Dokument ta' sessjoni

 

A7-0089/2012

30.3.2012

RAPPORT

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew

( COM(2011)0473 – C7‑0263/2011 – 2011/2208(DEC) )

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

PR_DEC_Other

WERREJ

Paġna

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................5

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................7

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew

( COM(2011)0473 – C7‑0263/2011 – 2011/2208(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[1],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0263/2011)[2],

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet[3],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[4] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0089/2012 ),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2010;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew

( COM(2011)0473 – C7‑0263/2011 – 2011/2208(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[6],

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0263/2011)[7],

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet[8],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u partikularment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0089/2012 ),

1.  Jenfasizza li fir-rapport annwali tagħha għall-2010, il-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li "m’għandha l-ebda osservazzjoni x’tagħmel dwar l-Ombudsman Ewropew" (punt 7.31.); ifakkar, madankollu, li l-Qorti tal-Awdituri kienet talbet lill-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) li jabbozza dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ tal-persunal temporanju: kien jixtieq li kieku l-Qorti tal-Awdituri tinfurmah bir-riżultati;

2.  Jinnota li fl-2010, l-Ombudsman kellu għad-dispożizzjoni approprjazzjonijiet ta' impenn ta' total ta' 9 332 275 EUR (9 000 000 EUR fl-2009) u li r-rata ta' implimentazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet kienet ta' 89.65 %, li hu persentaġġ inferjuri għall-medja tal-istituzzjonijiet l-oħra u żewġ punti taħt ir-rata ta' implimentazzjoni tiegħu tas-sena ta' qabel (91,98 % fl-2009); jinnota madankollu li r-rata ta' implimentazzjoni varjabbli tiddependi prinċipalment fuq il-fluttwazzjoni tal-persunal u jenfasizza li l-baġit tal-Ombudsman huwa purament amministrattiv, b'79% tiegħu jintefaq fuq il-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni, 15% fuq il-bini, l-għamara, it-tagħmir u l-ispejjeż operazzjonali varji, u 6% fuq il-funzjonijiet ġenerali li taqdi l-istituzzjoni;

3.  Jitlob ippjanar finanzjarju aħjar li jiżgura implimentazzjoni tal-baġit iktar effiċjenti;

4.  Jilqa' l-fatt li l-Ombudsman iffissa indikaturi ewlenin għall-prestazzjoni fil-pjan ta' azzjoni għas-sena 2010 kif ukoll tabella ta' valutazzjoni li se tippermetti l-kejl tal-isforzi tas-servizz bis-saħħa ta' sistema ta' benchmarking; jilqa' l-progress li sar matul is-sena;

5.  Jittama madankollu li jiżdied iktar in-numru u l-persentaġġ ta' każijiet fejn id-deċiżjoni ta' ammissibbiltà tittieħed fi żmien xahar; jindika li din ir-rata bħalissa hi ta' 66%;

6.  Jittama wkoll li n-numru u l-persentaġġ ta' inkjesti magħluqa f'inqas minn sena jkompli jiżdied; jindika li din ir-rata bħalissa hi ta' 66%;

7.  Jilqa' l-fatt li kienet stabbilita proċedura ġdida għar-reklutaġġ ta' aġenti temporanji kif ukoll għall-kalkolu tad-drittijiet individwali;

8.  Jilqa' l-awditjar intern li sar mis-Servizz tal-Awditjar Intern fl-2010, li qies il-kummenti li saru fl-2009 u kkonkluda li s-sistema ta' ġestjoni u kontroll kienet effikaċi, suġġett għall-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma;

9.  Ifakkar li r-rapport annwali dwar l-attività tal-Ombudsman fl-2010 reċentement kien is-suġġett ta' rapport fuq inizjattiva proprja li l-Parlament adotta fis-27 ta' Ottubru 2001[11]; għalhekk ma jixtieqx iżid iktar kummenti;

10. Jistieden l-inklużjoni fir-rapport annwali dwar l-attività tal-Ombudsman għall-2011, jekk ikun il-każ, ta' kapitolu dwar is-segwitu għar-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza tal-Parlament u tabella komprensiva tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Ombudsman, imqassma skont il-kategorija, il-grad, il-ġeneru, il-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali u n-nazzjonalità.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Andrea Češková, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Bogusław Sonik, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

 

 

[1]          ĠU L 64, 12.3.2010.
[2]          ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[3]          ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
[4]          ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[5]          ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[6]          ĠU L 64, 12.3.2010.
[7]          ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[8]          ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
[9]          ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[10]         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[11]        Testi adottati minn din id-data, P7_TA(2011)0467