Dokument ta' sessjoni

 

A7-0098/2012

28.3.2012

RAPPORT

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

 

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Christofer Fjellner

PR_DEC_Com

WERREJ

Paġna

1.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Kummissjoni  

 

2.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għas-sena finanzjarja 2010  

 

3.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2010  

 

4.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2010  

 

5.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010  

 

6.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010  

 

7.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2010  

 

8.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Kummissjoni  

 

9.  MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi  22

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN                                           74

OPINJONI Kumitat għall-Iżvilupp                                                                             77

OPINJONI Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali                                      80

OPINJONI Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali                                83

OPINJONI Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel        86

OPINJONI Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur          90

OPINJONI Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu                                                   94

OPINJONI Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali                                                       98

OPINJONI Kumitat għas-Sajd                                                                                     101

OPINJONI Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni                                       104

OPINJONI Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern         107

OPINJONI Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi    109

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT                                                     111

 

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

 

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Kummissjoni

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[1],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[2],

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2011 bl-isem "Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2010" ( COM(2011)0323 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[3], u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[4] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (06081/1/2012 – C7‑0053/2012),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi u għandha tagħmel dan skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

1.      Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2010[6];

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

1.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għas-sena finanzjarja 2010

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[7],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[8],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għas-sena finanzjarja 2010,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[9],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[10] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 – C7‑0052/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tingħata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[11], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[13], u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE tal-14 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali għat-tmexxija tal-azzjoni komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżwal u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[14],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi u għandha tagħmel dan skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawk id-deċiżjonijiet lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Edukattiva, Awdjoviżiva u Kulturali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2010

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[15],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[16],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2010,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[17],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[18] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 – C7‑0052/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tingħata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[19], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[20], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[21], u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġa l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[22],

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE tal-31 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE sabiex tittrasforma l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti f’Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni[23],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi u għandha tagħmel dan skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawk id-deċiżjonijiet lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2010

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[24],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[25],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2010,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija[26],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[27] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 – C7‑0052/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tingħata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[28], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[29], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[30], u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal- 15 ta' Dicembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill[31],

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE tal-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE sabiex tittrasforma L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika fl-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi[32],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi u għandha tagħmel dan skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawk id-deċiżjonijiet lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

4.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[33],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[34],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[35],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[36] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 – C7‑0052/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tingħata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[37], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[38], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[39], u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju Ideat fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[40],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi u għandha tagħmel dan skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawk id-deċiżjonijiet lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

5.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[41],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[42],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[43],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[44] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 – C7‑0052/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tingħata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[45], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[46], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[47], u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-ġestjoni ta’ ċerti oqsma tal-programmi Komunitarji speċifiċi Nies, Kapaċitajiet u Kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[48],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi u għandha tagħmel dan skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea f'kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawk id-deċiżjonijiet lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

6.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2010

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[49],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[50],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2010,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[51],

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[52] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 – C7‑0052/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tingħata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[53], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[54], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[55], u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[56],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b'konsiderazzjoni tal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawk id-deċiżjonijiet lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

7.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Kummissjoni

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[57],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[58],

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2011 bl-isem "Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2010" ( COM(2011)0323 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[59], u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[60] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (06081/1/2012 – C7‑0053/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tingħata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 – C7‑0052/2012),

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[61], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[62], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tippreżenta l-kontijiet li jirrelataw għall-implimentazzjoni tal-baġit u tistabbilixxi dikjarazzjoni finanzjarja tal-assi u djun tal-Unjoni,

1.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi, u fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2012 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza tal-Kummissjoni għall-2010[63];

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

8.  MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

( COM(2011)0473 – C7‑0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[64],

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 ( COM(2011)0473 – C7-0256/2011)[65],

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2009 ( COM(2011)0736 ), u għad-dokumenti ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ppubblikati ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1350 u SEC(2011)1351 ),

–       wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2011 bl-isem "Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2010" ( COM(2011)0323 ),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2010 ( COM(2011)0643 ), u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li ġie ppubblikat ma' dak ir-rapport ( SEC(2011)1189 ),

–       wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[66] (ir-Rapport Annwali), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[67] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom provduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (06081/1/2012 – C7‑0053/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tiġi approvata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (06084/2012 – C7‑0052/2012), u jinnota li r-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għall-ewwel darba rrifjutaw li jirrakkomandaw li tiġi approvata l-kwittanza,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[68], u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145 u 146 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità[69], u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati ( A7-0098/2012 ),

A.     billi l-Ewropa qed taffaċċja kriżi baġitarja u finanzjarja serja li tista' twassal għal kriżi ta' fiduċja fl-Unjoni u billi huwa importanti immens li l-Unjoni tagħti eżempju mill-aħjar fil-qasam tal-ġestjoni pubblika tajba, permezz tal-Kummissjoni, li timplimenta l-baġit tal-Unjoni; billi ġestjoni pubblika tajba hija neċessarja sabiex l-Unjoni żżomm il-klassifikazzjoni AAA tagħha, li hija importanti, b'mod partikolari biex iżżomm mal-impenn tagħha li tipprovdi EUR 60 000 000 000 f'garanziji għall-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja;

B.     billi l-2010 kienet l-ewwel sena finanzjarja kompletament koperta mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona, bi proċeduri baġitarji ġodda u l-istabbiliment tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), kif ukoll il-Presidenza tal-Kunsill Ewropew apparti l-Presidenza b'rotazzjoni tal-Kunsill; billi kienet ukoll l-ewwel sena tal-istrateġija l-ġdida Ewropa 2020;

C.     billi l-governanza tajba timplika li l-għanijiet politiċi jiġu stabbiliti qabel ma jgħaddu strumenti legali biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, u billi l-istrumenti legali eżistenti li ma jkunux għalkollox f'armonija mal-għanijiet politiċi għandhom jiġu mmodifikati,

D.     billi għandu jkun hemm arranġamenti adegwati għat-trasparenza, ir-rendikont pubbliku u l-awditjar pubbliku meta jkunu involuti fondi pubbliċi, billi għas-sbatax-il sena konsekuttiva l-Qorti tal-Awdituri ma kinitx f'pożizzjoni li tagħti dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni pożittiva rigward il-baġit tal-Unjoni,

E.     billi l-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, tat-TFUE jirrikjedi li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni li biha tiċċertifika l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom u jipprovdi wkoll li din id-dikjarazzjoni tista' tiġi kompletata b'valutazzjonijiet speċifiċi għal kull qasam maġġuri tal-attività tal-Unjoni,

F.     billi iktar minn 90 % tal-iżbalji kollha jinstabu barra l-Kummissjoni fil-livell tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u fil-livell tal-benefiċjarji finali (Rapport Annwali, punt 1.22),

G.     billi fil-maġġoranza tal-każijiet fejn instabu żbalji fil-qasam tal-Koeżjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kellhom biżżejjed informazzjoni biex setgħu identifikaw u sewwew l-iżbalji qabel ma ċċertifikaw l-infiq lill-Kummissjoni (Rapport Annwali, punt 4.25),

H.     billi huwa neċessarju li ssir distinzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali li stabbilixxew sistemi ta' superviżjoni u kontroll li jiffunzjonaw sew u awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għal sistemi li huma biss parzjalment effikaċi biex jiġu evitati piżijiet addizzjonali għall-Istati Membri kollha,

I.      billi n-nuqqas ta' interess serju mill-Istati Membri fil-proċedura ta' kwittanza jista' jkun dovut għall-isforzi insuffiċjenti tal-Kummissjoni fl-identifikazzjoni b'mod pubbliku, mhux ekwivoku u sostanzjat ta' liema Stati Membri, reġjuni u programmi mhux qed jagħtu riżultati tajbin fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni,

J.      billi dikjarazzjonijiet nazzjonali obbligatorji ta' ġestjoni maħruġa u ffirmati fil-livell ministerjali u awditjati kif xieraq minn awditur indipendenti huma mezz neċessarju biex jiġi miġġieled in-nuqqas ta' responsabbiltà ta' xi awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-użu u l-ġestjoni tal-flus tal-Unjoni,

K.     billi ż-żieda fl-użu tal-prefinanzjament mill-Kummissjoni għandha implikazzjonijiet għall-approċċ tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri u billi l-Qorti tal-Awdituri tista' tadatta l-metodoloġija tagħha għaċ-ċirkostanzi l-ġodda biex tiżgura l-utilità tal-informazzjoni li l-Qorti tal-Awdituri tagħti lill-awtorità ta' kwittanza,

L.     billi l-Unjoni aktar minn qatt qabel teħtieġ awditur estern b'saħħtu, indipendenti u effiċjenti,

M.    billi l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi u kumplessi għandu jiġi kontrobilanċjat bi trasparenza sħiħa, inkluża l-pubblikazzjoni ta' data komprensiva tal-benefiċjarji finali kollha, u regoli ċari dwar ir-rappurtar biex jiġi evitat kwalunkwe riskju għall-baġit u għar-reputazzjoni tal-Unjoni,

N.     billi l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-approprjazzjonijiet jintużaw b'konformità mal-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba,

O.     billi stati indipendenti - mhux reġjuni - huma membri tal-Unjoni, u billi l-Istati Membri, anke jekk l-istruttura tagħhom tkun federali, jerfgħu r-responsabbiltà fil-konfront tad-dinja esterna u tal-Unjoni,

P.     billi kemm il-kwistjonijiet tal-konformità kif ukoll dawk tal-prestazzjoni għandhom jiġu indirizzati aħjar biex tissaħħaħ il-leġittimità tal-Unjoni,

Q.     billi l-iżvilupp kontinwu tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri tul is-snin kienet strumentali fl-identifikazzjoni ta' oqsma fejn il-ġestjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni jeħtieġ li tittejjeb,

R.     billi l-Qorti tal-Awdituri reġgħet ma kinitx f'pożizzjoni li tagħti Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni pożittiva fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tal-ħlasijiet, ħaġa li ta' min jikkundannaha;

Azzjonijiet prijoritarji għall-Kummissjoni

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Pjan ta' Azzjoni biex jintlaħqu l-azzjonijiet prijoritarji li ġejjin:

–      jingħalaq il-monitoraġġ tal-użu tal-Istrumenti ta' Inġinerija Finanzjarja (FEI), kif deskritt fil-punt 21 ta' din ir-riżoluzzjoni;

–      tittejjeb u tissaħħaħ l-affidabbiltà tal-katina tal-kontabbiltà, kif deskritt fil-punt 36 ta' din ir-riżoluzzjoni;

–      tiġi kkunsidrata mill-ġdid iż-żieda fl-użu tal-prefinanzjament, kif deskritt fil-punt 55 ta' din ir-riżoluzzjoni;

–      jinħoloq mekkaniżmu effikaċi ta' sanzjonijiet fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni, kif deskritt fil-punt 122 ta' din ir-riżoluzzjoni;

Id-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri

Il-kontijiet – opinjoni mingħajr riżervi

2.      Jinnota li l-kontijiet annwali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2010 jippreżentaw b'mod ġust fl-aspetti materjali kollha l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2010, u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flus kontanti tagħha għas-sena li ngħalqet dakinhar;

3.      Jinnota l-enfasi mqiegħda fuq il-bidla fil-politika tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja (FEI), ħaġa li turi li r-riskji tad-dikjarazzjonijiet ħżiena materjali għadhom jeżistu, minkejja li l-kontijiet ingħataw opinjoni mhux modifikata mill-2007 'l hawn; jistieden lill-Kummissjoni terġa’ teżamina annwalment jekk it-trattament il-ġdid adottat jirriflettix b'mod ġust ir-realtà sottostanti;

Il-legalità u r-regolarità tad-dħul – opinjoni mingħajr riżervi

4.      Jinnota b'sodisfazzjon li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huwa legali u regolari;

Il-legalità u r-regolarità tal-impenji – opinjoni mingħajr riżervi

5.      Jinnota b'sodisfazzjon li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, fl-aspetti materjali kollha huma legali u regolari;

Il-legalità u r-regolarità tal-ħlasijiet – opinjoni mingħajr riżervi

6.      Jiddispjaċih ħafna li l-ħlasijiet għadhom affettwati b'mod materjali minn żbalji;

7.      Jifhem li l-bażi tal-opinjoni negattiva tal-Qorti tal-Awdituri hija l-osservazzjoni li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll huma biss parzjalment effikaċi u – konsegwenza ta' dan – il-ħlasijiet huma affettwati b'rata ta' żbalji li hija stmata li x'aktarx hi 3,7 %;

8.      Ifakkar li l-aktar rata probabbli ta' żbalji għall-ħlasijiet fis-sena finanzjarja 2009 kienet stmata li kienet 3,3 %;

9.      Huwa mħasseb dwar din iż-żieda peress li treġġa' lura x-xejra pożittiva osservata f'dawn l-aħħar ftit snin; jistieden lill-Kummissjoni tikseb tendenzi li juru tnaqqis konsistenti fir-rata ta' żbalji kif mitlub fir-rapporti ta' kwittanza preċedenti;

10.    Jattribwixxi dan l-iżvilupp primarjament liż-żieda tar-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli fil-qasam tal-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport, li kellu żieda sinifikanti għal 7,7 %;

Kwistjonijiet orizzontali

Strumenti ta' Inġinerija Finanzjarja (FEIs)

11.    Ifakkar li l-Kummissjoni qed tippromwovi żieda fl-użu ta' FEIs fil-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss[70] minkejja l-fatt li l-Kummissjoni stess tikkunsidra l-FEIs huma strumenti ta' riskju għoli[71]; jifhem li l-FEIs jikkumplementaw aktar milli jieħdu post il-finanzjamenti eżistenti u għandhom il-benefiċċju potenzjali li jistgħu jintużaw aktar minn darba;

12.    Huwa mħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FEIs attwali li jidher li jolqot l-oqsma tal-politika kollha (Rapport Annwali, punti 1.31 u 1.33);

13.    Jiddeplora n-nuqqas ta' rekwiżiti ta' rapportar formali u jagħraf l-isforzi tal-Kummissjoni biex tirċievi informazzjoni dwar l-użu attwali tal-FEIs mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); jilqa' r-rapport ta' sinteżi tal-informazzjoni li nġabret mill-Kummissjoni dwar "Strumenti ta' Inġinerija Finanzjarja Implimentati mill-Istati Membri b'Kontribuzzjonijiet tal-FEŻR - is-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembri 2010" (Rapport ta' Sinteżi dwar l-FEIs) ippreżentat lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament; jinnota li nħolqu FEIs b'impenn totali ta' madwar EUR 8 100 000 000 u rċevew ħlasijiet ta' madwar EUR 5 200 000 000 mill-programmi operattivi 2007-2013 sal-aħħar tal-2010 (Rapport Annwali, punt 4.32);

14.    Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni rċeviet informazzjoni biss dwar bejn wieħed u ieħor 75 % tal-kontribuzzjonijiet totali impenjati għall-FEIs għall-impriżi[72]; jinsab imħasseb li l-informazzjoni li waslet mill-Istati Membri varjat f'termini ta' kompletezza u preċiżjoni u li numru limitat ta' Stati Membri jew reġjuni ma tawx reazzjonijiet jew ma lestewx il-mudelli tar-rappurtar tal-monitoraġġ; jifhem li dan jagħmilha impossibbli għall-Kummissjoni tkopri l-FEIs kollha sal-31 ta' Diċembru 2010;

15.    Jenfasizza li:

–       in-numru eżatt u d-daqs ta' fondi speċifiċi stabbiliti

(il-Kummissjoni stmat li fi Franza u fl-Italja jeżistu madwar 92 fond speċifiku, li għalihom ma rċeviet l-ebda rapport ta' monitoraġġ jew kien hemm disponibbli biss informazzjoni insuffiċjenti, barra mill-kważi 300 fond speċifiku li għalihom kien hemm informazzjoni disponibbli[73]),

–       l-indikaturi b’livelli ta' mira dwar l-effikaċja tal-FEIs

(pereżempju, in-numru ta' investimenti f'impriżi żgħar u medji, l-impjiegi maħluqa jew issalvagwardjati, ir-riżorsi addizzjonali mobilizzati fil-livell tal-impriża jew fil-livell tal-fondi speċifiċi[74]), u

–       l-indikaturi dwar l-effiċjenza u l-ekonomija tal-FEIs

(pereżempju, l-ispejjeż ta' ġestjoni u jekk jipprovdux inċentivi biex isir l-aħjar użu tal-flus, l-informazzjoni dwar l-irtirar mill-fondi u r-ritorn fihom, l-informazzjoni dwar dak li jibqa' mill-fondi wara l-perjodu ta' programmazzjoni[75])

huma elementi importanti u indispensabbli għall-evalwazzjoni tal-użu tal-FEIs u jiddispjaċih ħafna li din l-informazzjoni għadha mhijiex disponibbli għalkollox;

16.    Jinnota u jiddeplora l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri prinċipalment fil-qasam tal-Koeżjoni bħad-dotazzjonijiet żejda lill-FEIs li tippermetti l-ħrib mir-regola n+2 (Rapport Annwali, eżempju 4.4 (a)), dewmien u implimentazzjoni bil-mod tal-FEIs (Rapport Annwali, eżempju 4.4 (b)), rekwiżiti irregolari fil-qasam tal-istralċ (Rapport Annwali, eżempju 4.4 (c)), kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa permezz ta' ħlas bil-quddiem hekk kif l-istruttura ġuridika tal-FEI tkun ġiet stabbilita (Rapport Annwali, punt 4.34) u problemi fit-twettiq ta' awditjar adegwat tal-FEIs (Rapport Annwali, punti 4.35 u 4.36);

17.    Jemmen li dawk l-osservazzjonijiet ġejjin minn bażi ġuridika mhux kompleta għall-FEIs; huwa mħasseb li r-regoli applikabbli għall-FEIs ma jistabbilixxux inċentivi adegwati biex isir użu effikaċi tal-FEIs; huwa mħasseb ukoll li jħallu wisq lok għal flessibbiltà għall-Istati Membri; jilqa’ madankollu t-tijib riċenti fl-iżvilupp ta’ bażi legali għall-FEIs; jenfasizza l-lakuni l-iktar importanti li ġejjin tal-bażi ġuridika li dak iż-żmien kien Regolament tal-Kunsill[76]:

–       dispożizzjonijiet insuffiċjenti biex jistimolaw l-implimentazzjoni rapida tal-FEIs;

–       dispożizzjonijiet insuffiċjenti dwar ir-rekwiżiti tal-ingranaġġ u dawk ta' natura rinnovabbli għall-FEIs;

–       dispożizzjonijiet insuffiċjenti biex jipprevjenu d-dotazzjonijiet żejda;

–       dispożizzjonijiet insuffiċjenti biex jistabbilixxu strutturi ta’ drittijiet ta' ġestjoni li joffru inċentivi biex jintużaw il-FEIs bl-aktar mod effiċjenti;

–       dispożizzjonijiet insuffiċjenti dwar dak li jibqa' mill-fondi fit-tmiem tal-perjodu ta' programmazzjoni;

–       kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà mhux ċari għall-kapital għan-negozju;

–       possibbiltà ta’ użu mhux ġustifikat ta' trattament preferenzjali tas-settur privat;

18.    Jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li riżorsi mogħtija lura u dħul miksub mill-istrumenti finanzjarji ma għandhomx jiġu riallokati x'imkien ieħor qabel l-għeluq tal-programm operazzjonali, iżda għandhom jingħataw lura lill-istrumenti finanzjarji rilevanti (Qorti tal-Awdituri, Opinjoni Nru 7/2011[77], paġna 11); jistenna li din ir-rakkomandazzjoni titqies serjament matul il-proċedura leġiżlattiva rigward il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar l-istrumenti strutturali ( COM(2011)0615 – 2011/0276(COD) );

19.    Huwa sodisfatt li l-Artikoli 130 u 131 tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni ( COM(2010)0815 - 2010/0395(COD) ) se jagħmluha possibbli li jiġi stabbilit il-perjodu tal-istrumenti finanzjarji; jitlob lill-Kummissjoni għal sintesi tal-miżuri li jistgħu jevitaw ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni li jiġu mill-FEIs;

20.    Jinnota li l-FEIs huma preżenti f'oqsma ta' politika oħra, ukoll; jagħraf ir-riskju ta' sovrappożizzjonijiet u implimentazzjoni inkonsistenti ta' dawn l-istrumenti mingħajr koordinament adegwat; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, għalhekk, tagħmel awditjar tal-FEIs b'mod orizzontali fl-oqsma tal-politika kollha;

21.    Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra bħala azzjoni prijoritarja l-monitoraġġ mill-qrib tal-użu tal-FEIs fost affarijiet oħra billi:

–       tevalwa b'mod oġġettiv u kritiku l-esperjenzi bil-FEIs fil-politika tal-Koeżjoni għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 sa issa, b'mod partikolari fir-rigward tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, inklużi t-tagħlimiet u l-konsegwenzi li nsiltu u biex tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni;

–       tipprovdi valutazzjoni tar-riskju li tqis FEIs differenti separatament kif ukoll tqis l-istruttura ta’ riskju tal-benefiċjarju tal-FEIs;

–       tlesti l-proċess tal-ġbir ta' informazzjoni mill-Istati Membri dwar kwistjonijiet li mhumiex koperti kompletament, bħan-numru eżatt u d-daqs tal-fondi speċifiċi u l-indikaturi relevanti dwar l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-FEI; tiżviluppa mekkaniżmi li jsaħħu l-obbligu ta’ rappurtar mill-Istati Membri;

–       tirrapporta b'mod annwali lill-Parlament, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, dwar l-użu tal-FEIs fl-Istati Membri, inklużi l-indikaturi dwar l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-FEIs kif ukoll dwar kif il-Kummissjoni tikkoordina, tiżgura l-konsistenza u ttaffi ir-riskju ta' sovrappożizzjonijiet fl-oqsmi tal-politika;

Ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni u l-pożizzjonijiet meħuda mill-maniġment tagħha

22.    Ifakkar li, skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni bħala responsabbiltà tagħha; jenfasizza li fejn il-Kummissjoni timplimenta l-baġit permezz ta' ġestjoni kondiviża, il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri, skont l-Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju;

23.    Jenfasizza għal darb'oħra[78] li l-Kummissjoni għalhekk għandha r-responsabbiltà primarja fil-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni kkonċernati u li, konsegwentament, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tieħu miżuri li jimmiraw lejn l-iżgurar tal-legalità u tar-regolarità kif ukoll lejn ġestjoni finanzjarja tajba;

24.    Jenfasizza li mhuwiex possibbli għall-Kummissjoni li tittrasferixxi r-responsabbiltà finanzjarja tagħha lill-Istati Membri, anki f'każijiet fejn id-dgħufija maniġerjali jew l-irregolarità ġiet identifikata fil-livell ta' Stat Membru;

25.    Jikkunsidra li l-użu sinifikanti tat-terminu "ġestjoni kondiviża" għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju fundamentali li l-Unjoni tiddelega ftit mis-setgħat tagħha lill-Istati Membri u li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jwettqu l-parti tagħhom tal-ħidma bi qbil mal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-Punt 44 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[79]; jemmen li s-sintesi annwali tal-awditjar u d-dikjarazzjonijiet disponibbli jridu jkunu pubbliċi sabiex jikkontribwixxu għat-titjib tal-immaniġġjar tal-baġit tal-Unjoni Ewropea;

26.    Jinnota li r-rabta soda bejn ir-responsabbiltà finali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-importanza tal-proċedura ta' kwittanza; jenfasizza li r-responsabbiltà finali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tkopri wkoll in-nuqqasijiet tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri;

27.    Jenfasizza li r-responsabbiltà finanzjarja hi u se tibqa' indiviżibbli u jfakkar fl-Artikolu 53b(4) tar-Regolament Finanzjarju, li jgħid li "sabiex ikun żgurat li l-fondi jkunu użati skont ir-regoli applikabbli, il-Kummissjoni għandha tapplika proċeduri ta' approvazzjoni tal-kontijiet jew mekkaniżmi ta' korrezzjoni finanzjarja li bihom tkun tista' tassumi r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-baġit" (enfasi miżjuda);

28.    Jenfasizza l-importanza tal-pożizzjonijiet meħuda mill-maniġment tal-Kummissjoni f'dan il-kuntest; jinnota, madankollu, l-osservazzjonijiet ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-Rapporti Annwali tal-Attività tal-Kummissjoni li ma kienx hemm gwida għall-kalkolu tar-rata ta' żball residwu jew tar-riskju residwu; jinnota ukoll li dawn l-elementi saru aktar importanti għall-kwistjoni ta' jekk hemmx bżonn ta' riserva (Rapport Annwali, punti 1.19 u 1.20); jinsab imħasseb li dan jirriżulta f'inkonsistenzi fl-applikazzjoni bejn id-Direttorati Ġenerali;

29.    Jinnota wkoll l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-Rapporti Annwali tal-Attività individwali li ġejjin:

–       ir-riserva li tirrigwarda l-miżuri għall-iżvilupp rurali fl-ambitu tal-assi 2 ma jmisshiex tneħħiet (Rapport Annwali, punt 3.53), il-kalkolu tar-rati ta' żball residwu għall-iskemi tal-għajnuna jippreżenta diversi nuqqasijiet (Rapport Annwali, punt 3.54);

–       l-ammont stmat li jinsab f'riskju kif ġie ppreżentat fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali (DĠ REGIO) u d-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL) jista' jkun sottovalutat (Rapport Annwali, Anness 4.3);

–       il-kalkolu tar-rata ta' żball residwu ppreżentat fir-Rapport Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir huwa limitat għal 30 % tal-ħlasijiet li twettqu (Rapport Annwali, punt 5.33);

–       ir-Rapport Annwali tal-Attività ta' EuropeAid jagħti valutazzjoni parzjalment ġusta biss tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità (Rapport Annwali, punt 5.34);

–       ir-riserva fir-rigward tal-Programm Qafas 6 fir-Rapport Annwali tal-Attività tad-Direttorat Ġenerali għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Mezzi tax-Xandir missha kienet miżmuma (Rapport Annwali, punt 6.47);

30.    Ifakkar lill-Kummissjoni li r-riservi kollha huma inklużi bħala anness għar-Rapport ta' Sinteżi tal-Kummissjoni u jenfasizza li bl-adozzjoni tar-Rapport ta' Sinteżi l-Kummissjoni "tassumi r-responsabbiltà politika kollha tal-maniġment min-naħa tad-Diretturi Ġenerali u l-Kapijiet tas-Servizz tagħha, abbażi tal-assigurazzjonijiet u r-riżervi li dawn tal-aħħar għamlu fir-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tagħhom"[80];

31.    Jenfasizza li l-Kulleġġ u l-Kummissarji għalhekk jieħdu r-responsabbiltà finali għall-affidabbiltà u l-kompletezza tar-riservi magħmula mid-Diretturi Ġenerali u l-Kapijiet tal-Unitajiet li jservu ta' "Uffiċjali Awtorizzanti b'Delega" u jenfasizza li l-att ta' delega bl-ebda mod ma jneħħi r-responsabbiltà finali mill-Kulleġġ u mill-Kummissarji;

32.    Jinnota l-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-opinjoni ġenerali tal-Awditur Intern; jemmen li fl-assenza ta' rieżami sostanzjali li jqis it-tħassib tal-Qorti tal-Awdituri, l-utilità tal-opinjoni ġenerali se tibqa' limitata;

33.    Huwa mħasseb dwar l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tar-Rapporti Annwali tal-Attività u r-Rapport ta' Sinteżi (Rapport Annwali, punti 1.17 - 1.25); jemmen li dawk l-osservazzjonijiet jeħtieġ li jiġu indirizzati mingħajr dewmien biex jiġi ssalvagwardjat il-valur ta' dawk id-dokumenti bħala strumenti ta' rendikont; jirrikonoxxi, madankollu, li l-kalkolu ta’ rata ta’ żball residwu hija biss waħda mill-metodi użati mill-Kummissjoni biex ikun stmat l-ammont fir-riskju; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida konsistenti li għandhom jiġu implimentati mid-Direttorati Ġenerali kollha;

34.    Jinnota l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-qafas tal-governanza korporattiva tal-UE[81] għas-settur privat; ikompli jinnota li l-Kummissjoni għamlet progress kbir fir-rigward ta' governanza korporattiva adegwata fi ħdan il-Kummissjoni wara l-avvenimenti li wasslu għar-riżenja tal-Kummissjoni Santer fl-1999;

35.    Jinnota d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Governanza adottata fit-30 ta’ Marzu 2007, li tkopri l-funzjonament intern tal-Kummissjoni u tispjega l-mod li bih hi mmexxija u kkontrollata u l-mod li bih tirrelata mal-partijiet interessati tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-governanza korporattiva tagħha u tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet u l-miżuri meħuda billi:

–       tinkludi dawk l-elementi ta' governanza korporattiva li huma meħtieġa jew proposti mil-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni li huma relevanti għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

–       tieħu miżuri li jippermettu lill-President jiffirma l-kontijiet u li jippreżenta flimkien mal-kontijiet:

i.       deskrizzjoni tar-riskji u l-inċertezzi li jistgħu jaffettwaw il-kisba tal-għanijiet tal-politika kif ukoll stqarrija li fiha l-President, flimkien mal-Kulleġġ tal-Kummissarji, jaċċetta r-responsabbiltà għall-ġestjoni tar-riskju; kif ukoll

ii.      dikjarazzjoni formali ta' Governanza Korporattiva li turi b'mod ċar ma' liema standards internazzjonali għall-governanza korporattiva qed tkun konformi l-Kummissjoni kif ukoll spjegazzjonijiet oġġettivi u kompleti jekk hemm il-bżonn li titbiegħed mir-rakkomandazzjoni tal-kodiċi ta' governanza korporattiva (il-prinċipju ta' "konformità jew spjegazzjoni");

36.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra bħala azzjoni prijoritarja t-titjib u t-tisħiħ tal-katina tal-responsabbiltà, fost affarijiet oħra billi:

–       tipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit informazzjoni sħiħa rigward is-sintesi annwali tal-Istati Membri; jiddeplora l-fatt li sa issa l-Kummissjoni ma tat ebda informazzjoni dwar is-sintesi annwali, peress li mingħajr ebda għarfien tal-kontenut tas-sintesi annwali dawn tal-aħħar ma jistgħux jitqiesu bħala dikjarazzjonijiet nazzjonali ta’ ġestjoni;

–       toħroġ dikjarazzjoni politika li fiha taċċetta r-responsabbiltà finali u totali għall-implimentazzjoni tal-baġit, inkluż il-parti tal-baġit li tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni kondiviża;

–       iżżid il-firma tal-Kummissarju responsabbli fir-Rapport Annwali tal-Attività;

–       tistabbilixxi r-Rapporti Annwali tal-Attività skont il-prinċipju tal-oġġettività, u tevita stimi ottimistiċi;

–       tipprovdi gwida obbligatorja, kompleta u relevanti lid-Direttorati Ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward tal-mod kif ir-rati ta' żball residwu u riskji residwi huma stmati skont il-prinċipja tal-prudenza;

–       tipprovdi f'kull Rapport Annwali tal-Attività spjegazzjoni kompleta u affidabli tar-relazzjoni bejn ir-riskju residwu jew ir-rata ta' żball residwu u rata ta' żball tal-Qorti tal-Awdituri; jistieden lill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Qorti tal-Awdituri, biex tesplora l-possibilitajiet li tallinja l-metodoloġiji tagħha li bihom tikkalkula r-rata ta’ żball residwu mal-metodoloġija tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli tal-Qorti tal-Awdituri;

–       tirrieżamina l-metodoloġija tal-opinjoni tal-awditjar ġenerali tal-Awditur Intern u tindirizza d-dgħufijiet misjuba mill-Qorti tal-Awdituri;

–       tanalizza jekk l-arranġamenti ta' governanza korporattiva tal-Kummissjoni jistgħux jkunu mtejba iktar filwaqt li tiġi kkunsidrata l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-qafas tal-governanza korporattiva tal-UE għas-settur privat imsemmija hawn fuq;

L-Iskejjel Ewropej

37.    Jiddispjaċih li minkejja mezzi baġitarji konsiderevoli previsti għall-iskejjel Ewropej, dawn tal-aħħar għadhom qed jonqsu milli jissodisfaw il-kompitu primarju tagħhom, li hu dak li jipprovdu postijiet biżżejjed fil-lingwi meħtieġa u fil-viċinanzi tal-postijiet tax-xogħol u tar-residenza tal-uffiċjali, iżda minflok estendew l-attivitajiet tagħhom biex jinkludu oqsma oħra ta' edukazzjoni;

38.    Jirrikonoxxi li hemm problema essenzjali fl-istrutturi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ finanzjar tal-Konvenzjoni għall-Iskejjel Ewropej; jitlob għalhekk lill-Kummissjoni biex tesplora mal-Istati Membri reviżjoni ta’ dik il-Konvenzjoni u biex tirrapporta sal-31 ta’ Diċembru 2012 dwar il-progress li jkun sar; sadanittant, jistieden lill-Kummissjoni biex tintensifika l-isforzi ħalli tikseb l-objettivi msemmija qabel, permezz ta’ użu aktar xieraq tal-mezzi baġitarji allokati;

L-amministrazzjoni tal-Kummissjoni

39.    Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika l-pjanijiet ta’ rilokazzjoni tagħha, l-ispejjeż li din tinvolvi, kemm se jkun hemm spazju disponibbli għall-uffiċċji u kemm se jiżdied, kif ukoll l-għadd ta’ persunal f’kull Direttorat Ġenerali li se jiġi milqut;

40.    Jinnota li fl-2010, matul il-proċedura dwar l-approvazzjoni tal-flexitime u ta’ lif ta’ kumpens bħala benefiċċju volontarju, il-Kummissjoni approvat madwar 90 000 jum addizzjonali ta’ lif għall-persunal tagħha, li hu ekwivalenti għal 445 post – anki jekk l-Artikolu 56 tar-Regoli tal-Persunal jistqarr li l-ħin żejjed maħdum mill-persunal AD5/AST5 ma għandux jiġi kkumpensat; jitlob kjarifika dwar l-ispiża totali lill-kontribwent marbuta mal-lif ta' kumpens;

Ir-responsabbiltà tal-Istati Membri

41.    Ifakkar li skont l-Artikolu 317 tat-TFUE l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni bħala responsabbiltà tagħha iżda wkoll f'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

42.    Jenfasizza li ż-żewġ oqsma tal-politika suxxettibli għall-ogħla rati ta' żball ("Koeżjoni, trasport u enerġija" u "Agrikoltura u riżorsi naturali") huma implimentati fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża, u jiddeplora l-fatt li l-iktar rati probabbli ta' żball stmati jammontaw għal 7.7 % u 2.3 % rispettivament;

43.    Jilqa' f'dan il-kuntest l-analiżi tal-Kummissjoni tal-iżbalji rrappurtati mill-Qorti tal-Awdituri għas-snin finanzjarji 2006-2009, li enfasizzat għall-ewwel darba l-fatt li, għall-FEŻR u għall-Fond ta' Koeżjoni, tliet Stati Membri (Spanja, l-Italja u r-Renju Unit) ikkontribwew 59 % għall-iżbalji kwantifikabbli kumulattivi li nstabu f'dan il-perjodu u li għall-FSE erba' Stati Membri (Spanja, il-Portugall, ir-Renju Unit u l-Ġermanja) ikkontribwew 68 % għall-iżbalji kwantifikabbli kumulattivi li nstabu f'dan il-perjodu fil-qasam tal-Politika ta' Koeżjoni[82]; jinnota li, għall-FEŻR u għall-Fond ta' Koeżjoni, il-parti l-kbira tal-iżbalji fl-Italja ġew mir-reġjuni tal-Kalabrija, Kampanja u Pulja u li fi Spanja numru zgħir ta' programmi operattivi fir-reġjuni tal-Andalucía, Valencia u Castilla-La Mancha kkontribwew 75 % għall-iżbalji li nstabu fi Spanja[83]; jifhem, barra minn hekk, li Spanja u l-Italja ikkontribwew b'mod sinifikanti wkoll għar-rata ta' żbalji għas-sena finanzjarja 2010;

44.    Jinnota li l-problemi fl-Italja fir-rigward tal-FEŻR "għandhom x'jaqsmu ma dgħufijiet sistematiċi misjuba fil-livell tal-awtoritajiet tal-awditjar u tal-ġestjoni", u "mal-applikazzjoni ta' regoli tal-akkwist pubbliku u l-għażla ta' proġetti, inkluż l-eliġibbiltà ta' proġetti retrospettivi"[84]; jinnota wkoll li fi Spanja s-sors tal-problemi għandu l-għeruq tiegħu fis-sistema kumplessa ta' ġestjoni u kontrolli li "fil-prattika tista' twassal għal diviżjoni ta' responsabbiltajiet mhux ċara kif ukoll għal nuqqas ta' sorveljanza effettiva min-naħa tal-awtorità tal-ġestjoni"[85];

45.    Ifakkar li l-ministri tal-finanzi tal-Greċja, tal-Italja u ta' Spanja kienu mistiedna għal skambju ta' opinjonijiet fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew; jiddispjaċih li l-ebda mill-ministri tal-finanzi mistiedna ma deher biex jiddiskuti mal-membri tal-kumitat ir-riżultati tal-Qorti tal-Awdituri bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u eventwalment il-bażi ġuridika;

46.    Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-istediniet ripetuti biex tippreżenta proposta għall-introduzzjoni tal-obbligu ta' dikjarazzjonijiet nazzjonali ta' ġestjoni (NMDs) maħruġa, pubblikati u awditjati kif xieraq mill-awtorità ta' awditjar responsabbli, bħala parti mir-responsabbiltà aħħarija u ġenerali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jinnota li l-NMDs għandhom jinkludu informazzjoni sħiħa dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni;

47.    Jipproponi li s-sustanza tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali ffirmati fil-livell tad-direttorati ġenerali għandha tkun konformi mal-istandards internazzjonali ta' awditjar u li dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom jintużaw mill-Qorti tal-Awdituri fil-ħidma ta' awditjar tagħha u jkunu bbażati, fost affarijiet oħra, fuq id-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet li lilhom tiġi ddelegata s-setgħa ta' ġestjoni;

48.    Jiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta’ differenzi sinifikanti fir-rendiment amministrattiv tal-Istati Membri fil-qasam tad-dħul u n-nefqa fil-ġestjoni konġunta, speċjalment marbuta mas-sejba ta’ irregolaritajiet, frodi u żbalji u s-segwitu finanzjarju kemm fil-qasam doganali kif ukoll fl-infiq tal-fondi tal-Unjoni; hu tal-fehma li jekk l-Istati Membri kollha juru rendiment korrett, fil-qasam doganali biss, dħul addizzjonali (nett) ta’ mhux anqas minn EUR 100 000 000 jista’ jkun previst mill-baġit tal-Unjoni; jinnota li s’issa l-Kummissjoni tissorvelja r-rendiment amministrattiv b’mod reattiv u każ b’każ u għaldaqstant ma twettaqx biżżejjed analiżi adegwata tat-tendenzi biex tidentifika l-oqsma ta’ riskju; jistieden lill-Kummissjoni tapplika l-metodu tal-analiżi tat-tendenzi biex tidentifika r-riskji finanzjarji u tieħu miżuri biex ittejjeb ir-rendiment amministrattiv tal-Istati Membri;

Il-Bulgarija u r-Rumanija

49.    Jinnota bi tħassib kbir ir-rapport interim tal-Kummissjoni dwar il-progress imwettaq mill-Bulgarija fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Kontroll; huwa mħasseb dwar l-istat imwiegħer kontinwu tas-sistema legali Bulgara; jinnota li bħalissa hemm għaddejjin 27 proċedura kriminali kontra 28 imħallef; jitlob kjarifiki dwar sensiela ta' każijiet ta' allegazzjoni ta' frodi li jikkonċernaw fondi tal-Unjoni fil-Bulgarija, li kkawżaw sospensjoni tal-ħlasijiet fl-2008 li fihom l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ssospenda l-investigazzjonijiet, anki jekk l-investigazzjonijiet dwar każijiet simili bbażati fuq l-istess fatti tkomplew fi Stat Membru ieħor; jinsab mistgħaġeb li, fil-każijiet kollha ta' frodi fil-fondi tal-Unjoni miġjuba quddiem il-qrati, il-prosekuzzjoni kriminali ġiet sostitwita minn sanzjonijiet amministrattivi, u li każ importanti ta' frodi li jikkonċerna l-fondi tal-Unjoni ilu wieqaf fl-istadju tal-appell fil-qorti għal aktar minn 18-il xahar; jiddeplora wkoll il-fatt li ma ngħatax kas tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni meta l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Identifikazzjoni u s-Sekwestru ta' Assi mill-Attività Kriminali (CEPACA) ma ġietx awtorizzata twettaq verifika proattiva tal-assi ta' uffiċjali anzjani u politiċi; huwa mħasseb li l-publikazzjoni unifikata, fil-pront u sistematika ta' sentenzi motivati mhijiex in-norma fil-Bulgarija; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel pressjoni fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji biex iżidu l-isforzi tagħhom biex iwettqu riforma u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-aktar fis; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tgħid x'ammont ta' fondi ġew allokati biex jgħinu l-isforzi tal-Bulgarija favur ir-riforma, u tevalwa sa liema punt dawn il-fondi kisbu r-riżultati mwiegħda; jistenna li jara titjib serju matul is-sena li ġejja, b'aktar kunsiderazzjonijiet u sensiela ta' miżuri mfassla mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-gvern Bulgaru biex terġa' tiġi stabbilita l-integrità tas-sistema legali Bulgara;

50.    Jinnota bi tħassib ir-rapport interim tal-Kummissjoni dwar il-progress imwettaq mir-Rumanija fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta' Kooperazzjoni u Kontroll; madankollu jinnota b'sodisfazzjon it-tendenza pożittiva 'l fuq fir-rekord tal-Aġenzija għall-Integrità Nazzjonali (ANI) fl-indagar ta' każijiet ta' arrikkiment inġust u fl-identifikazzjoni ta' kunflitti ta' interess; jinnota li l-finanzjament tal-ANI żdied bil-flus tal-Unjoni; madankollu huwa mħasseb li m'hemm l-ebda segwitu uniformi għall-każijiet tal-ANI u li s-segwitu sikwit idum; jilqa' l-fatt li d-Direttorat Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (DNA) kompla jagħmilha ta' servizz effikaċi ta' prosekuzzjoni f'każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; jinnota ż-żieda fl-2011 fin-numru ta' każijiet ta' tqegħid taħt att ta' akkuża, deċiżjonijiet tal-qrati u kundanni u l-aċċellerazzjoni tal-każijiet fil-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, li huma riflessi fiż-żieda ta' 85 % fid-deċiżjonijiet finali tal-qrati f'każijiet tad-DNA meta mqabbla mal-2011[86]; huwa mħasseb dwar ir-riżultati ta' analiżi tas-sentenzi tal-qorti f'każijiet ta' korruzzjoni fil-livelli għoljin, li juru li 60 % tas-sentenzi huma sospiżi u li l-kundanni sikwit huma l-minimu previst mil-liġi; huwa sorpriż dwar il-prattika insodisfaċenti fir-rigward tal-pubblikazzjoni fil-pront ta' sentenzi motivati, li jinkoraġġixi r-riskji ta' preskrizzjoni f'xi każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli minħabba dewmien fil-preżentazzjoni tar-rikorsi kkawżat mid-dewmien fit-tul tal-possibbiltà ta' rimedju; jistieden lill-Kummissjoni tgħid x'ammont ta' fondi ġew allokati biex jgħinu l-isforzi tar-Rumanija biex twettaq riforma ġudizzjarja; jistenna li jara aktar titjib matul is-sena li ġejja; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel pressjoni fuq il-gvern Rumen biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni; jistenna li l-Kummissjoni tkun stretta mal-gvern Rumen u titolbu jiżgura li l-isforzi tal-gvern Rumen biex jiżviluppa ġurisprudenza konsistenti fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi jissaħħew; jistieden lill-Kummissjoni tinsisti b'persistenza u b'determinazzjoni mal-gvern Rumen li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni jiġu osservati u li jitfassal pjan ta' implimentazzjoni li jkun aktar ċar u komprensiv fid-dawl tal-preparazzjoni għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali u l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali; jistenna li jissaħħew l-isforzi fir-rigward tal-konfiska ta' assi miksuba minn attivitajiet kriminali fir-Rumanija; jistenna wkoll li l-Kummissjoni tieħu sensiela ta' miżuri, f'kooperazzjoni mal-gvern Ruman, biex ittejjeb l-integrità tas-sistema legali Rumena;

Prefinanzjamenti

51.    Jinnota li l-prefinanzjamenti huma kkunsidrati bħala neċessarji sabiex il-benefiċjarji jibdew l-azzjoni miftiehma;

52.    Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni żiedet b'mod sostanzjali l-użu tal-prefinanzjamenti bejn l-2005 u l-2010 (Rapport Annwali, punt 1.28); jinsab imħasseb li hemm nuqqas ta' approvazzjoni tal-prefinanzjamenti (Rapport Annwali, punt 1.29 u punt 86 tal-Opinjoni Nru 6/2010 tal-Qorti tal-Awdituri);

53.    Huwa mħasseb rigward l-influwenza li kellhom il-prefinanzjamenti prinċipalment fl-oqsma tal-politika "Għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir" u "Riċerka u Politiki Interni"; jinnota użu miżjud tal-prefinanzjamenti u rata ġenerali ta' żball ta' anqas minn 2 % f'dawn iż-żewġ oqsma tal-politika; jinnota, barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-prefinanzjamenti kienu ħielsa minn żbalji materjali iżda li l-ħlasijiet intermedji u finali jibqgħu milquta minn livell materjali ta' żball (Rapport Annwali, punti 5.35 u 6.48);

54.    Jemmen li jekk jitħallsu volumi kbar ta' prefinanzjamenti, il-Kummissjoni qed tieħu riskju finanzjarju ogħla, pereżempju f'każijiet ta' falliment ta' benefiċjarji, kif ukoll riskju ogħla għal-legalità u r-regolarità hekk kif l-aċċettazzjoni tal-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjarji tiġi posposta għal aktar tard;

55.    Jemmen li huwa iktar effiċjenti li jiġi evitat li jkun hemm irregolaritajiet milli li jiġi korrett ħlas mhux dovut ex post permezz tal-irkupri; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex bħala azzjoni prijoritarja terġa' tikkunsidra ż-żieda fl-użu tal-prefinanzjamenti kif ukoll tal-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' awditjar billi:

–       tinforma lill-Parlament rigward ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni żiedet l-użu tal-prefinanzjamenti bejn l-2005 u l-2010;

–       tadatta l-livell ta' prefinanzjamenti fil-programmi diversi għal livell li jiżgura l-fondi neċessarji sabiex il-benefiċjarju jibda l-proġett, filwaqt li jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiġi informat il-Parlament kif jixraq;

L-impenji baġitarji pendenti

56.    Ifakkar li l-impenji baġitarji pendendi huma approprjazzjonijiet għall-impenji li saru, iżda ma kinux użati (jiġifieri mħallsa) u li jiġu prinċipalment mill-programmi multiannwali (eż. il-koeżjoni) fejn l-impenji jsiru fis-snin tal-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni filwaqt li l-ħlasijiet korrispondenti jsiru b'mod gradwali waqt il-perjodu kollu ta' programmazzjoni;

57.    Jinnota li livell għoli ta' impenji pendenti jista' jindika diffikultajiet li qed isibu l-Istati Membri biex jassorbu l-ammonti allokati;

58.    Jinnota li fl-2010, il-Qorti tal-Awdituri sabet li dawk l-impenji pendenti żdiedu bi kważi 10 % għal madwar EUR 194 000 000 000 (Rapport Annwali, punt 1.43 u Tabella 1.2) li jirrappreżenta kważi tliet snin ta' nfiq bir-rata attwali;

59.    Jemmen li, fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, hemm ir-riskju li:

–       il-fondi impenjati jkollhom jintefqu iktar malajr mis-soltu, u għaldaqstant jiżdied ir-riskju ta' żball;

–       fit-tmiem tal-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, l-Istati Membri jistgħu jippruvaw jassorbixxu l-fondi impenjati kollha fejn jistgħu jikkofinanzjaw proġetti li diġà ġew implimentati u finanzjati mill-fondi nazzjonali (l-hekk imsejħin proġetti "retrospettivi" li m'għaddewx mis-sistema ta' ġestjoni u kontroll tal-Unjoni u għalhekk huma iktar suxxettibbli għal żbalji);

60.    Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar id-daqs tal-impenji pendenti għal kull Stat Membru kif ukoll dwar il-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Membri biex jiġu identifikati u indirizzati l-oqsma ta' riskju fir-rigward tal-assorbiment u r-regolarità;

Kontribuzzjoni baġitarja għall-aġenziji deċentralizzati u l-impriżi konġunti

61.    Jinnota li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2010 ammontat għal aktar minn EUR 620 000 000 għall-aġenziji deċentralizzati u aktar minn EUR 500 000 000 għall-impriżi konġunti; jinnota xi diffikultajiet biex tinstab informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji; jitlob lill-Kummissjoni biex ta’ kull sena tipprovdi lill-awtorità tal-kwittanza b’informazzjoni konsolidata dwar il-finanzjament totali annwali għal kull Aġenzija/Impriża Konġunta li jkun sar mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, bħal;

–       il-kontribuzzjoni inizjali tal-Unjoni mdaħħla fil-baġit għall-Aġenzija/Impriża Konġunta;

–       l-ammont ta' fondi li jkunu ġejjin mill-irkupru tal-eċċess;

–       il-kontribuzzjoni kollha tal-Unjoni għall-Aġenzija/Impriża Konġunta;

–       l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) fejn dan ikun japplika;

62.    Jistenna li l-Kummissjoni, f’dan iż-żmien ta’ kriżi finanzjarja, tevita żidiet fil-baġits tal-Aġenziji, u li saħansitra tikkunsidra tnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġits tagħhom, abbażi ta' evalwazzjoni tal-prijoritajiet tagħha;

63.    Jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida għal mudelli li jkunu jistgħu jintużaw mill-Aġenziji/Impriżi Konġunti kollha biex jistabbilixxu l-Programmi Annwali ta' Ħidma u r-Rapporti Annwali ta' Attività tagħhom, sabiex jiżguraw paraguni sinifikanti bejn ir-riżultati u l-għanijiet ippjanati;

64.    Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament ħarsa ġenerali dettaljata dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi ta' verifika applikati biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi u każijiet ta' "revolving doors" għall-Aġenziji/Impriżi Konġunti;

Il-baġit tal-Unjoni u l-kriżi finanzjarja u baġitarja

65.    Huwa mħasseb rigward il-kriżi finanzjarja u baġitarja kontinwa fl-Istati Membri; iqis li din il-kriżi tinvolvi wkoll tipi differenti ta' riskji għall-baġit tal-Unjoni fil-modi li ġejjin:

–       riskji finanzjarji fir-rigward ta' self mogħti lill-Istati Membri;

–       riskji finanzjarji fir-rigward ta' dħul;

66.    Ifakkar li sitt Stati Membri (il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Latvja, il-Portugall u r-Rumanija) huma kkunsidrati attwalment bħala "Stati Membri f'diffikultà" għaliex qegħdin jirċievu għajnuna fil-forma ta' self ta' faċilità għall-bilanċi tal-bbiltài (BOP), self mogħti permezz tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) jew għajnuna taħt il-faċilità ta' self tal-Greċja;

67.    Jinnota li l-baġit tal-Unjoni jiggarantixxi self mogħti permezz tal-faċilità tal-BOP (self imħallas sal-31 ta' Diċembru 2010 jammonta għal madwar EUR 12 000 000 000) u tal-EFSM (l-ebda żborżament sal-31 ta' Diċembru 2010)[87]; jinnota wkoll li l-ammont massimu ta' self pendenti possibbilment mogħti permezz tal-faċilità tal-BOP u tal-EFSM huwa EUR 50 000 000 000 (Artikolu 1(1), it-tieni sottoparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002[88]) u EUR 60 000 000 000[89], rispettivament; jenfasizza li t-total (EUR 110 000 000 000) huwa kważi l-istess bħal baġit annwali tal-Unjoni hekk kif il-ħlasijiet totali mill-baġit tal-Unjoni ammontaw għal madwar EUR 122 000 000 000 fl-2010[90];

68.    Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ma tatx biżżejjed attenzjoni għal dawn l-isfidi ġodda fl-Unjoni fir-rapport annwali tagħha tal-2010; jiddeplora, speċjalment, il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ma semmitx biżżejjed dawn ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni; jenfasizza li fil-ħidma futura tagħha, il-Qorti tal-Awdituri trid tagħti rwol prominenti lill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà;

69.    Ifakkar li ma jeżistix fond ta' garanzija stabbilit li jipproteġi l-baġit minn appelli għal dawk il-garanziji; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tevalwa l-bżonn potenzjali biex jiġi stabbilit fond ta’ garanzija biex ikopri telf potenzjali simili għall-Fond ta' Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni bil-għan li jipproteġi l-baġit tal-Unjoni;

70.    Jenfasizza li sat-30 ta' Settembru 2011, il-faċilità EFSM kienet iffirmat self ta' EUR 48 500 000 000 minn total ta' EUR 60 000 000 000; iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tipprovdi, sal-aħħar tal-2012, rapport dwar il-ħidma tal-EFSM u, b'mod partikulari, tal-mekkaniżmi ta' kontroll, stabbiliti mill-Kummissjoni;

71.    Ifakkar li d-dħul tal-baġit tal-Unjoni jinvolvi sorsi differenti; itenni li bla ħsara għal kull dħul ieħor, il-baġit għandu jkun finanzjat kollu kemm hu minn riżorsi proprji; jinnota li, b’mod partikolari r-riżorsi ta' introjtu nazzjonali gross (ING) li jammontaw għal 73 % tad-dħul totali jiġu mill-baġits nazzjonali tal-Istati Membri[91];

72.    Huwa tal-opinjoni li aktar kemm issir serja s-sitwazzjoni finanzjarja f’ċerti Stati Membri, aktar se jkun diffiċli għal dawk l-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-baġit tal-Unjoni; jemmen li dan iqiegħed f’riskju d-dħul tal-baġit tal-Unjoni li jirriżulta mill-"Istati Membri li jinsabu f’diffikultà" li jistgħu jkunu mħeġġa jieħdu dejn pubbliku addizzjonali biex jiffinanzjaw il-baġit tal-Unjoni jew il-kofinanzjament nazzjonali ta’ ċerti skemi ta’ għajnuna;

73.    Jinnota li r-riżorsi tal-ING li ġejjin minn "Stati Membri li jinsabu f'diffikultà"jammontaw għal madwar 6 % tar-riżorsi totali tal-ING għas-sena finanzjarja 2010[92];

74.    Jinnota wkoll li r-rati ta’ kofinanzjament tal-Istati Membri li jinsabu f’diffikultà kienu miżjuda għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għall-Fondi Strutturali, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-Fond Ewropew tas-Sajd; jistenna li jkun hemm rati ogħla ta' kofinanzjament sabiex jippermettu investimenti akbar fl-Istati Membri li jinsabu f'diffikultà; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-kontroll u r-responsabbiltà superviżorja miżjuda tal-Kummissjoni;

Il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES).

75.      Jikkritika l-fatt li l-Kunsill uża l-Artikolu 122 tat-TFUE fl-2010 biex jistabilixxi l-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) minħabba li dak l-Artikolu huwa applikabbli biss għad-diżastri naturali u mhux għal katastrofijiet ekonomiċi; huwa mħasseb li l-EFSF la fiha element ta' kontroll demokratiku mill-Parlament u lanqas ma tagħti drittijiet ta' awditjar lill-Qorti tal-Awdituri; jikkritika b'saħħa l-fatt li l-EFSF lanqas għandu dispożizzjoni għal awditjar pubbliku estern;

76.      Jinnota l-iffirmar riċenti tat-Trattat MES mill-Istati Membri; jenfasizza r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2011[93], li fiha wissa kontra t-twaqqif ta' Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà permanenti (MES) barra l-qafas istituzzjonali tal-Unjoni billi din id-deċiżjoni tinvolvi problemi għall-mekkaniżmu ta' kontroll tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jikkondividi t-tħassib tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar li t-Trattat m'għandux biżżejjed dispożizzjonijiet biex jiżgura awditjar estern effettiv;

77.      Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta lill-kwistjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-MES:

–      li jiġu żgurati, fil-by-laws tal-MES, arranġamenti xierqa għall-awditjar pubbliku estern tal-legalità, ir-regolarità kif ukoll il-prestazzjoni bi qbil ma' standards ta' awditjar aċċettati internazzjonalment filwaqt li jitqiesu d-dokumenti li ġejjin:

i.       Ir-Riżoluzzjoni tal-Kumitat ta’ Kuntatt tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (SAI) tal-Unjoni Ewropea mill-14 ta’ Ottubru 2011 dwar id-Dikjarazzjoni tal-SAI taż-żona tal-euro dwar l-awditjar estern tal-MES (CC-R-2011-01)[94],  

ii.      Id-Dikjarazzjoni tal-Kumitat ta' Kuntatt tal-SAI tal-Unjoni Ewropea indirizzata lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE mill-14 ta’ Ottubru 2011 dwar l-Impatt tas-Semestru Ewropew u żviluppi reċenti oħra fil-governanza ekonomika tal-UE fuq l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri[95],

iii.     Ittra mill-President tal-Qorti tal-Awditjar tal-Pajjiżi l-Baxxi[96] dwar kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati fil-by-laws tal-MES fir-rigward tal-Artikolu 30 tat-Trattat dwar il-MES,

–      li jiġu stabbiliti arranġamenti adegwati għall-kontabbiltà u t-trasparenza sħiħa tal-MES,

–      li tkun żgurata l-affidabbiltà tad-data u tal-istatistika,

–      li jkunu ċċarati r-responsabbiltà u l-arranġamenti ta' rappurtar tal-atturi kollha li għandhom obbligi li se jkunu involuti fl-istabbiliment tal-mekkaniżmu,

–      li l-Kummissjoni tiġi mħeġġa tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill darbtejn fis-sena dwar ir-riskju li jkun hemm għall-baġit tal-Unjoni bil-garanzija tiegħu għall-EFSM u li jiġi mistoqsi lill-Kummissjoni kif, f'każ ta' inadempjenza, dawn il-flus jiġu trasferiti lill-baġit tal-Unjoni u mbagħad lill-EFSM;

78.      Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jiddefinixxu l-iskrutinju politiku tal-Parlament ta’ kwalunkwe emissjoni tal-eurobonds, b’mod ġenerali, u b'mod partikolari tal-mekkaniżmu ta' kriżi permanenti; huwa wkoll tal-fehma li l-Parlament għandu jkun involut fuq bażi ugwali fil-mekkaniżmu;

Trasparenza

79.    Jenfasizza r-rwol vitali li t-trasparenza għandha fl-iżgurar tal-għoti ta' rendikont għall-użu tal-fondi pubbliċi u jfakkar li hija waħda mill-istrumenti ewlenin fl-ilħuq ta' infiq legali u regolari; itenni t-talba tiegħu li l-ħlasijiet tal-għotjiet kollha li jsiru mill-fondi tal-Unjoni jiġu rreġistrati f'bażi ta' dejta online li l-utent ikun jista' juża b'faċilità filwaqt li titqies kif jixraq il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data; jemmen li l-ħlas tal-fondi tal-Unjoni għandu jkun suġġett b'kundizzjoni espliċita għall-fatt li l-benefiċjarji jaċċettaw li d-dettalji bażiċi - inklużi l-ammont, l-isem ta' min jirċievi l-ħlas, u l-iskop - ikunu kwistjoni ta' informazzjoni pubblika;

80.    Jinnota li s-sistema attwali fil-qasam ta' politika Koeżjoni ma tiżgurax it-trasparenza sħiħa tal-benefiċjarji tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni; jinnota li fil-qafas eżistenti, il-Kummissjoni tipprovdi portal b'aċċess għal-listi ta' benefiċjarji disponibbli fuq websajts nazzjonali, li huma aċċesibbli biss fil-lingwi nazzjonali rispettivi biss u ma jsegwux kriterji komuni; jistenna li r-regolament futur li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar l-istrumenti strutturali ( COM(2011)0615 – 2011/0276 (COD) ) jiżgura li l-Istati Membri jipprovdu d-data dwar il-benefiċjarji finali tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni li għandha tiġi ppubblikata fil-websajt uffiċjali tal-Kummissjoni f'waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni u bbażata fuq sett ta' kriterji komuni sabiex ikun hemm lok għal paragun u l-konstatazzjoni ta' żbalji; ifakkar fl-istedina lill-Kummissjoni biex tikkonsulta lill-American Recovery Accountability and Transparency Board u l-websajt tiegħu (www.recovery.gov);

81.    Itenni s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-92/09 Volker u Markus Schecke GbR u C-93/09 Hartmut Eifert, li hija rilevanti għall-qasam tal-politika Agrikoltura u Riżorsi Naturali; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta malajr kemm jista' jkun proposta għal regolament ġdid li jirrikjedi lill-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jirċievu fondi agrikoli Ewropej, filwaqt li titqies dik is-sentenza; huwa tal-fehma li l-informazzjoni dwar il-beefiċjarji għandha tkun disponibbli fil-websajt uffiċjali tal-Kummissjoni f'waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni u bbażata fuq sett ta' kriterji komuni sabiex ikun hemm lok għall-paragun u l-konstatazzjoni ta' żbalji;

Il-metodoloġija tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

82.    Huwa konxju li l-Qorti tal-Awdituri biħsiebha tipprovdi lill-Parlament b’aktar informazzjoni dwar l-oqsma ta’ politika "agrikoltura u riżorsi naturali" u "koeżjoni, enerġija u trasport"; jilqa’ dik l-intenzjoni għaliex twassal għal aktar trasparenza u identifikazzjoni aktar preċiża tal-oqsma problematiċi tal-baġit; huwa tal-opinjoni li dan jippermetti lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Parlament u lill-partijiet interessati l-oħra biex jikkonċentraw aħjar l-attenzjoni tagħhom u jagħmlu rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ dawk l-oqsma li fihom trid tittejjeb il-ġestjoni; jixtieq, madankollu, jenfasizza li huwa importanti li tkun żgurata l-komparabbiltà minn sena għas-sena ta' wara;

83.    Jilqa’ l-valutazzjoni aktar fil-fond tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-affidabbiltà tal-pożizzjonijiet meħuda mill-maniġment tal-Kummissjoni kemm f’Kapitolu 1 kif ukoll fil-Kapitoli individwali tar-Rapport Annwali tal-2010; ifakkar li l-pożizzjoni meħuda mill-maniġment teħtieġ opinjoni oħra b’saħħitha mill-Qorti tal-Awdituri; iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tkompli ssaħħaħ l-analiżi tagħha tal-pożizzjoni meħuda mill-maniġment tal-Kummissioni u tirrapporta dwarha b’mod deskrittiv;

84.    Jinnota ż-żieda fl-użu ta’ prefinanzjamenti; jemmen li l-prefinanzjamenti huma suxxettibli għal livell iktar baxx ta’ riskju għal-legalità u r-regolarità milli huma l-bbiltài intermedji jew finali għaliex l-ebda ġustifikazzjoni tal-ispejjeż mhi neċessarja għal prefinanzjament; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li tadatta l-approċċ ta’ awditjar tagħha sabiex tqis iż-żieda fl-użu tal-prefinanzjamenti sabiex tipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni akar utli ffukata fuq dawk it-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-ogħla riskju;

85.    Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tapplika metodoloġija komuni biex tikkwantifika l-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku fiż-żewġ oqsma ta' politika tal-Agrikoltura u r-riżorsi naturali, u l-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport; jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ssegwi metodoloġiji differenti f'dawn iż-żewġ oqsma li t-tnejn li huma terġa' lanqas mhuma konformi mal-metodoloġija tal-Qorti tal-Awdituri; jinsab imħasseb li l-approċċi differenti f'dawn iż-żewġ oqsma jistgħu jdgħajfu l-kredibbiltà tal-kontroll u tal-awditjar tal-infiq b'ġestjoni kondiviża; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri jarmonizzaw it-trattament tal-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku f'dawn iż-żewġ oqsma ta’ politika b'urġenza u biex jirrapportaw lura lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar il-progress miksub sal-aħħar tal-2012;

Kwistjonijiet speċifiċi

Ir-rwol tal-Kummissarju responsabbli għall-kwistjonijiet ta' kontroll tal-baġit

86.    Jinnota li, fil-Kummissjoni tal-2004-2009, kien hemm Kummissarju li kien inkarigat full-time mill-kontroll baġitarju kif kien intalab qabel mill-Parlament; jiddispjaċih għall-fatt li fil-Kummissjoni attwali l-kwistjonijiet ta' kontroll baġitarju ngħaqdu ma' responsabilitajiet oħrajn ("tassazzjoni u unjoni doganali"); jipproponi li fil-Kummissjoni tal-2014-2019 jerġa jiġi stabbilit Kummissarju għall-kontroll baġitarju full-time b'responsabbiltà fi kwistjonijiet relatati, fost l-oħrajn, mal-oqsma li ġejjin:

–       l-awditjar intern,

–       il-ġlieda kontra l-frodi,

–       ħidma konġunta mal-Qorti tal-Awdituri u mal-kumitat relevanti tal-Parlament;

–       kuntatt mal-awtoritajiet baġitarji u ta' awditjar relevanti fl-Istati Membri, u l-iżvilupp ta' qafas komprensiv ta' kontroll intern,

–       is-sorveljanza u t-tijib tal-utilità tar-rapport ta' sinteżi annwali, inkluż ir-rieżami tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Istati Membri,

–       l-ikkummissjonar u l-valutazzjoni tal-evalwazzjonijiet indipendenti tal-programmi, u l-iżvilupp tar-Rapport ta' Valutazzjoni, previst fl-Artikolu 318 tat-TFUE, f'għodda ta' valur għat-titjib fil-prestazzjoni;

Il-prestazzjoni: L-ilħuq ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

87.    Jilqa’ l-Kapitolu 8 l-ġdid dwar "L-ilħuq ta' riżultati mill-baġit tal-UE" fir-Rapport Annwali li jinkludi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-awtovalutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prestazzjoni fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħha;

88.    Jinnota l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-kwalità tar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni, bħal:

–       "Bħalissa l-Pjan ta’ Ġestjoni ma jipprevedix objettivi u indikaturi biex jitkejlu l-ekonomija u l-effiċjenza" (Rapport Annwali, it-titlu ta’ qabel il-punt 8.17)

–       "F’xi oqsma l-miri mhumiex kwantifikati jew speċifiċi biżżejjed" (Rapport Annwali, it-titlu ta’ qabel il-punt 8.18)

–       "Passi importanti interim għal miri multiannwali mhumiex definiti f’xi oqsma" (Rapport Annwali, it-titlu ta’ qabel il-punt 8.20)

–       "Id-deskrizzjoni tal-kisbiet tal-politika tat informazzjoni limitata dwar ir-riżultati u l-impatti" (Rapport Annwali, it-titlu ta’ qabel il-punt 8.22);

89.    Jikkunsidra li dawk is-sejbiet importanti juru li l-Parlament ma jistax jafda għalkollox ir-rappurtar tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni; jemmen li data affidabbli hija l-bażi tal-ġestjoni tajba, l-iżvilupp tal-politika u s-sorveljanza parlamentari; japprezza jekk il-Qorti tal-Awdituri tkompli tiżviluppa l-attivitajiet tagħha f’dan il-qasam biex tinkludi ċ-"ċertifikazzjoni" tad-data tal-prestazzjoni rrappurtata mill-Kummissjoni fuq bażi regolari;

90.    Jemmen li l-prestazzjoni hija importanti daqs il-legalità u r-regolarità, u jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra jekk ikunx possibbli li tiġi inkluża l-informazzjoni ġdida dwar il-prestazzjoni tal-gruppi ta' politika differenti fil-kapitoli relatati fir-Rapport Annwali;

91.    Jinnota li l-objettivi, l-indikaturi u l-għanijiet ippreżentati fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni jiffokaw prinċipalment fuq l-effikaċja (Rapport Annwali, punt 8.15); jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb ir-rappurtar tagħha dwar il-prestazzjoni, inklużi l-indikaturi relatati mal-ekonomija u l-effiċjenza u biex tistabbilixxi objettivi adegwati għall-valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba ta’ għanijiet multiannwali;

92.    Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiddefinixxi, fl-oqsma tal-ġestjoni kondiviża, flimkien mal-Istati Membri, l-indikaturi tal-prestazzjoni adegwati li għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti, u biex tivverifika li r-rappurtar tal-Istati Membri tar-riżultati miksuba huwa obbligatorju, komplet u preċiż;

93.    Jinnota l-opinjonijiet ripetuti kemm tal-Qorti tal-Awdituri kif ukoll tal-Kummissjoni li l-kwalità tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri u bejn il-programmi differenti;

94.    Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra b’mod sistematiku dawk id-differenzi fl-effikaċja tas-sistemi tal-kontroll u biex tagħmel disponibbli evalwazzjonijiet tal-isforzi ċari - jew nuqqas ta’ sforz - mill-Istati Membri fl-osservazzjoni u fit-tiswija tal-irregolaritajiet sabiex jiżguraw li l-Istati Membri b’sistemi ta' sorveljanza u kontroll tajbin mhumiex fir-risku li jiġu skreditati;

95.    Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta r-Rapport ta' Valutazzjoni, previst fl-Artikolu 318 tat-TFUE fil-kumitat kompetenti tiegħu u fil-Plenarja fl-istess żmien meta jiġi ppreżentat ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri, u jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-Rapport ta' Valutazzjoni f'dawn l-okkażjonijiet; jenfasizza li r-Rapport ta' Valutazzjoni għandu jiġi ppubblikat fi żmien li jippermetti kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri jivvalutawh adegwatament;

96.    Ifakkar li l-Artikolu 318 tat-TFUE jirrikjedi lill-Kummissjoni tippreżenta "rapport ta' valutazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miksuba"; jinnota li l-Kummissjoni, fis-17 ta' Frar 2012, adottat l-ewwel Rapport ta' Valutazzjoni skont l-Artikolu 318 tat-TFUE, li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2010;

97.    Ifakkar ukoll li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-kwittanza lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2009[97], issuġġerixxa li:

–       il-Kummissjoni għandha taħtar "evalwatur tal-prestazzjoni" sabiex tistabbilixxi sjieda ċara tar-rapport ta' valutazzjoni (punt 199);

–       għandha tiġi stabbilita relazzjoni ċara u trasparenti bejn l-indikaturi tal-prestazzjoni, il-bażi legali/politika, l-ammont tan-nefqa u r-riżultati (punt 200);

–       Is-Servizz ta' Awditjar Intern għandu jawditja l-metodoloġija użata għall-pubblikazzjoni tar-rapport kif ukoll jevalwa l-ħidma li tkun saret (punt 200);

–       l-indikaturi qofol tal-prestazzjoni użati mid- dipartimenti tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament (punt 200);

98.    Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma kinitx kapaċi tindirizza bis-sħiħ dawn is-suġġerimenti fl-ewwel Rapport ta' Valutazzjoni skont l-Artikolu 318 tat-TFUE; jinnota wkoll li l-ewwel Rapport ta' Valutazzjoni huwa sommarju tar-rapporti ta' valutazzjoni eżistenti f'żewġ oqsma tal-politika (l-Edukazzjoni u l-Kultura u r-Riċerka); jemmen li l-kopertura u l-kontenut tal-ewwel Rapport ta' Valutazzjoni ma jissodisfax dak li kien mistenni minn rapport ta' valutazzjoni meħtieġ mit-TFUE;

99.    Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa l-kontenut tar-Rapport ta' Valutazzjoni skont l-Artikolu 318 tat-TFUE u, b'mod partikulari, tidentifika l-valur miżjud tar-Rapport ta' Valutazzjoni mqabbel ma' valutazzjonijiet "normali" mwettqa skont ir-Regolament Finanzjarju (Artikolu 27) u r-regoli implimentattivi tiegħu (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002[98], Artikolu 21);

100.  Jappoġġja bis-sħiħ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li "taħdem biex tiżgura li jkun hemm koordinazzjoni, skambju ta' informazzjoni u koerenza msaħħa kemm fi ħdan il-Kummissjoni kif ukoll mal-Istati Membri dwar l-ipprogrammar, l-organizzazzjoni u l-użu tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fil-qafas finanzjarju li jmiss"[99];

101.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri qed tippjana li tagħmel osservazzjonijiet dwar l-ewwel Rapport ta' Valutazzjoni prodott skont l-Artikolu 318 tat-TFUE[100];

102.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex teżamina mill-ġdid il-briefing u t-taħriġ mogħtija lill-persunal rigward "Titolu II: Drittijiet u obbligi tal-uffiċjali" tar-Regolamenti tal-Persunal biex ikun żgurat li l-persunal kollu jkun jaf sew it-termini tiegħu u b'mod partikolari l-obbligi skont l-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal;

Il-Koeżjoni, l-enerġija u t-trasport – konklużjoni negattiva

103.  Huwa mħasseb dwar iż-żieda fir-rata ta’ żball għal 7.7 % fil-qasam ta’ politika 'Koeżjoni, enerġija u trasport' minkeja ż-żieda fil-użu tal-interruzzjonijiet ta' skadenzi tal-ħlasijiet; jinsab imħasseb ħafna li ftit mill-iżbalji setgħu nstabu u ġew korretti għal 58 % tat-tranżazzjonijiet milquta mill-iżbalji (Rapport Annwali, punt 4.25);

104.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tippreżenta r-rati ta’ żbalji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, l-enerġija u t-trasport b’mod separat u mhux fuq bażi aggregata;

105.  Jiddeplora l-fatt li, sena wara sena, in-nuqqas ta' rispett tar-regoli ta’ akkwist pubbliku jammontaw għal proporzjon kbir tal-iżbalji; jara l-implikazzjonijiet usa’ u jikkunsidra dawn bħala indikazzjoni li l-funzjonament tas-suq intern huwa fil-periklu; jistieden lill-Kummissjoni tkompli r-riforma li qed issir tal-akkwist pubblika billi tikkunsidra b’mod dovut dawn ir-riżultati inkwetanti u biex tagħti segwitu b’mod rigoruż tal-ksur hekk kif il-Qorti tal-Awdituri wkoll identifikat każijiet ta’ traspożizzjoni ħażina tad-Direttivi tal-Unjoni fil-leġiżlazzjoni tal-akkwist pubbliku nazzjonali (Rapport Annwali, punt 4.27);

106.  Jaqra bi tħassib kbir li l-awtoritajiet tal-awditjar huma biss parzjalment effikaċi; jinsab imħasseb ħafna mill-fatt li l-approċċi tal-awditjar tal-awtoritajiet tal-awditjar ivarjaw tant li r-riżultati tagħhom ma jistgħux jiġu aggregati biex tinkiseb opinjoni ġenerali skont il-Fond fil-livell nazzjonali (Rapport Annwali, punti 4.41); jistieden lill-Kummissjoni tiżvela kif issaħħaħ l-informazzjoni li tirċievi mill-awtoritajiet tal-awditjar u kif il-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza sabiex tipprovdi informazzjoni affidabbli lill-Parlament fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha;

107.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 287(4) tat-TFUE, tagħti opinjoni dwar l-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-adwitjar fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża;

108.  Jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament meta biħsiebha tafda fuq awtoritajiet tal-awditjar magħżula skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u b’hekk tnaqqas l-awditjar tagħha fil-post; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri ssegwi mill-qrib dan l-iżvilupp u tagħmel awditjar tiegħu;

109.  Jinkoraġġixxi lill-Qorti tal-Awdituri teżamina l-possibbiltà li tirreaġixxi għall-problema kontinwa tal-multiannwalità tal-implimentazzjoni tal-fondi u l-annwalità tal-awditi tal-Qorti; jenfasizza li matul il-perjodu ta' implimentazzjoni, ir-rata ta' żbalji għandha t-tendenza tkun ogħla milli fil-fażi tal-għeluq meta l-infiq ikun għadda mil-livelli ta' kontroll kollha;

Ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni fil-qasam ta’ politika tal-koeżjoni

110.  Jifhem li l-Kummissjoni għandha l-għazla (iżda mhux l-obbligu) li tissanzjona Stati Membri mhux konformi bi strumenti differenti:

 

 

Interruzzjoni

Sospensjoni

Korrezzjonijiet finanzjarji aċċettati mill-Istati Membri

Korrezzjonijiet finanzjarji mhux aċċettati mill-Istati Membri

Effett

L-iskadenza għall-ħlas hija mdewma għal perjodu massimu ta’ sitt xhur mill-uffiċjal awtorizzanti

Il-bbiltà huwa sospiż għal perjodu indefinit mill-Kulleġġ tal-Kummissarji

L-Istati Membri jitħallew jerġgħu jagħmlu użu tal-fondi 'rilaxxati’ li ma jirriżultawx f’telf ta' fondi għall-Istat Membru

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni kollha jew parti minnha hija kkanċellata (tnaqqis nett)

Kundizzjonijiet

Il-provi juru nuqqas importanti fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

Nuqqas gravi fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll jew ta’ spejjeż dikjarati huwa soġġett għal ksur gravi

L-Istat Membru jaċċetta l-korrezzjonijiet finanzjarju ġejjin mill-awditi tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri jew ta’ xi awditur ieħor tal-Unjoni

L-Istat Membru ma jaqbilx mal-korrezzjonijiet finanzjarju ġejjin mill-awditi tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri jew ta’ xi awditur ieħor tal-Unjoni

Bażi ġuridika

Regolament (KE) Nru 1083/2006

Artikolu 91

Artikolu 92

Artikolu 98

Artikolu 99

 

111.  Jilqa' l-kjarifika mogħtija mill-Kummissjoni[101] fir-rigward tad-distinzjoni bejn "nuqqas sinifikanti" u "nuqqas serju": josserva li l-valutazzjoni li twassal għal tali kwalifika hija bbażata fuq in-nota ta' gwida COCOF 08/0019/01-EN, billi jintużaw ir-rekwiżiti ewlenin hemmhekk indikati;

112.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni m’għandhiex is-setgħa timponi penali fuq l-Istati Membri jew reġjuni li kemm-il darba naqqsu li jimplimentaw il-Fondi Strutturali jew il-Fond tal-Koeżjoni b'mod tajjeb;

L-effikaċja tal-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet

113.  Ifakkar li l-Parlament talab attivazzjoni sistematika tal-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet indipendenti minn konsiderazzjonijiet politiċi (rapport ta’ kwittanza 2009[102], punti 194-196);

114.  Jinnota li għall-2010 l-Kummissjoni rrikorriet aktar għall-interruzzjonijiet hekk kif id-DĠ REGIO interrompa 49 skadenza tal-bbiltài (ara r-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ REGIO, paġni 42-44) u d-DĠ EMPL interrompa 14-il skadenza tal-bbiltài (ara r-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ EMPL, paġna 50); jinnota wkoll li l-Kummissjoni ma ssospendiet l-ebda bbiltài la għall-FEŻR u lanqas għall-Fond ta' Koeżjoni fl-2010, filwaqt li ssospendiet sitt bbiltài tal-FSE;

115.  Jiddeplora l-fatt li r-rata ta’ żball fil-koeżjoni, u b’mod partikolari fil-Politika Reġjonali, żdiedet minkejja ż-żieda fil-użu tal-interruzzjonijiet u minkejja l-fatt li l-Kummissjoni identifikat l-Istati Membri u r-reġjuni li jikkontribwixxu l-aktar għar-rata ta' żball; ifakkar lill-Kummissjoni fil-pjan ta' azzjoni tagħha għat-tisħiħ tar-rwol superviżorju tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża tal-azzjonijiet strutturali[103]; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza d-dgħjufijiet fl-Istati Membri u r-reġjuni l-aktar milquta minn rati ta' żbalji għolja u tikkonforma mar-rwol superviżorju tagħha billi ssaħħaħ il-miżuri previsti mill-pjan ta' azzjoni;

116.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-ħlasijiet biss jekk provi suffiċjenti ta' awditjar adegwat miġbura fil-post juru li sar rimedju għad-dgħufijiet biex din is-setgħa ta' sanzjonar issir aktar effikaċi u bil-ħsieb li jiġi evitat kull riskju li l-ħlasijiet jitkomplew wisq malajr;

117.  Jinnota li d-DĠ REGIO kompla 24 % (12 mid-49 ħlas interrotti fl-2010, li kollha kemm huma kien ġew interrotti f'Ottubru 2010[104]), mill-ħlasijiet interrotti f’Diċembru tal-2010; jemmen li t-tkomplija ta’ bbiltài f’Diċembru taggrava l-iżbilanċ tal-bbiltài matul is-sena li jżid ir-riskju ta’ żbalji fil-ġestjoni tal-bbiltài u jillimita l-ħin disponibbli għall-Qorti tal-Awdituri biex tagħmel awditu ta' dawk il-bbiltài; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament f'liema minn dawn it-12-il każ il-finanzjament intilef skont ir-regola n+2/n+3 jekk il-bbiltài tkomplew fl-2011;

L-effikaċja tal-korrezzjonijiet finanzjarji

118.  Jixtieq jenfasizza d-differenza importanti bejn korrezzjoni finanzjarja implimentata minn Stat Membru li ma tirriżultax fi tnaqqis nett u korrezzjonijiet finanzjarji implimentati mill-Kummissjoni permezz ta’ ordnijiet ta’ rkupru li jirriżultaw fi tnaqqis nett; jemmen li l-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati minn Stat Membru għandhom ‘karattru virtwali’ b’effett ta’ sanzjoni zgħir; jilqa’ t-titjib li saru għal Nota 6 tal-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea u jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb l-informazzjoni pprovduta, pereżempju billi tqabbel il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri mal-ammont ta' bbiltài korrispondenti;

119.  Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatti li ġejjin:

–       il-korrezzjonijiet finanzjarji fl-2010 rriżultaw fi tnaqqis nett biss f'madwar 20 % tal-każijiet kollha (ara l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea, paġna 68) peress li l-proġetti indentifikati bħala mhux eliġibbli jistgħu jiġu sostitwiti minn proġetti oħrajn, possibilment anki ‘l-proġetti retrospettivi' għalkemm dawn jirrappreżentaw riskju ogħla f’termini ta' legalità u regolarità u m'għandhom l-ebda valur miżjud mill-Unjoni;

–       f’ħafna mill-każijiet, il-korrezzjonijiet finanzjari jindirizzaw dgħufijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri u mhux fil-proġetti individwali, li jfisser li l-konsegwenzi finanzjarji tad-dgħufijiet tas-sistema s-soltu jħallas għalihom il-kontributur tat-taxxa nazzjoni li diġà kkontribwixxa għall-baġit tal-Unjoni;

–       ir-rata tal-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji għal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 naqas minn 62 % għa; 58 % (ara l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea, paġna 71), prinċiplament bħala riżultat tar-rati baxxi ta’ implimentazzjoni fil-FEŻR u fil-Fond ta' Koeżjoni;

120.  Huwa tal-fehma li dawn il-fatti jimminaw serjament l-effikaċja tal-korrezzjonijiet finanzjarji; jibża' li l-possibbiltà li jiġu sostitwiti l-ispejjeż mhux eliġibbli jagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri sabiex jippreżentaw proġetti, possibbilment retrospettivi, oħra, li jistgħu jwasslu għal effett negattiv li jżid ir-risku f'termini tal-legalità u r-regolarità tal-baġit tal-Unjoni;

Konklużjonijiet dwar ir-rwol superviżorju tal-Kummissjoni

121.  Jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari d-DĠ REGIO, tagħmel użu sħiħ tal-istrumenti ta' sanzjoni eżisteni; huwa, madankollu, tal-fehma li l-qafas leġiżlattiv 2007-2013 ma jipprovdix biżżejjed inċentivi lill-Istati Membri sabiex jkunu konformi mar-regoli, u ma jipprovdix lanqas lill-Kummissjoni bi strumenti effikaċi biżżejjed biex jikkumpensa l-konformità jew jissanzjona n-nuqqas ta’ konformità;

122.  Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tikkunsidra bħala azzjoni prijoritarja l-appoġġ lill-Parlament fl-isforzi tiegħu fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja fir-rigward tal-proposta għal regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar l-istrumenti strutturali ( COM(2011)0615 – 2011/0276 (COD) ) biex joħloq mekkaniżmi effikaċi ta’ sanzjonijiet sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tieħu bis-sħiħ ir-responsabbiltà globali u finali tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit, liema responsabbiltà għandha, fost affarijiet oħra, tinkludi l-elementi li ġejjin:

–       it-tnaqqis nett għandu jsir ir-regola għall-korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-Kummissjoni u l-possibbiltà li jiġu ddikjarati proġetti retrospettivi għandha tiġi abolita;

–       l-Istati Membri jiġu mġiegħla jirkupraw l-ispejjeż mhux eliġibbli mill-benefiċjarji finali sa fejn jistgħu biex il-benefiċjarji finali jbatu l-konsegwenzi tal-ispejjeż mhux eliġibbli u mhux il-kontribwent nazzjonali, u l-informazzjoni dwar dawn l-irkupri mill-Kummissjoni tiġi mħgħoddija lill-Parlament jekk dan ikun possibbli;

–       il-Kummissjoni tkun tista' tagħti inċentivi lill-Istati Membri mhux biss biex ikunu konformi mar-regoli iżda ukoll biex jimplimentaw il-politika ta' Koeżjoni b'mod effikaċi, effiċjenti u ekonomiku;

–       jiġi żgurat li fixra sħiħa ta' sanzjonijiet (interuzzjonijiet, sospensjonijiet, korrezzjonijiet finanzjarji u pieni) tkun disponibbli għall-fondi kollha b'marġni minima ta' diskrezzjoni meta jiġi kkonstatat ksur tar-regoli;

–       il-Kummissjoni tkun tista' timponi penali fuq Stati Membri jew twaqqaf programmi operattivi fi Stati Membri jew reġjuni li fallew b’mod ripetut fl-implimentazzjoni tajba tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta' Koeżjoni;

–       jinbdew proċeduri legali jekk l-Istati Membri jonqsu b'mod persistenti li josservaw l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 258 TFUE;

–       jiġu trażmessi lill-Kummissjoni d-data relevanti kollha u l-informazzjoni li l-Kummissjoni teħtieġ sabiex twettaq ir-rwol superviżorju tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-fondi mill-Istati Membri;

L-agrikoltura u r-riżorsi naturali – konklużjoni kkwalifikata

123.  Jilqa' l-fatt li l-ħlasijiet diretti koperti mis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (IACS) - li fl-2010 kienu responsabbli għal 77 % tal-infiq totali fil-PAK - kienu ħielsa minn żbalji materjali (Rapport Annwali, punt 3.55 u r-risposta tal-Kummissjoni rigward dan il-punt);

124.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni rnexxielha żżomm ir-rata ta' żball l-aktar probabbli fil-livell ta' 2,3 % (rapport Annwali, Anness 3.1) u jinkoraġġixxi lill-Kummisjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tnaqqas iktar ir-rata ta' żball;

125.  Ifakkar li s-SIAK għandha tiżgura li jsiru bbiltài korretti u traċċabbli lil bdiewa; josserva madankollu li l-effettività tal-SIAK hija milquta ħażin minn data mhux preċiża fil-bażijiet ta' data, kontroverifiki mhux kompluti jew mhux korretti jew segwitu mhux komplut ta' anomaliji (il-Qorti tal-Awdituri, Rapport Annwali, punt 3.29); jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-bażijiet ta' data kollha jkunu aġġornati u li l-anomaliji kollha jkunu segwiti sew;

126.  Jinnota l-eżempju mogħti mill-Qorti tal-Awdituri ta' żball ta' eliġibbiltà taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG)[105] b'rabta ma' arranġament ta' tpartit bl-użu ta' stokkijiet ta' intervent; jinnota wkoll li l-ammont totali mħallas mill-baġit tal-Unjoni għat-trasport tad-9 894 tunnellata ta' butir involuti fl-arranġament kien ta' madwar EUR 900 000[106]; huwa mħasseb serjament dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba ta' dawn l-operazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-arranġamenti ta' skambju, jekk għandhom jitkomplew, ikunu trasparenti u kosteffikaċi;

127.  Jinnota li l-infiq fuq l-iżvilupp rurali (madwar EUR 11 483 000 000[107]) huwa partikolarment suxxettibbli għal żbalji peress li mit-80 tranżazzjoni li kienu inklużi fil-kampjun, 40 (50 %) kienu affettwati minn żbalji u li 21 (52 %) minn dawn it-tranżazzjonijiet kienu affettwati minn żbalji kwantifikabbli (Rapport Annwali, punt 3.19);

128.  Jinnota li l-proċedura tal-għeluq tal-kontijiet irriżultat ġeneralment effikaċi fil-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni billi eskludiet infiq li ma sarx f'konformità mar-regoli tal-Unjoni;

129.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tnaqqas it-tul tal-proċedura tal-verifika tal-konformità filwaqt li tiżgura li jitħares id-dritt ta' difiża tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-konnessjoni bejn il-korrezzjonijiet finanzjarji imposti u l-ammont reali tal-ħlasijiet irregolari; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni billi jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha fil-waqt;

130.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 8/2011 tagħha dwar "Irkupri ta' bbiltài mhux dovuti taħt il-Politika Agrikola Komuni" fis-sens li s-sistemi relatati mal-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji tjiebu f'dawn l-aħħar snin; itenni l-opinjoni tiegħu li l-fondi agrikoli mħallsa indebitament għandhom jiġu rkuprati mill-benefiċjarji finali kemm jista' jkun biex jiġi evitat li l-kontributur tat-taxxa jbati darbtejn; jistieden lill-Kummissjoni tieħu aktar miżuri biex telimina l-possibbiltà ta' interpretazzjoni u prattiki diverġenti fost l-Istati Membri u tikkontrola rigorożament is-sistemi tal-Istati Membri għall-irkupri;

131.  Jemmen b'mod qawwi li l-laqgħat tripartiti bejn il-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu estiżi għall-qasam politiku tal-agrikoltura u r-riżorsi naturali biex tiġi faċilitata interpretazzjoni u applikazzjoni armonizzata tar-regoli rigward il-ġestjoni u l-kontroll tal-infiq u b'hekk jiġi evitat kemm jista' jkun nuqqas ta' ftehim;

         

L-għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir – konklużjoni kkwalifikata

132.  Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li s-sistemi superviżorji u ta' kontroll għall-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir kienu biss parzjalment effikaċi fl-iżgurar tar-regolarità tal-ħlasijiet (Rapport Annwali, punt 5.36);

133.  Jinnota li r-rata ta' żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti tal-Awdituri kienet ta' 1,7 % (Rapport Annwali, punt 5.13); jiddispjaċih madankollu li nstab livell materjali ta' żbalji fi ħlasijiet interim u finali li skont il-Kummissarju Andris Piebalgs huwa madwar 5 %[108] u jkun saħansitra ogħla kieku l-appoġġ tal-baġit kellu jkun eskluż mill-kalkolu; jinnota wkoll li l-iżbalji kwantifikabbli kollha nstabu fil-ħlasijiet interim u finali (Rapport Annwali, punt 5.13); jikkundanna l-fatt li żewġ terzi tal-iżbalji misjuba fil-ħlasijiet finali ma kinux ġew identifikati mill-kontrolli tal-Kummissjoni (Rapport Annwali, punt 5.16);

134.  Jemmen li b'mod globali l-iktar rata probabbli ta' żball hija inqas mil-livell limitu ta' materjalità ta' 2 % minħabba l-proporzjon ta' prefinanzjamenti u appoġġ tal-baġit fl-infiq operattiv totali; jinnota li dan il-proporzjon żdied minn 66 % fis-sena finanzjarja 2008 għal 75 % fis-sena finanzjarja 2010[109];

135.  Ifakkar li l-prefinanzjamenti għandhom profil tar-riskju differenti li ma jidhirx fl-awditjar tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni; jemmen li huwa iktar effiċjenti li jiġi evitat li jkun hemm irregolaritajiet milli li jiġi korrett ħlas mhux dovut ex post permezz tal-irkupri;

136.  Ifakkar li r-riskji ewlenin marbuta mal-appoġġ tal-baġit (riskju għall-effikaċja tal-għajnuna kif ukoll riskji ta' frodi u korruzzjoni) ukoll ma jidhrux fl-awditjar tad-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja rigorożament dawn ir-riskji;

137.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li "Il-EuropeAid stabbilixxa strateġija ta' kontroll komprensiv u kompla jġib titjib sinifikanti għat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tiegħu." (Rapport Annwali, Anness 5.3);

138.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri tikkunsidra li "d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu biss valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità għall-FEI u l-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea" (Rapport Annwali, punt 5.34, enfasi miżjuda).

139.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lil EuropeAid tlesti malajr kemm jista' jkun il-ħidma fuq metodoloġija biex jiġi kkalkulat il-livell ta' "żball residwu" li jista' jibqa' wara li jkunu saru l-kontrolli kollha u biex taqsam ir-riżultati mad-Direttorati Ġenerali l-oħra għar-relazzjonijiet esterni bil-ħsieb li jsir it-titjib meħtieġ fil-pożizzjonijiet meħuda mill-maniġment tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir;

140.  Jinnota li l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, fejn dawn ikunu l-uniku persunal tas-SEAE f'delegazzjoni, ma jistgħux jiddelegaw, anki fuq bażi temporanja, is-setgħat tagħhom bħala uffiċjali tal-awtorizzazzjoni għan-nefqa amministrattiva tad-Delegazzjoni tal-Unjoni meta jkunu assenti; josserva barra minn hekk li dan jista' joħloq diffikultajiet prattiċi għall-kontinwità tal-operazzjonijiet u riskji addizzjonali fid-Delegazzjoni tal-Unjoni; jitlob lill-Kummissjoni għalhekk tippermetti, fuq bażi temporanzja, lill-Kap ta' Delegazzjoni tal-Unjoni jiddelega s-setgħa tiegħu bħala uffiċjal tal-awtorizzazzjoni;

141.  Jitlob lill-Kummissjoni tawtorizza Viċi Kap ta' Delegazzjoni, fejn dan jeżisti, ġeneralment li ġej minn Stat Membru, jaqdi d-dmirijiet tal-Kap ta' Delegazzjoni fl-assenza tiegħu għal kull kwistjoni ħlief għall-implimentazzjoni tal-infiq operattiv ġestit mid-delegazzjoni tal-Unjoni, li tista' tiġi delegata biss lill-persunal tal-Kummissjoni;

142.  Jinnota l-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri ppreżentati fl-eżempju 5.3 tar-Rapport Annwali; huwa mħasseb serjament dwar l-"Interpretazzjoni flessibbli ta' eliġibbiltà għal azzjonijiet kofinanzjati" jew "approċċ nazzjonali" ma' organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti li jinvolvu r-riskju ta' finanzjament doppju tal-istess spiża; jemmen li dan għandu wkoll l-effett li jnaqqas ir-rata ta' żball tal-Qorti tal-Awdituri; huwa inkwetat ħafna wkoll dwar il-"kriterji ta' eliġibbiltà estiżi" applikabbli skont il-Ftehim Finanzjarju u Amministrattiv ta' Qafas mal-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti (FAFA) u l-Ftehimiet Qafas ta' Sħubija mas-sħab implimentattivi tal-Kummissjoni li wkoll jinvolvu r-riskju li l-istess spiża tiġi ffinanzjata darbtejn; jistieden b'mod qawwi lill-Kummissjoni twaqqaf iż-żewġ prattiki li huma; jistenna li l-aġenziji tan-NU jagħtu lill-organizzazzjoniet intergovernattivi tad-donaturi drittijiet simili ta' aċċess għar-rapporti ta' awditu intern li minnhom igawdu l-Istati Membru tan-NU; jinnota f'dan il-kuntest li jeħtieġ isir aktar progress biex jitjieb ir-rappurtar dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni billi tingħata informazzjoni dwar ir-riżultati aktar milli dwar l-azzjonijiet;

143.  Jilqa' r-reviżjoni tal-mandat, mogħtija mill-Kummissjoni, li tipprevedi garanzija baġitarja favur il-BEI li tkopri r-riskji ta' telf għas-self u l-garanziji għall-proġetti barra mill-Unjoni; jenfasizza l-fatt li l-garanzija tal-Unjoni provduta lill-BEI hija bla dubju suġġetta għall-iskrutinju tal-Qorti tal-Awdituri;

144.  Jinnota li l-informazzjoni dwar il-kuntratti mogħtija minn EuropeAid[110] u mid- DĠ ECHO[111] mhijiex qed issegwi l-istess mudell; jinkoraġġixxi l-Kummissjoni timplimenta mudell komuni għall-bażijiet ta' data fejn jinsabu l-kuntratti mogħtija minn dawn id-DĠ, fejn l-informazzjoni minima provduta għandha tkun: in-numru tal-kuntratt/referenza, it-titlu tal-kuntratt, it-tema/is-settur tal-intervent, l-isem u n-nazzjonalità tal-kuntrattur, il-pajjiż tal-intervent, l-ammont, it-tip ta' kuntratt u t-tul taż-żmien (billi jiġu provduti kemm id-data ta' bidu kif ukoll id-data ta' tmiem);

Ħaiti

145.  Ifakkar fit-terrimot f'Ħaiti u l-konsegwenzi diżastrużi tiegħu; jiddeplora d-diffikultajiet ikkonstatati fl-ikkombinar tal-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp (il-kollegament tal-għajnuna ta' solliev, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp); iqis li l-Kummissjoni għandha tillimita l-għajnuna umanitarja tagħha u tiffoka l-isforzi u l-finanzjament tagħha fuq ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp;

146.  Jiddeplora l-koordinament insuffiċjenti bejn id-Delegazzjoni tal-Unjoni u r-rappreżentanza tal-ECHO; jappoġġa koordinament imsaħħaħ bejn l-atturi tal-Unjoni kollha; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tiżgura koerenza u kumplementarjetà akbar bejn l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp kemm fil-livell ta' politika kif ukoll fil-prattika;

147.  Jiddeplora n-nuqqas ta' sostenibbiltà tal-proġetti u jenfasizza li l-proġetti għandhom prinċipalment ikunu intiżi għall-ħolqien ta' impjiegi u l-iżgurar ta' tkabbir sostenibbli u dawn jippermettu lill-Istat ta' Ħaiti jżid d-dħul tiegħu sabiex jiddependi anqas fuq għajnuna minn barra; jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-Parlament b’lista tal-proġetti li twettqu f’Ħaiti f’dawn l-aħħar 15-il sena u b’valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni attwali tagħhom biex tiġi stmata s-sostenibbiltà tagħhom;

148.  Jirrimarka dwar in-nuqqas ta' viżibbiltà tal-għajnuna tal-Unjoni f'Ħaiti; hu tal-fehma li, biex titjieb il-viżibbiltà, mhux biss tal-bandiera iżda wkoll l-isem tal-Unjoni Ewropea għandhom jidhru fuq dokumenti ta’ PR aktar milli fuq dawk tal-Kummissjoni jew tad-DĠ ECHO, li huma ħafna inqas identifikabbli għaċ-ċittadini ta’ Ħaiti;

Ir-riċerka u politiki interni oħrajn – konklużjoni kkwalifikata

149.  Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li s-sistemi superviżorji u ta' kontroll għar-Riċerka u Politiki Interni oħrajn kienu biss parzjalment effikaċi fl-iżgurar tar-regolarità tal-ħlasijiet (Rapport Annwali, punt 6.49);

150.  Jinnota bħala karatteristika speċifika ta' dan il-grupp ta' politiki li l-parti l-kbira tal-infiq operattiv (72 %, Rapport Annwali, tabella 6.1) hija implimentata permezz ta' prefinanzjamenti - li jirrikjedu biss konformità ma' numru limitat ta' kundizzjonijiet għall-kuntrarju ta' ħlasijiet interim u finali - u li din l-ispeċifiċità għandha influwenza pożittiva fuq ir-rata globali ta' żball;

151.  Huwa mħasseb, b'mod partikolari, dwar il-livell ta' prefinanzjamenti fil-programm tat-tagħlim tul il-ħajja li jippermetti prefinanzjamenti sa massimu ta' 100 % tal-ispiża bbaġitjata tal-proġett (Rapport Annwali, punt 6.9) u li 93 % tal-ħlasijiet kollha li saru għalih fl-2010 kienu prefinanzjamenti (Rapport Annwali, tabella 6.1);

152.  Jinnota li nstab livell materjali ta' żbalji fil-ħlasijiet interim u finali lill-benefiċjarji u li l-iktar rata probabbli ta' żball stmata mill-Qorti tal-Awdituri hija 1,4 % (Rapport Annwali, punt 6.12) minħabba l-influwenza tal-prefinanzjamenti; jinnota wkoll li l-Qorti tal-Awdituri ma tippubblikax rata speċifika ta' żball għal ħlasijiet interim u finali;

153.  Jifhem li l-Kummissjoni[112] tistma li r-rata ta' żball rappreżentattiv mingħajr il-prefinanzjamenti fuq bażi multiannwali hija 3,4 % għall-Programm Kwadru 6 u li r-rata proviżorja ta' żball rappreżentattiv għall-Programm Kwadru 7 hija ftit iktar minn 4 % fuq bażi multiannwali; jifhem ukoll li r-rata ta' żball residwu fuq bażi multiannwali, li hija l-livell ta' żbalji li jibqa' wara l-korrezzjonijiet u l-irkupri mis-servizzi tal-Kummissjoni wara li jkun sar l-awditjar tagħhom, tammonta għal madwar 2,4 % għall-Programm Kwadru 6 filwaqt li għall-Programm Kwadru 7 l-Kummissjoni għadu ma kellhiex biżżejjed żmien biex tara l-effetti kollha tal-irkupri u tal-korrezzjonijiet fuq bażi multiannwali;

154.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Faċilità ta' Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ mogħti mill-faċilità lill-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka għall-investimenti tagħħhom fil-PPP u proġetti għall-infrastruttura ta' riċerka ta' interess Ewropew sabiex jintħaqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 fil-qasam tal-politiki pubbliki intelliġenti;

155.  Jinnota li l-Kummissjoni qed tissimplifika kemm jista' jkun il-proċeduri ta' kontroll ex ante bil-ħsieb li tiffaċilita l-ipproċessar tal-ħlasijiet bil-konsegwenza li jkunu jistgħu jsiru biss verifiki tar-rekwiżiti amministrattivi u aritmetiċi; huwa mħasseb li anke f'każ ta' dubju dwar l-eliġibbiltà tal-ispiża ddikjarata, twettqu biss verifiki ex ante limitati (Rapport Annwali, punt 6.17 u eżempju 6.2); jinsisti li tittieħed azzjoni sabiex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni;

156.  Jemmen li jrid jinstab bilanċ bejn il-faċilitazzjoni tal-ħlasijiet u l-kontroll tal-eliġibbiltà tal-ispiża ddikjarata; jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-istrateġija tagħha fir-rigward tal-kontrolli ex ante u tapplika approċċ ibbażat fuq ir-riskju biex tindirizza aħjar ir-riskji speċifiċi tad-dikjarazzjoni tal-ispiża u, fil-każ ta' riskju kbir, testendi l-proċeduri ta' kontroll ex ante għal verifiki mwettqa fil-post;

157.  Huwa mħasseb ħafna li ċ-ċertifikati tal-awditjar għadhom parzjalment effikaċi biss (Rapport Annwali, punt 6.22); ifakkar li ċ-ċertifikati tal-awditjar huma wieħed mill-aktar elementi importanti tal-kontrol ex ante mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħmilha l-prattika komuni li jkun hemm komunikazzjoni formali mal-awdituri esterni billi tipprovdi reazzjonijiet u titlob spjegazzjonijiet f'każijiet ta' ċertifikati ta' awditjar mhux affidabbli;

158.  Jilqa' l-fatt li l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-awditjar ex ante hija meqjusa effikaċi fl-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbalji (Rapport Annwali, punt 6.30); jilqa', barra minn hekk, il-fatt li l-proċeduri tal-Kummissjoni biex tirkupra l-fondi li ntefqu indebitament huma adegwati u li l-Kummissjoni għamlet użu akbar mill-miżuri korrettivi bħat-tmiem bikri tal-kuntratti u pieni;

159.  Huwa mħasseb serjament li l-kalkolu tar-rata ta' żball residwu hija bbażata fuq suppożizzjonijiet li mhux dejjem jikkorrispondu mar-realtà, bħall-"estrapolazzjoni" tal-iżbalji misjuba f'dikjarazzjoni waħda tal-ispiża tal-istess benefiċjarju; jaqbel mal-fehma tal-Qorti tal-Awdituri li tista' tiġi attribwita affidabbiltà limitata lir-rata ta' żball residwu (Rapport Annwali, punt 6.32); jemmen li dan iqajjem dubji wkoll dwar l-affidabbiltà tar-riżervi li saru mid-Diretturi Ġenerali, peress li wieħed mill-indikaturi ewlenin użati biex tittieħed id-deċiżjoni dwar jekk issirx riżerva hija r-rata ta' żball residwu;

Opinjonijiet minn perspettivi ta' politiki speċifiċi

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għall-Iżvilupp

160.  Jikkunsidra li l-kriżi baġitarja u ekonomika li għaddejja bħalissa u li qiegħdin iħabbtu wiċċhom magħha ħafna mill-Istati Membri tirrikjedi li l-UE, iktar minn qatt qabel, timmassimizza l-effiċjenza u l-impatt tal-għajnuna tagħha; f'dan l-isfond, jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri sabet[113] li fl-2010 s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni għall-għajnuna u l-iżvilupp estern reġgħu kienu biss parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-ħlasijiet u li żewġ terzi tal-iżbalji kwantifikabbli nstabu fi ħlasijiet finali u li dawk l-iżbalji ma nstabux mill-kontrolli tal-Kummissjoni;

161.  Jirrikonoxxi, minkejja dan, l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex ittejjeb it-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tagħha u biex ittejjeb il-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistema ta' informazzjoni dwar il-ġestjoni CRIS; jilqa' l-fatt li, komplessivament, ħlasijiet ta' għajnuna u żvilupp estern fl-2010 kienu ħielsa minn żbalji materjali, u kellhom rata' stimata ta' żbalji aktar baxxa minn dik tal-2009; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tiżviluppa metodoloġija koerenti għad-direttorati għar-relazzjonijiet esterni biex tiġi kkalkulata r-rata ta' żball residwu, biex ittejjeb aktar il-qafas tagħha ta' verifika esterna u biex jitħarsu l-ogħla standards ta' kontroll possibbli;

162.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, partikolarment, sabiex ittejjeb il-kwalità tal-kontrolli ex ante, tal-monitoraġġ u r-rappurtar, tas-sorveljanza u tal-funzjonijiet tal-verifika bbażati fuq ir-riskju tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, fejn il-maġġoranza tal-iżbalji nstabu, biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-taqsimiet operazzjonali u finanzjarji tad-Delegazzjonijiet, biex jiżdiedu r-riżorsi disponibbli lid-Delegazzjonijiet għall-attivitajiet ta' monitoraġġ prinċipali u biex jiġi sistematizzat il-qafas ta' monitoraġġ, li jinkludi l-introduzzjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ u valutazzjoni multiannwali u t-tisħiħ ta' gwida għall-monitoraġġ;

163.  Jitlob lill-Kummissjoni biex issib soluzzjonijiet li jaħdmu għall-isfidi organizzattivi kkawżati mill-għaqda tad-DĠ DEV mad-DĠ AIDCO fl-aħħar tal-2010; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE, li beda jopera f'Diċembru tal-2010, sabiex jiffinalizzaw mingħajr dewmien l-arranġamenti li jiċċaraw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni u implementazzjoni tal-għajnuna esterna, li jinkludi lid-Delegazzjonijiet;

164.  Jikkunsidra li l-istrumenti finanzjarji ġodda taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss 2014-2020 għandhom jirreflettu bis-sħiħ id-drittijiet leġiżlattivi u ta' skrutinju msaħħa tal-Parlament skont it-Trattat ta' Lisbona, u li l-Parlament għandu jkun involut fil-proċess ta' programmar fuq l-istess livell mal-Kunsill;

165.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb l-effettività tal-għajnuna tal-Unjoni lis-settur tal-edukazzjoni bażika fl-Afrika sub-Saħarjana u l-Asja tan-Nofsinhar[114], b'mod partikolari billi tistabbilixxi indikaturi u miri realistiċi biex tissorvelja r-riżultati effettivament, billi tiżgura li d-Delegazzjonijiet jassenjaw persunal b'għarfien espert u karigi għolja biżżejjed biex isostnu djalogu dwar il-politika tas-settur ma' gvernijiet sħab u donaturi oħra, u billi tiffoka iktar fuq il-kwalità tal-edukazzjoni u l-kapaċità tal-gvernijiet benefiċjarji li jlaħħqu maż-żieda fir-reġistrazzjoni fl-iskejjel;

166.  Jinsab diżappuntat mill-każijiet ta' frodi fuq skala kbira li nstabu lejn l-aħħar tal-2011 mill-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja fil-Mali, il-Mawritanja, il-Ġibuti u ż-Żambja, u jinsab imħasseb dwar il-miżapproprjazzjoni potenzjali ta' somom sostanzjali ta' flus, bħal mill-kontribut tal-2010 tal-UE għall-Fond Globali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem iktar mill-qrib mal-Fond Globali biex tappoġġa u tissorvelja l-interventi tiegħu fil-livell tal-pajjiż sabiex tkun evitata r-ripetizzjoni ta' każijiet ta' korruzzjoni bħal dawn u jitjiebu l-obbligu ta’ rendikont u l-effikaċja;

167.  Itenni s-sejħa tiegħu għal involviment ikbar mill-parlamenti u konsultazzjoni ikbar mas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali f'pajjiżi sħab meta jitfasslu u jiġu eżaminati mill-ġdid id-dokumenti dwar l-Istrateġiji għall-Pajjiż u l-Programmi Indikattivi Multiannwali fil-kuntest tal-Istrument ta' finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI);

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

168.  Jinnota li 18% tan-nefqa għall-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni huma allokati għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali, bl-akbar parti min-nefqa f'dan il-qasam tal-politika, jiġifieri 94%, iffinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

169.  Jilqa' l-fatt li fil-kuntest tar-riżorsi allokati għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE), ir-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet għall-impenji kienet 100% (EUR 10.8 biljun) u 87.9 % għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (EUR 7.1 biljun); jirrikonoxxi li r-rata baxxa fir-rigward tal-ħlasijiet irriżultat mill-fatt li xi impenji ttieħdu biss fl-aħħar kwart tas-sena; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni għal titjib tal-ġestjoni finanzjarja;

170.  Jieħu nota tal-estimi tal-Qorti tal-Awdituri li r-rata ta’ żbalji fl-2010 kienet ta’ 7,7 % fir-rigward tal-infiq fl-oqsma tal-koeżjoni, l-enerġija u t-trasport; huwa sorpriż bl-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li d-direttivi tal-Unjoni ma ġewx trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-akkwist pubbliku; għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tissorvelja aħjar t-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u twettaq awditjar tal-ammissibbiltà tal-proġetti li jirċievu finanzjamenti; iqis li l-akkwist pubbiku japplika anqas għall-FSE;

171.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni li permezz ta' taħriġ bilaterali u multilaterali jiġi żgurat li l-Istati Membri jħarrġu, jinfurmaw, jagħtu pariri u jiggwidaw fuq bażi kontinwa, lill-benefiċjarji u lill-entitajiet implimentattivi, sabiex titnaqqas ir-rata ta' żbalji tal-ħlasijiet; jiddispjaċih li l-Istati Membri milli jidher mhumiex fil-qagħda li jagħmlu hekk waħedhom;

172.  Itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri jiġu obbligati jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, u jingħaqad mat-talba tal-Qorti tal-Awdituri, li l-użu tal-FSE għandu jiġi kkontrollat regolarment mill-Kummissjoni;

173.  Ifakkar li l-użu proprju ta’ fondi mill-Istati Membri jrid ikun żgurat u li l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-ħlasijiet huma għodda effikaċi biex isir dan;

174.  Huwa mħasseb dwar l-għadd kbir ta' żbalji misjuba mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

175.  Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontribut tal-FSE għall-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola sa issa ġew implimentati biss parzjalment mill-Kummissjoni;

176.  Ifakkar li huwa kompitu tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, inkarigat mill-amministrazzjoni tal-approprjazzjonijiet, li jieħu miżuri adegwati għall-prevenzjoni tal-frodi u l-korruzzjoni; jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); jitlob li tingħata assigurazzjoni li każijiet ta' frodi fil-FSE jiġu segwiti u sanzjonati anki mill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali;

177.  Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni li tikseb mill-Istati Membri kollha rendikont dettaljat permezz ta' rapporti ta' kontroll annwali ta' awtoritajiet ta' verifika u rapporti annwali sommarji, u jikkunsidra essenzjali li l-Kummissjoni twessa' l-attività ta' verifika tagħha sabiex tikkomunika lill-Parlament il-valur miżjud ta' finanzjament tal-Unjoni;

178.  Jenfasizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi mmirati u tal-mexxejja tal-proġetti fil-FSE; jipproponi li fil-kofinanzjament tal-proġetti jiġu inkorporati attivitajiet volontarji f'organizzazzjonijiet bla skop ta' lukru u investimenti in natura; jitlob li jsir stħarriġ aġġornat dwar l-ispejjeż amministrattivi tal-FSE fost il-mexxejja tal-proġetti abbażi tal-Istati Membri u l-proġetti;

179.  Jenfasizza l-fatt li l-Fond ta’ Globalizzazjoni ffinanzja 21 proġett s’issa b’total ta’ EUR 105 miljun, filwaqt li sa EUR 500 miljun f’approprjazzjonijiet jistgħu jiġu mobilizzati permezz ta’ trasferimenti; jilqa’ x-xejra dejjem akbar fost l-Istati Membri li jiżviluppaw u jressqu proġetti xierqa f’dan il-kuntest; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa b’mod effikaċi lill-Istati Membri fl-iżvilupp u t-tressiq ta’ proġetti għall-Fond ta’ Globalizzazzjoni sabiex jgħinu l-ħaddiema jsibu xogħol ġdid u jiżviluppaw ħiliet ġodda meta jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba x-xejriet tal-kummerċ globali li qed jinbidlu jew minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

180.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tivverifika wkoll l-intestaturi baġitarji l-oħra tal-qasam tal-affarijiet soċjali u tal-impjiegi u tistabbilixxi għalfejn l-approprjazzjonijiet allokati mhumiex jiġu utilizzati għalkollox;

181.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tippreżenta r-rati ta’ żbalji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-FSE b’mod separat u mhux fuq bażi aggregata;

182.  Jistenna li l-Kummissjoni tressaq rapporti dettaljati dwar il-proġetti pilota.

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għas-Suq Intern u l-Ħarisen tal-Konsumatur

183.  Jinnota b'sodisfazzjon iż-żieda fir-rata ta' eżekuzzjoni għall-krediti ta' ħlasijiet fit-Titolu 12; jiġbed l-attenzjoni madankollu għar-rata baxxa ta' eżekuzzjoni tal-linja tal-baġit 17 02 04, li kellha impatt negattiv fuq ir-rata ta' eżekuzzjoni medja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni toqgħod fuq mekkaniżmi ta' previżjoni iktar effiċjenti għall-ħtiġijiet ta' ħlas sabiex tittejjeb l-eżekuzzjoni tal-baġit; jilqa' l-progress li l-Kummissjoni għamlet fl-2011 f'dan ir-rigward;

184.  Jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni ta' edukazzjoni finanzjarja tal-konsumatur sabiex il-konsumaturi jkunu f'pożizzjoni iktar b'saħħitha vis-à-vis s-servizzi finanzjarji; għalhekk, minkejja d-defiċjenzi fl-eżekuzzjoni li ġew enfasizzati qabel u b'kunsiderazzjoni għall-iżviluppi pożittivi reċenti f'dan ir-rigward, itenni l-appoġġ tiegħu għall-proġett pilota dwar it-trasparenza u l-istabbiltà fis-swieq finanzjarji stabbilit fl-2010; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi għall-identifikazzjoni tal-aħjar modi biex jintefqu l-mezzi allokati;

185.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex torganizza laqgħat ta' ħidma fl-Istati Membri sabiex tindirizza l-problemi li jiltaqgħu magħhom l-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern; jemmen li din l-inizjattiva se jkollha effett pożittiv fuq ir-rekord ta' implimentazzjoni;

186.  Għal darba oħra jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-effettività tal-programmi ta' finanzjament attwali għall-SMEs u biex tesplora l-iżvilupp ta' strumenti konġunti finanzjarji ġodda;

187.  Jilqa' l-importanza li l-Kummissjoni tagħti lill-promozzjoni tas-SOLVIT u tal-EU Pilot bħala mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tal-problemi, u jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward; jenfasizza li s-SOLVIT wera ruħu effettiv fis-soluzzjoni ta' problemi li jaffettwaw iċ-ċittadini bħar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u drittijiet marbuta mal-impjieg; ifakkar fl-appoġġ tiegħu għal linja tal-baġit separata u mezzi finanzjarji xierqa għas-SOLVIT, il-Portal l-Ewropa Tiegħek u l-għodod l-oħra kollha użati biex jiżguraw li s-suq intern jaħdem fil-prattika; jilqa' l-verżjoni ġdida tal-Portal l-Ewropa Tiegħek bħala websajt b'entrata waħda li tagħti aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet f'setturi differenti kif ukoll dwar is-servizzi ta' assistenza; huwa tal-fehma li għandha tingħata iktar informazzjoni mill-Portal l-Ewropa Tiegħek u li dan għandu jkun promoss fost firxa akbar ta' ċittadini u negozji tal-Unjoni;

188.  Jilqa' l-appoġġ finanzjarju kontinwu għan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net), kif ukoll l-istudju kkummissjonat biex jivvaluta l-effiċjenza tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-konklużjonijiet ta' dak l-istudju u tieħu azzjoni sabiex ittejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti kif ukoll tiżgura finanzjament stabbli għall-ECC-Net; jenfasizza l-importanza li jiżdied l-għarfien min-naħa tal-konsumaturi rigward is-servizzi offruti mill-ECC-Net; jilqa' bi pjaċir l-azzjonijiet tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward, bħall-kampanji tal-midja u miżuri għall-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix;

189.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiżgura li d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-Istati Membri għall-iskopijiet tar-riżorsi proprji tradizzjonali jkunu preċiżi, u ttejjeb is-superviżjoni doganali nazzjonali sabiex tevita żbalji fl-ammonti tar-riżorsi proprji tradizzjonali miġbura, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri (punt 2.21); iħeġġeġ lill-Kummissjoni għaldaqstant, tagħmel sforzi ulterjuri sabiex tissimplifika l-qafas legali, speċjalment sabiex issolvi l-problemi li għad baqa' f’ċerti sistemi ta’ kontroll;

190.  Jissottolinja l-kumplessità tar-regoli bħala sors maġġuri ta' żbalji fil-Kapitolu 'Riċerka u Politiki Oħra'; jitlob lill-Kummissjoni tesplora għażliet differenti biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-simplifikazzjoni u l-kontroll sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-SMEs; jenfasizza l-kumplessità tar-regoli tal-akkwist pubbliku u jirrakkomanda, għalhekk, is-simplifikazzjoni tagħhom sabiex titnaqqas l-inċidenza ġenerali tal-iżbalji;

191.  Huwa mħasseb dwar l-effikaċja parzjali tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-Kummissjoni; jirrimarka li ċerti żbalji li nstabu mill-Qorti tal-Awdituri ma nstabux mill-Kummissjoni u, għalhekk, jissottolinja li jeħtieġ li jsiru sforzi biex jitjiebu s-sistemi attwali ta' kontroll;

192.  Jagħraf l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzat; jinnota d-dewmien fil-proċess u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi skadenza iktar realistika;

193.  Jirrepeti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni li għandha tibgħat lill-Parlament u lill-Kunsill, kull sena, deskrizzjoni aktar dettaljata tan-nefqa għal kull linja baġitarja mqabbla mar-rimarki magħmula fir-rigward tal-linja;

194.  Minkejja l-kritika ġustifikata tal-Qorti tal-Awdituri[115]1, iqis il-Faċilità ta' Garanzija tal-SMEs bħala strument finanzjarju ewlieni għal aktar tisħiħ tal-potenzjal tal-impriżi tal-artiġjanat u negozji bl-imnut; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmassimizza l-valur miżjud tal-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs u tippromwovi aktar l-innovazzjoni u l-intraprenditorija tal-Unjoni fuq skala dinjija;

195.  Jinnota r-Rapport Speċjali Nru 13/2011 dwar jekk il-kontroll tal-proċedura doganali 42 jimpedixxix u jsibx l-evażjoni tal-VAT; sabiex jimpedixxi telf sinifikanti mill-baġits nazzjonali minħabba l-evażjoni tal-VAT, jistieden lill-Kummissjoni timmodifika iktar il-qafas regolatorju tal-Unjoni; barra minn hekk, sabiex jiżgura ġestjoni uniformi tal-eżenzjoni tal-VAT mill-awtoritajiet doganali, jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kollaborazzjoni u jiskambjaw informazzjoni b'mod iktar effiċjenti;

196.  Ifakkar fir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont l-Artikolu 317 tat-TFUE u d-dmir tagħhom li jirrinforzaw is-sistemi ta' kontroll fir-rigward, l-ewwel, tal-verifiki tal-ġestjoni qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni u, it-tieni nett, tal-gwida tagħha dwar it-taqsiriet annwali, li huma sors siewi ta' assigurazzjoni;

197.  Rigward il-"Baġit għall-Ewropa 2020", jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Parlament u mal-Kunsill u tiżgura li l-attivitajiet ta' programmar futuri fl-Unjoni jirrispettaw il-prinċipji tas-simplifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba u l-obbligu ta' rendikont; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffukaw fuq objettivi li jkunu SMART, jiġifieri speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin, biex jikkoinċidu mal-ippjanar tal-programmi ta' nfiq tal-Unjoni, u fl-istess ħin, iqisu r-riskji eventwali tal-implimentazzjoni.

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għat-Trasport u t-Turiżmu

198.  Jinnota li l-baġit 2010, kif adottat b’mod definittiv u mbagħad modifikat tul is-sena, kien jipprevedi – speċifikament għall-politiki fil-qafas tal-attività tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu – total ta’ EUR 2 640 819 360 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 1 895 014 386 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jinnota wkoll li, minn dawn l-ammonti:

–       EUR 1 012 440 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 890 594 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport (TEN-T),

–       EUR 16 876 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 15 375 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għas-sigurtà tat-trasport,

–       EUR 63 940 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 30 257 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għall-Programm Marco Polo,

–       EUR 165 788 360 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 128 447 410 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għall-aġenziji tat-trasport,

–       EUR 896 035 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 455 135 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għall-programm Galileo,

–       EUR 427 740 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 346 880 476 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għat-trasport, inkluż qasam ta’ prijorità intiż għall-mobbiltà urbana sostenibbli, fi ħdan is-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp,

–       EUR 4 600 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 3 520 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għat-turiżmu;

199.  Jieħu nota tal-fatt li, waqt li kienet qed tiġi eżaminata l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, il-Qorti tal-Awdituri għażlet li tiffoka fuq il-politiki tal-koeżjoni u tal-enerġija aktar milli fuq il-politika tat-trasport;

200.  Jilqa’ r-rati għolja ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-proġetti relatati mat-TEN-T; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li finanzjament xieraq mill-baġits nazzjonali jkun disponibbli biex jissodisfa dan l-impenn tal-Unjoni; ifakkar li l-Parlament appoġġa livell ogħla ta’ finanzjament min-naħa tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fir-rigward tal-proġetti transkonfinali għan-netwerk ewlenija, biex jagħmlu kull sforz sabiex jilħqu ftehimiet finanzjarji bilanċjati li jkunu xierqa għall-ambizzjonijiet iddikjarati tal-Unjoni;

201.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta, fuq bażi annwali, listi tal-proġetti tal-infrastruttura tat-turiżmu u tat-trasport, kofinanzjati mill-fondi ta’ koeżjoni u reġjonali, kif hu diġà l-każ għall-fondi TEN-T, u, b'riżultat ta' dan, tagħmel l-informazzjoni dwar il-kofinanzjament tal-Unjoni aċċessibbli faċilment u trasparenti għal istituzzjonijiet oħra u għaċ-ċittadini;

202.  Jilqa’ r-rieżami ta’ nofs iż-żmien tal-proġetti prijoritarji li jagħmlu parti mill-programm multiannwali TEN-T 2007-2013 imwettaq fl-2010 mid-DĠ Mobbiltà u Trasport (MOVE) sabiex jiġi evalwat il-progress li sar fit-twaqqif tan-netwerk; iqis li dak ir-rieżami stabbilixxa l-prinċipju li l-finanzjament ikun marbut ma’ progress tanġibbli fil-proġetti, bl-għan li jsir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi finanzjarji disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni testendi dan il-proċess ta’ rieżami orjentat fuq ir-riżultati għal direttorati ġenerali oħra u politiki oħra tal-Unjoni, u jistieden lill-kumitati l-oħra tal-Parlament jingħaqdu miegħu u jagħmlu dan huma wkoll;

203.  Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni rigward it-TEN-T kif ukoll l-istrument finanzjarju relatat magħhom (magħruf bħala "l-"Mekkaniżmu għall-Interkonnessjoni fl-Ewropa"), jenfasizza l-valur miżjud Ewropew ta’ użu mtejjeb tal-finanzjament, u jappoġġa l-impenji baġitarji tagħha li huma adegwati għall-ambizzjoni tal-proposta l-ġdida; jappoġġa l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ finanzjament innovattivi bl-għan li jkun żgurat li l-proġetti tal-infrastruttura tat-trasport Ewropej, li sintendi huma twal u jiswew ħafna, jitlestew fil-ħin;

204.  Jilqa’ l-inizjattiva “Self obbligatorju għall-finanzjament tal-proġetti” u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura s-segwitu tal-effikaċja ta’ dan l-istrument ġdid u tal-effetti multiplikaturi tiegħu; Jaqbel għalkollox mal-proposta li EUR 10 000 000 000 mill-Fond ta’ Koeżjoni jiġu allokati għall-infrastruttura tat-trasport permezz tal-Mekkaniżmu għall-Interkonnessjoni fl-Ewropa, bl-għan li l-politiki strutturali u ta’ koeżjoni jsiru aktar effikaċi u jiżdied il-valur miżjud tagħhom; jitlob biex is-sistemi uzati għall-ġestjoni u l-kontroll tal-użu ta’ approprjazzjonijiet mill-Fondi ta’ Koeżjoni jittejbu, bl-għan li jkun hemm rata ta’ użu xierqa u effikaċi tal-finanzjament;

205.  Iħossu diżappuntat dwar ir-rata baxxa ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sikurezzà tat-trasport (65%); jinnota li l-ammont speċifikat fil-baġit tas-sena 2010 kien dak li ġie propost fl-abbozz preliminari tal-baġit tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar ir-rata baxxa ta' użu ta’ dawn l-approprjazzjonijiet kif ukoll dwar il-miżuri li se tipprevedi biex jiġi żgurat li l-problema ma terġax tirrepeti ruħha;

206.  Jilqa’ ż-żieda fir-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet allokati għas-sigurtà tat-trasport u għad-drittijiet tal-passiġġieri kif ukoll għall-programm Marco Polo II; jinnota madankollu li 14% tal-approprjazzjonijiet ta’ dan il-programm ġew mgħoddija lil linji baġitarji oħra; jinnota li wħud mill-approprjazzjonijiet mill-linja baġitarja tal-programm SESAR ġew trasferiti wkoll, u jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta’ dan il-programm f’termini tat-tisħiħ tal-politika industrijali tal-Unjoni;

207.  Jilqa’ r-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-programmi EGNOS u GALILEO li żammet il-progress irreġistrat fl-2009; jenfasizza l-importanza tal-investiment f’dan is-settur, li għandu effett indirett fuq il-politiki kollha tal-Unjoni u b’mod partikolari, fuq is-setturi tal-loġistika, it-trasport sostenibbli u s-sikurezza tat-trasport; jilqa’ t-tnedija b’suċċess tal-ewwel żewġ satelliti operattivi Galileo fl-20 ta’ Ottubru 2010, li hu pass essenzjali lejn l-implimentazzjoni b’suċċess taż-żewġ programmi; jitlob li jittieħdu passi biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet u s-servizzi innovattivi appoġġati permezz ta' dawn il-programmi tat-trasport jiġu finanzjati, żviluppati u implimentati kif jixraq, u jkunu vijabbli, bil-għan ta’ massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-programmi;

208.  Jinnota r-Rapport Speċjali bit-titlu "Il-proġetti tat-turiżmu kofinanzjati mill-FEŻR kienu effikaċi?", li jgħid li t-turiżmu hu l-akbar industrija tas-servizz fl-Unjoni; jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li skontha l-parti l-kbira tal-proġetti taw riżultati fuq diversi livelli, fosthom il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, l-implimentazzjoni ta’ kapaċità ta’ akkoljenza jew ta’ attività turistika; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni u l-kontroll tal- finanzjament tal-FEŻR għal proġetti tat-turiżmu u tagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona biex tipproponi programm multiannwali tat-turiżmu; b’linji baġitarji finanzjati kif jixraq;

209.  Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri esprimiet il-fehma li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport huma legali u regolari fl-aspetti sinifikattivi kollha; jinsab imħasseb dwar l-ammont ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji trasferit (14.5 %); jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar dawn l-impenji trasferiti;

210.  Jitlob li mal-baġit ta' kull sena jiġi mehmuż rapport speċjali dwar il-bilanċ pożittiv trasferit minn snin preċedenti, li jispjega għalfejn l-approprjazzjonijiet imsemmija ma ntużawx, u kif u meta se jintużaw;

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

211.  Jiddispjaċih mit-tnaqqis fil-livell tal-implimentazzjoni tal-impenji fil-baġit għall-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (94.8 % fl-2010 meta mqabbel ma' 97.7 % fl-2009), kif ukoll mill-ftit tat-tnaqqis li seħħ fil-livell tal-implimentazzjoni tal-ħlasijiet (88.7 % fl-2010 meta mqabbel ma’ 89.6 % fl-2009);

212.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li sar progress sinifikanti fit-tnaqqas tal-livell ta’ kaċellazzjonijiet ta’ ħlasijiet (minn 8.5% fl-2009 għal 2.8% fl-2010); jiddeplora ż-żieda fil-livell tat-trasferimenti (minn 1.9% fl-2009 għal 8.5% fl-2010) prinċipalment minħabba trasferimenti fil-Fond għall-Fruntieri Esterni, fil-Fond Ewropew għar-Ritorn u fis-SIS II; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tnaqqas il-livell ta’ trasferiment ta’ ħlasijiet fil-baġit għall-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja;

213.  Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rati għolja ta’ implimentazzjoni ta’ tlieta mill-erba’ Fondi ta’ “Solidarjetà u ġestjoni tal-flussi migratorji”; jieħu nota tal-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni għar-rata aktar baxxa ta’ implimentazzjoni tal-Fond għall-Fruntieri Esterni, jiġifieri li l-programmi annwali tal-ħames pajjiżi li qed jipparteċipaw għall-ewwel darba fl-2010 f’dak il-Fond ma ġewx adottati fl-2010.

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għall-Kultura u l-Edukazzjoni

214.  Jilqa’ l-isforzi biex jiġu simplifikati iktar il-proċeduri u titjieb l-aċċessibbiltà rigward il-programmi tal-edukazzjoni u l-kultura, u jinnota li fl-2010, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) kellha disponibbli formoli elettroniċi għall-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet u l-programmi, partikolarment għall-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm ta’ Kultura u l-Programm Ewropa għaċ-ċittadini; jinsab kuntent bl-użu mifrux ta’ somom b’rata fissa u d-deċiżjonijiet tal-għoti; jenfasizza l-importanza li jinsab il-bilanċ korrett bejn il-proċeduri flessibbli u l-kontrolli meħtieġa;

215.  Jiddispjaċih li l-kontrolli primarji għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja ma ġewx implimentati kompletament mill-aġenziji nazzjonali, ħaġa li wasslet għal nuqqas ta’ użu adegwat tal-finanzjament għall-programmi, minħabba data ta’ rappurtar mhux koerenti u n-nuqqas ta’ twettiq fil-ħin tal-għadd minimu ta’ kontrolli; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li l-aġenziji nazzjonali kollha jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom;

216.  Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni tejbet is-sistemi ta’ kontroll tagħha u li l-qasam tal-politika dwar il-'Kultura u edukazzjoni', bħala parti mill-grupp ta’ politika dwar ir-'Riċerka u Politiki Interni oħrajn' ma kellux żbalji materjali;

217.  Hu kuntent bit-titjib sinifikanti fid-dewmien tal-ħlasijiet, u jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għamlet 94 % tal-ħlasijiet tagħha fil-ħin; ifakkar li kwalunkwe dewmien fil-ħlasijiet jaffettwa direttament id-drittijiet tal-benefiċjarji, b’mod partikolari dawk tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, u konsegwentement is-suċċess tal-programmi; ifakkar, madankollu, li l-parti ewlenija ta’ għotja għandha titħallas mill-iktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, matul il-perjodu tas-sussidju, sabiex ma tiżdiedx id-dipendenza tal-organizzazzjonijiet fuq il-banek li japprovaw is-self, peress li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tqis li l-interessi mhumiex "eliġibbli";

218.  Jinnota li l-Kummissjoni għamlet sejħa għal offerti fuq netwerk tat-televiżjoni pan-Ewropew, kif previst fil-baġits għall-2009 u l-2010; jinsab, għalhekk, imħasseb ħafna li fl-2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqaf il-proġett u tibda tonfoq flusha fuq xi ħaġa oħra, mingħajr il-kunsens tal-Parlament u l-Kunsill; jitlob li jinkixfu l-kuntratti u r-rakkomandazzjonijiet kollha relatati man-netwerk tat-televiżjoni u l-evalwazzjonijiet li jsiru mill-kumitat tal-għażla;

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

219.  Iqis sodisfaċenti r-rati globali ta' implimentazzjoni tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel Iqis sodisfaċenti r-rati globali ta' implimentazzjoni tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel ifakkar f'dan il-kuntest li 0.76% tal-baġit tal-Unjoni biss huwa intiż għal dawk l-istrumenti ta' politika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel;

L-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika

220.  Jenfasizza r-rata globali ta' eżekuzzjoni ammontat għal 99.26% fil-qasam tal-ambjent u l-azzjoni klimatika; jinnota, barra minn hekk, li l-implimentazzjoni tal-ħlasijiet kienet fil-livell ta' 84.1%;

221.  Jilqa' l-ksib ta' 99.4% tal-implimetazzjoni tal-baġit operattiv tal-LIFE+; jinnota li fl-2010 is-somma ta' EUR 240 000 000 ġiet allokata għall-għotjiet tal-proġetti, is-somma ta' EUR 9 300 000 appoġġat attivitajiet operattivi tal-NGOs, is-somma ta' EUR 42 500 000 kienet użata għal miżuri intiżi li jappoġġaw lill-Kummissjoni fir-rwol tagħha ta' inizjattiva u ta' monitoraġġ tal-iżvilupp ta' politiki u ta' leġiżlazzjoni u s-somma ta' EUR 14 500 000 kienet użata għal appoġġ amministrattiv;

222.  Jenfasizza d-differenza bejn l-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi u l-allokazzjonijiet finali għal kull Stat Membru tal-fondi LIFE+ kif ukoll id-differenza fin-numru ta' proposti riċevuti minn Stati Membri differenti; jinkoraġġixxi għal darb oħra l-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tipprovdi taħriġ annwali lill-awtoritajiet nazzjonali u biex torganizza seminars f'kull Stat Membru sabiex tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-objettivi tal-LIFE+ u dwar il-mod ta' kif tiġi preparata proposta b'riżultat pożittiv;

223.  Jirrikonoxxi n-nuqqas ta' bażi legali biex jiġi implimetat il-Programm ta' Azzjoni tal-UE biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima; jilqa' t-trasferiment tal-ammont sħiħ ta' EUR 15 000 000 lill-faċilità finanzjarja fi ħdan l-Inizjattiva ta' Finanzjament għall-Enerġija Sostenibbli, ħalli jiġu żviluppati strumenti finanzjarji adatti biex jixprunaw sew il-proġetti ta' effiċjenza enerġetika u l-proġetti għall-isfruttament tas-sorsi rinovabbli tal-enerġija;

224.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet mill-Qorti tal-Awdituri dwar verifiki ex-post li twettqu mill-Kummissjoni bl-użu ta' kriterji bbażati fuq ir-riskju mill-2006; jilqa' l-fatt li d-DĠ ENV iddeċieda li jbiddel il-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni fl-2011 sabiex ir-riżultati jkunu bbażati wkoll fuq kampjun fortuwitu li jkun jista' jiġi ġġeneralizzat aktar faċilment għall-proġett kollu;

225.  Jilqa' l-pjan ta' azzjoni maħsub mid-DĠ CLIMA sabiex jittejbu l-miżuri nazzjonali ta' siġurtà peress li dan ġie meqjus neċessarju wara li ġie identifikat nuqqas ta' siġurtà sinifikanti fir-reġistri nazzjonali tas-sistema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (ETS);

226.  Jinnota li seba' proġetti pilota u azzjoni preparatorja waħda ġew implimentati fil-kuntest tal-baġit 2010;

227.  Jenfasizza l-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet ambjentali internazzjonali, li huma maħsuba li jkopru l-kontribuzzjonijiet obbligatorji u volontarji għall-konvenzjonijiet, protokolli u ftehimiet internazzjonali huma suġġetti għal varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju peress li l-biċċa l-kbira tal-kontribuzzjonijiet huma mħallsa b'dollari Amerikani;

Is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

228.  Jilqa' r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-impenji fil-qasam tas-saħħa pubblika ta' 99.7% (bl-esklużjoni tal-approprjazzjonijiet maħsuba għall-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini); jinnota r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-impenji ta' 95.3% fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tagħhom u s-saħħa tal-pjanti;

229.  Jenfasizza l-importanza tal-programm ta' saħħa pubblika; jilqa', għalhekk, ir-rata ta' implimetazzjoni sodisfaċenti ta' kważi 100% fl-approprjazzjonijiet għall-impenji; huwa konxju tar-rata ta' implimentazzjoni aktar baxxa fl-approprjazzjoniet għall-ħlasijiet (95.1%) minħabba d-dewmien fit-talbiet għall-ħlas mill-benefiċjarji tal-għotja jew minħabba l-estensjoni ta' ftehimiet kuntrattwali;

230.  Jenfasizza l-importanza li titkompla s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-effetti dannużi tal-konsum tat-tabakk; jikkunsidra li l-implimentazzjoni sħiħa tal-ammont disponibbli fl-2010 tikkostitwixxi suċċess għall-kampanja HELP;

231.  Jieħu nota tal-osservazzjoniet mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi li hija entità amministrattiva tal-Kummissjoni; jitlob lill-Aġenzija Eżekuttiva tnaqqas b'mod sinifikanti l-ammonti ttrasferiti mis-snin finanzjarji preċedenti billi tirrevedi l-istrumenti ta' pjanar u ta' rappurtaġġ baġitarji sabiex tirrispetta l-prinċipju tal-annwalità tal-baġit tal-Unjoni; ħa nota wkoll tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2010 u jinkoraġġixxi l-Aġenzija Eżekuttiva f'kooperazzjoni mad-DĠ sieħeb tagħha biex taħdem fuq il-kwistjonijiet indirizzati bħall-governanza u l-arkitettura tal-informatika;

232.  Jieħu nota tal-livell ta' implimentazzjoni ta' 95.3% għall-kapitolu baġitarju 17 04 - Is-sikurezza tal-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti; huwa konxju tal-fatt li l-implimentazzjoni sħiħa ma kinitx possibbli minħabba n-numru żgħir ta' tifqigħat ta' mard tal-annimali u b'hekk il-fondi ta' emerġenza ma ntefqux kompletament, kif kien previst, u, it-tieni nett, ma kienx hemm bżonn li jinxtara tilqim ta' emerġenza;

233.  Josserva, fir-rigward tal-miżuri ta' qerda, li l-klejms tal-ispejjeż finali ppreżentati għall-ħlas mill-Istati Membri ħafna drabi kienu anqas mill-istima inizjali; jinnota wkoll li kien hemm bżonn ta' aktar awditjar minħabba r-rati ta' żbalji preċedenti u dan il-fatt ukoll dewwem l-eżekuzzjoni ta' ħlas f'dan il-qasam;

234.  Jiddispjaċih bir-riżultati anqas pożittivi għall-ħlasijiet relatati mal-miżuri tas-saħħa tal-pjanti minħabba dewmien min-naħa tal-Istati Membri fil-preżentazzjoni tad-dokumenti meħtieġa jew minħabba li d-dokumentazzjoni kienet inkompleta; jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-proċeduri f'dan ir-rigward;

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għall-Affarijiet Barranin

235.  Josserva li l-maġġoranza tal-iżbalji mhux kwantifikabbli identifikati mill-Qorti tal-Awdituri tirrigwarda żbalji fil-proċeduri ta' akkwist u fil-proroga ta' kuntratti; itenni, bi qbil mal-proċeduri preċedenti ta' kwittanza, it-tħassib tiegħu dwar il-vulnerabbiltà sinifikanti ta' dawn iż-żewġ setturi għall-frodi u għall-ġestjoni ħażina;

236.  Jieħu nota tal-fatt li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll għall-politiki tal-Azzjoni Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir jitqiesu biss parzjalment effikaċi, u jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jieħdu u jimplimentaw il-miżuri neċessarji kollha biex itejbu r-regolarità tal-ħlasijiet;

237.  Ifakkar li r-riskji ewlenin marbuta mal-appoġġ għall-baġit (jiġifieri r-riskju relatat mal-grad ta' effikaċja tal-għajnuna kif ukoll ir-riskji ta' frodi u korruzzjoni) ma jidhrux fl-awditjar dwar id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja bir-reqqa dawn ir-riskji;

238.  Iqis li, barra mill-isforzi mitluba bil-għan li tiżdied ir-regolarità tal-bbiltài, il-Kummissjoni għandha twettaq, għall-interventi kollha, valutazzjonijiet sistematiċi mill-perspettiva tal-proporzjon kostijiet-benefiċċji, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha[116]; jinsisti fuq il-bżonn li l-Parlament jinżamm informat, bħala fergħa tal-awtorità baġitarja, bir-riżultati ta' tali valutazzjonijiet, inkluż l-eżitu tal-valutazzjonijiet li jkopru l-attivitajiet PESK;

239.  Jenfasizza, iżda, li l-proporzjon kostijiet-benefiċċji fih innifsu ma jistax jitqies dejjem bħala kriterju suffiċjenti biex jivvaluta l-adegwatezza tal-assistenza tal-Unjoni f'pajjiż terz; huwa tal-fehma anzi li għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni l-effikaċja tal-għajnuna għal dak li jirrigwarda l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni li teħtieġ tkun evalwata sistematikament u għandha tinkludi kriterji supplementari, bħal pereżempju l-interessi strateġiċi tal-Unjoni, il-bżonn li tkun preżenti fil-post jew l-implimentazzjoni ta' proġetti u azzjonijiet intiżi li jippromwovu l-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni;

240.  Jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema diversi oqsma ta' assistenza tal-Unjoni jistgħu, f'xi każijiet, ikunu ottimizzati u l-impatt tal-assistenza miżjud permezz ta' koordinament aħjar mal-Istati Membri, li l-azzjoni esterna tagħhom ma għandhiex titqies f'kompetizzjoni iżda kumplementari; jappella għalhekk għal aktar sforzi għal dak li jirrigwarda l-koordinament tad-donaturi fi ħdan l-Unjoni, mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali;

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għal-Iżvilupp Reġjonali

241.  Jinnota li l-eżekuzzjoni baġitarja kienet tajba għall-politika Reġjonali: tħallas l-ammont ta' EUR 30 557 000 000, u li l-parti l-kbira tal-ħlasijiet fl-2010 kienu relatati prinċipalment u għall-ewwel darba mal-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013 (ħlasijiet interim ta’ EUR 25 550 000 000, meta mqabbla ma’ EUR 9 420 000 000 fl-2009);

242.  Jiddispjaċih li l-politika reġjonali kienet parti minn grupp b’tendenza għall-iżbalji, fost l-oqsma ta’ politika tal-infiq tal-Unjoni, b'49% tal-243 ħlas awditjati mill-Qorti tal-Awdituri milquta minn żbalji; josserva, mandankollu, li ċerti żbalji biss se jkollhom impatt finanzjarju u li l-frekwenza ta' 49% hija anqas minn dik irreġistrata fil-perjodu 2000-2006; jenfasizza li r-rata ta’ żbalji naqset meta mqabbla mar-rati ta’ żbalji li nstabu fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw, permezz ta' ġestjoni konġunta, li jiġi rreġistrat tnaqqis konsistenti fir-rata ta' żbalji;

243.  Ifakkar li żball iseħħ meta tranżazzjoni ma titwettaqx f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, bil-konsegwenza li n-nefqa dikjarata (u rimborżata) issir irregolari; jinnota ukoll li żball mhux bilfors jimplika li l-fondi jkunu sparixxew, intilfu jew inħlew, u lanqas li tkun seħħet frodi;

244.  Jinnota li n-nuqqas ta’ konformità kemm mar-regoli tal-akkwist pubbliku u mar-regoli ta' eliġibbiltà jirrappreżenta proporzjon għoli tar-rata stmata ta’ żbalji (31% u 43% rispettivament); jieħu nota, f’dan il-kuntest, tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li jiġu identifikati oqsma għal aktar simplifikazzjoni; jitlob, għalhekk, li jkunu analizzati l-bżonn li tissaħħaħ l-assistenza teknika, u fi kwalunkwe każ, il-bżonn li tinżamm il-kapaċità operattiva sħiħa tas-sorveljanza finanzjarja; jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni tissimplifika ir-regoli sabiex tiżgura proċeduri aktar favur l-utent u ma tiskoraġġixxix lil benefiċjarji potenzjali milli jipparteċipaw fi proġetti; jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li spiss iżidu piż amministrattiv mhux meħtieġ mir-regoli tal-Unjoni; iqis, għalhekk, li jenħtieġu sforzi metikolużi biex din ir-rata ta' żbalji tkompli titnaqqas;

245.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja, b'mod partikolarifir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti regulatorji fit-twettiq tal-kontribuzzjoni mill-programmi operattivi għall-fondi li jimplimentaw tali strumenti, kif ukoll in-nuqqasijiet fir-rappurtar u r-rekwiżiti ta’ verifika fis-seħħ; josserva li l-potenzjal tal-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja għandu jiġi żviluppat aktar ħalli jkun hemm lok għall-iżvilupp ta' proġetti strateġiċi kwalitattivi, il-parteċipazzjoni tal-atturi privati, speċjalment l-SMEs, u l-użu ta' kapital fil-proġetti tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika r-regoli ta' dawn l-istrumenti, peress li l-kumplessità attwali tagħhom tillimita l-użu tagħhom; jirrakkomanda analiżi aktar profonda ħalli jiġi evalwat l-effett reali ta' dawn l-istrumenti u l-linji gwida dwar l-implimentazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw ruħhom mal-obbligi ta' rappurtar tagħhom;

246.  Jinnota li, f’għadd kbir ta’ tranżazzjonijiet milquta minn żbalji, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kellhom biżżejjed informazzjoni biex jindunaw b’dan u japplikaw miżuri korrettivi qabel iċ-ċertifikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinforza mill-ġdid l-assistenza tagħha lill-Awtoritajiet ta' Ġestjoni, permezz ta' workshops immirati, noti ta' gwida, distribuzzjoni tal-aħjar prattiki u taħriġ ta' uffiċjali responsabbli għall-ġestjoni, fid-dawl tal-fatt li l-parti l-kbira tal-iżbalji jseħħu fil-kontroll tal-ewwel livell; jinnota li għandu jiġi stabbilit il-monitoraġġ kostanti tat-trasferiment reali ta' miżuri ta' taħriġ immirati għall-Awtoritajiet ta' Ġestjoni sabiex ikun verifikat li l-għarfien qed jiġi verament trasferit, b'attenzjoni partikolari għal dak li jkun qed iseħħ fil-livell lokali; jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniżmi korrettivi, inkluża l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet f'każijiet ċari ta' negliġenza;

247.  Jilqa' l-ispjegazzjoni mill-Kummissjoni li tiddikjara, għall-ewwel darba, li l-maġġoranza kbira tal-iżbalji huma kkonċentrati biss fi tliet Stati Membri u f'bosta programmi operattivi biss;

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

248.  Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni li, skont l-Artikolu 8 tat-TFUE, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha tagħha; jitlob għalhekk lill-Qorti tal-Awdituri tevalwa l-implimentazzjoni tal-baġit mill-perspettiva tal-ġeneru, meta dan ikun applikabbli;

249.  Jiddispjaċih li r-rapport annwali ma fih l-ebda osservazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri, u lanqas ma fih risposti mill-Kummissjoni fir-rigward tan-nefqa relatata mal-ġeneru;

250.  Jenfasizza li verifika tal-baġit li tinkludi l-perspettiva tal-ġeneru hija prerekwiżit għat-tħejjija ta' baġit tal-ġeneru b'dimensjoni tal-ġeneru, peress li tista' tiżvela l-effetti tan-nefqa fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, u, b'mod partikolari, jekk l-irġiel u n-nisa jibbenefikawx min-nefqa b'mod proporzjonat, u jekk il-baġit għandux jiġi aġġustat sabiex jissodisfa aħjar il-bżonnijiet differenti tal-irġiel u tan-nisa;

 

Fehmiet minn perspettiva tal-politika għall-Kummerċ Internazzjonali

251.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżgurar ta' ħarsien effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa marbut mal-għajnuna makrofinanzjarja; iqis neċessarju li l-Kummissjoni tipprovdi kontrolli adegwati u li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi awditjar xieraq fir-rigward ta’ dan l-istrument;

252.  Jenfasizza li, insegwitu tal-istrateġija Għajnuna għall-Kummerċ, il-fondi tal-Unjoni għandhom jintużaw b'mod effikaċi u skont ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ, bil-għan li tkun żgurata integrazzjoni aħjar tal-benefiċjarji fis-sistema tal-kummerċ dinji bbażata fuq ir-regoli u tkun promossa l-qerda tal-faqar;

253.  Jenfasizza li ċ-ċentri kummerċjali tal-Unjoni fiċ-Ċina, fit-Tajlandja u fl-Indja għandhom ikunu appoġġati; fl-istess ħin, hu tal-fehma li għandu jkun hemm fis-seħħ kontrolli biżżejjed sabiex ikun garantit il-funzjonament tajjeb u effikaċi ta' dawn iċ-ċentri;

 

Fehmiet minn perspettiva tal-Politika għas-Sajd

254.  Jinnota l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[117], kif ukoll ir-Rapport Annwali 2010 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit[118]; jenfasizza li dawn iż-żewġ rapporti ftit li xejn jagħmlu rimarki dwar il-qasam tal-affarijiet marittimi u s-sajd ;

255.  Jirringrazzja d-DĠ MARE għad-dokumenti addizzjonali trażmessi u jqis soddisfaċenti r-rati globali tal-implimentazzjoni tal-linji tal-baġit fil-qasam tal-affarijiet marittimi u s-sajd għall-2010;

256.  Jenfasizza r-rata globali ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ 97.20% u r-rata globali għall-approprjazzjonijiet ta’ bbiltà ta’ 79.23%; jinnota, madanakollu, implimentazzjoni skarsa għall-kapitolu 11 02, is-swieq tas-sajd, u jinnota l-punti fl-ispjegazzjoni li tat il-Kummissjoni li tikkonċerna speċifikament l-implimentazzjoni tal-programmi tas-sajd għaż-żoni l-aktar imbiegħda;

257.  Jinnota b’sodisfazzjon l-intenzjoni tad-DĠ MARE li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-azzjonijiet kofinanzjati mal-Istati Membri u jħeġġeġ lis-servizzi kkonċernati tal-Kummissjoni jkomplu jsegwu din it-triq;

258.  Jinnota l-isforzi li għamlet id-DĠ MARE fil-qasam tal-awditjar intern u jitlob lill-Kummissjoni tkompli timmaniġġja bl-aktar mod effikaċi u rapidu l-proġetti u l-fajls fit-totalità tagħhom;

259.  Jinnota ż-żamma tar-riserva tad-DĠ MARE fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-programmi operattivi tal-SFGS (Strument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd) fil-Ġermanja - impjant tal-ikkundizzjonar; jinnota li dan huwa programm qadim u kumpless, li beda fl-2001, u jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi dan il-fajl malajr, filwaqt li tħares l-interessi tal-Unjoni;

260.  Jilqa’ l-fatt li d-DĠ MARE saħħet l-effikaċja tal-kontrolli fil-qasam tal-ftehimiet internazzjonali u l-fatt li ġie miftiehem li l-bbiltài strettament relattivi għall-aspett kummerċjali (EUR 104 017 795, jiġifieri 72% tat-total) jiġu separati minn dawk relattivi għall-appoġġ fis-settur (EUR 40 211 849, jiġifieri 28% tat-total);

261.  Jenfasizza li huwa meħtieġ li jkun hemm monitoraġġ effikaċi tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Unjoni li jipprovdu appoġġ settorjali fil-kuntest tal-ftehimiet internazzjonali, permezz tal-użu ta’ tabelli matriċi li jkunu l-aktar dettaljati possibbli; jenfasizza, barra minn hekk, li jeħtieġ li jsir appell biex il-proporzjon tal-appoġġ settorjali jiżdied; huwa ċert li fiż-żmien propizju l-parti kummerċjali tal-ftehimiet għandha tiġi kkundizzjonata għal appoġġ settorjali effikaċi, segwit b’mod adegwat u sostanzjali;

262.  Jitlob li jkun hemm konnessjoni akbar mal-politika tas-sajd, peress li r-rwol huwa wieħed leġiżlattiv u baġitarju, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-ftehimiet internazzjonali tas-sajd u l-laqgħat differenti relattivi (pereżempju, il-kumitati konġunti jew in-negozjati bilaterali ma’ pajjiżi terzi);

263.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex tfassal rapporti speċjali rigward l-oqsma prijoritarji tal-politika komuni tas-sajd bħala segwitu għall-proposti leġiżlattivi u l-komunikazzjonijiet diversi li jinsabu fil-pakkett ta’ riforma ta’ din tal-aħħar, inkluż fir-rigward tad-dimensjoni esterna tal-politika;

7.2.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 - C7-0256/2011 - 2011/2201(DEC) )

Rapporteur: Annemie Neyts-Uyttebroeck

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jitlob lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Josserva li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha, tqis li l-bbiltài li saru fl-2010 ma fihomx żbalji materjali iżda li madankollu kienu identifikati żbalji kwantifikabbli, li jirrigwardaw l-eliġibbiltà tan-nefqa intermedja u finali;

2.  Josserva, barra minn hekk, li l-maġġoranza tal-iżbalji mhux kwantifikabbli identifikati mill-Qorti tal-Awdituri tirrigwarda żbalji fil-proċeduri ta' akkwist u fil-proroga ta' kuntratti; itenni, bi qbil mal-proċeduri preċedenti ta' kwittanza, it-tħassib tiegħu dwar il-vulnerabbiltà sinifikanti ta' dawn iż-żewġ setturi għall-frodi u għall-ġestjoni ħażina;

3.  Jieħu nota li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll għall-politiki ta' azzjoni esterna, żvilupp u tkabbir jitqiesu biss parzjalment effikaċi, u jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jieħdu u jimplimentaw il-miżuri neċessarji kollha biex iżidu r-regolarità tal-bbiltài;

4.  Ifakkar li r-riskji ewlenin marbuta mal-appoġġ għall-baġit (jiġifieri r-riskju relatat mal-grad ta' effikaċja tal-għajnuna kif ukoll ir-riskji ta' frodi u korruzzjoni) ma jidhrux fl-awditjar dwar id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja bir-reqqa dawn ir-riskji;

5.  Huwa madankollu tal-fehma li, bil-maqlub għall-politiki interni tal-Unjoni, l-azzjoni esterna tagħha tinvolvi riskji inerenti u li, f'xi każijiet, l-ambjent li fih tingħata l-għajnuna jista' jispjega n-nuqqasijiet misjuba u dan jeħtieġ ikun ittrattat permezz ta' strateġiji ta' rendikont speċifiċi;

6.  Jilqa' favorevolment id-dikjarazzjoni tal-Qorti[119], li tafferma li l-"EuropeAid waqqaf strateġija ta' kontroll komprensiv u kompla jġib titjib sinifikanti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tiegħu";

7.  Iqis li, barra mill-isforzi mitluba bil-għan li tiżdied ir-regolarità tal-bbiltài, il-Kummissjoni għandha twettaq, għall-interventi kollha, valutazzjonijiet sistematiċi mill-perspettiva tal-proporzjon kostijiet-benefiċċji, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport speċjali tagħha[120]; jinsisti fuq il-bżonn li l-Parlament jinżamm informat, bħala fergħa tal-awtorità baġitarja, bir-riżultati ta' tali valutazzjonijiet, inkluż l-eżitu tal-valutazzjonijiet li jkopru l-attivitajiet PESK;

8.  Jenfasizza, iżda, li l-proporzjon kostijiet-benefiċċji fih innifsu ma jistax jitqies dejjem bħala kriterju suffiċjenti biex jivvaluta l-adegwatezza tal-assistenza tal-Unjoni f'pajjiż terz; huwa tal-fehma anzi li għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni l-effikaċja tal-għajnuna għal dak li jirrigwarda l-objettivi tal-politika barranija tal-Unjoni li teħtieġ tkun evalwata sistematikament u għandha tinkludi kriterji supplementari, bħal pereżempju l-interessi strateġiċi tal-Unjoni, il-bżonn li tkun preżenti fil-post jew l-implimentazzjoni ta' proġetti u azzjonijiet intiżi li jippromwovu l-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-Unjoni;

9.  Jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema diversi oqsma ta' assistenza tal-Unjoni jistgħu, f'xi każijiet, ikunu ottimizzati u l-impatt tal-assistenza miżjud permezz ta' koordinament aħjar mal-Istati Membri, li l-azzjoni esterna tagħhom ma għandhiex titqies f'kompetizzjoni iżda kumplementari; jappella għalhekk għal aktar sforzi għal dak li jirrigwarda l-koordinament tad-donaturi fi ħdan l-Unjoni, mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali;

10. Jenfasizza li l-effiċjenza u l-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-Unjoni jafu jiżdiedu aktar jekk il-persunal tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, indipendentement mill-istituzzjoni ta' oriġini tiegħu, jikkoopera mill-qrib u b'mod flessibbli; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli jimplimentaw, mingħajr dewmien, il-miżuri amministrattivi u regolamentari kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw u jtejbu l-kooperazzjoni tal-persunal kollu tal-Unjoni li jaħdem għall-Kummissjoni jew għas-SEAE fi ħdan id-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Evgeni Kirilov, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Charles Tannock, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Băsescu, Véronique De Keyser, Tanja Fajon, Elisabeth Jeggle, Doris Pack, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Indrek Tarand, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marije Cornelissen, Rui Tavares

 

 

1.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 - C7-0256/2011- 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Thijs Berman

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.        Jikkunsidra li l-kriżi baġitarja u ekonomika li għaddejja bħalissa u li qiegħdin iħabbtu wiċċhom magħha ħafna mill-Istati Membri tirrikjedi li l-UE, iktar minn qatt qabel, timmassimizza l-effiċjenza u l-impatt tal-għajnuna tagħha; f'dan l-isfond, jinsab imħasseb li l-Qorti tal-Awdituri sabet[121] li fl-2010 s-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni għall-għajnuna u l-iżvilupp estern reġgħu kienu biss parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-ħlasijiet u li żewġ terzi tal-iżbalji kwantifikabbli nstabu fi ħlasijiet finali u li dawk l-iżbalji ma nstabux mill-kontrolli tal-Kummissjoni;

2.        Jirrikonoxxi, minkejja dan, l-isforzi kontinwi tal-Kummissjoni biex ittejjeb it-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tagħha u biex ittejjeb il-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistema ta' informazzjoni dwar il-ġestjoni CRIS; jilqa' l-fatt li, komplessivament, ħlasijiet ta' għajnuna u żvilupp estern fl-2010 kienu ħielsa minn żbalji materjali, u kellhom rata' stimata ta' żbalji aktar baxxa minn dik tal-2009; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tiżviluppa metodoloġija koerenti għad-direttorati għar-relazzjonijiet esterni biex tiġi kkalkulata r-rata ta' żball residwu, biex ittejjeb aktar il-qafas tagħha ta' verifika esterna u biex jitħarsu l-ogħla standards ta' kontroll possibbli;

3.        Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, partikolarment, sabiex ittejjeb il-kwalità tal-kontrolli ex ante, tal-monitoraġġ u r-rappurtar, tas-sorveljanza u tal-funzjonijiet tal-verifika bbażati fuq ir-riskju tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, fejn il-maġġoranza tal-iżbalji nstabu, biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-taqsimiet operazzjonali u finanzjarji tad-Delegazzjonijiet, biex jiżdiedu r-riżorsi disponibbli lid-Delegazzjonijiet għall-attivitajiet ta' monitoraġġ prinċipali u biex jiġi sistematizzat il-qafas ta' monitoraġġ, li jinkludi l-introduzzjoni ta' pjanijiet ta' monitoraġġ u valutazzjoni multiannwali u t-tisħiħ ta' gwida għall-monitoraġġ;

4.        Jitlob lill-Kummissjoni biex issib soluzzjonijiet li jaħdmu għall-isfidi organizzattivi kkawżati mill-għaqda tad-DĠ DEV mad-DĠ AIDCO fl-aħħar tal-2010; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE, li beda jopera f'Diċembru tal-2010, sabiex jiffinalizzaw mingħajr dewmien l-arranġamenti li jiċċaraw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fiċ-ċiklu ta' programmazzjoni u implementazzjoni tal-għajnuna esterna, li jinkludi lid-Delegazzjonijiet;

5.        Jikkunsidra li l-istrumenti finanzjarji ġodda taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss 2014-2020 għandhom jirreflettu bis-sħiħ id-drittijiet leġiżlattivi u ta' skrutinju msaħħa tal-Parlament skont it-Trattat ta' Lisbona, u li l-Parlament għandu jkun involut fil-proċess ta' programmar fuq l-istess livell mal-Kunsill;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb l-effettività tal-għajnuna tal-Unjoni lis-settur tal-edukazzjoni bażika fl-Afrika sub-Saħarjana u l-Asja tan-Nofsinhar[122], b'mod partikolari billi tistabbilixxi indikaturi u miri realistiċi biex tissorvelja r-riżultati effettivament, billi tiżgura li d-Delegazzjonijiet jassenjaw persunal b'għarfien espert u karigi għolja biżżejjed biex isostnu djalogu dwar il-politika tas-settur ma' gvernijiet sħab u donaturi oħra, u billi tiffoka iktar fuq il-kwalità tal-edukazzjoni u l-kapaċità tal-gvernijiet benefiċjarji li jlaħħqu maż-żieda fir-reġistrazzjoni fl-iskejjel;

7.  Jinsab diżappuntat mill-każijiet ta' frodi fuq skala kbira li nstabu lejn l-aħħar tal-2011 mill-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja fil-Mali, il-Mawritanja, il-Ġibuti u ż-Żambja, u jinsab imħasseb dwar il-miżapproprjazzjoni potenzjali ta' somom sostanzjali ta' flus, bħal mill-kontribut tal-2010 tal-UE għall-Fond Globali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem iktar mill-qrib mal-Fond Globali biex tappoġġa u tissorvelja l-interventi tiegħu fil-livell tal-pajjiż sabiex tkun evitata r-ripetizzjoni ta' każijiet ta' korruzzjoni bħal dawn u jitjiebu l-obbligu ta’ rendikont u l-effikaċja;

8.  Itenni s-sejħa tiegħu għal involviment ikbar mill-parlamenti u konsultazzjoni ikbar mas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali f'pajjiżi sħab meta jitfasslu u jiġu eżaminati mill-ġdid id-dokumenti dwar l-Istrateġiji għall-Pajjiż u l-Programmi Indikattivi Multiannwali fil-kuntest tal-Istrument ta' finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI);

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ricardo Cortés Lastra, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Filip Kaczmarek, Franziska Keller, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Eleni Theocharous, Patrice Tirolien, Ivo Vajgl, Daniël van der Stoep, Anna Záborská, Iva Zanicchi, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Guerrero Salom, Isabella Lövin, Gesine Meissner, Cristian Dan Preda, Bart Staes, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Joseph Cuschieri, Zita Gurmai, Claudiu Ciprian Tănăsescu

 

 

31.1.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III - Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 - C7-0256/2011 - 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Peter Šťastný

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.      Imħasseb ħafna dwar il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li, fuq livell ġenerali, is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll mhumiex effikaċi, tant li l-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet ulterjorment li l-ħlasijiet fuq il-bażi tal-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2010 huma materjalment affettwati minn żball;

2.      Jiddispjaċih li fl-2010 l-aktar żball probabbli kif stmat mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-ħlasijiet fit-totalità tagħhom żdied fl-2001 meta mqabbel ma’ żvilupp favorevoli f’dan ir-rigward li ilu jseħħ mill-2006;

3.      Imħasseb ħafna li l-maġġoranza tal-iżbalji mhux kwantifikabbli identifikati marbuta mal-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir jikkonċernaw żbalji fi proċeduri ta’ akkwist u f’estensjonijiet ta’ kuntratti mill-Kummissjoni; bl-istess mod imħasseb li żewġ terzi tal-iżbalji li nstabu f’dawn l-oqsma ta’ politika jikkonċernaw ħlasijiet finali, li ma kinux nstabu mill-kontrolli tal-Kummissjoni;

4.      Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iżgurar ta' ħarsien effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa marbut mal-għajnuna makrofinanzjarja; iqis neċessarju li l-Kummissjoni tipprovdi kontrolli adegwati u li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi awditjar xieraq fir-rigward ta’ dan l-istrument;

5.      Jenfasizza li, insegwitu tal-istrateġija Għajnuna għall-Kummerċ, il-fondi tal-Unjoni għandhom jintużaw b'mod effikaċi u skont ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ, bil-għan li tkun żgurata integrazzjoni aħjar tal-benefiċjarji fis-sistema tal-kummerċ dinji bbażata fuq ir-regoli u tkun promossa l-qerda tal-faqar;

6.      Jenfasizza li ċ-ċentri kummerċjali tal-Unjoni fiċ-Ċina, fit-Tajlandja u fl-Indja għandhom ikunu appoġġati; fl-istess ħin, hu tal-fehma li għandu jkun hemm fis-seħħ kontrolli biżżejjed sabiex ikun garantit il-funzjonament tajjeb u effikaċi ta' dawn iċ-ċentri.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Mário David, Albert Deß, Syed Kamall, Silvana Koch-Mehrin, Inese Vaidere

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Jean Roatta

 

 

15.2.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

 

( COM(2011)0473 - C7-0256/2011 - 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Csaba Őry

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li 18% tan-nefqa għall-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni huma allokati għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali, bl-akbar parti min-nefqa f'dan il-qasam tal-politika, jiġifieri 94%, iffinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE);

2.  Jilqa' l-fatt li fil-kuntest tar-riżorsi allokati għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE), ir-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet għall-impenji kienet 100% (EUR 10.8 biljun) u 87.9 % għall-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (EUR 7.1 biljun); jirrikonoxxi li r-rata baxxa fir-rigward tal-ħlasijiet irriżultat mill-fatt li xi impenji ttieħdu biss fl-aħħar kwart tas-sena; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni għal titjib tal-ġestjoni finanzjarja;

3.  Jieħu nota tal-estimi tal-Qorti tal-Awdituri li r-rata ta’ żbalji fl-2010 kienet ta’ 7,7 % fir-rigward tal-infiq fl-oqsma tal-koeżjoni, l-enerġija u t-trasport; huwa sorpriż bl-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li d-direttivi tal-Unjoni ma ġewx trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-akkwist pubbliku; għalhekk jistenna li l-Kummissjoni tissorvelja aħjar t-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u twettaq awditjar tal-ammissibilità tal-proġetti li jirċievu finanzjamenti; iqis li l-akkwist pubbiku japplika anqas għall-FSE;

4.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni li permezz ta' taħriġ bilaterali u multilaterali jiġi żgurat li l-Istati Membri jħarrġu, jinfurmaw, jagħtu pariri u jiggwidaw fuq bażi kontinwa, lill-benefiċjarji u lill-entitajiet implimentattivi, sabiex titnaqqas ir-rata ta' żbalji tal-ħlasijiet; jiddispjaċih li l-Istati Membri milli jidher mhumiex fil-qagħda li jagħmlu hekk waħedhom;

5.  Itenni t-talba tiegħu li l-Istati Membri jiġu obbligati jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji, u jingħaqad mat-talba tal-Qorti tal-Awdituri, li l-użu tal-FSE għandu jiġi kkontrollat regolarment mill-Kummissjoni;

6.  Ifakkar li l-użu proprju ta’ fondi mill-Istati Membri jrid ikun żgurat u li l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-ħlasijiet huma għodda effikaċi biex isir dan;

7.  Huwa mħasseb dwar l-għadd kbir ta' żbalji misjuba mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja;

8.  Jiddispjaċih li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontribut tal-FSE għall-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola sa issa ġew implimentati biss parzjalment mill-Kummissjoni;

9.  Ifakkar li huwa kompitu tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, inkarigat mill-amministrazzjoni tal-approprjazzjonijiet, li jieħu miżuri adegwati għall-prevenzjoni tal-frodi u l-korruzzjoni; jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF); jitlob li tingħata assigurazzjoni li każijiet ta' frodi fil-FSE jiġu segwiti u sanzjonati anki mill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali;

10. Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni li tikseb mill-Istati Membri kollha rendikont dettaljat permezz ta' rapporti ta' kontroll annwali ta' awtoritajiet ta' verifika u rapporti annwali sommarji, u jikkunsidra essenzjali li l-Kummissjoni twessa' l-attività ta' verifika tagħha sabiex tikkomunika lill-Parlament il-valur miżjud ta' finanzjament tal-Unjoni;

11. Jenfasizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi mmirati u tal-mexxejja tal-proġetti fil-FSE; jipproponi li fil-kofinanzjament tal-proġetti jiġu inkorporati attivitajiet volontarji f'organizzazzjonijiet bla skop ta' lukru u investimenti in natura; jitlob li jsir stħarriġ aġġornat dwar l-ispejjeż amministrattivi tal-FSE fost il-mexxejja tal-proġetti abbażi tal-Istati Membri u l-proġetti;

12. Jenfasizza l-fatt li l-Fond ta’ Globalizzazjoni ffinanzja 21 proġett s’issa b’total ta’ EUR 105 miljun, filwaqt li sa EUR 500 miljun f’approprjazzjonijiet jistgħu jiġu mobilizzati permezz ta’ trasferimenti; jilqa’ x-xejra dejjem akbar fost l-Istati Membri li jiżviluppaw u jressqu proġetti xierqa f’dan il-kuntest; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġa b’mod effikaċi lill-Istati Membri fl-iżvilupp u t-tressiq ta’ proġetti għall-Fond ta’ Globalizzazzjoni sabiex jgħinu l-ħaddiema jsibu xogħol ġdid u jiżviluppaw ħiliet ġodda meta jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba x-xejriet tal-kummerċ globali li qed jinbidlu jew minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali;

13. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tivverifika wkoll l-intestaturi baġitarji l-oħra tal-qasam tal-affarijiet soċjali u tal-impjiegi u tistabbilixxi għalfejn l-approprjazzjonijiet allokati mhumiex jiġu utilizzati għalkollox;

14. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tippreżenta r-rati ta’ żbalji tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-FSE b’mod separat u mhux fuq bażi aggregata;

15. Jistenna li l-Kummissjoni tressaq rapporti dettaljati dwar il-proġetti pilota.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

13.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Thomas Händel, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Tamás Deutsch, Sergio Gutiérrez Prieto, Anthea McIntyre, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Zuzana Brzobohatá, Anna Záborská

 

 

24.1.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III - Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 - C7-0256/2011 - 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Iqis sodisfaċenti r-rati globali ta' implimentazzjoni tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel ifakkar f'dan il-kuntest li 0.76% tal-baġit tal-Unjoni biss huwa intiż għal dawk l-istrumenti ta' politika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel;

L-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika

2.  Jenfasizza r-rata globali ta' eżekuzzjoni ammontat għal 99.26% fil-qasam tal-ambjent u l-azzjoni klimatika; jinnota, barra minn hekk, li l-implimentazzjoni tal-ħlasijiet kienet fil-livell ta' 84.1%;

3.  Jilqa' l-ksib ta' 99.4% tal-implimetazzjoni tal-baġit operattiv tal-LIFE+; jinnota li fl-2010 is-somma ta' EUR 240 000 000 ġiet allokata għall-għotjiet tal-proġetti, is-somma ta' EUR 9 300 000 appoġġat attivitajiet operattivi tal-NGOs, is-somma ta' EUR 42 500 000 kienet użata għal miżuri intiżi li jappoġġaw lill-Kummissjoni fir-rwol tagħha ta' inizjattiva u ta' monitoraġġ tal-iżvilupp ta' politiki u ta' leġiżlazzjoni u s-somma ta' EUR 14 500 000 kienet użata għal appoġġ amministrattiv;

4.  Jenfasizza d-differenza bejn l-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi u l-allokazzjonijiet finali għal kull Stat Membru tal-fondi LIFE+ kif ukoll id-differenza fin-numru ta' proposti riċevuti minn Stati Membri differenti; jinkoraġġixxi għal darb oħra l-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tipprovdi taħriġ annwali lill-awtoritajiet nazzjonali u biex torganizza seminars f'kull Stat Membru sabiex tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-objettivi tal-LIFE+ u dwar il-mod ta' kif tiġi preparata proposta b'riżultat pożittiv;

5.  Jirrikonoxxi n-nuqqas ta' bażi legali biex jiġi implimetat il-Programm ta' Azzjoni tal-UE biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima; jilqa' t-trasferiment tal-ammont sħiħ ta' EUR 15 000 000 lill-faċilità finanzjarja fi ħdan l-Inizjattiva ta' Finanzjament għall-Enerġija Sostenibbli, ħalli jiġu żviluppati strumenti finanzjarji adatti biex jixprunaw sew il-proġetti ta' effiċjenza enerġetika u l-proġetti għall-isfruttament tas-sorsi rinovabbli tal-enerġija;

6.  Jieħu nota tal-osservazzjonijiet mill-Qorti tal-Awdituri dwar verifiki ex-post li twettqu mill-Kummissjoni bl-użu ta' kriterji bbażati fuq ir-riskju mill-2006; jilqa' l-fatt li d-DĠ ENV iddeċieda li jbiddel il-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni fl-2011 sabiex ir-riżultati jkunu bbażati wkoll fuq kampjun fortuwitu li jkun jista' jiġi ġġeneralizzat aktar faċilment għall-proġett kollu;

7.  Jilqa' l-pjan ta' azzjoni maħsub mid-DĠ CLIMA sabiex jittejbu l-miżuri nazzjonali ta' siġurtà peress li dan ġie meqjus neċessarju wara li ġie identifikat nuqqas ta' siġurtà sinifikanti fir-reġistri nazzjonali tas-sistema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (ETS);

8.  Jinnota li seba' proġetti pilota u azzjoni preparatorja waħda ġew implimentati fil-kuntest tal-baġit 2010;

9.  Jenfasizza l-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-attivitajiet ambjentali internazzjonali, li huma maħsuba li jkopru l-kontribuzzjonijiet obbligatorji u volontarji għall-konvenzjonijiet, protokolli u ftehimiet internazzjonali huma suġġetti għal varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju peress li l-biċċa l-kbira tal-kontribuzzjonijiet huma mħallsa b'dollari Amerikani;

Is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

10. Jilqa' r-rata ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-impenji fil-qasam tas-saħħa pubblika ta' 99.7% (bl-esklużjoni tal-approprjazzjonijiet maħsuba għall-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini); jinnota r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-impenji ta' 95.3% fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa tal-annimali u l-benessri tagħhom u s-saħħa tal-pjanti;

11. Jenfasizza l-importanza tal-programm ta' saħħa pubblika; jilqa', għalhekk, ir-rata ta' implimetazzjoni sodisfaċenti ta' kważi 100% fl-approprjazzjonijiet għall-impenji; huwa konxju tar-rata ta' implimentazzjoni aktar baxxa fl-approprjazzjoniet għall-ħlasijiet (95.1%) minħabba d-dewmien fit-talbiet għall-ħlas mill-benefiċjarji tal-għotja jew minħabba l-estensjoni ta' ftehimiet kuntrattwali;

12. Jenfasizza l-importanza li titkompla s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-effetti dannużi tal-konsum tat-tabakk; jikkunsidra li l-implimentazzjoni sħiħa tal-ammont disponibbli fl-2010 tikkostitwixxi suċċess għall-kampanja HELP;

13. Jieħu nota tal-osservazzjoniet mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi li hija entità amministrattiva tal-Kummissjoni; jitlob lill-Aġenzija Eżekuttiva tnaqqas b'mod sinifikanti l-ammonti ttrasferiti mis-snin finanzjarji preċedenti billi tirrevedi l-istrumenti ta' pjanar u ta' rappurtaġġ baġitarji sabiex tirrispetta l-prinċipju tal-annwalità tal-baġit tal-Unjoni; ħa nota wkoll tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-verifiki interni mwettqa fl-2010 u jinkoraġġixxi l-Aġenzija Eżekuttiva f'kooperazzjoni mad-DĠ sieħeb tagħha biex taħdem fuq il-kwistjonijiet indirizzati bħall-governanza u l-arkitettura tal-informatika;

14. Jieħu nota tal-livell ta' implimentazzjoni ta' 95.3% għall-kapitolu baġitarju 17 04 - Is-sikurezza tal-ikel u l-għalf, is-saħħa tal-annimali, il-benessri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti; huwa konxju tal-fatt li l-implimentazzjoni sħiħa ma kinitx possibbli minħabba n-numru żgħir ta' tifqigħat ta' mard tal-annimali u b'hekk il-fondi ta' emerġenza ma ntefqux kompletament, kif kien previst, u, it-tieni nett, ma kienx hemm bżonn li jinxtara tilqim ta' emerġenza;

15. Josserva, fir-rigward tal-miżuri ta' qerda, li l-klejms tal-ispejjeż finali ppreżentati għall-ħlas mill-Istati Membri ħafna drabi kienu anqas mill-istima inizjali; jinnota wkoll li kien hemm bżonn ta' aktar awditjar minħabba r-rati ta' żbalji preċedenti u dan il-fatt ukoll dewwem l-eżekuzzjoni ta' ħlas f'dan il-qasam;

16. Jiddispjaċih bir-riżultati anqas pożittivi għall-ħlasijiet relatati mal-miżuri tas-saħħa tal-pjanti minħabba dewmien min-naħa tal-Istati Membri fil-preżentazzjoni tad-dokumenti meħtieġa jew minħabba li d-dokumentazzjoni kienet inkompleta; jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-proċeduri f'dan ir-rigward;

17. Huwa tal-fehma, fuq il-bażi tad-data disponibbli, li l-Kummissjoni tista' tingħata l-kwittanza fir-rigward tal-infiq fl-oqsma tal-politika ambejntali, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel għas-sena finanzjarja 2010.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni fianali

Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Paolo Bartolozzi, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Daciana Octavia Sârbu, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Bill Newton Dunn, Rovana Plumb, Michèle Rivasi, Eleni Theocharous, Anna Záborská, Andrea Zanoni

 

1.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 - C7-0256/2011 - ( 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Cristian Silviu Buşoi

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota b'sodisfazzjon iż-żieda fir-rata ta' eżekuzzjoni għall-krediti ta' ħlasijiet fit-Titolu 12; jiġbed l-attenzjoni madankollu għar-rata baxxa ta' eżekuzzjoni tal-linja tal-baġit 17 02 04, li kellha impatt negattiv fuq ir-rata ta' eżekuzzjoni medja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni toqgħod fuq mekkaniżmi ta' previżjoni iktar effiċjenti għall-ħtiġijiet ta' ħlas sabiex tittejjeb l-eżekuzzjoni tal-baġit; jilqa' l-progress li l-Kummissjoni għamlet fl-2011 f'dan ir-rigward;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa tal-promozzjoni ta' edukazzjoni finanzjarja tal-konsumatur sabiex il-konsumaturi jkunu f'pożizzjoni iktar b'saħħitha vis-à-vis s-servizzi finanzjarji; għalhekk, minkejja d-defiċjenzi fl-eżekuzzjoni li ġew enfasizzati qabel u b'kunsiderazzjoni għall-iżviluppi pożittivi reċenti f'dan ir-rigward, itenni l-appoġġ tiegħu għall-proġett pilota dwar it-trasparenza u l-istabilità fis-swieq finanzjarji stabbilit fl-2010; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi għall-identifikazzjoni tal-aħjar modi biex jintefqu l-mezzi allokati;

3.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex torganizza laqgħat ta' ħidma fl-Istati Membri sabiex tindirizza l-problemi li jiltaqgħu magħhom l-amministrazzjonijiet nazzjonali fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern; jemmen li din l-inizjattiva se jkollha effett pożittiv fuq ir-rekord ta' implimentazzjoni;

4.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tanalizza l-effettività tal-programmi ta' finanzjament attwali għall-SMEs u biex tesplora l-iżvilupp ta' strumenti konġunti finanzjarji ġodda;

5.  Jilqa' l-importanza li l-Kummissjoni tagħti lill-promozzjoni tas-SOLVIT u tal-EU Pilot bħala mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tal-problemi, u jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward; jenfasizza li s-SOLVIT wera ruħu effettiv fis-soluzzjoni ta' problemi li jaffettwaw iċ-ċittadini bħar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u drittijiet marbuta mal-impjieg; ifakkar fl-appoġġ tiegħu għal linja tal-baġit separata u mezzi finanzjarji xierqa għas-SOLVIT, il-Portal l-Ewropa Tiegħek u l-għodod l-oħra kollha użati biex jiżguraw li s-suq intern jaħdem fil-prattika; jilqa' l-verżjoni ġdida tal-Portal l-Ewropa Tiegħek bħala websajt b'entrata waħda li tagħti aċċess għall-informazzjoni dwar id-drittijiet f'setturi differenti kif ukoll dwar is-servizzi ta' assistenza; huwa tal-fehma li għandha tingħata iktar informazzjoni mill-Portal l-Ewropa Tiegħek u li dan għandu jkun promoss fost firxa akbar ta' ċittadini u negozji tal-Unjoni;

6.  Jilqa' l-appoġġ finanzjarju kontinwu għan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC-Net), kif ukoll l-istudju kkummissjonat biex jivvaluta l-effiċjenza tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-konklużjonijiet ta' dak l-istudju u tieħu azzjoni sabiex ittejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti kif ukoll tiżgura finanzjament stabbli għall-ECC-Net; jenfasizza l-importanza li jiżdied l-għarfien min-naħa tal-konsumaturi rigward is-servizzi offruti mill-ECC-Net; jilqa' bi pjaċir l-azzjonijiet tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward, bħall-kampanji tal-midja u miżuri għall-ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha biex tiżgura li d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet tal-Istati Membri għall-iskopijiet tar-riżorsi proprji tradizzjonali jkunu preċiżi, u ttejjeb is-superviżjoni doganali nazzjonali sabiex tevita żbalji fl-ammonti tar-riżorsi proprji tradizzjonali miġbura, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri (punt 2.21); iħeġġeġ lill-Kummissjoni għaldaqstant, tagħmel sforzi ulterjuri sabiex tissimplifika l-qafas legali, speċjalment sabiex issolvi l-problemi li għad baqa' f’ċerti sistemi ta’ kontroll;

8.  Jissottolinja l-kumplessità tar-regoli bħala sors maġġuri ta' żbalji fil-Kapitolu 'Riċerka u Politiki Oħra'; jitlob lill-Kummissjoni tesplora għażliet differenti biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-simplifikazzjoni u l-kontroll sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-SMEs; jenfasizza l-kumplessità tar-regoli tal-akkwist pubbliku u jirrakkomanda, għalhekk, is-simplifikazzjoni tagħhom sabiex titnaqqas l-inċidenza ġenerali tal-iżbalji;

9.  Huwa mħasseb dwar l-effikaċja parzjali tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll tal-Kummissjoni; jirrimarka li ċerti żbalji li nstabu mill-Qorti tal-Awdituri ma nstabux mill-Kummissjoni u, għalhekk, jissottolinja li jeħtieġ li jsiru sforzi biex jitjiebu s-sistemi attwali ta' kontroll;

10. Jagħraf l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali Modernizzat; jinnota d-dewmien fil-proċess u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi skadenza iktar realistika;

11. Jirrepeti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni li għandha tibgħat lill-Parlament u lill-Kunsill, kull sena, deskrizzjoni aktar dettaljata tan-nefqa għal kull linja baġitarja mqabbla mar-rimarki magħmula fir-rigward tal-linja;

12. Minkejja l-kritika ġustifikata tal-Qorti tal-Awdituri[123]1, iqis il-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs bħala strument finanzjarju ewlieni għal aktar tisħiħ tal-potenzjal tal-impriżi tal-artiġjanat u negozji bl-imnut; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmassimizza l-valur miżjud tal-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs u tippromwovi aktar l-innovazzjoni u l-intraprenditorija tal-Unjoni fuq skala dinjija;

13. Jinnota r-Rapport Speċjali Nru 13/2011 dwar jekk il-kontroll tal-proċedura doganali 42 jimpedixxix u jsibx l-evażjoni tal-VAT; sabiex jimpedixxi telf sinifikanti mill-baġits nazzjonali minħabba l-evażjoni tal-VAT, jistieden lill-Kummissjoni timmodifika iktar il-qafas regolatorju tal-Unjoni; barra minn hekk, sabiex jiżgura ġestjoni uniformi tal-eżenzjoni tal-VAT mill-awtoritajiet doganali, jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kollaborazzjoni u jiskambjaw informazzjoni b'mod iktar effiċjenti;

14. Ifakkar fir-responsabilità tal-Istati Membri skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u d-dmir tagħhom li jirrinforzaw is-sistemi ta' kontroll fir-rigward, l-ewwel, tal-verifiki tal-ġestjoni qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni u, it-tieni nett, tal-gwida tagħha dwar it-taqsiriet annwali, li huma sors siewi ta' assigurazzjoni;

15. Rigward il-"Baġit għall-Ewropa 2020", jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Parlament u mal-Kunsill u tiżgura li l-attivitajiet ta' programmar futuri fl-Unjoni jirrispettaw il-prinċipji tas-simplifikazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja tajba u l-obbligu ta' rendikont; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffukaw fuq objettivi li jkunu SMART, jiġifieri speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin, biex jikkoinċidu mal-ippjanar tal-programmi ta' nfiq tal-Unjoni, u fl-istess ħin, iqisu r-riskji eventwali tal-implimentazzjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia De Campos, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Phil Prendergast, Mitro Repo, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Simon Busuttil, Jürgen Creutzmann, Frank Engel, Marielle Gallo, Anna Hedh, María Irigoyen Pérez, Olle Schmidt, Laurence J.A.J. Stassen, Marc Tarabella, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp

 

 

7.2.2012

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 - C7-0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Inés Ayala Sender

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota li l-baġit 2010, kif adottat b’mod definittiv u mbagħad modifikat tul is-sena, kien jipprevedi – speċifikament għall-politiki fil-qafas tal-attività tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu – total ta’ EUR 2 640 819 360 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 1 895 014 386 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jinnota wkoll li minn dawn l-ammonti:

–   EUR 1 012 440 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 890 594 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport (TEN-T),

–   EUR 16 876 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 15 375 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għas-sigurtà tat-trasport,

–   EUR 63 940 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 30 257 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għall-Programm Marco Polo,

–   EUR 165 788 360 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 128 447 410 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għall-aġenziji tat-trasport,

–   EUR 896 035 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 455 135 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għall-programm Galileo,

–   EUR 427 740 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 346 880 476 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għat-trasport, inkluż qasam ta’ prijorità intiż għall-mobilità urbana sostenibbli, fi ħdan is-Seba’ Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp,

–   EUR 4 600 000 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 3 520 000 f’approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu intiżi għat-turiżmu;

2.   Jieħu nota tal-fatt li, waqt li kienet qed tiġi eżaminata l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, il-Qorti tal-Awdituri għażlet li tiffoka fuq il-politiki tal-koeżjoni u tal-enerġija aktar milli fuq il-politika tat-trasport;

3.   Jilqa’ r-rati għolja ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-impenji għall-proġetti relatati mat-TEN-T; jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li finanzjament xieraq mill-baġits nazzjonali jkun disponibbli biex jissodisfa dan l-impenn tal-Unjoni; ifakkar li l-Parlament appoġġa livell ogħla ta’ finanzjament min-naħa tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fir-rigward tal-proġetti transkonfinali għan-netwerk ewlenija, biex jagħmlu kull sforz sabiex jilħqu ftehimiet finanzjarji bilanċjati li jkunu xierqa għall-ambizzjonijiet iddikjarati tal-Unjoni;

4    Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta, fuq bażi annwali, listi tal-proġetti tal-infrastruttura tat-turiżmu u tat-trasport, kofinanzjati mill-fondi ta’ koeżjoni u reġjonali, kif hu diġà l-każ għall-fondi TEN-T, u, b'riżultat ta' dan, tagħmel l-informazzjoni dwar il-kofinanzjament tal-Unjoni aċċessibbli faċilment u trasparenti għal istituzzjonijiet oħra u għaċ-ċittadini;

5.   Jilqa’ r-rieżami ta’ nofs iż-żmien tal-proġetti prijoritarji li jagħmlu parti mill-programm multiannwali TEN-T 2007-2013 imwettaq fl-2010 mid-DĠ Mobilità u Trasport (MOVE) sabiex jiġi evalwat il-progress li sar fit-twaqqif tan-netwerk; iqis li dak ir-rieżami stabbilixxa l-prinċipju li l-finanzjament ikun marbut ma’ progress tanġibbli fil-proġetti, bl-għan li jsir l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi finanzjarji disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni testendi dan il-proċess ta’ rieżami orjentat fuq ir-riżultati għal direttorati ġenerali oħra u politiki oħra tal-Unjoni, u jistieden lill-kumitati l-oħra tal-Parlament jingħaqdu miegħu u jagħmlu dan huma wkoll;

6.   Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni rigward it-TEN-T kif ukoll l-istrument finanzjarju relatat magħhom (magħruf bħala "l-"Mekkaniżmu għall-Interkonnessjoni fl-Ewropa"), jenfasizza l-valur miżjud Ewropew ta’ użu mtejjeb tal-finanzjament, u jappoġġa l-impenji baġitarji tagħha li huma adegwati għall-ambizzjoni tal-proposta l-ġdida; jappoġġa l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ finanzjament innovattivi bl-għan li jkun żgurat li l-proġetti tal-infrastruttura tat-trasport Ewropej, li sintendi huma twal u jiswew ħafna, jitlestew fil-ħin;

7.   Jilqa’ l-inizjattiva “Self obbligatorju għall-finanzjament tal-proġetti” u jitlob lill-Kummissjoni tiżgura s-segwitu tal-effikaċja ta’ dan l-istrument ġdid u tal-effetti multiplikaturi tiegħu; Jaqbel għalkollox mal-proposta li EUR 10 000 000 000 mill-Fond ta’ Koeżjoni jiġu allokati għall-infrastruttura tat-trasport permezz tal-Mekkaniżmu għall-Interkonnessjoni fl-Ewropa, bl-għan li l-politiki strutturali u ta’ koeżjoni jsiru aktar effikaċi u jiżdied il-valur miżjud tagħhom; jitlob biex is-sistemi uzati għall-ġestjoni u l-kontroll tal-użu ta’ approprjazzjonijiet mill-Fondi ta’ Koeżjoni jittejbu, bl-għan li jkun hemm rata ta’ użu xierqa u effikaċi tal-finanzjament;

8.   Iħossu diżappuntat dwar ir-rata baxxa ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għas-sikurezzà tat-trasport (65%); jinnota li l-ammont speċifikat fil-baġit tas-sena 2010 kien dak li ġie propost fl-abbozz preliminari tal-baġit tal-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar ir-rata baxxa ta' użu ta’ dawn l-approprjazzjonijiet kif ukoll dwar il-miżuri li se tipprevedi biex jiġi żgurat li l-problema ma terġax tirrepeti ruħha;

9.   Jilqa’ ż-żieda fir-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet allokati għas-sigurtà tat-trasport u għad-drittijiet tal-passiġġieri kif ukoll għall-programm Marco Polo II; jinnota madankollu li 14% tal-approprjazzjonijiet ta’ dan il-programm ġew mgħoddija lil linji baġitarji oħra; jinnota li wħud mill-approprjazzjonijiet mill-linja baġitarja tal-programm SESAR ġew trasferiti wkoll, u jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta’ dan il-programm f’termini tat-tisħiħ tal-politika industrijali tal-Unjoni;

10. Jilqa’ r-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet għall-programmi EGNOS u GALILEO li żammet il-progress irreġistrat fl-2009; jenfasizza l-importanza tal-investiment f’dan is-settur, li għandu effett indirett fuq il-politiki kollha tal-Unjoni u b’mod partikolari, fuq is-setturi tal-loġistika, it-trasport sostenibbli u s-sikurezza tat-trasport; jilqa’ t-tnedija b’suċċess tal-ewwel żewġ satelliti operattivi Galileo fl-20 ta’ Ottubru 2010, li hu pass essenzjali lejn l-implimentazzjoni b’suċċess taż-żewġ programmi; jitlob li jittieħdu passi biex ikun żgurat li l-applikazzjonijiet u s-servizzi innovattivi appoġġati permezz ta' dawn il-programmi tat-trasport jiġu finanzjati, żviluppati u implimentati kif jixraq, u jkunu vijabbli, bil-għan ta’ massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-programmi;

11. Jinnota r-Rapport Speċjali bit-titlu ‘Il-proġetti tat-turiżmu kofinanzjati mill-FEŻR kienu effikaċi?’, li jgħid li t-turiżmu hu l-akbar industrija tas-servizz fl-Unjoni; jilqa’ l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li skontha l-parti l-kbira tal-proġetti taw riżultati fuq diversi livelli, fosthom il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, l-implimentazzjoni ta’ kapaċità ta’ akkoljenza jew ta’ attività turistika; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-ġestjoni u l-kontroll tal- finanzjament tal-FEŻR għal proġetti tat-turiżmu u tagħmel użu mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona biex tipproponi programm multiannwali tat-turiżmu; b’linji baġitarji finanzjati kif jixraq;

12. Jinnota b’sodisfazzjon li l-Qorti tal-Awdituri Ewropea qieset li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; jinsab imħasseb dwar l-ammont ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji trasferit (14.5 %); jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar dawn l-impenji trasferiti;

13. Jitlob li mal-baġit ta' kull sena jiġi mehmuż rapport speċjali dwar il-bilanċ pożittiv trasferit minn snin preċedenti, li jispjega għalfejn l-approprjazzjonijiet imsemmija ma ntużawx, u kif u meta se jintużaw;

14. Jipproponi, wara li jinstemgħu l-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-rata baxxa ta' użu tal-approprjazzjonijiet, li, fir-rigward tas-setturi li għalihom huwa responsabbli l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Parlament jagħti lill-Kummissjoni l-kwittanza rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Georges Bach, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Laurence J.A.J. Stassen, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Spyros Danellis, Michel Dantin, Dominique Riquet, Anna Rosbach

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu

 

 

29.2.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 - C7-0256/2011 - 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Tamás Deutsch

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinnota li l-eżekuzzjoni baġitarja kienet tajba għall-politika Reġjonali: tħallas l-ammont ta' EUR 30 557 000 000, u li l-parti l-kbira tal-ħlasijiet fl-2010 kienu relatati prinċipalment u għall-ewwel darba mal-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013 (ħlasijiet interim ta’ EUR 25 550 000 000, meta mqabbla ma’ EUR 9 420 000 000 fl-2009);

2.  Jiddispjaċih li l-politika reġjonali kienet parti minn grupp b’tendenza għall-iżbalji, fost l-oqsma ta’ politika tal-infiq tal-Unjoni, b'49% tal-243 ħlas awditjati mill-Qorti tal-Awdituri milquta minn żbalji; josserva, mandankollu, li ċerti żbalji biss se jkollhom impatt finanzjarju u li l-frekwenza ta' 49% hija anqas minn dik irreġistrata fil-perjodu 2000-2006; jenfasizza li r-rata ta’ żbalji naqset meta mqabbla mar-rati ta’ żbalji li nstabu fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw, permezz ta' ġestjoni konġunta, li jiġi rreġistrat tnaqqis konsistenti fir-rata ta' żbalji;

3.   Ifakkar li żball iseħħ meta tranżazzjoni ma titwettaqx f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji, bil-konsegwenza li n-nefqa dikjarata (u rimborżata) issir irregolari; jinnota ukoll li żball mhux bilfors jimplika li l-fondi jkunu sparixxew, intilfu jew inħlew, u lanqas li tkun seħħet frodi;

4.  Jieħu nota tal-approċċi differenti meħuda mill-Qorti tal-Awdituri u mill-Kummissjoni biex jikkwantifikaw l-iżbalji; jitlob li jkun hemm armonizzazzjoni tal-metodoloġija biex tkun żgurata t-trasparenza;

5.   Jinnota li n-nuqqas ta' preċiżjoni fil-komunikazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-iktar livell ta' żbalji probbabli tul dawn l-aħħar snin, u r-riferenzi għal-limitu inferjuri tal-iżball jew għal-limitu medju tal-iżball ikkalkolat mill-Qorti tal-Awdituri; jitlob l-applikazzjoni ta' metodoloġija ċara u konsistenti biex tkun żgurata l-komparabbiltà tad-data u analiżi affidabbli tal-iżvilupp tad-data tul is-snin;

6.  Jinnota li n-nuqqas ta’ konformità kemm mar-regoli tal-akkwist pubbliku u mar-regoli ta' eliġibbiltà jirrappreżenta proporzjon għoli tar-rata stmata ta’ żbalji (31% u 43% rispettivament); jieħu nota, f’dan il-kuntest, tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li jiġu identifikati oqsma għal aktar simplifikazzjoni; jitlob, għalhekk, li jkunu analizzati l-bżonn li tissaħħaħ l-assistenza teknika, u fi kwalunkwe każ, il-bżonn li tinżamm il-kapaċità operattiva sħiħa tas-sorveljanza finanzjarja; jenfasizza l-bżonn li l-Kummissjoni tissimplifika ir-regoli sabiex tiżgura proċeduri aktar favur l-utent u ma tiskoraġġixxix lil benefiċjarji potenzjali milli jipparteċipaw fi proġetti; jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom li spiss iżidu piż amministrattiv mhux meħtieġ mir-regoli tal-Unjoni; iqis, għalhekk, li jenħtieġu sforzi metikolużi biex din ir-rata ta' żbalji tkompli titnaqqas;

7.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja, b'mod partikolarifir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti regulatorji fit-twettiq tal-kontribuzzjoni mill-programmi operattivi għall-fondi li jimplimentaw tali strumenti, kif ukoll in-nuqqasijiet fir-rappurtar u r-rekwiżiti ta’ verifika fis-seħħ; josserva li l-potenzjal tal-istrumenti tal-inġinerija finanzjarja għandu jiġi żviluppat aktar ħalli jkun hemm lok għall-iżvilupp ta' proġetti strateġiċi kwalitattivi, il-parteċipazzjoni tal-atturi privati, speċjalment l-SMEs, u l-użu ta' kapital fil-proġetti tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika r-regoli ta' dawn l-istrumenti, peress li l-kumplessità attwali tagħhom tillimita l-użu tagħhom; jirrakkomanda analiżi aktar profonda ħalli jiġi evalwat l-effett reali ta' dawn l-istrumenti u l-linji gwida dwar l-implimentazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw ruħhom mal-obbligi ta' rappurtar tagħhom;

8.  Jinnota li, f’għadd kbir ta’ tranżazzjonijiet milquta minn żbalji, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kellhom biżżejjed informazzjoni biex jindunaw b’dan u japplikaw miżuri korrettivi qabel iċ-ċertifikazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinforza mill-ġdid l-assistenza tagħha lill-Awtoritajiet ta' Ġestjoni, permezz ta' workshops immirati, noti ta' gwida, distribuzzjoni tal-aħjar prattiki u taħriġ ta' uffiċjali responsabbli għall-ġestjoni, fid-dawl tal-fatt li l-parti l-kbira tal-iżbalji jseħħu fil-kontroll tal-ewwel livell; jinnota li għandu jiġi stabbilit il-monitoraġġ kostanti tat-trasferiment reali ta' miżuri ta' taħriġ immirati għall-Awtoritajiet ta' Ġestjoni sabiex ikun verifikat li l-għarfien qed jiġi verament trasferit, b'attenzjoni partikolari għal dak li jkun qed iseħħ fil-livell lokali; jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniżmi korrettivi, inkluża l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet f'każijiet ċari ta' negliġenza;

9.  Jilqa' l-ispjegazzjoni mill-Kummissjoni li tiddikjara, għall-ewwel darba, li l-maġġoranza kbira tal-iżbalji huma kkonċentrati biss fi tliet Stati Membri u f'xi programmi operattivi biss.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Catherine Bearder, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, John Bufton, Salvatore Caronna, Nikos Chrysogelos, Ryszard Czarnecki, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Wojciech Michał Olejniczak, Younous Omarjee, Monika Smolková, Ewald Stadler, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vasilica Viorica Dăncilă, Ivars Godmanis, James Nicholson, Elisabeth Schroedter, László Surján, Michael Theurer, Patrice Tirolien

 

 

1.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010. Taqsima III – Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 – C7-0256/2011 - 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Guido Milana

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[124], kif ukoll ir-Rapport Annwali 2010 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit[125]; jenfasizza li dawn iż-żewġ rapporti ftit li xejn jagħmlu rimarki dwar il-qasam tal-affarijiet marittimi u s-sajd ;

2.  Jirringrazzja d-DĠ MARE għad-dokumenti addizzjonali trażmessi u jqis soddisfaċenti r-rati globali tal-implimentazzjoni tal-linji tal-baġit fil-qasam tal-affarijiet marittimi u s-sajd għall-2010;

3.  Jenfasizza r-rata globali ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ 97.20% u r-rata globali għall-approprjazzjonijiet ta’ bbiltà ta’ 79.23%; jinnota, madanakollu, implimentazzjoni skarsa għall-kapitolu 11 02, is-swieq tas-sajd, u jinnota l-punti fl-ispjegazzjoni li tat il-Kummissjoni li tikkonċerna speċifikament l-implimentazzjoni tal-programmi tas-sajd għaż-żoni l-aktar imbiegħda;

4.  Jinnota b’sodisfazzjon l-intenzjoni tad-DĠ MARE li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-azzjonijiet kofinanzjati mal-Istati Membri u jħeġġeġ lis-servizzi kkonċernati tal-Kummissjoni jkomplu jsegwu din it-triq;

5.  Jinnota l-isforzi li għamlet id-DĠ MARE fil-qasam tal-awditjar intern u jitlob lill-Kummissjoni tkompli timmaniġġja bl-aktar mod effikaċi u rapidu l-proġetti u l-fajls fit-totalità tagħhom;

6.  Jinnota ż-żamma tar-riserva tad-DĠ MARE fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-programmi operattivi tal-SFGS (Strument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd) fil-Ġermanja - impjant tal-ikkundizzjonar; jinnota li dan huwa programm qadim u kumpless, li beda fl-2001, u jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi dan il-fajl malajr, filwaqt li tħares l-interessi tal-Unjoni;

7.  Jilqa’ l-fatt li d-DĠ MARE saħħet l-effikaċja tal-kontrolli fil-qasam tal-ftehimiet internazzjonali u l-fatt li ġie miftiehem li l-bbiltài strettament relattivi għall-aspett kummerċjali (EUR 104 017 795, jiġifieri 72% tat-total) jiġu separati minn dawk relattivi għall-appoġġ fis-settur (EUR 40 211 849, jiġifieri 28% tat-total);

8.  Jinsisti dwar il-ħtieġa li jingħata segwitu għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Unjoni għall-appoġġ fis-settur tal-ftehimiet internazzjonali, permezz ta’ tabelli matriċi stabbiliti bil-mod l-aktar dettaljat, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi inkuraġġit l-iżvilupp tal-parti tal-appoġġ settorjali; huwa ċert li fiż-żmien propizju l-parti kummerċjali tal-ftehimiet għandha tiġi kkundizzjonata għal appoġġ settorjali effikaċi, segwit b’mod adegwat u sostanzjali;

9.  Jitlob li jkun hemm konnessjoni akbar mal-politika tas-sajd, peress li r-rwol huwa wieħed leġiżlattiv u baġitarju, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam mal-ftehimiet internazzjonali tas-sajd u l-laqgħat differenti relattivi (pereżempju, il-kumitati konġunti jew in-negozjati bilaterali ma’ pajjiżi terzi);

10. Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex tistabbilixxi rapporti speċjali rigward l-oqsma prijoritarji tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) bħala segwitu għall-proposti leġiżlattivi diversi u l-komunikazzjonijiet li jinsabu fil-pakkett ta’ riforma ta’ din tal-aħħar, inkluż fir-rigward tad-dimensjoni esterna;

11. Huwa tal-fehma, fuq il-bażi tad-data disponibbli, li l-Kummissjoni tista' tingħata l-kwittanza fir-rigward tal-infiq fl-oqsma tal-affarijiet marittimi u tas-sajd għas-sena 2010.

 

 

 

 

 

 

 

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

 

Data tal-adozzjoni

29.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Alain Cadec, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Marek Józef Gróbarczyk, Ian Hudghton, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Struan Stevenson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Izaskun Bilbao Barandica, Jens Nilsson, Ioannis A. Tsoukalas

 

 

1.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( COM(2011)0473 – C7-0256/2011 – 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Morten Løkkegaard

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa’ l-isforzi biex jiġu simplifikati iktar il-proċeduri u titjieb l-aċċessibilità rigward il-programmi tal-edukazzjoni u l-kultura, u jinnota li fl-2010, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) kellha disponibbli formoli elettroniċi għall-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet u l-programmi, partikolarment għall-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Programm ta’ Kultura u l-Programm Ewropa għaċ-ċittadini; jinsab kuntent bl-użu mifrux ta’ somom b’rata fissa u d-deċiżjonijiet tal-għoti; jenfasizza l-importanza li jinsab il-bilanċ korrett bejn il-proċeduri flessibbli u l-kontrolli meħtieġa;

2. Jiddispjaċih li l-kontrolli primarji għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja ma ġewx implimentati kompletament mill-aġenziji nazzjonali, ħaġa li wasslet għal nuqqas ta’ użu adegwat tal-finanzjament għall-programmi, minħabba data ta’ rappurtar mhux koerenti u n-nuqqas ta’ twettiq fil-ħin tal-għadd minimu ta’ kontrolli; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li l-aġenziji nazzjonali kollha jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom;

3.  Jinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni tejbet is-sistemi ta’ kontroll tagħha u li l-qasam tal-politika dwar il-'Kultura u edukazzjoni', bħala parti mill-grupp ta’ politika dwar ir-'Riċerka u Politiki Interni oħrajn' ma kellux żbalji materjali;

4.  Hu kuntent bit-titjib sinifikanti fid-dewmien tal-ħlasijiet, u jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għamlet 94 % tal-ħlasijiet tagħha fil-ħin; ifakkar li kwalunkwe dewmien fil-ħlasijiet jaffettwa direttament id-drittijiet tal-benefiċjarji, b’mod partikolari dawk tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u konsegwentement is-suċċess tal-programmi; ifakkar, madankollu, li l-parti ewlenija ta’ għotja għandha titħallas mill-iktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, matul il-perjodu tas-sussidju, sabiex ma tiżdiedx id-dipendenza tal-organizzazzjonijiet fuq il-banek li japprovaw is-self, peress li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tqis li l-interessi mhumiex 'eliġibbli';

5.  Jinnota li l-Kummissjoni għamlet sejħa għal offerti fuq netwerk tat-televiżjoni pan-Ewropew, kif previst fil-baġits għall-2009 u l-2010; jinsab, għalhekk, imħasseb ħafna li fl-2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqaf il-proġett u tibda tonfoq flusha fuq xi ħaġa oħra, mingħajr il-kunsens tal-Parlament u l-Kunsill; jitlob li jiġu żvelati l-kuntratti u r-rakkomandazzjonijiet kollha relatati man-netwerk tat-televiżjoni u l-evalwazzjonijiet magħmula mill-kumitat tal-għażla.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Emma McClarkin, Emilio Menéndez del Valle, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Gianni Pittella, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Marie-Christine Vergiat, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Nadja Hirsch, Seán Kelly, Iosif Matula, Georgios Papanikolaou, Olga Sehnalová, Rui Tavares

 

 

10.2.2012

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Wim van de Camp

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jiddispjaċih mit-tnaqqis fil-livell tal-implimentazzjoni tal-impenji fil-baġit għall-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (94.8 % fl-2010 meta mqabbel ma' 97.7 % fl-2009), kif ukoll mill-ftit tat-tnaqqis li seħħ fil-livell tal-implimentazzjoni tal-ħlasijiet (88.7 % fl-2010 meta mqabbel ma’ 89.6 % fl-2009);

2.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li sar progress sinifikanti fit-tnaqqas tal-livell ta’ kaċellazzjonijiet ta’ ħlasijiet (minn 8.5% fl-2009 għal 2.8% fl-2010); jiddeplora ż-żieda fil-livell tat-trasferimenti (minn 1.9% fl-2009 għal 8.5% fl-2010) prinċipalment minħabba trasferimenti fil-Fond għall-Fruntieri Esterni, fil-Fond Ewropew għar-Ritorn u fis-SIS II; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tnaqqas il-livell ta’ trasferiment ta’ ħlasijiet fil-baġit għall-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja;

3.  Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rati għolja ta’ implimentazzjoni ta’ tlieta mill-erba’ Fondi ta’ “Solidarjetà u ġestjoni tal-flussi migratorji”; jieħu nota tal-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni għar-rata aktar baxxa ta’ implimentazzjoni tal-Fond għall-Fruntieri Esterni, jiġifieri li l-programmi annwali tal-ħames pajjiżi li qed jipparteċipaw għall-ewwel darba fl-2010 f’dak il-Fond ma ġewx adottati fl-2010.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

9.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Sonia Alfano, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Jacek Protasiewicz, Carmen Romero López, Csaba Sógor, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Edit Bauer, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Ana Gomes, Petru Constantin Luhan, Ulrike Lunacek, Hubert Pirker, Raül Romeva i Rueda, Kārlis Šadurskis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabeth Morin-Chartier, Antonyia Parvanova

 

 

31.1.2012

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima III – Il-Kummissjoni

( 2011/2201(DEC) )

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Kummissjoni li, skont l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni Ewropea fl-attivitajiet kollha tagħha; jitlob għalhekk lill-Qorti tal-Awdituri tevalwa l-implimentazzjoni tal-baġit mill-perspettiva tal-ġeneru, meta dan ikun applikabbli;

2.  Jiddispjaċih li r-rapport annwali ma fih l-ebda osservazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri, u lanqas ma fih risposti mill-Kummissjoni fir-rigward tan-nefqa relatata mal-ġeneru;

3.  Jenfasizza li verifika tal-baġit li tinkludi l-perspettiva tal-ġeneru hija prerekwiżit għat-tħejjija ta' baġit tal-ġeneru b'dimensjoni tal-ġeneru, peress li tista' tiżvela l-effetti tan-nefqa fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, u, b'mod partikolari, jekk l-irġiel u n-nisa jibbenefikawx min-nefqa b'mod proporzjonat, u jekk il-baġit għandux jiġi aġġustat sabiex jissodisfa aħjar il-bżonnijiet differenti tal-irġiel u tan-nisa.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

25.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Emine Bozkurt, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Iratxe García Pérez, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Silvana Koch-Mehrin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Constance Le Grip, Astrid Lulling, Barbara Matera, Antonyia Parvanova, Raül Romeva i Rueda, Joanna Senyszyn, Marc Tarabella, Angelika Werthmann, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Anne Delvaux, Christa Klaß, Mariya Nedelcheva, Katarína Neveďalová, Antigoni Papadopoulou, Sirpa Pietikäinen, Rovana Plumb

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth

 

 

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Inés Ayala Sender, Andrea Češková, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Zuzana Brzobohatá, Christofer Fjellner, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Barbara Weiler

 

 

[1]          ĠU L 64, 12.3.2010
[2]          ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[3]          ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
[4]          ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[5]          ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[6]          Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA-PROV(2012)0000
[7]          ĠU L 64, 12.3.2010.
[8]          ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[9]          ĠU C 366, 15.12.2011, p. 63.
[10]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[11]         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[12]         ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[13]         ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[14]         ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35.
[15]         ĠU L 64, 12.3.2010.
[16]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[17]         ĠU C 366, 15.12.2011, p. 81.
[18]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[19]         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[20]         ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[21]         ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[22]         ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.
[23]         ĠU L 140, 1.6.2007, p. 52.
[24]         ĠU L 64, 12.3.2010.
[25]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[26]         ĠU C 366, 15.12.2011, p. 93.
[27]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[28]         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[29]         ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[30]         ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[31]         ĠU L 369 16.12.2004, p. 73.
[32]         ĠU L 173 3.7.2008, p. 27.
[33]         ĠU L 64, 12.3.2010.
[34]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1
[35]         ĠU C 366, 15.12.2011, p. 69.
[36]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[37]         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[38]         ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[39]         ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[40]         ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.
[41]         ĠU L 64, 12.3.2010.
[42]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[43]         ĠU C 366, 15.12.2011, p. 87.
[44]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[45]         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[46]         ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[47]         ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[48]         ĠU L 11 15.1.2008, p. 9.
[49]         ĠU L 64, 12.3.2010.
[50]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[51]         ĠU C 366, 15.12.2011, p. 75.
[52]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[53]         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[54]         ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[55]         ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.
[56]         ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.
[57]         ĠU L 64, 12.3.2010.
[58]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[59]         ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
[60]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[61]         ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[62]         ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[63]         Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA-PROV(2012)0000
[64]         ĠU L 64, 12.3.2010.
[65]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[66]         ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
[67]         ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
[68]      ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
[69]      ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.
[70]       COM(2011)0662 .
[71]       SEC(2011)1179 , p. 24.
[72]      Rapport ta' Sinteżi dwar il-FEIs, p. 6.
[73]      Rapport ta' Sinteżi dwar il-FEIs, p. 10.
[74]      Rapport ta' Sinteżi dwar il-FEIs, p. 9.
[75]      Rapport ta' Sinteżi dwar il-FEIs, p. 21 u 26.
[76]      Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).
[77]         ĠU C 47, 17.2.2012, p. 1.
[78]      Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ April 2004 dwar il-kwittanza mogħtija lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2002 (ĠU L 330, 4.11.2004, p. 82).
[79] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
[80]      Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2010 ( COM(2011)0323 , p. 2.
[81]       COM(2011)0164 .
[82]       SEC(2011)1179 , p. 13.
[83]      Risposta tal-Kummissarju Johannes Hahn għal mistoqsija bil-miktub Nru 4 għas-smigħ tad-19 ta' Diċembru 2011 fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.
[84]       SEC(2011)1179 , p. 20.
[85]       SEC(2011)1179 , p. 21.
[86]      Rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress fir-Rumanija taħt il-Mekkaniżmu ta' Koperazzjoni u Verifika, COM (2012)0056 , paġna 4.
[87]      Il-Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea ( COM(2011)0473 ), p. 32 u 90.
[88]      Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi appoġġ finanzjarju għal żmien medju għall-bilanċi ta' bbiltà tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 431/2009 (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 1).
[89]      L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 4) jiffissa limitu massimu ta' 1,23 % li għalih il-Kummissjoni stmat li total ta' EUR 60 000 000 000 jistgħu jiġu attivati ( COM(2010)0713 , p. 4).
[90]      Sors: Dijagramma IV tal-Anness għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri tal-2010.
[91]      Sors: Dijagramma I tal-Anness għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri tal-2010.
[92]      Sors: Dijagramma V tal-Anness għar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri tal-2010.
[93]      Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Marzu 2011 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li temenda l-Artikolu 136 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' mekkaniżmu ta' stabbiltà għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ( P7_TA(2011)0103 .
[94]      http://eca.europa.eu/portal/pls/portal/ docs/1/9406723 .PDF
[95]      http://eca.europa.eu/portal/pls/portal/ docs/1/9504723 .PDF
[96]      Disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti tal-Awdituri tal-Pajjiżi l-Baxxi http://www.courtofaudit.com/english/News/2012/02/Letter_of_president_Netherlands_Court_of_Audit_on_ESM_Board_of_Auditors
[97]      ĠU L 250, 27.9.2011, p. 33.
[98]         ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1
[99]       COM(2012) 0040 , p. 16.
[100]     Programm ta' Ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 2012, p. 6.
[101]     Tweġiba għall-mistoqsija 21, dokument "Anness: mistoqsijiet lill-Kummissarju Šemeta" provduti mis-Segretarjat tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fis-16 ta' Diċembru 2011, wara s-smigħ tal-Kummissarju Šemeta fit-8 ta' Diċembru 2011 fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit.
[102]     ĠU L 250, 27.9.2011, p. 33.
[103]      COM(2008)0097 .
[104]     Anness għar-risposti għall-mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarju Johannes Hahn għas-smigħ tad-19 ta’ Diċembru 2011 fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament.
[105]     Rapport Annwali, Eżempju 3.1, paġna 79.
[106]     Rapport Annwali, Nota ta' Qiegħ il-Paġna 23, paġna 79.
[107]     Rapport Annwali, Tabella 3.1, paġna 72.
[108]     Risposta għal mistoqsija orali lill-Kummissarju Andris Piebalgs waqt is-smigħ tat-12 ta' Jannar 2012 fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.
[109]     Kalkolu abbażi tar-risposta għall-mistoqsija bil-miktub Nru 2 lill-Kummissarju Andris Piebalgs għas-smiegħ tat-12 ta' Jannar 2012.
[110]     http://ec.europa.eu/europeaid/work/funding/beneficiaries/index.cfm?lang=en&mode=SM&type=contract
[111]   http://ec.europa.eu/echo/files/funding/agreements/agreements_2010.pdf
[112]     Risposti ta' segwitu għal mistoqsijiet lill-Kummissarju Máire Geoghegan-Quinn għas-smigħ tat-23 ta' Jannar 2012 fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.
[113]     Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (2011/C 326/01), 10.11.2011.
[114]     L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-UE għall-Edukazzjoni Bażika fl-Afrika tas-sub-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Asja (Ir-rapport speċjali Nru 12/2010).
[115]1       Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2011 tal-Qorti tal-Awdituri dwar "Il-verifika tal-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs".
[116] Rapport Speċjali Nru 1/2011 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri "Id-devoluzzjoni tal-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-għajnuna esterna mill-kwartieri ġenerali tagħha, irriżultat fi twassil tal-għajnuna mtejjeb?"
[117] ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[118] ĠU C 326, 10.11.2011, p. 3.
[119] Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010 (ĠU C326, 10.11.2011): Anness 5.3
[120] Rapport Speċjali Nru 1/2011 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri "Id-devoluzzjoni tal-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-għajnuna esterna mill-kwartieri ġenerali tagħha, irriżultat fi twassil tal-għajnuna mtejjeb?"
[121] Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (2011/C 326/01), 10.11.2011.
[122] L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-UE għall-Edukazzjoni Bażika fl-Afrika tas-sub-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Asja (Ir-rapport speċjali Nru 12/2010).
[123]1 Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2011 tal-Qorti tal-Awdituri dwar "Il-verifika tal-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs".
[124]           ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
[125]           ĠU C 326, 10.11.2011, p. 3.