Dokument ta' sessjoni
16.4.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea
( COM(2012)0041 – C7‑0030/2012 – 2012/0019(COD) )
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Vital Moreira
(Proċedura semplifikata – Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea
( COM(2012)0041 – C7‑0030/2012 – 2012/0019(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2012)0041 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0030/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7-0140/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Fit-28 ta’ Lulju 2011, il-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim ("DSB") tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("WTO") adotta r-Rapport tal-Korp tal-Appell u r-Rapport tal-Bord kif immodifikat permezz tar-Rapport tal-Korp tal-Appell fil-kawża 'Il-Komunitajiet Ewropej – Miżuri Definittivi ta’ Anti-dumping fuq Ċerti Qfieli tal-Ħadid jew tal-Azzar miċ-Ċina'[1] ('Rapporti').
Fir-Rapporti nstab, fost affarijiet oħra, li l-Artikolu 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament Bażiku dwar l-Anti-Dumping')[2] kien inkonsistenti mal-Artikoli 6.10, 9.2 u 18.4 tal-Ftehim dwar l-Anti-Dumping tad-WTO u l-Artikolu XVI:4 tal-Ftehim tad-WTO. L-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku dwar l-Anti-dumping jippreskrivi li produtturi esportaturi individwali f’pajjiżi b’ekonomija mhux tas-suq li ma jirċevux trattament ta’ ekonomija tas-suq skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament Bażiku dwar l-Anti-Dumping se jkunu soġġetti għal rata ta' dazju fil-pajjiż kollu sakemm dawn l-esportaturi ma jkunux jistgħu juru li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-trattament individwali stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku dwar l-Anti-Dumping ('il-konklużjoni tad-DSB dwar l-Artikolu 9(5) tar-Regolament Bażiku dwar l-Anti-Dumping').
Fit-18 ta’ Awwissu 2011 l-Unjoni Ewropea nnotifikat lid-DSB li biħsiebha timplimenta r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-DSB f’din it-tilwima b’mod li tirrispetta l-obbligi tagħha fir-rigward tad-WTO.
Fid-19 ta’ Jannar 2012 l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina qablu li l-perjodu raġonevoli ta’ żmien għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-DSB jkun ta' 14-il xahar u ġimagħtejn minn dakinhar li d-DSB jadotta r-rapporti. Il-perjodu raġonevoli ta’ żmien għalhekk se jiskadi fit-12 ta’ Ottubru 2012.
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali adotta dan l-abbozz ta' riżoluzzjoni bi proċedura semplifikata bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat r-rispett min-naħa tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu raġonevoli ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tad-deċiżjonijiet tad-DSB, miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina fid-19 ta' Jannar 2012.
PROĊEDURA
Titolu | Il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea | |||
Referenzi | COM(2012)0041 – C7-0030/2012 – 2012/0019(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 7.2.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 16.2.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Vital Moreira 29.2.2012 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 27.3.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 26.3.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 27.3.2012 |
|
|
|
Data tat-tressiq | 16.4.2012 | |||