akkademiċi u laqgħat ta’ rappreżentanti rilevanti tas-soċjetà ċivili, sabiex jappoġġaw ix-xogħol tiegħu taħt dan ir-Regolament;

 

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jirriċerka, jevalwa u jippromwovi għodod tekniċi għall-professjonisti u tekniki ta’ referenza, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar li jgħinu fid-distinzjoni bejn prodotti ġenwini u dawk foloz;

(j) jidentifika u jippromwovi għodod tekniċi għall-professjonisti u tekniki ta’ referenza, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar li jgħinu fid-distinzjoni bejn prodotti ġenwini u dawk foloz;

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt k

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) jaħdem ma’ awtoritajiet nazzjonali sabiex jiżviluppa netwerk elettroniku għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali onlajn, inklużi twissijiet f’ħin reali u informazzjoni dwar ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bejn l-amministrazzjonijiet, il-korpi u l-organizzazzjonijiet fl-Istati Membri li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(k) jaħdem ma’ awtoritajiet nazzjonali u mal-Kummissjoni sabiex jiżviluppa netwerk elettroniku biex jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet, l-entitajiet u l-organizzazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri li jittrattaw il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, marbuta mal-ksur ta’ dawn id-drittijiet;

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) jibni strateġiji b’kooperazzjoni mal-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux, u jiżviluppa tekniki, ħiliet u għodod relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi programmi ta’ taħriġ u kampanji ta’ għarfien;

(l) jaħdem b'kooperazjoni ma' u jibni sinerġiji bejn uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux, u awtoritajiet oħra tal-Istati Membri li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, biex jiġu żviluppati tekniki, ħiliet u għodod relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi programmi ta’ taħriġ u kampanji ta’ għarfien;

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) jiżviluppa programmi dwar għajnuna teknika għal pajjiżi terzi kif ukoll jiżviluppa u jwassal programmi u avvenimenti ta’ taħriġ speċifiku għal uffiċjali minn pajjiżi terzi involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(m) jiżviluppa, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, programmi dwar għajnuna teknika għal pajjiżi terzi kif ukoll jiżviluppa u jwassal programmi u avvenimenti ta’ taħriġ speċifiku għal uffiċjali minn pajjiżi terzi involuti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

 

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt n

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, inkluż abbażi tat-talba mill-Kummissjoni;

(n) jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament abbażi tat-talba mill-Kummissjoni;

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt o

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) ifassal programm ta’ ħidma annwali għal-laqgħat imsemmija fil-punt (a) f’konformità mal-politiki u l-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

imħassar

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Uffiċċju għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data.

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentanti minn amministrazzjonijiet pubbliċi, korpi u organizzazzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u rappreżentanti mis-settur privat għal-laqgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2)(a).

1. Sabiex jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2), l-Uffiċċju għandu jistieden lil rappreżentanti minn amministrazzjonijiet pubbliċi, korpi u organizzazzjonijiet fl-Istati Membri li jittrattaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u rappreżentanti mis-settur privat, għal-laqgħat tal-Osservatorju tal-inqas darba fis-sena, bl-għan tal-parteċipazzjoni fil-ħidma tal-Uffiċċju skont dan ir-Regolament.

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala l-Osservatorju li jkunu mistiedna mis-settur privat għandhom jinkludu firxa wiesgħa u rappreżentattiva ta’ korpi tal-UE u korpi nazzjonali li jirrappreżentaw id-diversi setturi ekonomiċi l-aktar milquta u bl-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala l-Osservatorju li jkunu mistiedna mis-settur privat għandhom jinkludu firxa wiesgħa, rappreżentattiva u bbilanċjata ta’ korpi tal-UE u korpi nazzjonali li jirrappreżentaw id-diversi setturi ekonomiċi, inklużi l-industriji kreattivi, l-aktar milquta u bl-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom ikunu rrappreżentati kif xieraq.

L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, awturi u inventuri oħrajn għandhom ikunu rrappreżentati kif xieraq.

 

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentant nazzjonali wieħed minn kull Stat Membru, u ħames rappreżentanti kull wieħed mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni.

3. L-Uffiċċju għandu jistieden kull Stat Membru biex jibgħat tal-inqas rappreżentant wieħed mill-amministrazzjoni pubblika tiegħu għal-laqgħat tal-Osservatorju. F’dak il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tal-Osservatorju.

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ismijiet tar-rappreżentanti, l-aġenda u l-minuti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju.

imħassar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) jistgħu jkunu organizzati wkoll fi gruppi ta’ ħidma fi ħdan l-Osservatorju. Sa żewġ rappreżentanti mill-Parlament u sa żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservaturi.

5. Il-laqgħat imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu supplimentati minn gruppi ta’ ħidma fi ħdan l-Osservatorju magħmula minn rappreżentanti mill-Istati Membri u rappreżentanti mis-settur privat.

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 35a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Meta jkun xieraq, u minbarra l-laqgħat imsemmija fil-paragrafu 1, l-Uffiċċju għandu jorganizza laqgħat bil-preżenza ta’:

 

(a) rappreżentanti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, entitajiet u organizzazzjonijiet fl-Istati Membri, jew

 

(b) rappreżentanti tas-settur privat.

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Il-Membri jew ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat koperti minn dan l-Artikolu, jew bħala parteċipanti jew osservaturi, skont kif ikun xieraq.

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c. L-ismijiet tar-rappreżentanti, l-aġenda u l-minuti tal-laqgħat imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju.

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-settur privat li jiltaqgħu bħala Osservatorju għandhom:

1. Skont kif ikun xieraq, u skont il-liġi nazzjonali, inkluża l-liġi li tirregola l-ipproċessar tad-data personali, l-Istati Membri għandhom, fuq talba mill-Uffiċċju jew fuq inizjattiva tagħhom stess:

(a) jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar il-politiki u l-istrateġiji tagħhom dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kull tibdil li jsirilhom;

(a) jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar il-politiki ġenerali u l-istrateġiji tagħhom dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kull tibdil li jsirilhom;

(b) jipprovdu statistiċi dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(b) jipprovdu statistiċi disponibbli dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(c) jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar kwalunkwe każistika rilevanti.

(c) jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar każistika importanti.

 

1a. Mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirregola l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali, ir-rappreżentanti tas-settur privat li jiltaqgħu bħala Osservatorju għandhom, meta jkun possibbli, fuq talba tal-Uffiċċju:

 

(a) jinfurmaw lill-Uffiċċju dwar il-politiki u l-istrateġiji fil-qasam ta’ attività tagħhom dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kull tibdil li jsirilhom;

 

(b) jipprovdu statistika dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-qasam ta’ attività tagħhom;

 

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Struzzjonijiet u avviżi amministrattivi interni

Uffiċċju

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu -1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-Titolu XII tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 għandu japplika għall-implimentazzjoni tal-kompiti u l-attivitajiet koperti f’dan ir-Regolament.

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontenut tar-rapport ta’ ġestjoni

Kontenut tal-programm ta’ ħidma u tar-rapport ta’ ġestjoni

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu -1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. L-Uffiċċju għandu jfassal programm ta’ ħidma annwali li jipprijoritizza l-attivitajiet kif xieraq skont dan ir-Regolament u għal-laqgħat tal-Osservatorju, b’konformità mal-politiki u l-prijoritajiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u b’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-Osservatorju imsemmija fl-Artikolu 4(5a) punt (a).

 

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu -1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-programm ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu -1a għandu jiġi ppreżentat lill-Bord Amministrattiv tal-Uffiċċju għall-informazzjoni.

 

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) evalwazzjoni globali tat-twettiq tal-kompiti tal-Uffiċċju kif ipprovdut f’dan ir-Regolament;

(c) evalwazzjoni globali tat-twettiq tal-kompiti tal-Uffiċċju kif ipprovdut f’dan ir-Regolament u fil-programm ta' ħidma mfassal skont il-paragrafu -1a;

 

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) rakkomandazzjonijiet dwar politiki futuri fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż dwar kif tista’ titjieb il-kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri;

imħassar

 

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) osservazzjonijiet dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u politiki u strateġiji futuri potenzjali, inkluż dwar kif tista’ titjieb il-kooperazzjoni effikaċi ma’ u bejn l-Istati Membri;

 

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) valutazzjoni ġenerali tar-rappreżentazzjoni xierqa fl-Osservatorju tal-atturi kollha msemmija fl-Artikolu 4(2).

 

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-President tal-Uffiċċju għandhom jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-Osservatorju msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 (3a) dwar il-partijiet rilevanti tar-rapport ta’ ġestjoni msemmi f’dan l-Artikolu qabel ma r-rapport jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Bord Amministrattiv.

 

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa l-prestazzjoni tal-Uffiċċju fit-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tiegħu fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern.

2. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa t-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tiegħu fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern.

 

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, waqt it-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni, mar-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

3. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, waqt it-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni, mal-Uffiċċju, l-Istati Membri u r-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

 

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha twettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u għandha twettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni.

 

 

30.11.2011

OPINIJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija

( COM(2011)0288 – C7‑0136/2011 – 2011/0135(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Adam Bielan

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Stabbilit fl-2009 bħala inizjattiva tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex jindirizza t-theddida li kienet qed tikber tal-kummerċ fi prodotti ffalsifikati u pirati, l-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija sar ċentru ta' għarfien espert għall-ġbir, is-sorveljanza u r-rappurtar ta' informazzjoni u data relatati mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn rappreżentanti minn awtoritajiet nazzjonali u partijiet interessati biex jiskambjaw ideat dwar l-aħjar prattiki bil-ħsieb li jiżviluppaw strateġiji ta' infurzar f'termini ta' IPR. Mill-bidu nett tal-Osservatorju, aktar responsabilitajiet ġew miżjuda mal-kompetenzi tiegħu mill-Kunsill[2] rigward il-ħtiġijiet għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' taħriġ tal-UE għas-sħab involuti fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, u mill-Parlament Ewropew[3] li talab li tinġabar id-data tar-riċerka xjentifika dwar il-falsifikazzjoni u r-regolament dwar l-IPR. Finalment, wara l-istudju kkummissjonat mid-DĠ Kummerċ[4] ġie rakkomandat li l-Osservatorju jsir punt uniku ta’ kuntatt fi ħdan il-Kummissjoni, għall-partijiet esterni, u punt internazzjonali għall-ħolqien u d-disseminazzjoni tal-aqwa prattika.

 

Biex wieħed jipproċedi kif jixraq bl-implimentazzjoni tal-kompiti mogħtija lill-Osservatorju mit-tnedija tal-proġett fl-2009 u biex ikomplu jiġu żviluppati l-attivitajiet operattivi tiegħu, huwa meqjus neċessarju li l-istatus attwali tiegħu jiġi modifikat billi jiddaħħlu bidliet sostenibbli fir-rigward tal-infrastruttura, ir-riżorsi umani, l-IT u, fuq kollox, l-għarfien espert meħtieġ. Dawn il-bidliet se jeħtieġu riżorsi finanzjarji sinifikanti.

 

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) jiġi fdat bil-kompiti li attwalment qed jiġu ttrattati mill-Osservatorju. Konsegwenza tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni u bl-appoġġ tal-partijiet interessati kollha involuti[5], it-trasferiment tal-Osservatorju fl-OHIM tqies li kien xieraq speċjalment meta jiġi kkunsidrat li dan tal-aħħar għandu għad-dispożizzjoni tiegħu riżorsi finanzjarji xierqa u ħila esperta li kapaċi twettaq il-kompiti u l-attivitajiet li riċentament tkabbru tal-Osservatorju.

 

Ir-Rapporteur għal opinjoni jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li l-OHIM jiġi fdat bil-kompiti tal-Osservatorju bil-ħsieb li jkun hemm implimentazzjoni mtejba tar-responsabilitajiet assenjati lilu. Fil-kuntest tat-tkabbir kontinwu fil-kummerċ fi prodotti ffalsifikati u pirati li jwassal bħala konsegwenza għal inċentiv iżgħar għall-innovazzjoni tal-intrapriżi tal-UE u ta' spiss iwassal għal tnaqqis fin-numru ta' impjiegi, jidher li hu xieraq li tissaħħaħ politika koordinata f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, ir-Rapporteur għal opinjoni jixtieq jenfasizza li f'termini ta' ċerti kategoriji ta' prodotti (bħall-mediċini, il-ġugarelli, kompenenti tal-karozzi, tagħmir tad-djar, eċċ.) il-falsifikazzjoni thedded is-saħħa tal-bniedem u twassal għal tnaqqis sinifikanti fil-ħarsien tal-konsumatur, xi ħaġa li hija waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. Għalhekk, ir-Rapporteur iqis li jkun debitament iġġustifikat li l-pubbliku jiġi infurmat u li tiżdied il-kuxjenza dwar il-perikli u l-konsegwenzi possibbli li jirriżultaw miż-żieda esponenzjali fil-falsifikazzjoni u fil-piraterija osservata f'dawn l-aħħar snin. Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-SMEs ukoll iridu jiffaċċjaw sew l-isfida tal-falsifikazzjoni.

 

Il-kwistjonijiet kollha msemmija hawn fuq huma theddida serja għall-funzjonament xieraq tas-suq intern. Barra minn hekk, għall-Istati Membri, it-tkabbir fil-falsifikazzjoni u fil-piraterija jwassal għal telf konsiderevoli fid-dħul mit-taxxi.

 

B'dan kollu fi ħsibijietu, ir-Rapporteur jilqa' l-idea li l-OHIM jiġi fdat bil-kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u t-tlaqqigħ ta' rappreżentanti pubbliċi u privati bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija. Ir-Rapporteur jemmen li s-soluzzjoni ppreżentata hija kosteffiċjenti u tippermetti li l-Osservatorju jkollu aċċess għall-għarfien espert, ir-riżorsi u l-finanzjament meħtieġa mill-aktar fis possibbli. Madankollu, ir-Raporteur iqis li huwa essenzjali li jiġi enfasizzat li l-aċċess għar-riżorsi finanzjarji meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-Osservatorju għandu jiġi żgurat f'kull mument.

 

B'mod aktar speċifiku, ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza li jiġi garantit li l-informazzjoni miġbura, analizzata u mxerrda mill-OHIM tissodisfa bosta kriterji fir-rigward tal-kompletezza u l-kwalità tad-data. Barra minn hekk, fl-opinjoni tar-Rapporteur huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-attivitajiet imwettqa mill-OHIM, speċjalment f'termini tal-laqgħat tal-Osservatorju, ikunu ggwidati minn prinċipji sodi ta' trasparenza. Fl-aħħar nett, il-fatt li numru ta' strateġiji fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali diġà qed jitħaddmu fi Stati Membri differenti għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu previsti attivitajiet ġodda għall-OHIM.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

 

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma proprjetà vitali tan-negozju li jgħinu sabiex jiżguraw li l-innovaturi u l-inventuri jiksbu qligħ ġust għax-xogħol tagħhom u li l-investiment tagħhom fir-riċerka u fl-ideat ġodda jkun protett.

(2) Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma proprjetà tan-negozju, vitali għas-sistema kollha ta’ produzzjoni Ewropea, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li jgħinu sabiex jiżguraw li l-innovaturi u l-inventuri jiksbu qligħ ġust għax-xogħol tagħhom u li l-investiment tagħhom fir-riċerka u fl-ideat ġodda jkun protett. Huma jippermettu wkoll l-innovazzjoni u jsaħħu l-aċċess tal-konsumaturi għall-għerf u l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom jippermettu kemm li l-innovaturi jiksbu ritorn ġust fuq l-investiment tagħhom u li l-pubbliku ġenerali jkollu aċċess għall-informazzjoni u l-għerf. L-Unjoni Ewropea teħtieġ sistema bbilanċjata biex issir ekonomija bbażata fuq l-għerf. Protezzjoni eċċessiva u infurzar sproporzjonat jirriskjaw li jfixklu l-bilanċ għad-detriment tal-konsumaturi u ċ-ċittadini. L-Unjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi l-missjoni doppja tad-DPI.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, bi qbil mal-Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), u l-protezzjoni tad-data personali, bi qbil mal-Artikolu 8 tal-Karta.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Iż-żieda kostanti ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija theddida ġenwina mhux biss għall-ekonomija tal-Unjoni, iżda wkoll għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi tal-Unjoni. Għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjonijiet effikaċi, immedjati u kkoordinati fuq livell Ewropew u dak globali sabiex jingħeleb dan il-fenomenu.

(4) Iż-żieda kostanti ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija theddida ġenwina għall-ekonomija tal-Unjoni, speċjalment peress li taffettwa b'mod negattiv il-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Barra minn hekk, żieda esponenzjali fi prodotti ffalsifikati użati fil-ħajja ta' kuljum tal-konsumaturi tal-Unjoni thedded is-saħħa u s-sikurezza tagħhom. Għalhekk, għandhom jiġu intensifikati l-isforzi f’dak il-qasam, speċjalment fejn huma kkonċernati l-mediċini u l-prodotti tal-ikel. Għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjonijiet effikaċi, immedjati u kkoordinati fuq livell Ewropew u dak globali sabiex jingħeleb dan il-fenomenu. F’dan ir-rigward huwa opportun li wieħed jenfasizza l-importanza ta’ kooperazzjoni akbar u skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull wieħed mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju huma ta' importanza partikolari għall-ekonomija tal-Unjoni u għalhekk l-impatti negattivi li jirriżultaw mill-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jistħoqqilhom li jissemmew b'mod speċifiku. Barra minn hekk, mhux il-prodotti ta' lussu biss huma affettwati mill-falsifikazzjoni, iżda kulma jmur qed ikunu involuti l-prodotti użati mill-konsumaturi fil-ħajja tagħhom ta' kuljum (prodotti tal-kura tal-persuna, partijiet tal-karozzi, tagħmir tad-dar, eċċ.), u għalhekk huwa importanti li jiġu enfasizzati l-perikli għas-sikurezza u s-saħħa tal-konsumaturi. Il-falsifikazzjoni tal-prodotti tal-mediċina u tal-ikel mhux biss tippreġudika l-impriżi Ewropej, iżda tpoġġi fil-periklu ħajjet il-konsumaturi Ewropej, u tista’ wkoll twassal għall-mewt. Għalhekk huwa xieraq li l-isforzi li jsiru f’dawn iż-żewġ oqsma jiġu intensifikati.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “l-Uffiċċju”), f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, għandu jwettaq analiżi dettaljata tal-konsegwenzi li l-ksur tal-proprjetà intellettwali jinvolvu għall-kumpaniji u għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu determinati l-aħjar soluzzjonijiet u jinqasmu l-aħjar prattiki.

Ġustifikazzjoni

Il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jwassal sabiex iħarbat serjament l-isforzi ta’ innovazzjoni, jispiċċa biex jintilfu l-impjiegi u joħloq problemi serji lill-industrija u partikolarment lill-SMEs. Huwa għalhekk li jeħtieġ li nistabbilixxu liema soluzzjonijiet ikunu l-aktar adattati fid-dawl tal-ħtiġijiet u l-problemi tal-kumpaniji.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern, stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jestendu l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali sabiex jinkludi wkoll il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

(10) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern, stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jestendu l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali sabiex jinkludi wkoll il-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, esprima x-xewqa tiegħu li l-Osservatorju inter alia jiġbor ir-riċerka xjentifika dwar il-falsifikazzjoni u r-regolamentazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Huwa jipproponi wkoll li l-Osservatur iwettaq analiżi dettaljata tal-problema tas-serq ta’ data online, u jippreżenta proposti biex dan il-fenomenu jiġi miġġieled.

Ġustifikazzjoni

L-innovazzjoni xjentifika tagħti kontribut sostanzjali għall-ekonomija Ewropea; għalhekk huwa ta' importanza partikolari li jiġi żgurat li r-riċerka xjentifika tkun qed tiġi miġbura. Il-problema tal-ispjunaġġ industrijali bl-Internet u s-serq onlajn ta’ data li tikkostitwixxi proprjetà industrijali, partikolarment dokumentazzjoni teknika u kodiċi ta’ sors, qed taggrava minn jum għall-ieħor.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Biex l-intraprendituri tal-Unjoni jiġu megħjuna jinfurzaw id-drittijiet tagħhom ta’ proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi u biex jittejbu l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali biex jiġi evitat li jidħlu prodotti ffalsifikati fis-suq tal-Unjoni, għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Uffiċċju u l-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Biex il-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tiġi trattata b’mod korrett fi ħdan is-suq intern, huwa importanti li jiġi kkunsidrat mhux biss it-territorju tal-Unjoni, iżda wkoll x’inhi s-sitwazzjoni mal-fruntieri esterni tal-UE ma’ pajjiżi terzi.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 16 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-kompiti tal-ġbir, l-analiżi u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni rigward l-aħjar prattiki fost ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju, u l-iżvilupp tal-istrateġiji abbażi ta’ dawn il-prattiki, għandhom jirrispettaw kif xieraq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, bi qbil mal-Artikolu 1(3a) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru)1 u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali)2.

 

____________________

 

1 ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

 

2 ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-Uffiċċju għandu joffri forum li jlaqqa’ lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-settur privat, filwaqt li jiżgura l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ksur ta’ dawk id-drittijiet, l-iżvilupp tal-aqwa prattiki u strateġiji għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u t-trawwim tal-għarfien pubbliku dwar l-impatti tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju għandu jwettaq kompiti oħrajn, bħal pereżempju jtejjeb il-fehim tal-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, itejjeb l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ adegwat, iżid l-għarfien dwar it-tekniki li jipprevjenu l-falsifikazzjoni, u jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(17) L-Uffiċċju, meta jkun qed ilaqqa’ l-Osservatorju, għandu jlaqqa’, fejn ikun xieraq, lill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, kif ukoll is-soċjetà ċivili, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, u lis-settur privat, filwaqt li jiżgura l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ data oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ksur ta’ dawk id-drittijiet, l-iżvilupp tal-aqwa prattiki u strateġiji għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u t-trawwim tal-għarfien pubbliku dwar l-impatti tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju għandu jwettaq kompiti oħrajn, bħal pereżempju jtejjeb il-fehim tal-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, itejjeb l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ adegwat, iżid l-għarfien dwar it-tekniki li jipprevjenu l-falsifikazzjoni, u jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Ġustifikazzjoni

 

L-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u s-soċjetà ċivili għandhom ikunu rrappreżentati f’numri ugwali bħal tal-industrija biex tiġi żgurata l-governanza tajba tal-Osservatorju. Barra minn hekk, miżuri għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jista’ jkollhom impatt serju fuq id-drittijiet fundamentali tal-konsumaturi u taċ-ċittadini, inklużi d-dritt tal-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, id-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għal proċess ġust. Dan huwa rikonoxxut ukoll mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Promusica u huwa rifless ukoll fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Infurzar tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali, li tistabbilixxi limiti għall-miżuri ta’ infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali meta tiġi pperikolata l-privatezza tal-konsumaturi. Għalhekk huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data jipparteċipaw fil-ħidma tal-Osservatorju.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fir-rigward tar-rappreżentanti tas-settur privat, l-Uffiċċju għandu jinvolvi, meta jlaqqa’ l-Osservatorju fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, għażla rappreżentattiva tas-setturi ekonomiċi l-aktar milquta u li għandhom l-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari r-rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi tal-Internet. Għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza xierqa tal-konsumaturi u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(18) Fir-rigward tar-rappreżentanti tas-settur privat, l-Uffiċċju għandu jinvolvi, meta jlaqqa’ l-Osservatorju fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, għażla rappreżentattiva tas-setturi ekonomiċi milquta mill-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u involuti fiha, b’mod partikolari r-rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi tal-Internet. Għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza xierqa tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) itejjeb il-fehim dwar l-ambitu u l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, protetti taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà industrijali, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur;

(a) itejjeb il-fehim dwar l-ambitu, il-kobor, il-valur u l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, protetti taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea jew il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà industrijali, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur;

Ġustifikazzjoni

Biex tingħata stampa ġenerali ċara tal-kobor tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jidher li hija ġustifikabbli firxa usa' ta' kriterji.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) iżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(d) iżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali billi jkompli u jintensifika l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji li jinvolvu l-prodotti falsifikati għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi kif ukoll dwar l-impatt negattiv tal-falsifikazzjoni u l-piraterija fuq l-ekonomija u fuq is-soċjetà;

Ġustifikazzjoni

Meta jiġi meqjus l-impatt negattiv tal-falsifikazzjoni u l-piraterija fuq is-soċjetà u l-ekonomija tal-pajjiż, il-kampanji għandhom jissensibilizzaw lin-nies dwar il-valur tad-drittijiet tal-awtur u l-impatt negattiv tal-piraterija u l-falsifikazzjoni fuq l-impjiegi u t-tkabbir, b’mod partikolari fost il-konsumaturi żgħażagħ Ewropej, u l-bżonn li jiġu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jagħmel disponibbli riżorsi biex il-pubbliku jiġi infurmat dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod li mhux biss ikun possibbli li jsiru l-kontrolli, iżda wkoll jiżdied l-għarfien;

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) isaħħaħ l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar;

(f) isaħħaħ l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar, kif ukoll il-promozzjoni tagħhom, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali;

Ġustifikazzjoni

Jidher li jkun xieraq li jiġi żgurat li mhux biss tinġabar l-informazzjoni dwar l-għodod tekniċi iżda wkoll li l-għodod tekniċi jiġu żviluppati u innovati aktar u konsegwentament jibdew jitħaddmu bil-ħsieb li jiġu miġġielda l-falsifikazzjoni u l-piraterija.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) irawwem il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ uffiċċji tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi sabiex jinbnew strateġiji u jiġu żviluppati tekniki għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ħiliet u għodod.

(h) irawwem il-kooperazzjoni internazzjonali ma’ uffiċċji tal-proprjetà intellettwali f’pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, sabiex jinbnew strateġiji u jiġu żviluppati tekniki għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ħiliet u għodod.

Ġustifikazzjoni

Jeżistu bosta organizzazzjonijiet internazzjonali li jew huma speċifikament dedikati għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR), pereżempju l-WIPO, jew li għall-inqas jittrattaw kwistjonijiet ta’ ksur ta’ IPR bħall-OECD jew id-WTO. Peress li dawn l-organizzazzjonijiet ukoll jagħmlu riċerka dwar l-oriġini, il-kobor u l-prevenzjoni ta’ vjolazzjonijiet tal-IPR, għandhom jiġu inklużi fl-inizjattivi ta’ kooperazzjoni.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jistabbilixxi metodoloġija għall-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar ta’ dejta indipendenti, oġġettiva, komparabbli u affidabbli relatata mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(b) jistabbilixxi metodoloġija għall-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar regolari ta’ data indipendenti, oġġettiva, komparabbli, soda u affidabbli relatata mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata metodoloġija komprensiva, il-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar għandhom jitwettqu f'intervalli regolari. Barra minn hekk, huwa neċessarju li tiġi stabbilita metodoloġija li tiżgura li d-data li tinkiseb tikkonforma mal-bosta rekwiżiti li jiggarantixxu l-kompletezza u l-kwalità tad-data.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiġbor, janalizza u jxerred dejta indipendenti, oġġettiva, komparabbli u affidabbli dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(c) jiġbor, janalizza u jxerred regolarment data indipendenti, oġġettiva, komparabbli, soda u affidabbli dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

Ġustifikazzjoni

Biex issir sorveljanza komprensiva tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, id-data għandha tinġabar, tiġi analizzata u tixxerred f'intervalli regolari. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġi żgurat li d-data li tinkiseb tikkonforma mal-bosta rekwiżiti li jiggarantixxu l-kompletezza u l-kwalità tad-data.

 

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiġbor, janalizza u jxerred dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur ekonomiku tal-proprjetà intellettwali u l-kontribut tagħha għat-tkabbir ekonomiku, il-benesseri, l-innovazzjoni, il-kreattività, id-diversità kulturali, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja fi ħdan l-Unjoni;

(d) jiġbor, janalizza u jxerred b’mod regolari data oġġettiva rilevanti, indipendenti, komparabbli, soda u affidabbli dwar il-valur ekonomiku tal-proprjetà intellettwali u l-kontribut tagħha għat-tkabbir ekonomiku, il-benesseri, l-innovazzjoni, il-kreattività, id-diversità kulturali, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll għall-protezzjoni u s-sikurezza tal-konsumaturi;

Ġustifikazzjoni

Biex jinftiehem għalkollox il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, id-data għandha tinġabar, tiġi analizzata u tixxerred f'intervalli regolari. Barra minn hekk, huwa neċessarju li jiġi żgurat li d-data li tinkiseb tikkonforma mal-bosta rekwiżiti li jiggarantixxu l-kompletezza u l-kwalità tad-data.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jipprovdi valutazzjonijiet regolari u rapporti speċifiċi skont is-settur ekonomiku, iż-żona ġeografika u t-tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur, li jevalwaw, inter alia, l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq is-soċjetà, l-ekonomija, is-saħħa, l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza, u r-relazzjoni ta’ ksur bħal dan mal-kriminalità organizzata u mat-terroriżmu;

(e) jipprovdi valutazzjonijiet regolari u rapporti speċifiċi skont is-settur ekonomiku, iż-żona ġeografika u t-tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur, li jevalwaw, inter alia, l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq is-soċjetà, l-ekonomija, speċjalment fir-rigward tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, is-saħħa, l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza, u r-relazzjoni ta’ ksur bħal dan mal-kriminalità organizzata u mat-terroriżmu;

Ġustifikazzjoni

L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju huma ta' importanza partikolari għall-ekonomija tal-Unjoni u għalhekk jistħoqqilhom li jissemmew b'mod speċifiku. Barra minn hekk, in-negozji żgħar huma partikolarment vulnerabbli għall-piraterija u għall-falsifikazzjoni speċjalment peress li m'għandhomx ir-riżorsi u l-għarfien espert li huma disponibbli għal kumpaniji akbar.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) jorganizza laqgħat ta’ esperti ad hoc sabiex jappoġġaw ix-xogħol tiegħu taħt dan ir-Regolament;

(i) jorganizza laqgħat ad hoc ta’ esperti u rappreżentanti tal-partijiet interessati kollha sabiex jappoġġaw ix-xogħol tiegħu taħt dan ir-Regolament;

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Uffiċċju għandu jiżgura f’kull ħin li l-attivitajiet fdati lilu minn dan ir-Regolament isiru billi jagħmel użu mill-mezzi baġitarji tiegħu stess.

L-Uffiċċju għandu jiżgura f’kull ħin li l-attivitajiet fdati lilu minn dan ir-Regolament isiru billi jagħmel użu mill-mezzi baġitarji tiegħu stess, u li r-riżorsi finanzjarji xierqa jiġu allokati biex dawk l-attivitajiet ikunu jistgħu jitwettqu kif jixraq.

Ġustifikazzjoni

Il-kompetenza tal-OHIM diġà tinvolvi numru ta' attivitajiet, speċjalment fil-qasam tar-reġistrazzjoni ta' trademarks u disinji. Huwa kruċjali li jiġi żgurat li attivitajiet ġodda, li jirriżultaw mit-trasferiment tal-Osservatorju għall-OHIM, jitwettqu kif jixraq, b'mod partikolari billi jiġu allokati r-riżorsi finanzjarji meħtieġa.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentanti minn amministrazzjonijiet pubbliċi, korpi u organizzazzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u rappreżentanti mis-settur privat għal-laqgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2)(a).

1. L-Uffiċċju għandu jistieden ir-rappreżentanti xierqa minn amministrazzjonijiet, korpi u organizzazzjonijiet pubbliċi, inklużi l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u rappreżentanti mis-settur privat għal-laqgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2)(a).

Ġustifikazzjoni

L-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom ikunu rrappreżentati f’numri ugwali bħal tal-industrija biex tiġi żgurata l-governanza tajba tal-Osservatorju. Barra minn hekk, miżuri għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jista’ jkollhom impatt serju fuq id-drittijiet fundamentali tal-konsumaturi u taċ-ċittadini, inklużi d-dritt tal-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, id-dritt tal-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għal proċess ġust. Dan huwa rikonoxxut ukoll mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Promusica u huwa rifless ukoll fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Infurzar tad-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali, li tistabbilixxi limiti għall-miżuri ta’ infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali meta tiġi pperikolata l-privatezza tal-konsumaturi. Għalhekk huwa kruċjali li jiġi żgurat li l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data jipparteċipaw fil-ħidma tal-Osservatorju.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala l-Osservatorju li jkunu mistiedna mis-settur privat għandhom jinkludu firxa wiesgħa u rappreżentattiva ta’ korpi tal-UE u korpi nazzjonali li jirrappreżentaw id-diversi setturi ekonomiċi l-aktar milquta u bl-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

2. Ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala l-Osservatorju li jkunu mistiedna mis-settur privat għandhom jinkludu firxa wiesgħa u rappreżentattiva ta’ korpi tal-UE u korpi nazzjonali li jirrappreżentaw id-diversi setturi ekonomiċi milquta mill-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u involuti fiha. B’mod partikolari, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom ikunu rrappreżentati kif xieraq.

L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom ikunu rrappreżentati kif xieraq.

 

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ismijiet tar-rappreżentanti, l-aġenda u l-minuti għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju.

4. L-ismijiet tar-rappreżentanti, l-aġenda, il-minuti, informazzjoni rilevanti oħra u d-dokumentazzjoni relatata tal-laqgħat għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju, filwaqt li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sensittiva.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal informazzjoni u dokumenti addizzjonali jsaħħaħ it-trasparenza u l-fiduċja pubblika fl-attivitajiet imwettqa mill-OHIM.

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-settur privat li jiltaqgħu bħala Osservatorju għandhom:

Mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirregola l-ipproċessar tad-data personali, ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju għandhom:

Ġustifikazzjoni

Jidher li hu neċessarju li tiġi estiża r-referenza għal kull tip ta' rappreżentanti u li jiġi żgurat li mhux biss ikunu koperti l-amministrazzjonijiet pubbliċi, iżda wkoll l-organizzazzjonijiet u l-korpi pubbliċi (bi qbil mal-Artikolu 3), u għalhekk huwa ġustifikabbli li titneħħa r-referenza konkreta għall-Istati Membri u għas-settur privat. Barra minn hekk, biex tiġi żgurata l-koerenza fit-test kollu, huwa xieraq li l-formulazzjoni użata fit-test introduttorju tal-Artikolu 5 tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fil-punt (f) tal-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(3).

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet li l-Uffiċċju għandu ppjanat għall-futur;

(d) ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet li l-Uffiċċju għandu ppjanat għall-futur, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri biex tiġi evitata d-duplikazzjoni mhux meħtieġa;

Ġustifikazzjoni

Diġà qed jitħaddmu numru ta' strateġiji fi Stati Membri differenti, u għalhekk biex jiġu evitati sforzi doppji fil-livelli tal-UE u tal-Istati Membri, jidher li hu xieraq li wieħed jirrifletti fuq ix-xogħol imwettaq mill-Istati Membri fil-qasam rilevanti meta jiġi kkunsidrat l-ippjanar strateġiku għal attivitajiet ġodda possibbli li għandhom jitwettqu mill-Uffiċċju.

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, waqt it-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni, mar-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

3. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, waqt it-tħejjija tar-rapport ta’ evalwazzjoni, mar-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju dwar il-kwistjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-involviment possibbli ta' partijiet interessati oħra fil-proċess ta' evalwazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-partijiet interessati kollha għandhom ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-proċess ta' konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Uffiċċju fl-operazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha twettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u għandha twettaq konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni.

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) ta’ ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Referenzi

COM(2011)0288 – C7-0136/2011 – 2011/0135(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

7.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Adam Bielan

20.7.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Jürgen Creutzmann, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, María Irigoyen Pérez, George Lyon, Ramona Nicole Mănescu, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Marc Tarabella, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp

 

 

1.12.2011

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija

( COM(2011)0288 – C7‑0136/2011 – 2011/0135(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Sabine Verheyen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-benesseri ekonomiku tal-UE jiddependi fuq il-kreattività, id-diversità kulturali u l-innovazzjoni kostanti peress li dawn huma l-katalisti tal-evoluzzjoni tas-soċjetà tal-għarfien. Għalhekk, il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (DPI) tipprovdi wkoll għan-negozji, l-innovaturi, il-konsumaturi u dawk involuti fil-kreazzjoni kulturali. Madankollu, matul dawn l-aħħar għaxar snin, żdied il-ksur tad-DPI u l-kummerċ ta’ oġġetti ffalsifikati u piratati. B’mod partikolari, l-ekonomija diġitali li dejjem qed tevolvi wasslet għal żieda fil-ksur tad-DPI fuq l-internet marbuta mal-falsifikazzjoni, l-ikkuppjar mhux awtorizzat u l-piraterija li jagħmlu ħsara sinifikanti lill-ekonomija Ewropea u lis-settur kulturali u dak kreattiv.

Sabiex titħeġġeġ iktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri rigward il-protezzjoni tad-DPI, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot l-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija, li hu mmexxi mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern u s-Servizzi (MARKT). L-Osservatorju jservi bħala forum għall-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati privati sabiex jiskambjaw informazzjoni u esperjenzi, kif ukoll biex jippromwovu l-aqwa prattiki fl-infurzar tad-DPI. Barra minn hekk, iservi bħala pjattaforma ċentrali għall-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' informazzjoni kruċjali dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni tal-falsifikazzjoni, l-ikkuppjar mhux awtorizzat u l-piraterija.

Madankollu, l-Osservatorju irid iħabbat wiċċu ma’ sfida kbira biex iwettaq il-kompiti u l-attivitajiet li ġew fdati lilu, peress li mhuwiex mgħammar bl-infrastruttura adegwata biex jaħdem b’mod effikaċi. L-istabbiliment ta’ qafas legali xieraq, kif ukoll miżuri ta’ infurzar tad-DPI, jeħtieġ fehim aħjar tan-natura tal-ksur inkluż l-impatt ekonomiku u kulturali tiegħu. Għalhekk, l-Osservatorju u l-attivitajiet u l-kompiti tiegħu li dejjem qegħdin jikbru għandhom ikunu parti fundamentali ta’ struttura istituzzjonali operattiva u kost-effiċjenti, li tippermettilu jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effikaċi u jappoġġa l-ġlieda kontra l-ksur tad-DPI.

Ir-rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) jiġi inkarigat li jħaddem l-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija. Din l-għaqda tagħti aċċess lill-Osservatorju, għall-finanzjament u l-infrastruttura meħtieġa biex iwettaq il-kompiti u l-attivitajiet kif ukoll biex jiġi sfruttat l-għarfien espert tal-Uffiċċju. Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li l-ħolqien ta’ sinerġiji bejn il-kompiti tal-Osservatorju u dawk li diġà jitwettqu mill-Uffiċċju jwassal għal użu effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji u umani mingħajr spejjeż żejda għall-baġit tal-UE. Hu stmat li din l-għaqda tista’ twassal għal iffrankar ta’ madwar EUR 40 000 fil-baġit tal-UE peress li l-ispejjeż tal-Osservatorju fil-futur jibdew jitħallsu mill-baġit tal-OHIM.

Minkejja dan, ir-rapporteur temmen li l-proposta ma tagħmilx referenza biżżejjed għad-dimensjoni kulturali tad-DPI u b’hekk għall-attivitajiet u l-kompiti assoċjati tal-Osservatorju, li jippromwovu d-diversità kulturali u l-preservazzjoni sostenibbli tal-wirt kulturali fl-Ewropa. Għalhekk, hu important li, fil-laqgħat tal-Osservatorju, minbarra l-partijiet interessati mis-settur tal-amministrazzjoni pubblika u minn dak ekonomiku, jipparteċipaw ukoll għadd adegwat ta’ rappreżentanti minn setturi kulturali u kreattivi, bħal dawk involuti fil-kreazzjoni kulturali.

Barra minn hekk, ir-rapporteur hi tal-opinjoni li jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjoni pubblika Ewropej, jekk l-Osservatorju jiżviluppa pjattaforma online li tkun aċċessibbli għall-pubbliku, li tipprovdi informazzjoni, l-aqwa prattika, għodda tat-tqajjim tal-kuxjenza li wieħed jista’ jniżżel b’xejn u inizjattivi li jibnu l-kapaċitajiet marbuta mal-bosta mezzi leġiżlattivi u non-leġiżlattivi biex jiġi miġġieled il-ksur tad-DPI.

Fl-aħħar, ir-rapporteur hi konvinta mill-fatt li l-Osservatorju m’għandux jittratta l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, peress li m'hemm l-ebda infrastruttura fl-Uffiċċju li jittratta data ta' sigurtà sensittiva. Barra minn hekk, m’hemmx bżonn li jissaħħu l-kompetenzi tal-Uffiċċju f’dan il-qasam, minħabba li hemm diġà awtoritajiet Ewropej oħra li qegħdin jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-benesseri ekonomiku tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni") jiddependi fuq il-kreattività u l-innovazzjoni kostanti. Għaldaqstant miżuri għall-protezzjoni effikaċi tagħhom huma essenzjali sabiex jiżguraw il-prosperità futura tagħha.

(1) Il-benesseri ekonomiku tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-Unjoni") jiddependi fuq il-kreattività u l-innovazzjoni kostanti. Għaldaqstant miżuri sew g]all-promozzjoni kif ukoll għall-protezzjoni effikaċi tagħhom huma essenzjali sabiex jiżguraw li jibqgħu sors ta’ prosperità fil-ġejjieni.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma proprjetà vitali tan-negozju li jgħinu sabiex jiżguraw li l-innovaturi u l-inventuri jiksbu qligħ ġust għax-xogħol tagħhom u li l-investiment tagħhom fir-riċerka u fl-ideat ġodda jkun protett.

(2) Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma proprjetà vitali tan-negozju li jipprovdu bażi legali essenzjali biex ikun żgurat li l-innovaturi u l-inventuri jiksbu premju ġust għax-xogħol tagħhom u li l-investiment tagħhom fir-riċerka u fl-ideat ġodda jkun protett. Livell bilanċjat ta’ protezzjoni jippromwovi l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-aċċess għall-kultura u għax-xogħlijiet kreattivi.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-ekonomija diġitali, li dejjem qed tevolvi u tinbidel, kellha impatt fuq l-effikaċja tal-qafas leġiżlattiv attwali ta’ miżuri u strumenti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari bi rbit ma' vjolazzjonijiet onlajn. Għaldaqstant għandu jkun żgurat li l-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija jkollu l-infrastruttura u l-finanzjament meħtieġa biex jaqdi l-kompiti tiegħu b’mod effikaċi.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Approċċ tajjeb, armonizzat u progressiv lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huwa fundamentali fl-isforz sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

(3) Approċċ globali u bbilanċjat lejn id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li jkun armonizzat fil-livell tal-Unjoni u li wkoll iqis dovutement ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, il-qafas legali relatat u l-Konvenzjoni tal-UNSESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali (2005)1, huwa fundamentali fl-isforz sabiex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa2.

 

________________

 

1 http://unesdoc.unesco.org/images/0014/001429/142919e.pdf.

 

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta’ Awwissu 2010: ‘Aġenda Diġitali għall-Ewropa’ (COM(2010) 0245/2).

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fil-kuntest tal-infurzar dovut tal-qafas legali attwali, u fil-qies ta’ tibdiliet u emendi futuri fih, għandu jintwera rispett xieraq għad-dritt tal-pubbliku li jaċċedi għall-kultura u għall-għodod il-ġodda tal-kreattività u l-iżvilupp personali provduti mit-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Iż-żieda kostanti ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija theddida ġenwina mhux biss għall-ekonomija tal-Unjoni, iżda wkoll għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi tal-Unjoni. Għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjonijiet effikaċi, immedjati u kkoordinati fuq livell Ewropew u dak globali sabiex jingħeleb dan il-fenomenu.

(4) Iż-żieda kostanti ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali hija theddida ġenwina mhux biss għall-ekonomija tal-Unjoni, għax-xogħol kulturali u kreattiv u għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi tal-Unjoni, kif ukoll għall-preservazzjoni, promozzjoni u protezzjoni sostenibbli tad-diversità tal-espressjoni kulturali u l-wirt. Għalhekk, hemm bżonn ta’ azzjonijiet effikaċi, immedjati u kkoordinati fuq livell Ewropew u dak globali sabiex jingħeleb dan il-fenomenu, waqt li fl-istess ħin jiżgura qligħ ġust għall-awturi u aċċess ġust għall-pubbliku.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Komunikazzjoni stabbilixxiet li l-Osservatorju għandu jsir riżorsa ċentrali għall-ġbir, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar ta’ informazzjoni u dejta relatati mal-ksur kollu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għandu jintuża bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati fejn jaqsmu ideat u esperjenzi dwar l-aqwa prattiki, jiżviluppaw strateġiji konġunti ta’ infurzar u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika. Il-Komunikazzjoni speċifikat li l-Osservatorju għandu jkun organizzat u mmexxi mis-servizzi tal-Kummissjoni.

(6) Il-Komunikazzjoni stabbiliet li l-Osservatorju għandu jsir riżorsa ċentrali għall-ġbir, għall-monitoraġġ u għar-rappurtar ta’ informazzjoni u data relatati mal-ksur kollu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għandu jintuża bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha fejn jaqsmu ideat u esperjenzi dwar l-aqwa prattiki, jiżviluppaw strateġiji konġunti ta’ infurzar u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika. Il-Komunikazzjoni speċifikat li l-Osservatorju għandu jkun organizzat u mmexxi mis-servizzi tal-Kummissjoni.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern tal-1 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija sabiex jipprovdu lill-Osservatorju b’dejta affidabbli u komparabbli disponibbli dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija u sabiex jiżviluppaw u jaqblu flimkien, fil-kuntest tal-Osservatorju, dwar pjanijiet sabiex jiġbru aktar informazzjoni. Il-Kunsill stieden ukoll lill-Osservatorju sabiex kull sena jippubblika rapport annwali komprensiv li jkopri l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern. Dak ir-rapport annwali għandu jitħejja bl-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-settur privat, fil-limiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta, dwar l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-falsifikazzjoni u l-piraterija kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern.

(7) Il-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija għandhom jipprovdu lill-Osservatorju b’dejta affidabbli u komparabbli disponibbli dwar il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jiżviluppaw u jaqblu flimkien, fil-kuntest tal-Osservatorju, dwar pjanijiet sabiex jiġbru aktar informazzjoni L-Osservatorju għandu jippubblika kull sena rapport annwali komprensiv li jkopri l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern. Dak ir-rapport annwali għandu jitħejja bl-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-settur privat, fil-limiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta, dwar l-ambitu, l-iskala u l-karatteristiċi ewlenin tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-suq intern.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Minħabba l-firxa ta’ kompiti assenjati lill-Osservatorju, hemm bżonn ta’ soluzzjoni sabiex tkun żgurata infrastruttura adegwata u sostenibbli għat-twettiq tal-kompiti tal-Osservatorju.

(11) Minħabba l-firxa ta’ kompiti assenjati lill-Osservatorju, hemm bżonn ta’ soluzzjoni sabiex tkun żgurata infrastruttura adegwata u sostenibbli għat-twettiq tal-kompiti tal-Osservatorju kif ukoll ir-riżorsi meħtieġa għal dak il-għan.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-Uffiċċju għandu joffri forum li jlaqqa’ lill-awtoritajiet pubbliċi u lis-settur privat, filwaqt li jiżgura l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ksur ta’ dawk id-drittijiet, l-iżvilupp tal-aqwa prattiki u strateġiji għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u t-trawwim tal-għarfien pubbliku dwar l-impatti tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju għandu jwettaq kompiti oħrajn, bħal pereżempju jtejjeb il-fehim tal-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, itejjeb l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ adegwat, iżid l-għarfien dwar it-tekniki li jipprevjenu l-falsifikazzjoni, u jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(17) L-Uffiċċju għandu joffri forum li jlaqqa’ lill-awtoritajiet pubbliċi f’kooperazzjoni mal-persuni interessati kollha, fosthom rappreżentanti tas-settur privat u tas-soċjetà ċivili, filwaqt li jiżgura l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-impatt tal-vjolazzjonijiet ta’ dawk id-drittijiet fuq il-kreattività u l-innovazzjoni fi ħdan l-Unjoni, jidentifika u jippromwovi l-iżvilupp tal-aqwa prattiki u strateġiji għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u t-trawwim tal-għarfien pubbliku dwar l-impatti tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. F’dan ir-rigward, għandu jitqies l-impatt tad-diġitizzazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-inkoraġġament ta’ niċeċ u mudelli ġodda tan-negozju li jespandu l-offerta legali tal-kontenut kulturali u kreattiv.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) L-Uffiċċju għandu jwettaq ukoll kompiti oħrajn, bħal pereżempju li jtejjeb il-fehim tal-valur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, ikattar l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ adegwat, u li jżid l-għarfien dwar it-tekniki li jipprevjenu l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Għandha tittejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi speċjalizzati f'dan il-qasam.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fir-rigward tar-rappreżentanti tas-settur privat, l-Uffiċċju għandu jinvolvi, meta jlaqqa’ l-Osservatorju fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, għażla rappreżentattiva tas-setturi ekonomiċi l-aktar milquta u li għandhom l-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari r-rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet u l-fornituri tas-servizzi tal-Internet. Għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza xierqa tal-konsumaturi u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(18) Fir-rigward tar-rappreżentanti tas-settur privat, l-Uffiċċju għandu jinvolvi, meta jlaqqa’ l-Osservatorju fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu, għażla rappreżentattiva tas-setturi l-aktar milquta u li għandhom l-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari r-rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet u l-intermedjarji tal-Internet. F’dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għal setturi li, mill-istess natura tagħhom, jiġġeneraw valur li fil-parti l-kbira mhuwiex tanġibbli, bħalma huwa s-settur kreattiv u kulturali. Għandu jkun hemm ukoll rappreżentanza xierqa tal-konsumaturi, tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ħallieqa u utenti ta’ servizzi u pjattaformi kulturali, inklużi persuni interessati tas-settur bla skopijiet ta’ qligħ.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) itejjeb il-fehim dwar il-valur tal-proprjetà intellettwali;

(b) itejjeb il-fehim dwar il-valur u l-kumplessità tal-proprjetà intellettwali u l-għarfien dwar l-impatt tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq il-kreattività u l-innovazzjoni fi ħdan l-Unjoni;

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) iżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(d) iżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-impatt ta’ ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali billi jippromwovi kampanji ta’ informazzjoni fl-Istati Membri kollha;

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) isaħħaħ l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(e) isaħħaħ l-għarfien espert ta’ persuni involuti fl-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jittrattaw sfidi ġodda mqajma mill-era diġitali;

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) isaħħaħ l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar;

(f) isaħħaħ u jrawwem l-għarfien dwar għodod tekniċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) itejjeb l-għarfien dwar mudelli tan-negozju legali, eżistenti u funzjonanti li jagħmlu x-xogħlijiet koperti bid-dritt tal-awtur disponibbli, kummerċjalment jew b’mod ieħor;

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) ifassal u jippromwovi l-aqwa strateġiji rigward prattiki u tekniki nazzjonali għall-infurzar tal-liġi tal-proprjetà intellettwali, sew jekk joriġinaw mis-settur pubbliku u sew minn dak privat;

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb) jissorvelja u jirrapporta dwar l-effett tal-offerti legali onlajn dwar l-użu ta’ kontenut mhux awtorizzat;

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hc) jivvaluta ostakli għall-ikkompletar ta’ suq uniku diġitali effikaċi jirrakkomanda għażliet ta’ politika effikaċi biex jingħelbu dawn l-ostakli.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ilaqqa’ l-Osservatorju regolarment, skont l-Artikolu 4;

(a) ilaqqa’ l-Osservatorju regolarment, skont l-Artikolu 4, tal-anqas darba fis-sena, u jipprovdi tagħtif dwar iż-żamma u l-eżitu ta’ tali laqgħat permezz ta’ pjattaformi tal-konsultazzjoni pubblika;

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jistabbilixxi metodoloġija għall-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar ta’ dejta indipendenti, oġġettiva, komparabbli u affidabbli relatata mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(b) jistabbilixxi metodoloġija trasparenti għall-ġbir, l-analiżi u r-rappurtar ta’ dejta indipendenti, oġġettiva, komparabbli u affidabbli relatata mal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiġbor, janalizza u jxerred dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur ekonomiku tal-proprjetà intellettwali u l-kontribut tagħha għat-tkabbir ekonomiku, il-benesseri, l-innovazzjoni, il-kreattività, id-diversità kulturali, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja fi ħdan l-Unjoni;

(d) jiġbor, janalizza u jxerred dejta oġġettiva rilevanti, komparabbli u affidabbli dwar il-valur ekonomiku tal-proprjetà intellettwali u l-kontribut tagħha għat-tkabbir ekonomiku, il-benesseri, l-innovazzjoni, il-kreattività, id-diversità kulturali u lingwistika, il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja u l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità għolja fi ħdan l-Unjoni;

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jipprovdi valutazzjonijiet regolari u rapporti speċifiċi skont is-settur ekonomiku, iż-żona ġeografika u t-tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur, li jevalwaw, inter alia, l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq is-soċjetà, l-ekonomija, is-saħħa, l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza, u r-relazzjoni ta’ ksur bħal dan mal-kriminalità organizzata u mat-terroriżmu;

(e) jipprovdi valutazzjonijiet regolari u rapporti speċifiċi skont is-settur ekonomiku, iż-żona ġeografika u t-tip ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali miksur, li jevalwaw, inter alia, l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq is-soċjetà, l-ekonomija, is-saħħa, l-ambjent, is-sigurtà u s-sikurezza, u r-relazzjoni ta’ ksur bħal dan mal-kriminalità organizzata, u li jqisu l-isfidi mqajma mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fit-tfassil ta’ mudelli ġodda għall-ġestjoni ta’ dawk id-drittijiet;

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-aqwa prattiki bejn ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju, u jiżviluppa strateġiji bbażati fuq tali prattiki;

(f) jiġbor, janalizza u jxerred informazzjoni dwar l-aqwa prattiki bejn ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala Osservatorju u l-korpi kompetenti tal-Istati Membri, u jiżviluppa u jxerred strateġiji bbażati fuq tali prattiki;

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ifassal rapporti u pubblikazzjonijiet sabiex iżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jorganizza konferenzi, kampanji onlajn u offlajn, avvenimenti u laqgħat fil-livell Ewropew u dak internazzjonali;

(g) ifassal rapporti u pubblikazzjonijiet sabiex iżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-impatt tal-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, u jorganizza konferenzi, kampanji onlajn u offlajn, avvenimenti u laqgħat fil-livell Ewropew u dak internazzjonali li jeżaminaw proposti ġodda, bilanċjati u flessibbli għal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali f’oqsma partikolarment sensittivi, bħlama huwa dak kulturali u kreattiv, filwaqt li jħarsu d-drittijiet ta’ aċċess taċ-ċittadini, skont il-liġi applikabbli;

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jirriċerka, jevalwa u jippromwovi għodod tekniċi għall-professjonisti u tekniki ta’ referenza, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar li jgħinu fid-distinzjoni bejn prodotti ġenwini u dawk foloz;

(j) jiġbor informazzjoni, jirriċerka, jevalwa u jippromwovi għodod tekniċi għall-professjonisti u tekniki ta’ referenza, inklużi sistemi ta’ osservazzjoni u traċċar li jgħinu fid-distinzjoni bejn prodotti ġenwini u dawk foloz;

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 - punt k a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) jiżviluppa pjattaforma elettronika li tipprovdi informazzjoni u tkun aċċessibbli għall-pubbliku, eżempji tal-aqwa prattika, għodda tat-tqajjim tal-kuxjenza li wieħed jista’ jniżżel b’xejn u inizjattivi li jibnu l-kapaċitajiet marbuta mal-bosta mezzi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi għall-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) jibni strateġiji b’kooperazzjoni mal-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux, u jiżviluppa tekniki, ħiliet u għodod relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi programmi ta’ taħriġ u kampanji ta’ għarfien;

(l) jiżviluppa strateġiji, b’kooperazzjoni mal-uffiċċji ċentrali tal-proprjetà industrijali tal-Istati Membri, inkluż l-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Benelux, relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inklużi programmi ta’ taħriġ u kampanji ta’ għarfien;

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt p

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) iwettaq attivitajiet simili meħtieġa sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jwettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 1.

imħassar

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentanti minn amministrazzjonijiet pubbliċi, korpi u organizzazzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u rappreżentanti mis-settur privat għal-laqgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2)(a).

1. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentanti minn amministrazzjonijiet pubbliċi, korpi u organizzazzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u rappreżentanti minn organizzazzjonijiet mhux governattivi u mis-settur privat għal-laqgħat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(2)(a).

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala l-Osservatorju li jkunu mistiedna mis-settur privat għandhom jinkludu firxa wiesgħa u rappreżentattiva ta’ korpi tal-UE u korpi nazzjonali li jirrappreżentaw id-diversi setturi ekonomiċi l-aktar milquta u bl-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Ir-rappreżentanti li jiltaqgħu bħala l-Osservatorju li jkunu mistiedna mis-settur privat għandhom jinkludu firxa wiesgħa u rappreżentattiva ta’ korpi tal-UE u korpi nazzjonali li jirrappreżentaw id-diversi setturi l-aktar milquta u bl-iktar esperjenza fil-ġlieda kontra l-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju għandhom ikunu rrappreżentati kif xieraq.

L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, intermedjarji tal-internet u ħallieqa u utenti ta’ servizzi u pjattaformi kulturali, inklużi persuni interessati tas-settur bla skopijiet ta’ qligħ, għandhom ikunu rrappreżentati kif xieraq., .

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentant nazzjonali wieħed minn kull Stat Membru, u ħames rappreżentanti kull wieħed mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni.

3. L-Uffiċċju għandu jistieden rappreżentant nazzjonali wieħed minn kull Stat Membru, u ħames rappreżentanti kull wieħed mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni. Meta jinħatru r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, jeħtieġ li jitqiesu l-Kumitati li fihom dawk ir-rappreżentanti jkollhom kariga bħala Membri tal-Parlament Ewropew, b’tali mod li jkun żgurat li fl-oqsma fejn ikun hemm l-akbar impatt tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bħall-industrija, il-kultura u s-saħħa, ikunu rrappreżentati kemm jista’ jkun bis-sħiħ.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) jistgħu jkunu organizzati wkoll fi gruppi ta’ ħidma fi ħdan l-Osservatorju. Sa żewġ rappreżentanti mill-Parlament u sa żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservaturi.

5. Il-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) jistgħu jkunu organizzati wkoll fi gruppi ta’ ħidma fi ħdan l-Osservatorju. Sa żewġ rappreżentanti mill-Parlament u sa żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma.

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Uffiċċju għandu jqis l-obbligi eżistenti tal-Istati Membri li bihom huma obbligati jipprovdu informazzjoni dwar vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-proprjeta intellettwali, u għandu jagħmel ħiltu biex jevita d-dupplikazzjoni tax-xogħol.

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-data personali m’għandhiex tiġi ttrasferita, ipproċessata, maħżuna jew użata għal kwalunkwe skop ieħor, lanqas fuq struzzjonijiet mill-Uffiċċju jew mill-Osservatorju.

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) rakkomandazzjonijiet dwar politiki futuri fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż dwar kif tista’ titjieb il-kooperazzjoni effettiva bejn l-Istati Membri.

(e) osservazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u politiki u strateġiji futuri potenzjali, inkluż dwar kif tista’ titjieb il-kooperazzjoni ma’ u bejn l-Istati Membri, bl-użu tal-esperjenzi proprji tagħhom.

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa l-prestazzjoni tal-Uffiċċju fit-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tiegħu fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern.

2. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa l-prestazzjoni tal-Uffiċċju fit-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt tiegħu fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern, u għandu jiffoka fuq l-oqsma u setturi varji affettwati mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) ta’ ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

Referenzi

COM(2011)0288 – C7-0136/2011 – 2011/0135(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

7.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sabine Verheyen

13.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

4.10.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Maria Badia i Cutchet, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Marek Henryk Migalski, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marco Scurria, Joanna Senyszyn, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, Sampo Terho, László Tőkés, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Sabine Verheyen, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ramona Nicole Mănescu, Hans-Peter Martin, Mitro Repo

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jaromír Kohlíček

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) ta’ ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

Referenzi

COM(2011)0288 – C7-0136/2011 – 2011/0135(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.6.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.6.2011

IMCO

7.6.2011

CULT

7.6.2011

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

15.6.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Antonio Masip Hidalgo

11.7.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2011

22.11.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

20.12.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Jean-Marie Cavada, Luis de Grandes Pascual, Vytautas Landsbergis, Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Arlene McCarthy

Data tat-tressiq

9.1.2012

 

 

[1] ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0/Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
[2]   Riżoluzzjoni tal-Kunsill, 1.03.2010, L-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern
[3]   Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, 22.09.2010
[4]   Novembru 2010 "Valutazzjoni tal-Istrateġija ta' Infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali f'Pajjiżi Terzi"
[5]  Ma ġiet organizzata ebda konsultazzjoni standard peress li l-proposta ngħatat appoġġ wiesgħa mill-partijiet interessati kollha f'diversi okkażjonijiet (Forum dwar l-Iffalsifikar (2010), Samit Pan-Ewropew dwar l-IP tal-2010, Brussell.