Dokument ta' sessjoni
8.3.2012
*
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa
( COM(2011)0730 – C7‑0447/2011 – 2011/0330(CNS) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: David Casa
PR_CNS_art55am
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................4
PROĊEDURA...........................................................................................................................18
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa
( COM(2011)0730 – C7‑0447/2011 – 2011/0330(CNS) )
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2011)0730 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C70447/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur ( A7-0000/2012 ),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Il-ħolqien ta' unjoni fiskali Ewropea għandu jinkludi skambju tal-informazzjoni estiż, rapidu, effiċjenti, konvenjenti u sa fejn possibbli, awtomatiku, bejn l-Istati Membri għal titjib fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. |
Ġustifikazzjoni
Kull parti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tassazzjoni għandha titqies bħala strument importanti għall-ksib simultanju tal-objettivi mikroekonomiċi u makroekonomiċi. Għalhekk huwa importanti li ssir referenza ċara, fi ħdan dan ir-regolament, għas-suq intern kif ukoll għall-unjoni fiskali Ewropea.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Il-feedback huwa mezz xieraq sabiex jiġi żgurat titjib kontinwu fil-kwalità tal-informazzjoni skambjata. Għalhekk, għandu jiddaħħal fis-seħħ qafas għall-għoti ta’ feedback. | (11) Il-feedback huwa mezz xieraq sabiex jiġi żgurat titjib kontinwu fil-kwalità tal-informazzjoni skambjata u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri burokratiċi. Għalhekk, għandu jiddaħħal fis-seħħ qafas għall-għoti ta’ feedback. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14a) Id-dejta personali pproċessata b'konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tinżamm għal aktar minn kemm meħtieġ, b'konformità mal-liġi applikabbli nazzjonali u tal-Unjoni. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(19) Għall-finijiet tal-applikazzjoni effetiva ta’ dan ir-Regolament, jista’ jkun neċessarju li jkun illimitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti mid-Direttiva 95/46/KE. speċifikatament id-drittijiet definiti fl-Artikoli 10, 11(1), 12 u 21 tagħha bil-għan li jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1) (e) ta’ dik id-Direttiva, fid-dawl tat-telf potenzjali ta’ dħul għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali tal-informazzjoni koperta minn dan ir-regolament għall-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-obligu li japplikaw tali limitazzjonijiet,sa fejn huma neċessarji u proporzjonati. | (19) Għall-finijiet tal-applikazzjoni effetiva ta’ dan ir-Regolament, jista’ jkun neċessarju li jkun illimitat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet u obbligi stabbiliti mid-Direttiva 95/46/KE. speċifikatament id-drittijiet definiti fl-Artikoli 10, 11(1), 12 u 21 tagħha bil-għan li jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1) (e) ta’ dik id-Direttiva, fid-dawl tat-telf potenzjali ta’ dħul għall-Istati Membri u l-importanza kruċjali tal-informazzjoni koperta minn dan ir-regolament għall-effettività tal-ġlieda kontra l-frodi. L-Istati Membri għandhom ikollhom l-obligu li japplikaw tali limitazzjonijiet,sa fejn huma neċessarji u proporzjonati. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi ppreservata l-evidenza f'każijiet issuspettati ta' irregolaritajiet fiskali jew frodi u biex tiġi ostakolata interferenza fil-valutazzjoni ta' konformità korretta mal-leġiżlazzjoni tas-sisa, għandu jkun possibbli, fejn meħtieġ, li jiġu ristretti l-obbligi tal-kontrollur u d-drittijiet marbutin mas-soġġett tad-dejta relatati mal-forniment tal-informazzjoni, l-aċċess għad-dejta u l-pubblikazzjoni tal-operazzjonijiet ta' pproċessar, matul l-iskambju ta' dejta personali skont dan ir-Regolament. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(20) Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 8, 16, 19, 20, 21 u 34 ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. | (20) Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u biex tingħata deskrizzjoni tal-kategoriji prinċipali tad-dejta li tista' tiġi skambjata bejn l-Istati Membri skont dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a) L-ipproċessar ta' dejta personali relatata ma' reati, kundanni penali jew miżuri ta' sigurtà għandu jitwettaq b'konformità mal-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 95/46/KE jew l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Huwa neċessarju li jiġi mmonitorjat u evalwat il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-ġbir ta’ statistika u informazzjoni oħra mill-Istati Membri u għat-tħejjija ta’ rapporti regolari mill-Kummissjoni. | (22) Huwa neċessarju li jiġi mmonitorjat u evalwat il-funzjonament ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-ġbir ta’ statistika u informazzjoni oħra mill-Istati Membri u għat-tħejjija ta’ rapporti regolari mill-Kummissjoni. Il-ġbir ta' dejta min-naħa tal-Istati Membri u r-rapporti tal-Kummissjoni għandhom jitressqu annwalment u jsiru disponibbli kemm għall-Parlament kif ukoll għall-Kunsill. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (25a) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi forum ġdid dwar il-VAT u d-dazji tas-sisa, simili għall-Forum Konġunt dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment (JTPF), li fi ħdanu l-kumpaniji jistgħu jindirizzaw kwestjonijiet relatati mal-VAT tal-kumpaniji u tilwimiet bejn l-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jinħoloq strument legali trasparenti u effiċjenti għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwimiet transkonfinali. Meta mqabbla mar-rimedji legali tas-soltu s-soluzzjoni alternattiva tat-tilwimiet tipprovdi soluzzjoni aktar mgħaġġla u kosteffikaċi għal tilwimiet bejn kumpanija u oħra jew bejn kumpaniji u l-konsumatur finali.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika. Jekk l-awtorità rikjesta tiddeċiedi li ma hemmx bżonn ta’ inkjesta amministrattiva, hija għandha minnufih tinforma lill-awtorità rikjedenti bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. | 3. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tinkludi talba motivata għal inkjesta amministrattiva speċifika. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. L-awtorità rikjesta tista’ titlob lill-awtorità rikjedenti biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità rikjedenti għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat tali rapport mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jkun jimponi ebda piż sproporzjonat fuqha. | 5. L-awtorità rikjesta tista’ titlob lill-awtorità rikjedenti biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità rikjedenti għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat tali rapport mill-aktar fis possibbli. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma jkunx prattiku, l-iskambju tal-messaġġi jista’ jitwettaq kompletament jew parzjalment b’mezzi oħrajn. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, il-messaġġ għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni tar-raġuni għala l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma kienx prattiku. | 4. Meta l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma jkunx prattiku, l-iskambju tal-messaġġi jista’ jitwettaq kompletament jew parzjalment b’mezzi oħrajn. F’każijiet eċċezzjonali bħal dawn, fejn l-awtorità rikjesta tqis li dan ikun neċessarju, il-messaġġ għandu jkun akkumpanjat minn spjegazzjoni tar-raġuni għala l-użu tad-dokument ta’ assistenza amministrattiva reċiproka ma kienx prattiku. |
Ġustifikazzjoni
Tali rekwizit se joħloq piż addizzjonali, jekk mhux għal ebda raġuni oħra minħabba l-korrispondenza involuta, diffiċli u li tieħu ż-żmien, li se ddewwem aktar ukoll l-iskambju ta' informazzjoni. Għalhekk ma jaqbilx li dan ir-rekwiżit isir obbligatorju: minflok, l-awtorità rikjesta għandha titħalla tevalwa kemm hu xieraq id-dokument fis-sitwazzjoni partikolari.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) L-awtorità rikjesta għandu jkollha obbligu li tipprovdi d-dokumenti oriġinali biss meta dawn id-dokumenti jkunu meħtieġa għall-iskop imfittex mill-awtorità rikjedenti u meta dan ma jmurx kontra d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità. | (2) L-awtorità rikjesta għandu jkollha obbligu li tipprovdi d-dokumenti oriġinali biss meta dawn id-dokumenti jkunu meħtieġa għall-iskop imfittex mill-awtorità rikjedenti u meta dan ma jmurx kontra d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Bil-għan li jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tas-sisa, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, li jwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, tas-sitwazzjoni tad-dazju tas-sisa ta’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar jew ta’ persuni oħrajn, li huma ta’ interess komuni u komplimentari, kull meta dawn il-kontrolli jidhru li huma aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss. | 1. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tas-sisa, żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu, fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju, u fejn ikun xieraq, li jwettqu kontrolli simultanji, fit-territorju tagħhom stess, tas-sitwazzjoni tad-dazju tas-sisa ta’ operatur ekonomiku wieħed jew aktar jew ta’ persuni oħrajn, li huma ta’ interess komuni u komplimentari, kull meta dawn il-kontrolli jidhru li huma aktar effettivi mill-kontrolli mwettqa minn Stat Membru wieħed biss. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Jekk jiġi konkluż il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti li tipparteċipa f’dak il-ftehim għandha taħtar rappreżentant responsabbli għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-operazzjoni ta’ kontroll simultanju. | 4. Meta jiġi konkluż il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1, kull awtorità kompetenti li tipparteċipa f’dak il-ftehim għandha taħtar rappreżentant responsabbli għas-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-operazzjoni ta’ kontroll simultanju. |
Ġustifikazzjoni
Kontrolli simultanji ma għandhomx jidhru biss bħala għażla, iżda bħala proċedura naturali permessa permezz ta' dan ir-Regolament.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-kategoriji eżatti ta’ informazzjoni li għandha tiġi skambjata skont l-Artikolu 15(1); | (a) il-kategoriji eżatti ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati skont l-Artikolu 15(1), bl-għan li titfassal lista komprensiva, li tiġi aġġornata darbtejn fis-sena biex tkun konformi mal-ħtiġijiet tal-iskambju; |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal dak il-għan, huma jistgħu jużaw is-sistema kompjuterizzata fejn is-sistema tkun kapaċi tipproċessa dik l-informazzjoni. | Għal dak il-għan, ikun xieraq li jużaw is-sistema kompjuterizzata fejn is-sistema tkun kapaċi tipproċessa dik l-informazzjoni. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-awtorità li tkun bagħtet l-informazzjoni lil xi awtorità oħra skont il-paragrafu 1 tista’ titlob lil dik l-awtorità l-oħra biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità l-oħra għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat dak ir-rapport mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jimponi ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuqha. | 2. L-awtorità li tkun bagħtet l-informazzjoni lil xi awtorità oħra skont il-paragrafu 1 tista’ titlob lil dik l-awtorità l-oħra biex tipprovdi rapport dwar l-azzjoni ta’ segwitu meħuda mill-Istat Membru rikjedenti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta. Meta l-awtorità tkun ressqet l-informazzjoni wara li tkun inkixfet irregolarità mhux tas-soltu iżda ekonomikament sinifikanti, għandha titlob għal tali rapport dwar azzjoni ta' segwitu. Jekk issir talba bħal din, l-awtorità l-oħra għandha, mingħajr ħsara għar-regoli dwar is-segretezza u l-protezzjoni tad-dejta applikabbli fl-Istat Membru tagħha, tibgħat dak ir-rapport mill-aktar fis possibbli, sakemm dan ma jimponi ebda piż amministrattiv sproporzjonat fuqha. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku jew tal-bini; | (b) l-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku jew tal-bini jew, għal destinatarji reġistrati msemmija fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 1, l-indirizz għal servizz approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' reġistrazzjoni; |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi dikjarat b'mod ċar li l-indirizz reġistrat fir-reġistru SEED għal destinatarju reġistrat se jkun l-istess bħal dak fejn jirċievi l-prodotti taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. It-talbiet ikunu jirrikjedu traduzzjoni li takkumpanjahom biss, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni. | It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. It-talbiet ikunu jirrikjedu traduzzjoni li takkumpanjahom biss, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni raġonevoli li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni. |
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jintalbu jittraduċu fil-lingwi uffiċjali kollha. Dan huwa piż amministrattiv sproporzjonat għall-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. It-talbiet ikunu jirrikjedu traduzzjoni li takkumpanjahom biss, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni. | It-talbiet għall-assistenza, inklużi t-talbiet għal notifiki, u d-dokumenti mehmuża jistgħu jsiru bi kwalunkwe lingwa miftiehma minn qabel bejn l-awtorità rikjesta u l-awtorità rikjedenti. It-talbiet ikunu jirrikjedu traduzzjoni li takkumpanjahom biss, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità rikjesta, jekk l-awtorità rikjesta tipprovdi ġustifikazzjoni li tispjega l-ħtieġa għal traduzzjoni. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tirrifjuta li tibgħat l-informazzjoni jekk l-Istat Membru rikjedenti ma jkunx jista’, għal raġunijiet legali, jipprovdi informazzjoni simili. | imħassar |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) L-għoti tal-informazzjoni jista’ jiġi rrifjutat jekk dan ikun ser iwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew meta l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni dwar operatur ekonomiku għas-sempliċi raġuni li din l-informazzjoni tinżamm minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, minn persuna nominata jew persuna li taġixxi bħala aġent jew fiduċjarju jew minħabba li tkun relatata mal-interessi ta' sjieda f’persuna legali. | (4) L-għoti tal-informazzjoni jista’ jiġi rrifjutat jekk huwa evidenti li dan ikun ser iwassal għall-iżvelar ta’ sigriet kummerċjali, industrijali jew professjonali jew ta’ proċess kummerċjali, jew meta l-iżvelar tagħha jmur kontra l-politika pubblika. L-Istati Membri ma jistgħux jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni dwar operatur ekonomiku għas-sempliċi raġuni li din l-informazzjoni tinżamm minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, minn persuna nominata jew persuna li taġixxi bħala aġent jew fiduċjarju jew minħabba li tkun relatata mal-interessi ta' sjieda f’persuna legali. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Madankollu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni għandha tippermetti l-użu tagħha għal skopijiet oħrajn fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta tippermetti li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet simili f’dak l-Istat Membru. | Madankollu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni tista' tippermetti l-użu tagħha għal skopijiet oħrajn fl-Istat Membru tal-awtorità rikjedenti, jekk il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-awtorità rikjesta tippermetti li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet simili f’dak l-Istat Membru. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-ħażniet jew l-iskambji kollha ta’ informazzjoni mill-Istati Membri msemmija f’dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. | L-ipproċessar ta' dejta personali mill-Istati Membri msemmija f’dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun impenja ruħu legalment li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa sabiex tinġabar l-evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni tas-sisa, l-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament tista’ tiġi kkomunikata lil dak il-pajjiż terz, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-istess skopijiet li għalihom ġiet ipprovduta din l-informazzjoni u skont id-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi, u l-miżuri legali nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva. | 2. Sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ikun impenja ruħu legalment li jipprovdi l-għajnuna meħtieġa sabiex tinġabar l-evidenza tan-natura irregolari tat-tranżazzjonijiet li jidhru li jmorru kontra l-leġiżlazzjoni tas-sisa, l-informazzjoni miksuba skont dan ir-Regolament tista’ tiġi kkomunikata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru lil dak il-pajjiż terz, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti li pprovdew l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-istess skopijiet li għalihom ġiet ipprovduta din l-informazzjoni u skont id-Direttiva 95/46/KE, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi, u l-miżuri legali nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tiġbor fil-qosor l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb it-tħaddim tas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament. | 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jeżaminaw u jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha regolarment tqabbel u tanalizza l-esperjenza tal-Istati Membri bil-għan li ttejjeb it-tħaddim tas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ċar u attiv fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jsir mhux b'sempliċi deskrizzjoni fil-qosor, iżda b'analiżi profonda tal-esperjenza tal-Istati Membri minn perspettiva Ewropea.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill rapport dwar il-frodi fil-qasam tad-dazji tas-sisa sal-31 ta' Diċembru 2012, flimkien ma' emendi għal dan ir-Regolament jekk ikun xieraq. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Bil-għan li jevalwaw l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fl-infurzar tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sisa u jiġġieldu l-evażjoni u l-frodi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni disponibbli barra dik l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. | Bil-għan li jevalwaw l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kooperazzjoni amministrattiva fl-infurzar tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sisa u jiġġieldu l-evażjoni u l-frodi fir-rigward tad-dazji tas-sisa, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni disponibbli barra dik l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 37
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kull ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. | Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Perjodu ta' ħames snin biex jitħejja rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jidher twil wisq, speċjalment f'fażi ta' riformi b'saħħithom, f'livell Ewropew, fil-qasam tat-tassazzjoni u l-unjoni fiskali. Għalhekk perjodu iqsar huwa propost, sabiex tiġi żgurata analiżi tal-impatt aktar effettiva u biex eventwalment tiġi adattata l-leġiżlazzjoni fejn meħtieġ,
PROĊEDURA
Titolu | Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa | |||
Referenzi | ( COM(2011)0730 – C7-0447/2011 – 2011/0330(CNS) ) | |||
Data meta ġie kkonsultat il-PE | 28.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 30.11.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni(jiet) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 30.11.2011 | IMCO 30.11.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | INTA 8.12.2011 | IMCO 24.1.2012 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | David Casa 29.11.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 24.1.2012 | 28.2.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 29.2.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 43 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Syed Kamall, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Sampo Terho, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Elena Băsescu, Philippe De Backer, Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Ashley Fox, Enrique Guerrero Salom, Thomas Händel, Danuta Jazłowiecka, Krišjānis Kariņš, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Sirpa Pietikäinen, Theodoros Skylakakis | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Godelieve Quisthoudt-Rowohl | |||
Data tat-tressiq | 5.3.2012 | |||