Dokument ta' sessjoni
25.4.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk.
( COM(2011)0760 – C7‑0432/2011 – 2011/0345(COD) )
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Struan Stevenson
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 14
PROĊEDURA 17
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk.
( COM(2011)0760 – C7‑0432/2011 – 2011/0345(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0760 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0432/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd ( A7-0145/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwestjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk, jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jsegwi u jirrevedi r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati ma' bijomassa ta' stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2) u msemmija fl-Artikoli 4(2), 4(5) u 9 tiegħu. | (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokk ta' aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk, jagħti s-setgħa lill-Kunsill li jsegwi u jirrevedi r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati ta’ bijomassa ta' stokkijiet li jbidu speċifikati fih. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rati massimi ta’ mortalità mis-sajd u l-livelli relatati ta’ bijomassa ta’ stokkijiet li jbidu mhumiex speċifikati biss fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1300/2008, imma wkoll f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet l-oħra tiegħu, pereżempju fl-Artikolu 4(3).
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tissupplimenta jew temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv permezz ta' atti delegati. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din il-premessa hija żejda.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Biex ikun hemm lok għal twettiq effiċjenti tal-miri stipulati fil-pjan multiannwali u għal reazzjoni fil-pront għal bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk, is-setgħa biex jiġu riveduti r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati mal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu, meta dejta xjentifika tindika li dawn il-valuri m'għadhomx adattati biex jintlaħaq l-għan tal-pjan, għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. | (3) Biex jiġi żgurat li l-miri stipulati fil-pjan multiannwali jintlaħqu b’mod effiċjenti u li r-reazzjoni għal bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk isseħħ malajr, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex jiġu riveduti r-rati massimi ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu, meta dejta xjentifika tindika li dawn il-valuri m'għadhomx adattati biex jintlaħaq l-għan tal-pjan. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni
Il-Premessi (5) u (6) jmisshom jiġu marbuta ma' din il-Premessa (3) peress li huma relatati mal-adozzjoni ta' atti delegati.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Minħabba li l-aringa fil-Punent tal-Iskozja hija speċi li temigra, l-ispeċifikazzjoni taż-żona li tgħix fiha bħalissa għandha sservi biex tiġi identifikata minn stokkijiet oħrajn, iżda m'għandhiex timpedixxi lil dan il-pjan milli japplika f'każ li l-ispeċi tibdel ix-xejriet ta' mobilità tagħha. L-Artikoli 1u 2 għandhom jiġu modifikati skont dan. | (4) Minħabba li l-aringa hija speċi migratorja, l-ispeċifikazzjoni taż-żona li jgħix fiha bħalissa l-istokk tal-aringi li jinsab distribwuit lejn il-Punent tal-Iskozja għandha sservi biex tiġi distinta minn stokkijiet oħrajn, iżda m'għandhiex timpedixxi lil dan il-pjan milli japplika f'każ li dak l-istokk jibdel ix-xejriet ta' mobilità tiegħu. |
Ġustifikazzjoni
Xi bidliet qed isiru għal raġunijiet lingwistiċi. Ir-Regolament (KE) Nru 1300/2008 japplika biss għall-istokk partikolari ta’ aringi fiż-żona li tinsab in-naħa tal-Punent tal-Iskozja, mhux għall-ispeċi kollha tal-aringa. Mhuwiex meħtieġ li jiġi speċifikat espliċitament li l-Artikoli 1 u 2 imisshom jiġu modifikati.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din il-premessa ddaħħlet mal-Premessa (3).
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Il-Kummissjoni, fil-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din il-premessa ddaħħlet mal-Premessa (3).
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Fl-okkażjoni ta' din l-emenda, għandu jiġi kkoreġut żball fit-titlu tal-Artikolu 7 . | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Din il-premessa ma tidhirx li hija meħtieġa; l-iżball imissu sempliċement jiġi koreġut peress li hu ovvju.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 1300/2008
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
|
|
|
|
"Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokk tal-aringi fil-Punent tal-Iskozja." | "Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokk tal-aringi fiż-żona li tinsab in-naħa tal-Punent tal-Iskozja." |
Ġustifikazzjoni
Imissha tintuża l-istess definizzjoni bħal dik mogħtija fl-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1300/2008 (ara l-emenda li jmiss).
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 2
r-Regolament (KE) Nru 1300/2008
Artikolu 2 – punt (e)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) "stokk ta' aringi fil-Punent tal-Iskozja" jfisser l-istokk ta' aringi (clupea harengus) li jgħix fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali tad-diviżjonijiet tal-ICES Vb, VIa u VIb." | (e) "stokk ta' aringi fiż-żona li tinsab in-naħa tal-Punent tal-Iskozja" jfisser l-istokk ta' aringi (clupea harengus) distribwit lejn il-Punent tal-Iskozja li bħalissa jgħix fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni tal-ICES Vb u VIb kif ukoll il-parti taż-żoni tal-ICES VIa li tinsab in-naħa tal-Lvant tal-meridjan tal-lonġitudni 7° W u n-naħa tat-Tramuntana tal-parallel tal-latitudni 55° N, jew in-naħa tal-Punent tal-meridjan tal-lonġitudni 7° W u n-naħa tat-Tramuntana tal-parallel tal-latitudni 56°, bl-esklużjoni tal-Clyde. |
Ġustifikazzjoni
Id-definizzjoni kurrenti tidher iktar xierqa minn dik proposta mill-Kummissjoni li tirreferi biss għall-ilmijiet tal-Iskozja. L-għan tal-modifika tar-Regolament (KE) Nru 1300/2008 mhuwiex li ż-żona ġeografika tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi estiża. B’hekk ir-restrizzjoni li hemm fis-seħħ bħalissa rigward iż-żona tal-ICES VIa reġgħet iddaħħlet. Il-kelma “bħalissa” suppost li żżomm ir-Regolament applikabbli anke f’każ ta’ migrazzjoni tal-istokk. L-iskambju ta' 'Lvant' ma' 'Punent' hu neċessarju biex tiġi rettifikata l-ineżattezza li ilha teżisti tal-koordinati taż-żona ta' applikazzjoni.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 1300/2008
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
|
|
|
|
Fejn dejta xjentifika tindika li l-valuri għar-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli relatati mal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2) sa 4(5) u l-Artikolu 9 m'għadhomx adattati biex jintlaħaq l-għan stipulat fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi valuri ġodda għal tali rati u livelli permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 9a. | Fejn il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ parir mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u possibilment dejta xjentifika oħra u wara li tikkonsulta bir-reqqa kollha mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku, issib li r-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu speċifikati fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2) sa 4(5) u l-Artikolu 9 m'għadhomx adattati biex jintlaħaq l-għan spjegat fl-Artikolu 3(1), hija għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a li jiffissaw valuri ġodda għal dawk ir-rati u livelli. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni jmissha tkun obbligata tuża dejta xjentifika mill-STECF u tikkonsulta l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku qabel ma tieħu xi deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ atti delegati li jiffissaw valuri ġodda għar-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu.
Emenda 11
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 1300/2008
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
|
|
|
|
"Kull erba' snin mit-18 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-operat u l-adegwatezza tal-pjan pluriennali. Fejn hu xieraq, il-Kummissjoni tista' tipproponi adattamenti għall-pjan pluriennali jew tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7." | 1. "Tal-inqas kull erba' snin mit-18 ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-operat u l-prestazzjoni tal-pjan pluriennali. Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex il-parir tal-STECF u tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għall-emendar tal-pjan pluriennali. |
| 2. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għad-delega tas-setgħa fl-Artiklu 7. |
Ġustifikazzjoni
L-STECF u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku jmisshom jiġu involuti b’mod mandatorju fil-proċess tal-evalwazzjoni tal-pjan pluriennali. Għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li kwalunkew emenda għall-pjan pluriennali, minbarra l-eċċezzjoni speċifikata fl-Artikolu 7, ikollha tiġi adottata permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-atti delegati huma limitati fir-rigward tal-ambitu tagħhom għall-immodifikar tar-rati tal-mortalità mis-sajd u l-livelli tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu u jistgħu jiġu adottati biss jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 7 jkunu ġew issodisfati.
Emenda 12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1300/2008
Artikolu 9a (ġdid) – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 u 8 għandha tingħata għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [jj/xx/ssss] [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. | 2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 7 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin minn [id-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu. |
Ġustifikazzjoni
Jidher li hu aktar xieraq li d-delega tiġi limitat fiż-żmien u li l-Kummissjoni tiġi obbligata tirrapporta dwar l-eżerċizzju tagħha biex isiru evalwazzjoni u mistoqsijiet regolarment dwar l-użu tad-delega.
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1300/2008
Artikolu 9a (ġdid) – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7 u 8 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. | 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni biex issir revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M'għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun ċar li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati huwa kkonferit fuq il-Kummissjoni biss fuq il-bażi tal-Artikolu 7. L-Artikolu 8 ma jiddelega l-ebda setgħa lill-Kummissjoni.
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 5
Regolament (KE) Nru 1300/2008
Artikolu 9a (ġdid) – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 7 u 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn ta’ notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn ta’ notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni
Għandu jkun ċar li s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati huwa kkonferit fuq il-Kummissjoni biss fuq il-bażi tal-Artikolu 7. L-Artikolu 8 ma jiddelega l-ebda setgħa lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni
It-Trattat ta’ Lisbona daħħal ġerarkija ġdida ta’ normi li tikkonsisti fi tliet livelli. Fl-ewwel livell jinsabu l-atti leġiżlattivi li huma adottati mil-leġiżlaturi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu bħala koleġiżlaturi indaqs (ara l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TFUE), jew skont proċeduri leġiżlattivi speċjali. Barra minn hekk, il-leġiżlatur jista’ jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv (l-hekk imsejħa atti delegati, definiti fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE), li jiffurmaw it-tieni livell ta’ normi. Atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti jistgħu jikkonferixxu wkoll setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni fejn ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-atti tal-Unjoni. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni tadotta l-hekk imsejħa atti tal-implimentazzjoni (ara l-Artikolu 291 tat-TFUE), li jikkostitwixxu t-tielet livell.
Il-għażla ta' liema tip ta' att għandu jintuża mhijiex dejjek kwestjoni ċara. L-atti delegati u l-atti tal-implimentazzjoni, meta mqabbla mal-atti leġiżlattivi, għandhom il-vantaġġ li jipprovdu l-possibilità li tingħata reazzjoni malajr għal sitwazzjoni ġdida. Huma l-proċedura leġiżlattiva ordinarja u l-atti delegati li jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-proċess tal-għemil tad-deċiżjonijiet fuq bażi indaqs mal-Kunsill.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 13002008 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk (il-Pjan), peress li ġie adottat qabel id-dħul fis-seħħ tat-TFUE, fih xi dispożizzjonijiet, jiġifieri l-Artikoli 7 u 8, li jikkonferixxu setgħat tal-għemil ta’ deċiżjonijiet fuq il-Kunsill filwaqt li din il-ħaġa mhijiex possibbli aktar skont it-TFUE.
Il-Kummissjoni għalhekk issuġġeriet l-allinjament tar-Regolament mal-qafas il-ġdid tat-trattat billi d-deċiżjonijiet attwali tal-Kunsill jiġu sostitwiti 1) minn atti delegati li jirrigwardaw l-adattament tar-rati ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu għal sejbiet xjentifiċi, u 2) minn atti leġiżlattivi adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja li tirrigwarda l-bidliet l-oħra kollha li jridu jsiru lill-Pjan. Dan il-punt tal-aħħar mhuwiex, madankollu, ċar għalkollox, peress li l-Artikolu 8 li għadu kif ġie propost jista’ jiġi interpreta ukoll li jfisser li l-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati biex tadotta bidliet oħra tal-Pjan.
Fl-okkażjoni ta’ dan l-allinjament, il-Kummissjoni tissuġġerixxi wkoll xi bidliet oħra, b’mod partikolari li d-denominazzjoni taż-żona ġeografika li fiha jgħix l-istokk tal-aringi in kwistjoni tiġi mċaqilqa mill-Artikolu 1 (“Suġġett”) għall-Artikolu 2 (“Definizzjonijiet”). Barra minn hekk, il-proċedura ta’ evalwazzjoni kumplessa li hemm bħalissa (evalwazzjoni tal-ilħuq tal-miri tal-Pjan kull sena fuq naħa waħda u evalwazzjoni ta’ xi aspetti speċifiċi u tal-prestazzjoni u l-operat tal-Pjan kull erba’ snin fuq in-naħa l-oħra) hija mnaqqsa għal evalwazzjoni aktar sempliċi tal-operat u l-prestazzjoni tal-Pjan li ssir kull erba' snin. Ir-rapporteur jinnota li l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) kif ukoll il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku (PRAC) ma jidhrux aktar fil-proposta tal-Kummissjoni.
Il-fehma tar-rapporteur
Dan ir-Regolament jista' jkun li hu l-ewwel att fis-settur tas-sajd li ġie allinjat mat-TFUE. Huwa għalhekk ta’ importanza partikolari li tinstab soluzzjoni li tkun imsejsa sew legalment li ssalvagwardja d-drittijiet tal-Parlament moħluqa mit-Trattat ta' Lisbona. Barra minn hekk, is-soluzzjoni adottata għal dan ir-Regolament jista’ jkollha influwenza fuq il-proċedura tal-għemil tad-deċiżjonijiet li se tkun applikabbli għal pjanijiet pluriennali oħra.
Ir-rapporteur globalment jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni peress li tissuġġerixxi l-użu tal-atti delegati biex ir-rati ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu jiġu adattati għas-sejbiet xjentifiċi, u l-proċedura leġiżlattiva ordinarja bil-għan li jsiru bidliet oħra għall-Pjan. Is-semplifikazzjoni tal-proċedura ta’ evalwazzjoni tidher raġonevoli, l-istess kif tidher l-intenzjoni tal-Kummissjoni li żżomm il-Pjan applikabbli anke jekk l-istokk jemigra lejn żona oħra.
Madankollu, ir-rapporteur jixtieq jissuġġerixxi xi emendi għall-proposta tal-Kummissjoni.
1) Atti delegati
L-ewwelnett, hija ħaġa essenzjali li jiġu definiti b’mod strett iċ-ċirkostanzi li taħthom il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati (adattament tar-rati ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu għas-sejbiet xjentifiċi) u li dan il-każ jiġi distint mill-bidliet l-oħra li jistgħu jsiru lill-Pjan. Din id-distinzjoni mhijiex waħda ovvja fil-proposta tal-Kummissjoni, meta jitqies l-ifformular tal-Artikolu 8 li hu propost (“il-Kummissjoni tista' tipproponi adattamenti għall-pjan pluriennali jew tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7”) u r-referenzi li jsiru lill-Artikolu 7 u lill-Artikolu 8 b’mod konġunt, pereżempju fl-Artikolu 9a(2), 9a(3) u 9a(5), kif ukoll fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.
Ir-rapporteur għalhekk jissuġġerixxi li jitħassru mill-Artikolu 9a r-referenzi kollha għall-Artikolu 8. L-Artikolu 7 jmissu jissemma f'Artikolu 8(2) ġdid bil-għan li jiġi ċċarat li jekk ir-rati ta' mortalità mis-sajd u l-livelli relatati tal-bijomassa ta' stokkijiet li jbidu mogħtija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikoli 4(2) sa 4(5) u fl-Artikolu 9 jinstabu li ma għadhom xierqa, dawn iċ-ċifri għandhom jinbidu mill-Kummissjoni billi tuża atti delegati, anke jekk dawn is-sejbiet saru waqt li kienet qed għaddejja l-evalwazzjoni li ssir kull erba' snin.
It-tieninett, ir-rapporteur hu tal-fehma li d-delega jmissha tiġi limitati fiż-żmien bil-għan li tkun tista’ ssir evalwazzjoni regolari tal-użu tagħha.
2) Proċedura leġiżlattiva ordinarja
Ir-rapporteur iqis li hija ħaġa importanti li fl-Artikolu 8 tiddaħħal referenza espliċita għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-użu ta’ din il-proċedura jista’ jkun li jidher ovvju, imma bl-istqarrija espliċita li din il-proċedura trid bilfors tintuża bil-għan li tiġi modifikata kwalunkwe parti tal-Pjan minbarra l-aspetti li jaqgħu taħt l-Artikolu 7 toħloq ċertezza legali, anke fir-rigward ta’ pjanijiet pluriennali oħra li jridu jiġu allinjati jew adottati fil-ġejjieni.
3) Rwol tal-STECF u tal-PRAC
Għalkemm ir-rapporteur jaqbel mas-semplifikazzjoni tal-proċedura ta’ evalwazzjoni, i.e. it-tħassir tal-evalwazzjoni annwali, huwa ma jaqbilx mas-suġġeriment li l-STECF u l-PRAC ma jissemmewx espliċitament. Għall-kuntrarju, ir-rapporteur jemmen li dawn il-korpi għandhom u jmisshom ikomplu jkollhom rwol ċentrali. Il-Kummissjoni jmissha għalhekk tkun obbligata li titlob il-parir ta’ dawn il-korpi, kemm qabel ma tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7 u kemm qabel ma tipproponi emendi għall-Pjan skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
4) Żona ġeografika ta’ applikazzjoni tal-Pjan
L-ewwelnett, ir-rapporteur jissuġġerixxi li d-denominazzjoni attwali taż-żona ġeografika li fiha jgħix l-istokk tal-aringi titħalla kif inhi, peress li hija biss parti, u mhux iż-żona tal-ICES VIa kollha hija relevanti, kif ġie kkonfermat ukoll mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, ir-rapporteur ma jarax x’inhu l-vantaġġ li d-denominazzjoni ta’ din iż-żona ġeografika sempliċement tiġi mċaqilqa mill-Artikolu 1 għall-Artikolu 2, jiġifieri għal ġod-definizzjoni tal-istokk. Jekk l-istokk kellu jemigra lejn żona oħra, ir-Regolament ikollu jiġi modifikat jekk id-denominazzjoni taż-żona ġeografika kienet tinsab fl-Artikolu 2 l-istess bħalma jkollu jsir jekk id-denominazzjoni taż-żona kienet inkluża fl-Artikolu 1, peress li d-definizzjoni f’dak il-każ ma tibqax waħda korretta. Madankollu, ir-rapporteur ma jara l-ebda inkonvenjent l-anqas kemm-il darba d-denominazzjoni taż-żona ġeografika tiddaħħa fit-taqsima tad-definizzjoni li hemm fl-Artikolu 2. Madankollu, ir-rapporteur jixtieq iżid il-kelma "bħalissa" mad-definizzjoni, bil-għan li jagħmilha aktar flessibbli. Id-definizzjoni mbagħad tkun tiddenomina l-istokk li kien jgħix fiż-żona in kwestjoni fiż-żmien li ġie adottat ir-Regolament. Anke jekk l-istokk kellu jemigra u jitlaq, il-fatt li fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament kien jgħix f’dik iż-żona xorta jkun eżatt u suffiċjenti biex jiġi identifikat.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk ta’ aringi li jinsab fil-Punent tal-Iskozja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk | |||
Referenzi | COM(2011)0760 – C7-0432/2011 – 2011/0345(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 22.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | PECH 30.11.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 30.11.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ENVI 20.12.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Struan Stevenson 10.1.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 25.1.2012 | 27.2.2012 | 20.3.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 24.4.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 25 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Alain Cadec, Chris Davies, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Marek Józef Gróbarczyk, Carl Haglund, Ian Hudghton, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Catherine Trautmann, Jarosław Leszek Wałęsa | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Diane Dodds, Barbara Matera, Jens Nilsson, Nikolaos Salavrakos | |||
Data tat-tressiq | 25.4.2012 | |||