Dokument ta' sessjoni
4.4.2012
RAPPORT
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2010
(C7‑0296/2011 – 2011/2237(DEC) )
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Monica Luisa Macovei
PR_DEC_Agencies
WERREJ
Paġna
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................3
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW.....................................5
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...............................7
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT......................................................13
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2010
(C7‑0296/2011 – 2011/2237(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[1],
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Delegazzjoni Konġunta tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew għall-ITER f’Cadarache mis-16 sat-18 ta’ Mejju 2011,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 - C7-0050/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi[3], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[4], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0113/2012 ),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2010;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn isfel;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2010
(C7‑0296/2011 – 2011/2237(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[5],
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Delegazzjoni Konġunta tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew għall-ITER f’Cadarache mis-16 sat-18 ta’ Mejju 2011,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 - C7-0050/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi[7], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[8], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0113/2012 ),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2010;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2010
(C7‑0296/2011 – 2011/2237(DEC) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta[9],
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tad-Delegazzjoni Konġunta tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew għall-ITER f’Cadarache mis-16 sat-18 ta’ Mejju 2011,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06086/2012 - C7-0050/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferilha vantaġġi[11], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni adottata permezz ta’ deċiżjoni tat-22 ta’ Ottubru 2007 mill-Bord Governattiv tal-Impriża Konġunta (minn hawn ‘il quddiem “Regolament Finanzjarju tal-ITER”);
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[12], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ( A7-0113/2012 ),
A. billi Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (l-Impriża Konġunta) twaqqfet f’Marzu 2007 għal perjodu ta’ 35 sena,
B. billi l-Qorti tal-Awdituri tiddikjara li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari,
C. billi r-Regolament Finanzjarju tal-ITER huwa bbażat fuq il-qafas tar-Regolament Finanzjarju, li ġie emendat reċentement biex jiġi allinjat mat-tibdiliet li saru fir-Regolament Finanzjarju Ġenerali,
D. billi fid-9 ta’ Ottubru 2008 l-Qorti tal-Awdituri ħarġet l-Opinjoni Nru 4/2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-ITER,
E. billi l-Impriża Konġunta bdiet tiffunzjona b’mod awtonomu f’Marzu 2008,
F. billi fil-ħolqien tal-Impriża Konġunta it-total indikattiv tar-riżorsi li tqiesu meħtieġa għall-perjodu mill-2007 sal-2014 kien EUR 9 653 000 000;
G. billi l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzajarja 2010 kien fih approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-ammont ta’ EUR 444 100 000 u approprjazzjonijiet ta’ ħlas għall-ammont ta’ EUR 241 700 000;
Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
1. Jinnota li f’Jannar 2010, il-Bord Governattiv aċċetta r-riżenja tal-ewwel Direttur tal-Impriża Konġunta;
2. Jinnota bi tħassib li l-Qorti tal-Awdituri tiġbed l-attenzjoni għar-rekwiżit ta’ riżorsi sostanzjalment miżjuda għall-proġett ITER meta mqabbla mat-total indikattiv ta’ riżorsi li kien tqies neċessarju għall-perjodu 2007-2014;
3. Jinnota li l-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzajrja 2010 kien ġie adottat inizjalment għall-ammont kollettiv ta’ EUR 447 400 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 254 900 000 f’approprjazzjonijiet ta’ ħlas; jifhem mill-Kontijiet Finali tal-Impriża Konġunta li l-baġit tagħha għall-2010 kien emendat darbtejn; jagħraf, b’mod partikolari, li l-aħħar żewġ baġits emendatorji kellhom erba’ finijiet:
- li l-kontribuzzjoni amministrattiva tal-Euratom titnaqqas b’EUR 3 300 000 bil-għan li jintlaħaq qbil totali bejn il-baġit inizjali tal-Impriża Konġunta u l-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2010;
- li tiġi aġġornata l-Kontribuzzjoni tal-Istat Ospitatnti tal-ITER: nota ta’ debitu għall-ammont sħiħ provdut fil-baġit, EUR 13 600 000, inħarġet għall-pagament tal-kontribuzzjoni Franċiża tal-2010; abbażi ta’ previżjoni reali fil-pagament, EUR 8 000 000 ġew inkassati fl-2010;
- li jiġu aġġornati l-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija: l-Impriża Konġunta rċeviet il-kontribuzzjonjiet ta’ sħubija kollha għall-2009, iżda l-Italja u l-Ungerija ma ħallsux il-kontribuzzjonijiet tagħhom relatati mal-baġit tal-2010, minkejja diversi tfakkiriet;
- li jirreġistraw dħul addizzjonali minn imgħax bankarju fuq il-kontribuzzjoni Franċiża (EUR 104 506.54), imgħax fuq il-“kont kurrenti" (EUR 34 629.49), u rimborż miċ-Ċentru ta’ Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni Ewropea (EUR 1 389.00);
4. Jieħu nota, minn kummenti li għamlet il-Impriża Konġunta, li hija implimentat 99.9 % tal-baġit tagħha għall-2010 f’dak li jirrigwarda l-approprjazzjonijiet ta’ impenn; huwa mħasseb, madankollu, minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet li rriżulta f’rata ta’ utilizzazzjoni ta’ biss 63.4 % rigward l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas;
5. Jagħraf bi tħassib li t-trasferimenti mill-2009 ammontaw għal EUR 106 800 000 f’approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 52 200 000 f’approprjazzjonijiet ta’ ħlas, u li l-parti l-kbira ta’ dawn l-approprjazzjonijiet ġejjin mill-Istat Ospitanti tal-ITER u huma allokati għall-kostruzzjoni tal-ITER;
6. Jinnota mill-Kontijiet Finali tal-Impriża Konġunta li, fl-2010, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ ħlas ikkanċellati għall-infiq amministrattiv ammontaw għal EUR 1 090 550.73, filwaqt li approprjazzjonijiet ta' ħlas ikkanċellati għall-infiq operazzjonali ammontaw għal EUR 50 713 452.82;
7. Jissottolinja bi tħassib il-bilanċ kbir ta’ flus, li kien jammonta għal EUR 78 800 000 fi tmiem is-sena, somma li tirrappreżenta 26.8 % tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas disponibbli fl-2010;
Akkwist u Għotjiet
8. Jinnota mir-Rapport Annwali dwar l-Attività (RAA) tal-Impriża Konġunta għall-2010 li ngħataw total ta’ 44 kuntratt ta’ akkwist, għal valur totali ta’ EUR 826 000 000; jinnota, b’mod partikolari, li nbdew 42 proċedura ta’ akkwist operazzjonali, tlestew 43 evalwazzjonijiet ta’ akkwist u ġew iffirmati 43 kuntratt ta’ akkwist; jistabbilixxi wkoll mir-RAA li l-Impriża Konġunta ħarġet total ta’ ħames proċeduri ta’ akkwist amministrattiv, tat seba’ kuntratti ta’ akkwist amministrattiv għal valur totali ta’ EUR 6 000 000 u ffirmat sitt kuntratti ta’ akkwist;
9. Jagħraf li nħarġu total ta’ 16-il proċedura ta’ għoti, tlestew 21 evalwazzjoni, ingħataw 23 ftehim u ġew iffirmati 29 ftehim;
10. Jagħraf li l-Qorti tal-Awdituri eżaminat kampjun ta’ disa’ proċeduri ta’ akkwist u sitt proċeduri ta’ għoti; huwa mħasseb li, mid-disa’ proċeduri ta’ akkwist li ngħaddew minn awditu, tlieta rċevew biss offerta waħda; barra minn hekk, huwa mħasseb li għall-għotjiet, l-għadd medju ta’ proposti riċevuti kien biss proposta waħda għal kull sejħa; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tiżviluppa Pjan ta’ Azzjoni b'miżuri konkreti u bi skadenzi ħalli timmassimizza l-kompetizzjoni u timxi fuq il-prinċipju ta' valur għall-infiq fil-fażijiet tat-tħejjija, il-pubblikazzjoni, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti;
11. Jinnota li l-kontrolli magħmula mill-Impriża Konġunta qabel ma jsiru pagamenti skont ftehimiet ta’ għoti mhumiex dokumentati biżżejjed biex jipprovdu ċertezza rigward l-ottemperanza mar-rekwiżiti finanzjarji u dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet sottostanti; jissottolinja li l-Awditur Intern tal-Impriża Konġunta nnota wkoll li l-approċċ ta’ kontroll ex-ante għall-ħlas ta’ klejms tal-ispejjeż la huwa effikaċi u lanqas imħejji sewwa biex jipproċessa l-klejms tal-ispejjeż; jitlob lill-Impriża Konġunta biex tieħu l-miżuri meħtieġa ħalli ssaħħaħ il-kontrolli qabel ma jsiru l-pagamenti, u biex iżżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar dan;
12. Jinnota li l-lista ta’ benefiċjarji ta’ kuntratti u għotjiet mhijiex disponibbli għall-pubbliku fis-sit tal-internet tal-Impriża Konġunta, u huwa mħasseb dwar dan in-nuqqas ta’ trasparenza; jitlob lill-Impriża Konġunta, għaldaqstant, biex timxi fuq l-eżempju tal-Impriżi Konġunti CLEAN SKY, FCH, IMI u SESAR u taġġorna s-sit tal-internet tagħha b’lista kompluta ta’ benefiċjarji ta’ kuntratti u għotjiet għall-2010, kif ukoll għas-snin finanzjarji preċedenti;
Is-sistemi ta’ kontroll intern
13. Jinnota bi tħassib li s-sistemi ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx stabbiliti u implimentati għalkollox kif jesiġi r-Regolament Finanzjarju tagħha; jiddispjaċih ukoll li tqajjem tħassib dwar iċ-ċirkwiti finanzjarji u l-firda tal-funzjonijiet; jagħraf li struttura organizzattiva ġdida bdiet tapplika fl-1 ta’ Jannar 2011; jinnota, madankollu, li r-responsabbiltà għaċ-ċirkwiti finanzjarji għadha ma ġietx assenjata kompletament u li karigi ewlenin tal-Impriża Konġunta kienu għadhom battala;
14. Jitlob lill-Impriża Konġuntabiex tivvalida l-proċessi ta’ attività li jipprovdu informazzjoni finanzjarja lis-sistemi tal-kontabilità (ABAC u SAP); iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta wkoll biex timplimenta għodda adegwata għall-ġestjoni tal-kuntratti operazzjonali li tkun integrata mas-sistemi ta’ rappurtar baġitarju u finanzjarju;
15. Japprezza li l-Impriża Konġunta waqqfet Kumitat tal-Awditjar li jirrapporta direttament lill-Bord Governattiv, kif talbet l-awtorità ta' kwittanza;
16. Jinnota li l-Impriża Konġunta bdiet tiżviluppa strateġija tal-awditjar ex-post, bil-għan li tivvaluta kemm huma legali u regolari t-tranżazzjonijiet sottostanti, li għandha tkun implimentata sal-2012; jissottolinja li l-Impriża Konġunta bdiet taħdem awtonomament f’Marzu 2008;
L-Awditjar Intern
17. Jirrimarka li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu dispożizzjoni li tirreferi għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni rigward il-baġit ġenerali fl-intier tiegħu;
18. Jinnota, madankollu, li l-Kummissjoni u l-Impriża Konġunta ħadu passi biex jiżguraw li jkunu definiti biċ-ċar ir-rwoli operazzjonali rispettivi tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u tal-funzjoni tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta.
Id-dewmien fil-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija u l-Ftehim tal-Istat Ospitanti
19. Iqis li huwa essenzjali li l-Membri kollha tal-Impriża Konġunta jirrispettaw l-iskadenza għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija; jinnota li l-Bord Governattiv approva miżuri biex, fil-każ ta' ħlas tard tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija, ikun impost l-imgħax;
20. Jagħraf li, minkejja li ftehim ospitanti dwar is-sit u l-appoġġ, il-privileġġi u l-immunitajiet ġie ffirmat bejn ir-Renju ta’ Spanja u l-Impriża Konġunta, is-sede permanenti għadha ma tqegħditx għad-dispożizzjoni tal-Impriża Konġunta; jinnota, madankollu, li l-Impriża Konġunta tokkupa sede temporanja sponsorizzata mir-Renju ta’ Spanja;
°
° °
Osservazzjonijiet orizzontali dwar l-Impriżi Konġunti
21. Jissottolinja li, sal-lum, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet seba’ Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jinnota li sitt Impriżi konġunti (IMI, ARTEMIS, ENIAC, CLEAN SKY, FCH u ITER-F4E) huma fl-arja ta’ riċerka koperta mid-DĠ RTD u INFSO, filwaqt li waħda għandha l-inkariku li tiżviluppa sistema ġdida tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) fil-qasam tat-trasport, u li l-attivitajiet tagħha huma sorveljati mid-DĠ MOVE;
22. Jinnota li r-riżorsi totali indikattivi meqjusa neċessarji għall-Impriżi Konġunti kemm idumu jeżistu jammontaw għal EUR 21 793 000 000;
23. Jinnota li l-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni meqjusa neċessarja għall-Impriżi Konġunti kemm idumu jeżistu tammonta għal EUR 11 489 000 000;
24. Jinnota li, għas-sena finanzjarja 2010, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni għall-baġit tal-Impriżi Konġunti laħqet EUR 505 000 000;
25. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħti lill-awtorità ta’ kwittanza kull sena informazzjoni konsolidata dwar l-ammont totali tal-finanzjament annwali għal kull Impriża Konġunta li jkun sar mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, biex tiżgura t-trasparenza u ċ-ċarezza dwar l-użu tal-fondi tal-Unjoni u biex terġa’ tikseb il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej li jħallsu t-taxxi;
26. Jilqa’ l-inizjattiva tal-ARTEMIS li fir-RAA tagħha tinkludi informazzjoni dwar il-monitoraġġ u r-rieżami tal-proġetti li jinsabu għaddejjin; jemmen li din hija prattika li għandhom jimxu fuqha l-Impriżi Konġunti l-oħra;
27. Ifakkar li l-Impriżi konġunti huma sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-interessi tas-settur pubbliku u ta' dak privat huma magħġuna flimkien; huwa ta-fehma li, fiċ-ċirkustanzi, il-possibbiltà ta’ kunflitti ta’ interess m’għandhiex tiġi skartata, imma għandha tiġi indirizzata sewwa; jistieden għalhekk lill-Impriżi Konġunti jinfurmaw lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-mekkaniżmi ta’ verifika li hemm fl-istrutturi rispettivi tagħhom, biex ikun jista’ jkun hemm ġestjoni tajba u prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interessi;
28. Jinnota li, bl-eċċezzjoni notevoli tal-Impriża Konġunta għall-Proġett ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, l-Impriżi Konġunti huma strutturi relattivament żgħar u ġeografikament ikkonċentrati; jemmen għalhekk li għandhom jiġmgħu r-riżorsi tagħhom kull fejn dan ikun possibbli;
29. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-awtorità ta’ kwittanza azzjonijiet ta’ segwitu għall-kummenti li għamlet għal kull waħda mill-Impriżi Konġunti fir-rapport rispettiv dwar il-kontijiet finali għas-sena finanzjarja 2011;
30. Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri biex, fi żmien raġonevoli, tipprovdirapport speċjali lill-Parlament dwar il-valur miżjud tal-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti għat-twettiq effiċjenti tal-programmi ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni tal-Unjoni; jirrimarka wkoll li l-istess rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-effikaċja tal-istabbiliment tal-Impriżi Konġunti.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 27.3.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 17 3 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jean-Pierre Audy, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Derek Vaughan | |||