Dokument ta' sessjoni
30.3.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa
( COM(2011)0715 – C7‑0396/2011 – 2011/0315(COD) )
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Robert Sturdy
PR_COD_1app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa
( COM(2011)0715 – C7‑0396/2011 – 2011/0315(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0715 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0396/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7-0085/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Informazzjoni tal-isfond
Fl-1 ta’ Diċembru 1997, il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa,
min-naħa l-oħra, daħal dis-seħħ[1]. Fil-qafas ta’ dan il-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni, il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa kkonkludew nhar is-26 ta' Ottubru 2007 "Ftehim dwar il-kummerċ f'ċerti prodotti tal-azzar"[2].
Dan il-Ftehim dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim") ġie implimentat fl-UE fil-forma tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa[3]. Il-Ftehim stabbilixxa l-kwoti (limiti kwantitattivi) għall-importazzjonijiet fl-UE tal-azzar ġej mill-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim ippreskriva li jekk il-Federazzjoni Russa taċċedi għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel ma jiskadi l-Ftehim, il-Ftehim ikollu jiġi tterminat u l-kwoti jiġu aboliti.
Skont il-Kummissjoni Ewropea, ir-Russja kienet l-akbar esportatur tal-azzar lejn l-UE fl-2010 b’aktar minn 6.5 miljun tunellata, li jirrappreżentaw 24% tal-importazzjoni totali tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-azzar[4].
Raġunijiet għall-Abolizzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni li jkun abolit ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 li jimplimenta l-Ftehim fl-UE ġejja mill-Artikolu 10(4) tal-istess, li hu msemmi aktar ’il fuq. Meta wieħed iqis li l-Federazzjoni Russa saret membru tad-WTO fis-16 ta’ Diċembru 2011, l-UE ma għandhiex aktar jedd tapplika l-imsemmija kwoti ta’ importazzjoni tal-azzar u dan b’effett minn dakinhar li r-Russja daħlet fid-WTO. Li r-Regolament (KE) Nru 1342/2007 jibqa’ fid-Dritt tal-UE u b’hekk iżomm il-kwoti fuq l-importazzjonijiet fis-seħħ ikun jikkostitwixxi vjolazzjoni tar-regoli tad-WTO u jesponi lill-UE għal azzjoni legali min-naħa tar-Russja.
Konsegwenzi tal-Adeżjoni tar-Russja mad-WTO fuq ix-Xkiel li Fadal għall-Kummerċ UE-Russja fil-Prodotti tal-Azzar
Bl-adeżjoni tar-Russja mas-sistema tad-WTO ta’ kummerċ multilaterali msejjes fuq ir-regoli, l-UE tista’ tistenna li tibbenefika minn aċċess aktar liberali għas-suq Russu. Il-Kummissjoni Ewropea tistma li l-esportazzjonijiet addizzjonali se jkunu jiswew bejn wieħed u ieħor EUR 107 miljun fis-sena[5] fis-settur tal-ħadid u l-azzar. Tipprevedi wkoll li se tiżdied il-kompetittività tas-settur tal-azzar tal-UE kawża tar-riduzzjoni fl-imposti fuq l-esportazzjoni fuq l-iskrapp tal-ħadid mill-15% tal-lum għal 5% fi żmien 5 snin mid-data tal-adeżjoni u kawża tal-prezzijiet aġġustati tal-gass għall-konsumaturi industrijali fir-Russja.
Dwar ix-xkiel li jifdal għall-kummerċ bilaterali fil-prodotti tal-azzar li jistgħu għadhom japplikaw, dawn għandhom ikunu minimi u applikabbli biss fl-ambiti ċar tar-regoli tad-WTO li jirregolaw aspetti bħalma huma t-tariffi, miżuri applikabbli ta' difiża tal-kummerċ, standards tekniċi, proċeduri speċifiċi ta' dwana/ħruġ mid-dwana, eċċ. In-nuqqas ta' osservanza tar-regoli applikabbli tad-WTO minn wieħed mill-partijiet għandu mnejn ikun hemm ħtieġa li jiġi riżolt bl-użu tal-mekkaniżmu eżistenti ta' riżoluzzjoni tat-tilwim tad-WTO. Ir-Rapporteur jappoġġja s-superviżjoni u t-tneħħija bil-għaqal tax-xkiel għall-kummerċ u l-investiment li għandu mnejn fadal fuq iż-żewġ naħiet, wara l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-Rapporteur jemmen bil-qawwa li d-WTO tibqa’ l-aqwa garanti ta’ sistemi multilaterali tal-kummerċ imsejsa fuq ir-regoli u jfisser it-tama li l-membru l-ġdid tagħha – ir-Russja – u l-UE jadempjixxu mal-obbligi kollha tagħhom fid-WTO. Ir-Rapporteur jixieq ukoll jara r-relazzjoni ta’ kummerċ bejn l-UE-Russja tiżviluppa f'ottemperanza sħiħa mad-dispożizzjonijiet konġuntament miftehmin tal-ftehimiet bilaterali eżistenti. Għall-mottivi msemmijin aktar ’il fuq, ir-Rapporteur għalhekk jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu għall-abolizzjoni proposta tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007.
PROĊEDURA
Titolu | Revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa | |||
Referenzi | COM(2011)0715 – C7-0396/2011 – 2011/0315(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 9.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 17.11.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 17.11.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ITRE 22.11.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Robert Sturdy 8.12.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 25.1.2012 | 1.3.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 27.3.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 29 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | William (The Earl of) Dartmouth, Damien Abad, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Paweł Zalewski | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Josefa Andrés Barea, Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Mário David, Elisabeth Köstinger, Jörg Leichtfried, Jarosław Leszek Wałęsa | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Gabriel Mato Adrover | |||
Data tat-tressiq | 30.3.2012 | |||