Dokument ta' sessjoni
5.3.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
( COM(2012)0015 – C7‑0020/2012 – 2012/003(COD))
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Elisabeth Morin-Chartier
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
PROĊEDURA 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
( COM(2012)0015 – C7‑0020/2012 – 2012/003(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2012)0015 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0020/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A7-0042/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2004/40/KE id-data "30 ta' April 2012" għandha tiġi sostitwita bi "30 ta' April 2014". | Fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2004/40/KE id-data "30 ta' April 2012" għandha tiġi sostitwita b'"31 ta' Ottubru 2013". |
PROĊEDURA
Titolu | Il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) | |||
Referenzi | COM(2012)0015 – C7-0020/2012 – 2012/0003(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 25.1.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 2.2.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Elisabeth Morin-Chartier 15.12.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 13.2.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 1.3.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 40 2 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Georges Bach, Malika Benarab-Attou, Kinga Göncz, Silvana Koch-Mehrin, Jan Kozłowski, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu, Gabriele Zimmer | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Phil Bennion, Silvia-Adriana Ţicău | |||
Data tat-tressiq | 5.3.2012 | |||