Dokument ta' sessjoni

 

A7-0043/2012

5.3.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

( COM(2010)0794 – C7‑0005/2011 – 2010/0380(COD) )

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Milan Cabrnoch

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b' tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta' att ma jkunx emenda, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

PROĊEDURA  20

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

( COM(2010)0794 – C7‑0005/2011 – 2010/0380(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2010)0794 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0005/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

––  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A7-0043/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

imħassar

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Id-diversità u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom qed jiġu segwiti attivitajiet professjonali iqanqlu l-bżonn li tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni ta' ħaddiema mobbli ħafna. Strutturi ġodda tax-xogħol saru evidenti fost oħrajn fis-settur tat-trasport bl-ajru. Ir-rabta tal-leġislazzjoni applikabbli għal membri tal-ekwipaġġ tal-ajru mal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju jew post tan-negozju reġistrat tal-impriża jew tal-impjegatur, hija effettiva biss jekk hemm biżżejjed konnessjoni mill-qrib mal-uffiċċju reġistrat jew post tan-negozju. Għal membri tal-ekwipaġġ tal-ajru, huwa kkundsidrat xieraq li jirreferu għal “bażi ta’ residenza" bħala speċifikazzjoni tal-idea ta’ “uffiċċju jew post tan-negozju reġistrat” għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

(5) L-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili1 jiddefinixxi l-kunċett ta' "bażi residenzjali" għal membri tal-ekwipaġġ tal-ajru skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għal dan il-grupp ta' persuni, huwa ġġustifikat li tinħoloq reġola speċjali bl-użu ta' dan il-kunċett ta' "bażi ta' residenza" bħala l-kriterju biex tiġi ddeterminata l-leġislazzjoni applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru. Min-naħa l-oħra, il-leġislazzjoni applikabbli għal membri tal-ekwipaġġ tal-ajru għandha tinżamm stabbli u l-prinċipju ta' "bażi ta' residenza" ma għandux iwassal għal bidliet frekwenti tal-leġislazzjoni applikabbli minħabba l-mudelli ta' ħidma tal-industrija jew domandi staġonali.

 

_________________

 

1ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Artikolu 65 (5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi emendat biex jiżgura li persuni li jaħdmu għal rashom jirċievu benefiċċji skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti biex joffrilhom l-aqwa prospetti ta' integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom meta jirritornaw lejn dak l-Istat.

(6) L-Artikolu 65a ġdid għandu jiddaħħal fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 biex jiżgura li ħaddiem transkonfinali li jaħdem għal rasu li jispiċċa kompletament qiegħed jirċievi benefiċċji jekk huwa jkun għamel perjodi ta' assigurazzjoni bħala persuna li taħdem għal rasha jew perjodi ta' ħidma bħala persuna li taħdem għal rasha rikonoxxuti għall-finijiet tal-għoti tal-benefiċċji ta' qgħad fl-Istat Membru kompetenti u jekk ma teżisti l-ebda sistema ta' benefiċċji ta' qgħad li tkopri persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ta' residenza.

 

Din id-dispożizzjoni ġdida għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-esperjenza wara sentejn ta' implimentazzjoni u, jekk meħtieġ, aġġustata.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 18b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-premessa li ġejja tiddaħħal wara l-Premessa (18a):

 

"18b. L-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili1 jiddefinixxi l-kunċett ta' bażi residenzjali għall-membri tal-ekwipaġġ bħala l-post magħżul mill-operatur għall-membri tal-ekwipaġġ minn fejn il-membru tal-ekwipaġġ normalment jibda u jispiċċa perjodu ta' ħidma, jew serje ta' perjodi ta' ħidma, u fejn, taħt kondizzjonijiet normali, l-operatur mhuwiex responsabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru tal-ekwipaġġ ikkonċernat. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tat-Titolu II għal dan il-grupp ta' persuni, huwa ġġustifikat li jintuża dan il-kunċett ta' "bażi ta' residenza" bħala kriterju biex tiġi ddeterminata l-leġislazzjoni applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ tal-ajru. Min-naħa l-oħra, il-leġislazzjoni applikabbli għal membri tal-ekwipaġġ tal-ajru għandha tinżamm stabbli u l-prinċipju ta' "bażi ta' residenza" ma għandux iwassal għal bidliet frekwenti tal-leġislazzjoni applikabbli minħabba l-mudelli ta' ħidma tal-industrija jew domandi staġonali.

 

_____________

 

1ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4."

 

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fl-Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

1. Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw bil-miktub lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-dikjarazzjonijiet li saru f’konformità mal-Artikolu 1(l), dwar il-leġislazzjoni u l-iskemi msemmija fl-Artikolu 3, dwar il-konvenzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 8(2) u dwar il-benefiċċji minimi msemmija fl-Artikolu 58, kif ukoll dwar emendi sostanzjali li jsiru sussegwentament.

"1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw bil-miktub lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-dikjarazzjonijiet li saru f'konformità mal-punt (1) tal-Artikolu 1, dwar il-leġislazzjoni u l-iskemi msemmija fl-Artikolu 3, dwar il-konvenzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 8(2), dwar il-benefiċċji minimi msemmija fl-Artikolu 58 u n-nuqqas ta' sistema tal-assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 65a (1), kif ukoll dwar emendi sostanzjali li jsiru sussegwentement. Dawn in-notifiki għandhom jindikaw id-data […] minn meta dan ir-Regolament jibda japplika għall-iskemi speċifikati fid-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri."

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 11:

 

"4a. Attività li ssir minn membru tal-ekwipaġġ tal-ajru li jwettaq servizzi għall-passiġġieri jew għall-merkanzija tal-ajru għandha titqies bħala attività mwettqa fi Stat Membru fejn tinsab il-bażi ta' residenza, kif definit f'Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u l-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili1.

 

_________________________

 

1ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4."

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b – subpunt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju jew post tan-negozju reġistrat tal-impriża jew tal-impjegatur jekk il-persuna hija impjegata minn intrapriża waħda jew impjegatur, jew

(i) il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju jew post tan-negozju reġistrat tal-impriża jew tal-impjegatur jekk il-persuna hija impjegata minn intrapriża waħda jew impjegatur, jew jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar, li għandhom l-uffiċċju jew il-post tan-negozju tagħhom reġistrat fi Stat Membru wieħed biss; jew

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b – subpunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-impjegatur qiegħed barra mill-Istat Membru ta’ residenza jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar u minn tal-inqas waħda minn dawn l-impriżi għandha l-uffiċċju jew post tan-negozju reġistrat tagħha fi Stat Membru wieħed barra l-Istat Membru ta' residenza, jew

(ii) il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-impjegatur qiegħed barra mill-Istat Membru ta' residenza jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew impjegaturi jew aktar li għandhom l-uffiċċji rreġistrati jew il-postijiet tan-negozju tagħhom reġistrati f'żewġ Stati Membri, li wieħed minnhom ikun l-Istat Membru ta' residenza; jew

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b – subpunt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza jekk hija impjegata minn żewġ intrapriżi jew impjegaturi jew aktar, li għandhom l-uffiċċju jew post tan-negozju reġistrat tagħhom fi Stati Membri differenti barra l-Istat Membru ta’ residenza.”

(iii) il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza jekk hija impjegata minn żewġ intrapriżi jew impjegaturi jew aktar, u li mill-anqas tnejn minnhom għandhom l-uffiċċju jew post tan-negozju reġistrat tagħhom fi Stati Membri differenti minbarra l-Istat Membru ta' residenza."

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 36 − paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-istituzzjoni kompetenti ma tistax tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) lil persuna assigurata li kellha aċċident fuq il-post tax-xogħol jew li qabditha marda kkaġunata mix-xogħol u li hija intitolata għal benefiċċji li ħa tagħmel tajjeb għalih dik l-istituzzjoni, fejn it-trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha ma jistax jingħata fl-Istat Membru li toqgħod fih il-persuna f'limitu ta' żmien li huwa medikament ġustifikabbli, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-istat attwali ta' saħħitha u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha."

2a. L-istituzzjoni kompetenti ma tistax tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) lil persuna li kellha aċċident fuq il-post tax-xogħol jew li qabditha marda kkaġunata mix-xogħol u li hija intitolata għal benefiċċji li ħa tagħmel tajjeb għalih dik l-istituzzjoni, fejn it-trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha ma jistax jingħata fl-Istat Membru li toqgħod fih il-persuna f'limitu ta' żmien li huwa medikament ġustifikabbli, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-istat attwali ta' saħħitha u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha."

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 63

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Artikolu 63 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

"Għall-fini ta' dan il-Kapitolu, l-Artikolu 7 għandu japplika biss f'każijiet previsti mill-Artikoli 64, 65 u 65a u fil-limiti preskritti fihom."

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 65 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fl-Artikolu 65, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

imħassar

Sakemm punt (b) ma jipprovdix mod ieħor, il-persuna qiegħda li hija msemmija fl-ewwel u fit-tieni sentenzi ta’ paragrafu 2 għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza bħallikieku kienet suġġetta għal dik il-leġislazzjoni matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. Dawk il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

 

(b) Meta l-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza ma tipprovdix assigurazzjoni għal persuni li jaħdmu għal rashom kontra r-riskju ta' qgħad, il-persuna qiegħda li hija msemmija fl-ewwel u t-tieni sentenza ta' paragrafu 2, li kienet assigurata kontra l-qgħad fl-Istat Membru tal-aħħar attività tagħha bħalha persuna li taħdem għal rasha , għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġislazzjoni tal-Istat Membru tal-aħħar. (c)

 

(c) Madankollu, ħaddiem, minbarra ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri, li rċieva benefiċċji bl-ispejjeż għall-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-aħħar li kien suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu, għandu malli jmur lura lejn l-Istat Membru fejn għandu r-residenza tiegħu, jibbenefika skont l-Artikolu 64, il-qlugħ ta' benefiċċji skont (a) għandhom ikunu sospiżi matul il-perjodu li fih jirċievi benefiċċji skont il-leġislazzjoni li l-aħħar kien suġġett għaliha.

 

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 65a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 65:

 

"Artikolu 65a

 

Dispożizzjonijiet speċjali għal ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom li jinsabu kompletament qiegħda fejn ma teżisti l-ebda sistema ta' benefiċċji ta' qgħad li tkopri persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ta' residenza.

 

1. B'deroga mill-Artikolu 65, persuna kompletament qiegħda li bħala ħaddiem transkonfinali reċentement kellha perjodi sħaħ ta' assigurazzjoni bħala persuna li taħdem għal rasha jew perjodi sħaħ ta' xogħol għal rasha rikonoxxuti għall-iskopijiet tal-għoti ta' benefiċċji tal-qgħad u li l-Istat Membru ta' residenza ppreżenta notifika li ma teżisti l-ebda possibilità għal kwalunkwe kategorija ta' persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu koperti minn sistema ta' benefiċċji tal-qgħad f'dak l-Istat Membru, għandha tirreġistra u tagħmel lilha nnifisha disponibbli għal servizzi ta' xogħol fl-Istat Membru li fih hi kellha l-aħħar attività ta' xogħol bħala persuna li taħdem għal rasha u taderixxi kontinwament mal-kundizzjonijiet stipulati skont il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat Membru fejn tkun applikat għall-benefiċċċji. Il-persuna kompletament qiegħda tista', bħala pass supplimentari, tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru ta' residenza.

 

2. Il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti lill-persuna qiegħda msemmija fil-paragrafu 1 mill-aħħar Stat Membru li l-persuna kienet soġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu f'konformità mal-leġislazzjoni li dak l-Istat Membru japplika.

 

3. Jekk il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 ma tixtieqx issir jew tibqa' disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-aħħar attività wara li tkun irreġistrat hemm, u tixtieq tfittex xogħol fl-Istat Membru ta' residenza, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 64 mutatis mutandis, minbarra l-Artikolu 64(1)(a). L-istituzzjoni kompetenti tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1)(c) sal-aħħar tal-perjodu tad-dritt għall-benefiċċji."

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 71 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"2. Ir-regoli tal-Kummissjoni Amministrattiva għandhom jiġu mfassla fuq ftehim reċiproku fost il-membri tagħha.

"2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha taġixxi b'maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fit-Trattati, minbarra meta tadotta r-regoli tagħha, li għandhom jiġu mfassla fuq ftehim reċiproku fost il-membri tagħha.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 71 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet l-oħra kollha, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha taġixxi b'maġġoranza kwalifikata kif definit fit-Trattati.

imħassar

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 87a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 87a

 

Disposizzjoni transizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru xx/2012.

 

1. Jekk, minħabba r-Regolament, (UE) Nru xx/2012, persuna tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru għajr dak determinat skont it-Titolu II ta' dan ir-Regolament, kif applikabbli qabel ...*, dik il-leġislazzjoni għandha tibqa' tapplika sakemm is-sitwazzjoni rilevanti ma tinbidilx u fi kwalunkwe każ għal perjodu li ma jkunx itwal minn 10 snin minn...**, sakemm il-persuna konċernata ma titlobx li tkun soġġetta għal-leġislazzjoni applikabbli taħt dan ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (UE) Nru xx/2012. Din it-talba għandha titressaq fi żmien tliet xhur minn ...*** lill-istituzzjoni indikata tal-Istat Membru ta' residenza jekk il-persuna kkonċernata se tkun soġġetta għal-leġislazzjoni determinata skont dan ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (UE) Nru xx/2012. Jekk it-talba ssir wara l-limitu taż-żmien indikat, il-bidla tal-leġislazzjoni applikabbli għandha ssir fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara.

 

2. Mhux aktar tard mit-tieni sena kalendarja sħiħa wara ...****, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 65a u tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tagħhom. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea, tista', kif xieraq, tippreżenta proposti biex temenda dawn id-dispożizzjonijiet.

 

__________________

 

* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru xx/2012.

 

**ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru xx/2012.

 

*** ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru xx/2012.

 

**** ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru xx/2012.

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – subpunt b

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(c) f’każijiet oħra, il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li ntalbet l-applikazzjoni tiegħu l-ewwel fejn il-persuna twettaq attività jew attivitajiet f’żewġ Stati Membri jew aktar.”

"(c) fil-każijiet l-oħra kollha, il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li ntalbet l-applikazzjoni tiegħu l-ewwel fejn il-persuna twettaq attività jew attivitajiet f’żewġ Stati Membri jew aktar.”

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, persuna li “normalment twettaq attività bħalha persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar”, għandha tirrefri għal persun li simultanjament, jew b’alterazzjoni, għall-istess impriża jew persuna li tħaddem jew għal bosta impriżi jew impjegaturi, teżerċita attività waħda jew aktar f’żewġ Stati Membri jew aktar, bl-eċċezzjoni ta' attivitajiet marġinali.

5. Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, persuna li “normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar”, għandha tirreferi għal persuna li simultanjament, jew b’alterazzjoni, għall-istess impriża jew persuna li tħaddem jew għal bosta impriżi jew impjegaturi, teżerċita attività waħda jew aktar f’żewġ Stati Membri jew aktar.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 14 – paragrafu 5a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fis-sitwazzjoni ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-ajru li jwettqu servizzi għall-passiġġieri jew għall-merkanzija tal-ajru l-“uffiċċju jew post tan-negozju reġistrat" kif definiti fit-Titolu II tar-Regolament bażiku għandhom ikunu l-"bażi residenzjali", kif definita f'Anness III fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili.”

Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, membru tal-ekwipaġġ tal-ajru impjegat li normalment iwettaq servizzi għal passiġġieri jew għal merkanzija tal-ajru f'żewġ Stati Membri jew aktar għandu jkun soġġett għal-leġislazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-bażi ta' residenza kif definita f'Anness III fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 ".

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 14 – paragrafu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fl-Artikolu 14 jiddaħħal il-paragrafu 5b li ġej:

 

"5b. L-attivitajiet marġinali m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-leġislazzjoni applikabbli skont l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 16 tar-Regolament ta' implimentazzjoni japplika mutatis mutandis f'dawn il-każijiet."

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 55 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Fl-Artikolu 55, paragrafu 1, l-ewwel sentenza hi sostitwita b'dan li ġej:

 

"1. "Sabiex tkun koperta mill-Artikolu 64 jew l-Artikolu 65a tar-Regolament bażiku, il-persuna qiegħda li għandha l-ħsieb li tmur fi Stat Membru ieħor għandha, qabel it-tluq tagħha, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti u titlobha dokument li jiċċertifika li hija żżomm id-dritt għall-benefiċċji suġġett taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku."

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 6

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 55 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-persuni msemmija fl-Artikolu 65(5)(b) tar-Regolament bażiku, minbarra paragrafu 1 (c) ta' dan l-Artikolu.

7. Il-paragrafi 2 sa 6 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sitwazzjoni ttrattata fl-Artikolu 65a(3) imsemmija fir-Regolament bażiku.

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 56 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7. Fl-Artikolu 56, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

"Fejn il-persuna qiegħda tiddeċiedi, taħt l-Artikolu 65(2) jew 65a(1) tar-Regolament bażiku, li tkun disponibbli wkoll għas-servizzi tal-impjieg fl-Istat Membru li mhux qed jipprovdi l-benefiċċji billi tirreġistra hemmhekk bħala persuna li qed tfittex impjieg, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni u lis-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru tal-post ta’ residenza tagħha b’dan.

 

Fuq it-talba tas-servizzi tal-impjieg tal-Istat Membru li mhux qed jipprovdi l-benefiċċji, is-servizzi tal-impjieg fl-Istat Membri li qed jipprovdi l-benefiċċji għandhom jgħaddu l-informazzjoni relevanti dwar ir-reġistrazzjoni u t-tfittxija għal impjieg mill-persuna qiegħda."

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness – punt 2 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Anness XI

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Fit-taqsima "ĠERMANJA" il-punt (2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"2. "Minkejja l-Artikolu 5(a) ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 7 tas-Sozialgesetzbuch VI (Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li hija assigurata b'mod obbligatorju fi Stat Membru ieħor jew tirċievi pensjoni skont il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor tista' tingħaqad mal-iskema ta' assigurazzjoni volontarja fil-Ġermanja."

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness – punt 2 – punt -aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Anness XI

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) Fit-taqsima "FRANZA" il-punt 1 huwa mħassar

 

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

Referenzi

COM(2010)0794 – C7-0005/2011 – 2010/0380(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

18.1.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Milan Cabrnoch

20.1.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.12.2011

25.1.2012

29.2.2012

 

Data tal-adozzjoni

1.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Malika Benarab-Attou, Kinga Göncz, Silvana Koch-Mehrin, Jan Kozłowski, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Silvia-Adriana Ţicău

Data tat-tressiq

6.3.2012