Dokument ta' sessjoni
11.1.2012
*
RAPPORT
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi
( COM(2011)0813 – C7‑0500/2011 – 2011/0390(CNS) )
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Pervenche Berès
(Proċedura simplifikata – Artikolu 46(1) tar-Regoli ta’ Proċedura)
PR_CNS_art55app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
PROĊEDURA.............................................................................................................................6
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi
( COM(2011)0813 – C7‑0500/2011 – 2011/0390(CNS) )
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2011)0813 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0500/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A7‑0011/2012 ),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
PROĊEDURA
Titolu | Il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi | |||
Referenzi | COM(2011)0813 – C7-0500/2011 – 2011/0390(CNS) | |||
Data meta ġie kkonsultat il-PE | 12.12.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 15.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 15.12.2011 | FEMM 15.12.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ECON 11.1.2012 | FEMM 11.1.2012 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Pervenche Berès 5.12.2011 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 5.12.2011 | |||
Data tal-adozzjoni | 5.12.2011 |
|
|
|
Data tat-tressiq | 11.1.2012 | |||