<Report lg="MT" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRp-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRp-v2-0# iPlRp_v2-0.xsd"><Cover><Ref><Num-Report>A7-0085/2012</Num-Report></Ref><Date>30.3.2012</Date><Blk-Title-Cover><Sigle-Proc>***I</Sigle-Proc><Title-Type>RAPPORT</Title-Type><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(COM(2011)0715 – C7‑0396/2011 – 2011/0315(COD))</p></Doc-Ref></Blk-Title-Cover><Body type="COMMITEE" id="810"><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali</p></Body><Grp-Rap><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Rapporteur: <Rapporteur id="2037">Robert Sturdy</Rapporteur></p></Grp-Rap><Num-PE>PE 480.820v01-00</Num-PE></Cover><Legend><table border-collapse="collapse" margin-left="83.35pt" width="290.55pt" cellspacing="0"><tr><td border-left="solid #000000 0.5pt" border-right="solid #000000 0.5pt" border-top="solid #000000 0.5pt" padding="0 5.35pt 0 5.35pt" vertical-align="top" width="100%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Tifsira tas-simboli użati</span></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.5pt" border-left="solid #000000 0.5pt" border-right="solid #000000 0.5pt" padding="0 5.35pt 0 5.35pt" vertical-align="top" width="100%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt">       *     Proċedura ta’ konsultazzjoni</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt">   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt">  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt"> ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="36.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-36.85pt">  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt">(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="100%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table><table border-collapse="collapse" margin-left="83.4pt" width="290.55pt" cellspacing="0"><tr><td border-left="solid #000000 0.5pt" border-right="solid #000000 0.5pt" border-top="solid #000000 0.5pt" padding="0pt 5.4pt 0pt 5.4pt" vertical-align="top" width="100%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Emendi għal abbozz ta’ att</span></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 0.5pt" border-left="solid #000000 0.5pt" border-right="solid #000000 0.5pt" padding="0pt 5.4pt 0pt 5.4pt" vertical-align="top" width="100%" rowspan="1" colspan="1"><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt">Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa <span font-style="italic" font-weight="bold">grassa u korsiva.</span> Test<span font-style="italic"> korsiv normali</span> huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt">L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa <span font-weight="bold">grassa</span>. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: <span font-weight="bold">[...]</span>.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="100%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table></Legend><Toc><Title><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">WERREJ</span></p></Title><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">NOTA SPJEGATTIVA...............................................................................................................6</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">PROĊEDURA.............................................................................................................................7</p></Toc><Section><Title-Section><span font-weight="bold">ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW</span></Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0715" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0715">COM(2011)0715</ANCHOR> – C7‑0396/2011 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/COD-2011-0315" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/COD-2011-0315">2011/0315(COD)</ANCHOR>)</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</span></p><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Il-Parlament Ewropew,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0715" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0715">COM(2011)0715</ANCHOR>),</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0396/2011),</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (<ANCHOR href="#reds:iPlRp/A-7-2012-0085" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRp/A-7-2012-0085">A7-0085/2012</ANCHOR>),</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;</p><p margin-bottom="12pt" margin-left="17.85pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-17.85pt">3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.</p></Section><Section><Title-Section><span font-weight="bold">NOTA SPJEGATTIVA</span></Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt"><span font-weight="bold">Informazzjoni tal-isfond</span></p><p>Fl-1 ta’ Diċembru 1997, il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa,</p><p>min-naħa l-oħra, daħal dis-seħħ<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.</p></footnote>. Fil-qafas ta’ dan il-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni, il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa kkonkludew nhar is-26 ta' Ottubru 2007 "Ftehim dwar il-kummerċ f'ċerti prodotti tal-azzar"<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 300, 17.11.2007, p. 52.</p></footnote>. </p><p>Dan il-Ftehim dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim") ġie implimentat fl-UE fil-forma tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta' ċerti restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 300, 17.11.2007, p. 1.</p></footnote>.  Il-Ftehim stabbilixxa l-kwoti (limiti kwantitattivi) għall-importazzjonijiet fl-UE tal-azzar ġej mill-Federazzjoni Russa.  Barra minn hekk, l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim ippreskriva li jekk il-Federazzjoni Russa taċċedi għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel ma jiskadi l-Ftehim, il-Ftehim ikollu jiġi tterminat u l-kwoti jiġu aboliti.</p><p>Skont il-Kummissjoni Ewropea, ir-Russja kienet l-akbar esportatur tal-azzar lejn l-UE fl-2010 b’aktar minn 6.5 miljun tunellata, li jirrappreżentaw 24% tal-importazzjoni totali tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-azzar<footnote><p> http://ec.europa.eu/trade/creating-opportunities/economic-sectors/industrial-goods/steel/</p></footnote>.</p><p><span font-weight="bold">Raġunijiet għall-Abolizzjoni</span></p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Il-proposta tal-Kummissjoni li jkun abolit ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 li jimplimenta l-Ftehim fl-UE ġejja mill-Artikolu 10(4) tal-istess, li hu msemmi aktar ’il fuq. Meta wieħed iqis li l-Federazzjoni Russa saret membru tad-WTO fis-16 ta’ Diċembru 2011, l-UE ma għandhiex aktar jedd tapplika l-imsemmija kwoti ta’ importazzjoni tal-azzar u dan b’effett minn dakinhar li r-Russja daħlet fid-WTO. Li r-Regolament (KE) Nru 1342/2007 jibqa’ fid-Dritt tal-UE u b’hekk iżomm il-kwoti fuq l-importazzjonijiet fis-seħħ ikun jikkostitwixxi vjolazzjoni tar-regoli tad-WTO u jesponi lill-UE għal azzjoni legali min-naħa tar-Russja.</p><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Konsegwenzi tal-Adeżjoni tar-Russja mad-WTO fuq ix-Xkiel li Fadal għall-Kummerċ UE-Russja fil-Prodotti tal-Azzar</span></p><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Bl-adeżjoni tar-Russja mas-sistema tad-WTO ta’ kummerċ multilaterali msejjes fuq ir-regoli, l-UE tista’ tistenna li tibbenefika minn aċċess aktar liberali għas-suq Russu. Il-Kummissjoni Ewropea tistma li l-esportazzjonijiet addizzjonali se jkunu jiswew bejn wieħed u ieħor EUR 107 miljun fis-sena<footnote><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Id-dokument ta' sfond magħmul mill-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2011 għall-Kumitat tal-Politika Kummerċjali jismu “Illustrazzjoni tal-effetti pożittivi tal-adeżjoni tar-Russja mad-WTO fuq il-kummerċ tal-UE” mibgħut lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lil partijiet interessati.</p></footnote> fis-settur tal-ħadid u l-azzar. Tipprevedi wkoll li se tiżdied il-kompetittività tas-settur tal-azzar tal-UE kawża tar-riduzzjoni fl-imposti fuq l-esportazzjoni fuq l-iskrapp tal-ħadid mill-15% tal-lum għal 5% fi żmien 5 snin mid-data tal-adeżjoni u kawża tal-prezzijiet aġġustati tal-gass għall-konsumaturi industrijali fir-Russja. </p><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Dwar ix-xkiel li jifdal għall-kummerċ bilaterali fil-prodotti tal-azzar li jistgħu għadhom japplikaw, dawn għandhom ikunu minimi u applikabbli biss fl-ambiti ċar tar-regoli tad-WTO li jirregolaw aspetti bħalma huma t-tariffi, miżuri applikabbli ta' difiża tal-kummerċ, standards tekniċi, proċeduri speċifiċi ta' dwana/ħruġ mid-dwana, eċċ. In-nuqqas ta' osservanza tar-regoli applikabbli tad-WTO minn wieħed mill-partijiet għandu mnejn ikun hemm ħtieġa li jiġi riżolt bl-użu tal-mekkaniżmu eżistenti ta' riżoluzzjoni tat-tilwim tad-WTO. Ir-Rapporteur jappoġġja s-superviżjoni u t-tneħħija bil-għaqal tax-xkiel għall-kummerċ u l-investiment li għandu mnejn fadal fuq iż-żewġ naħiet, wara l-adeżjoni tar-Russja mad-WTO. </p><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Il-pożizzjoni tar-Rapporteur</span></p><p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Ir-Rapporteur jemmen bil-qawwa li d-WTO tibqa’ l-aqwa garanti ta’ sistemi multilaterali tal-kummerċ imsejsa fuq ir-regoli u jfisser it-tama li l-membru l-ġdid tagħha – ir-Russja – u l-UE jadempjixxu mal-obbligi kollha tagħhom fid-WTO. Ir-Rapporteur jixieq ukoll jara r-relazzjoni ta’ kummerċ bejn l-UE-Russja tiżviluppa f'ottemperanza sħiħa mad-dispożizzjonijiet konġuntament miftehmin tal-ftehimiet bilaterali eżistenti. Għall-mottivi msemmijin aktar ’il fuq, ir-Rapporteur għalhekk jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu għall-abolizzjoni proposta tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007.  </p></Section><Section><Title-Section><span font-weight="bold">PROĊEDURA</span></Title-Section><table border-collapse="collapse" margin-left="3.95pt" width="481.85pt" cellspacing="0"><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Titolu</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Revoka tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Referenzi</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p><ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0715" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0715">COM(2011)0715</ANCHOR> – C7-0396/2011 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/COD-2011-0315" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/COD-2011-0315">2011/0315(COD)</ANCHOR></p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Data meta ġiet ippreżentata lill-PE</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>9.11.2011</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Kumitat responsabbli</span></p><p>       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>INTA</p><p>17.11.2011</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni</span></p><p>       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>ITRE</p><p>17.11.2011</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Opinjoni(jiet) mhux mogħtija</span></p><p>       Data tad-deċiżjoni</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>ITRE</p><p>22.11.2011</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Rapporteur(s)</span></p><p>       Data tal-ħatra</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>Robert Sturdy</p><p>8.12.2011</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Eżami fil-kumitat</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>25.1.2012</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p>1.3.2012</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Data tal-adozzjoni</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>27.3.2012</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"><p> </p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Riżultat tal-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="none #000000 0pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"><p>+:</p><p>–:</p><p>0:</p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="45.89%" rowspan="1" colspan="3"><p>29</p><p>0</p><p>0</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Membri preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="solid #000000 1pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>William (The Earl of) Dartmouth, Damien Abad, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Keith Taylor, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Paweł Zalewski</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Josefa Andrés Barea, Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Mário David, Elisabeth Köstinger, Jörg Leichtfried, Jarosław Leszek Wałęsa</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>Gabriel Mato Adrover</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="solid #000000 1pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"><p><span font-weight="bold">Data tat-tressiq</span></p></td><td border-bottom="solid #000000 1pt" border-left="none #000000 0pt" border-right="solid #000000 1pt" border-top="none #000000 0pt" padding="3.95pt 3.95pt 3.95pt 3.95pt" vertical-align="top" width="61.76%" rowspan="1" colspan="4"><p>30.3.2012</p></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr><tr><td border="none" margin="0" padding="0" width="38.24%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.88%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td border="none" margin="0" padding="0" width="15.3%" rowspan="1" colspan="1"></td><td rowspan="1" colspan="1"></td></tr></table></Section></Report>