Dokument ta' sessjoni
30.3.2012
RAPPORT
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri
( COM(2011)0473 – C7-0260/2011 – 2011/2205(DEC) )
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Inés Ayala Sender
PR_DEC_Other
WERREJ
Paġna
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................5
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.............................10
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT......................................................15
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri
( COM(2011)0473 – C7-0260/2011 – 2011/2205(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[1],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0260/2011)[2],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati[3],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[4] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(1) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0091/2012 ),
1. Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri
( COM(2011)0473 – C7-0260/2011 – 2011/2205(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[6],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0260/2011)[7],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati[8],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[9] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(1) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0091/2012 ),
1. Jenfasizza li l-verifika tar-rendikonti finanzjarji tal-Qorti tal-Awdituri fl-2010 saru minn awditur estern; josserva li, fir-rapport tiegħu, l-awditur estern wasal għal din il-konklużjoni: "Fl-opinjoni tagħna, ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta' Diċembru 2010, u l-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi, u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Unjoni Ewropea."[11];
2. Josserva iżda dan huwa awditjar "klassiku" li jeżamina "(...) jekk l-operazzjonijiet finanzjarji ġewx irreġistrati u żvelati b'mod tajjeb, jekk twettqux u ġewx ġestiti b'mod legali u regolari sabiex jiżguraw l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività" (Rapport mill-Awditur Estern, punt 1, it-tielet subparagrafu); jawspika li l-awditjar futur iqis l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-objettivi;
3. Jitlob li titjieb il-kwalità tas-sommarju dwar l-għadd u t-tip ta' awditjar intern li jsir kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet formulati u s-segwitu mogħti lil dawn ir-rakkomandazzjonijiet, jitlob ukoll li dan is-sommarju jkun aktar informattiv u rilevanti;
4. Jikkonstata li fl-2010, il-Qorti tal-Awdituri kellha approprjazzjonijiet għall-impenji li ammontaw għal total ta' EUR 148 600 000 (EUR 188 000 000 fl-2009), u li r-rata ta' implimentazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet kienet 93 % (92.1 % fl-2009); jenfasizza li l-baġit tal-Qorti tal-Awdituri huwa purament amministrattiv, billi jonfoq 80 % għall-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u 20 % għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u n-nefqiet varji għall-operat amministrattiv;
5. Josserva li r-rata ta' implimentazzjoni tat-titolu 1 "Persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni" żdiedet minn 87.6 % fl-2009 għal 92.3 % fl-2011; u li fl-2010 ntuża 98 % tal-approprjazzjonijiet tat-titolu 2 "Bini, għamara, tagħmir u nefqiet varji għall-operat amministrattiv";
6. Jilqa' l-fatt li, wara li għamlet riorganizzazzjoni, il-Qorti tal-Awdituri naqqset in-nefqa annwali f'servizzi ta' sigurtà b'EUR 500 000, filwaqt li bbenefikat minn servizz aktar effettiv u minn kontroll aħjar tar-riskju;
7. Jitlob lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) iħaffef l-investigazzjonijiet relatati mal-allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet irrapportati mill-Qorti tal-Awdituri lill-OLAF fl-2010;
8. Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri diġà rrevediet il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tagħha u li l-Kodiċi issa jipprevedi li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri jiġu ppubblikati fuq l-internet;
9. Jikkonstata li l-Qorti tal-Awdituri ppubblikat fl-2010 żewġ rapporti annwali, 40 rapport annwali speċifiku (2009: 37), 14-il rapport speċjali (2009: 18) u sitt opinjonijiet (2009: 1); jissuġġerixxi bil-qawwa li l-Qorti tal-Awdituri tevalwa l-effetti u l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha li jidhru fir-rapporti speċjali fi żmien raġonevoli u tinforma lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju bil-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni;
10. Iqis li l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' kunflitti ta' interess huma ta' rilevanza kbira għall-użu effiċjenti u korrett tar-riżorsi kif ukoll għall-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jistenna, għaldaqstant, lill-Qorti tal-Awdituri tlesti u tippubblika r-Rapport Speċjali dwar l-immaniġġjar tal-kunflitti ta' interess fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, fl-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u fl-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, sal-aħħar ta' Ġunju 2012, kif kien ippjanat;
11. Jifraħ bil-kooperazzjoni professjonali u ġentili bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jilqa' pożittivament f'dan ir-rigward l-azzjonijiet imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri biex itejbu r-rwol tagħha fuq talba tal-Parlament, bil-għan li tħalli impatt akbar u profonda b'tali mod li dawn l-opinjonijiet u r-rapporti jkunu aktar effikaċi u utli u s-sistemi u l-proċeduri tagħhom ikunu aktar affidabbli u b'hekk jissaħħu s-sinerġiji bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;
12. Ifaħħar il-kooperazzjoni tajba bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fir-rigward tal-kwittanza għall-Impriżi Konġunti għall-2010; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tagħti lill-awtorità ta' kwittanza rapport speċjali dwar l-effettività tal-ħolqien tal-Impriżi Konġunti u dwar il-valur miżjud li huma taw għall-eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni;
13. Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri kienet adottat strateġija ta' awditjar għall-perjodu 2009/2012 li ddefiniet l-objettivi li ġejjin: (1) biex nilħqu l-massimu tal-impatt ġenerali mill-verifiki u (2) biex inżidu l-effiċjenza permezz tal-aqwa użu tar-riżorsi; jikkonstata b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri wettqet il-prijoritajiet li ġejjin fl-2010[12]:
– l-ilħuq tal-mira li jitwasslu bejn 12 u 15-il rapport tal-verifika tal-prestazzjoni kull sena,
– l-iżvilupp ta' prodotti ġodda – dokument dwar riskji u sfidi għall-Kummissjoni l-ġdida (l-Opinjoni Nru 1/2010) u sistema ġdida stabbilita biex tirrapporta mill-2012 'il quddiem, dwar is-segwitu mogħti għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti,
– ir-reviżjoni tar-regoli interni tal-Qorti sabiex jiġi ssemplifikat it-teħid ta' deċiżjonijiet, bl-introduzzjoni ta' Awli, u sabiex tissaħħaħ it-tmexxija,
– il-produzzjoni ta' sett sħiħ ta' indikaturi tal-prestazzjoni,
– l-iżvilupp aktar tal-approċċ użat għall-verifika annwali tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE (id-DAS) abbażi tar-rakkomandazzjonijiet ta' 'grupp ta' riflessjoni' intern sostnut minn esperti esterni,
– l-allokazzjoni mill-ġdid ta' għadd ta' karigi mis-servizzi ta' sostenn, lejn il-verifika;
14. Jifraħ bil-fatt li l-għadd ta' karigi ddedikati lill-kompiti tal-awditjar żdied b'6 %[13];
15. Josserva li fl-2010 l-Qorti tal-Awdituri kellha għadd ta' persunal li kien jammonta għal 889 uffiċjal, 48 aġent fuq kuntratt u 17-il espert nazzjonali ssekondat; 557 uffiċjal kienu f'awli tal-verifika, li minnhom 123 f'uffiċċji privati tal-Membri; jawspika li r-rapport annwali ta' attività fil-ġejjieni jipprovdi tabella eżawrjenti tat-total tar-riżorsi umani għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, imqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess, il-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali u ċ-ċittadinanza;
16. Iqis li, bil-għan tal-ottimizzazzjoni aħjar tal-attività tal-Qorti tal-Awdituri, għadd aktar sostanzjali ta' uffiċjali tal-Qorti għandhom ikunu speċjalizzati f'inkarigi ta' awditjar u jkunu jwettqu esklussivament dawn l-inkarigi; jistenna li fil-ġejjieni jara żieda fil-proporzjon ta' uffiċjali inkarigati minn dawn il-kompiti;
17. Josserva wkoll li l-Qorti tal-Awdituri għamlet total ta' 376 missjoni, li minnhom 351 fl-Istati Membri u 25 għand benefiċjarji oħrajn (Franza: 52, Ġermanja: 38, Renju Unit: 32, Italja: 30, Spanja: 26, Pajjiżi Baxxi: 23, Svezja: 15, Portugall: 14, Greċja: 13, Danimarka: 12; Lussemburgu: 11, Ungerija: 10, Polonja: 10);
18. Jitlob li l-Qorti tal-Awdituri tinkorpora fil-programmi ta' ħidma futuri tagħha, segwitu sistematiku ta' awditi speċifiċi preċedenti, wara li jkun għadda żmien suffiċjenti, sabiex tevalwa l-progress;
19. Huwa sodisfatt li l-Qorti tal-Awdituri tkejjel l-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi billi tapplika l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni; jieħu nota tal-progress kostanti; jawspika madankollu li l-Qorti tal-Awdituri tkompli żżid il-preżentazzjoni tas-sejbiet preliminari maħruġa fil-ħin (b'hekk tkun tista' tikkonferma l-preċiżjoni fattwali tas-sejbiet prinċipali ma' min qiegħed jiġi vverifikat)[14];
20. Josserva li l-abbozz tar-regolament finanzjarju tal-futur jipprevedi li l-aġenziji jkunu jistgħu jaħtru, wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, awditur estern indipendenti, li jivverifika jekk l-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenzija tikkorrispondix mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju; jikkonstata li l-Qorti tal-Awdituri mbagħad tkun tikkunsidra r-rapport tal-awditur estern hija u tfassal l-opinjoni tagħha; josserva li l-Qorti tal-Awdituri nediet, fl-2011, proġett pilota mal-Eurofound (Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol); iqis li jkun aktar xieraq fil-futur li jiġi evitat in-nuqqas ta' ftehim tat-tip li seħħ fir-rigward tar-rapport attwali ta' kwittanza dwar l-aġenziji, li ġara minħabba d-diskrepanzi bejn dak li kien imbassar mill-uffiċjal rilevanti tal-Qorti tal-Awdituri fil-bidu tas-sena finanzjarja, u r-riżultat finali li ġie ppreżentat lill-Parlament;
21. Isegwi b'interess il-proġett pilota u l-eżitu tiegħu; jirrikonoxxi l-benefiċċji li din il-proċedura il-ġdida tista' tagħti billi tissemplifika l-ammont ta' xogħol tal-Qorti tal-Awdituri; iqis, madankollu, li r-riżultati għandhom primarjament ikunu evalwati f'termini ta' kwalità mqabbla ma' indikaturi ta' żmien u nefqa;
22. Jinkoraġġixxi l-Qorti tal-Awdituri tipproċedi b'analiżi bir-reqqa tas-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll għall-Kunsill qabel l-aħħar tal-2012, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament tal-2009[15] (paragrafu 8);
23. Jistenna b'interess l-analiżi ta' segwitu mill-pari li l-Qorti tal-Awdituri biħsiebha tniedi fl-2012; jikkonferma l-intenzjoni tiegħu li jelabora rapport ta' inizjattiva dwar it-titjib li jaf jiġi propost lill-Qorti tal-Awdituri; jixtieq ikun mgħarraf dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-aħħar analiżi bejn il-pari;
24. Jikkonferma wkoll l-intenzjoni tiegħu li jipproponi r-reviżjoni tar-regoli għall-ħatra tal-kandidati għall-Qorti tal-Awdituri, b'tali mod li jitjiebu l-kundizzjonijiet rikjesti minn adattament aħjar tal-Qorti għall-isfidi tal-lum u ta' għada.
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri
( COM(2011)0473 – C7-0260/2011 – 2011/2205(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[16],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0260/2011)[17],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati[18],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[19] dwar l-affidabilità tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra tal-Artikolu 314(1) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[20], u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0000/2012 ),
1. Jenfasizza li l-verifika tar-rendikonti finanzjarji tal-Qorti tal-Awdituri fl-2010 saru minn awditur estern; josserva li, fir-rapport tiegħu, l-awditur estern wasal għal din il-konklużjoni: "Fl-opinjoni tagħna, ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta' Diċembru 2010, u l-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi, u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Unjoni Ewropea."[21];
2. Josserva iżda dan huwa awditjar "klassiku" li jeżamina "(...) jekk l-operazzjonijiet finanzjarji ġewx irreġistrati u żvelati b'mod tajjeb, jekk twettqux u ġewx ġestiti b'mod legali u regolari sabiex jiżguraw l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività" (Rapport mill-Awditur Estern, punt 1, it-tielet subparagrafu); jawspika li l-awditjar futur iqis l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-objettivi;
3. Jitlob li titjieb il-kwalità tas-sommarju dwar l-għadd u t-tip ta' awditjar intern li jsir kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet formulati u s-segwitu mogħti lil dawn ir-rakkomandazzjonijiet, jitlob ukoll li dan is-sommarju jkun aktar informattiv u rilevanti;
4. Jikkonstata li fl-2010, il-Qorti tal-Awdituri kellha approprjazzjonijiet għall-impenji li ammontaw għal total ta' EUR 148 600 000 (EUR 188 000 000 fl-2009), u li r-rata ta' implimentazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet kienet 93 % (92.1 % fl-2009); jenfasizza li l-baġit tal-Qorti tal-Awdituri huwa purament amministrattiv, billi jonfoq 80 % għall-persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u 20 % għall-bini, l-għamara, it-tagħmir u n-nefqiet varji għall-operat amministrattiv;
5. Josserva li r-rata ta' implimentazzjoni tat-titolu 1 "Persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni" żdiedet minn 87.6 % fl-2009 għal 92.3 % fl-2011; u li fl-2010 ntuża 98 % tal-approprjazzjonijiet tat-titolu 2 "Bini, għamara, tagħmir u nefqiet varji għall-operat amministrattiv";
6. Jilqa' l-fatt li, wara li għamlet riorganizzazzjoni, il-Qorti tal-Awdituri naqqset in-nefqa annwali f'servizzi ta' sigurtà b'EUR 500 000, filwaqt li bbenefikat minn servizz aktar effettiv u minn kontroll aħjar tar-riskju;
7. Jitlob lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) iħaffef l-investigazzjonijiet relatati mal-allegazzjonijiet ta' irregolaritajiet irrapportati mill-Qorti tal-Awdituri lill-OLAF fl-2010;
8. Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri diġà rrevediet il-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tagħha u li l-Kodiċi issa jipprevedi li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji tal-Membri jiġu ppubblikati fuq l-internet;
9. Jikkonstata li l-Qorti tal-Awdituri ppubblikat fl-2010 żewġ rapporti annwali, 40 rapport annwali speċifiku (2009: 37), 14-il rapport speċjali (2009: 18) u sitt opinjonijiet (2009: 1); jissuġġerixxi bil-qawwa li l-Qorti tal-Awdituri tevalwa l-effetti u l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha li jidhru fir-rapporti speċjali fi żmien raġonevoli u tinforma lill-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju bil-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni;
10. Iqis li l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta' kunflitti ta' interess huma ta' rilevanza kbira għall-użu effiċjenti u korrett tar-riżorsi kif ukoll għall-fiduċja tal-pubbliku fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jistenna, għaldaqstant, lill-Qorti tal-Awdituri tlesti u tippubblika r-Rapport Speċjali dwar l-immaniġġjar tal-kunflitti ta' interess fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, fl-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u fl-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, sal-aħħar ta' Ġunju 2012, kif kien ippjanat;
11. Jifraħ bil-kooperazzjoni professjonali u ġentili bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit; jilqa' pożittivament f'dan ir-rigward l-azzjonijiet imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri biex itejbu r-rwol tagħha fuq talba tal-Parlament, bil-għan li tħalli impatt akbar u profonda b'tali mod li dawn l-opinjonijiet u r-rapporti jkunu aktar effikaċi u utli u s-sistemi u l-proċeduri tagħhom ikunu aktar affidabbli u b'hekk jissaħħu s-sinerġiji bejn iż-żewġ istituzzjonijiet;
12. Ifaħħar il-kooperazzjoni tajba bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju fir-rigward tal-kwittanza għall-Impriżi Konġunti għall-2010; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tagħti lill-awtorità ta' kwittanza rapport speċjali dwar l-effettività tal-ħolqien tal-Impriżi Konġunti u dwar il-valur miżjud li huma taw għall-eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni;
13. Ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri kienet adottat strateġija ta' awditjar għall-perjodu 2009/2012 li ddefiniet l-objettivi li ġejjin: (1) biex nilħqu l-massimu tal-impatt ġenerali mill-verifiki u (2) biex inżidu l-effiċjenza permezz tal-aqwa użu tar-riżorsi; jikkonstata b'sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri wettqet il-prijoritajiet li ġejjin fl-2010[22]:
– l-ilħuq tal-mira li jitwasslu bejn 12 u 15-il rapport tal-verifika tal-prestazzjoni kull sena,
– l-iżvilupp ta' prodotti ġodda – dokument dwar riskji u sfidi għall-Kummissjoni l-ġdida (l-Opinjoni Nru 1/2010) u sistema ġdida stabbilita biex tirrapporta mill-2012 'il quddiem, dwar is-segwitu mogħti għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti,
– ir-reviżjoni tar-regoli interni tal-Qorti sabiex jiġi ssemplifikat it-teħid ta' deċiżjonijiet, bl-introduzzjoni ta' Awli, u sabiex tissaħħaħ it-tmexxija,
– il-produzzjoni ta' sett sħiħ ta' indikaturi tal-prestazzjoni,
– l-iżvilupp aktar tal-approċċ użat għall-verifika annwali tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE (id-DAS) abbażi tar-rakkomandazzjonijiet ta' 'grupp ta' riflessjoni' intern sostnut minn esperti esterni,
– l-allokazzjoni mill-ġdid ta' għadd ta' karigi mis-servizzi ta' sostenn, lejn il-verifika;
14. Jifraħ bil-fatt li l-għadd ta' karigi ddedikati lill-kompiti tal-awditjar żdied b'6 %[23];
15. Josserva li fl-2010 l-Qorti tal-Awdituri kellha għadd ta' persunal li kien jammonta għal 889 uffiċjal, 48 aġent fuq kuntratt u 17-il espert nazzjonali ssekondat; 557 uffiċjal kienu f'awli tal-verifika, li minnhom 123 f'uffiċċji privati tal-Membri; jawspika li r-rapport annwali ta' attività fil-ġejjieni jipprovdi tabella eżawrjenti tat-total tar-riżorsi umani għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, imqassma skont il-kategorija, il-grad, is-sess, il-parteċipazzjoni fit-taħriġ professjonali u ċ-ċittadinanza;
16. Iqis li, bil-għan tal-ottimizzazzjoni aħjar tal-attività tal-Qorti tal-Awdituri, għadd aktar sostanzjali ta' uffiċjali tal-Qorti għandhom ikunu speċjalizzati f'inkarigi ta' awditjar u jkunu jwettqu esklussivament dawn l-inkarigi; jistenna li fil-ġejjieni jara żieda fil-proporzjon ta' uffiċjali inkarigati minn dawn il-kompiti;
17. Josserva wkoll li l-Qorti tal-Awdituri għamlet total ta' 376 missjoni, li minnhom 351 fl-Istati Membri u 25 għand benefiċjarji oħrajn (Franza: 52, Ġermanja: 38, Renju Unit: 32, Italja: 30, Spanja: 26, Pajjiżi Baxxi: 23, Svezja: 15, Portugall: 14, Greċja: 13, Danimarka: 12; Lussemburgu: 11, Ungerija: 10, Polonja: 10);
18. Jitlob li l-Qorti tal-Awdituri tinkorpora fil-programmi ta' ħidma futuri tagħha, segwitu sistematiku ta' awditi speċifiċi preċedenti, wara li jkun għadda żmien suffiċjenti, sabiex tevalwa l-progress;
19. Huwa sodisfatt li l-Qorti tal-Awdituri tkejjel l-użu effiċjenti u effikaċi tar-riżorsi billi tapplika l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni; jieħu nota tal-progress kostanti; jawspika madankollu li l-Qorti tal-Awdituri tkompli żżid il-preżentazzjoni tas-sejbiet preliminari maħruġa fil-ħin (b'hekk tkun tista' tikkonferma l-preċiżjoni fattwali tas-sejbiet prinċipali ma' min qiegħed jiġi vverifikat)[24];
20. Josserva li l-abbozz tar-regolament finanzjarju tal-futur jipprevedi li l-aġenziji jkunu jistgħu jaħtru, wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, awditur estern indipendenti, li jivverifika jekk l-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenzija tikkorrispondix mad-dispożizzjonijiet tar-regolament finanzjarju; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri mbagħad tkun tikkunsidra r-rapport tal-awditur estern hija u tfassal l-opinjoni tagħha; josserva li l-Qorti tal-Awdituri nediet, fl-2011, proġett pilota mal-Eurofound (Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol); iqis li jkun aktar xieraq fil-futur li jiġi evitat in-nuqqas ta' ftehim tat-tip li seħħ fir-rigward tar-rapport attwali ta' kwittanza dwar l-aġenziji, li ġara minħabba d-diskrepanzi bejn dak li kien imbassar mill-uffiċjal relevanti tal-Qorti tal-Awdituri fil-bidu tas-sena finanzjarja, u r-riżultat finali li ġie ppreżentat lill-Parlament;
21. Isegwi b'interess il-proġett pilota u l-eżitu tiegħu; jirrikonoxxi l-benefiċċji li din il-proċedura ġdida tista' tagħti billi tissemplifika l-ammont ta' xogħol tal-Qorti tal-Awdituri; iqis, madankollu, li r-riżultati għandhom primarjament ikunu evalwati f'termini ta' kwalità mqabbla ma' indikaturi ta' żmien u nefqa;
22. Jinkoraġġixxi l-Qorti tal-Awdituri tipproċedi b'analiżi bir-reqqa tas-sistemi ta' sorveljanza u ta' kontroll għall-Kunsill qabel l-aħħar tal-2012, kif imsemmi fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-Parlament tal-2009[25] (paragrafu 8);
23. Jistenna b'interess l-analiżi ta' segwitu mill-pari li l-Qorti tal-Awdituri biħsiebha tniedi fl-2012; jikkonferma l-intenzjoni tiegħu li jelabora rapport ta' inizjattiva dwar it-titjib li jaf jiġi propost lill-Qorti tal-Awdituri; jixtieq ikun mgħarraf dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-aħħar analiżi bejn il-pari;
24. Jikkonferma wkoll l-intenzjoni tiegħu li jipproponi r-reviżjoni tar-regoli għall-ħatra tal-kandidati għall-Qorti tal-Awdituri, b'tali mod li jitjiebu l-kundizzjonijiet rikjesti minn adattament aħjar tal-Qorti għall-isfidi tal-lum u ta' għada.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 27.3.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 20 1 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Andrea Češková, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan | |||