Dokument ta' sessjoni

 

A7-0154/2012

3.5.2012

*

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE

( COM(2011)0594 – C7‑0355/2011 – 2011/0261(CNS) )

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Anni Podimata

 

PR_CNS_CNS_art55am

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta’ konsultazzjoni

   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5

NOTA SPJEGATTIVA.............................................................................................................24

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp....................................................................28

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits.......................................................................35

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur.41

PROĊEDURA...........................................................................................................................57

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE

( COM(2011)0594 – C7‑0355/2011 – 2011/0261(CNS) )

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2011)0594 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0355/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Ċiprijott u l-Parlament Svediż, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur ( A7-0154/2012 ),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-kriżi finanzjarja riċenti wasslet għal dibattiti fil-livelli kollha dwar il-possibbiltà ta’ taxxa addizzjonali fuq is-settur finanzjarju u b’mod partikolari taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT). Dan id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi biex ikopri l-kostijiet tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b'mod ekwu fil-konfront ta' setturi oħrajn fil-ġejjieni; sabiex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji; sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal skopijiet speċifiċi ta' politika.

(1) Il-kriżi finanzjarja riċenti wasslet għal dibattiti fil-livelli kollha dwar il-possibbiltà ta’ taxxa addizzjonali fuq is-settur finanzjarju u b’mod partikolari taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT). Dan id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi biex ikopri l-kostijiet tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b'mod ekwu fil-konfront ta' setturi oħrajn fil-ġejjieni; sabiex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji; sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali fost l-oħrajn bħala kontribut għall-konsolidazzjoni fiskali, sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u jinħoloq l-impjieg, jew għal skopijiet speċifiċi ta' politika, bħall-għajnuna għall-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

 

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet permezz ta’ miżuri meħudin unilateralment mill-Istati Membri, filwaqt li jingħata kas tal-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet finanzjarji rilevanti, u biex b’hekk jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa importanti li l-karatteristiċi bażiċi ta’ FTT fl-Istati Membri jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. B’hekk għandhom jiġu evitati inċentivi għall-arbitraġġ fiskali fl-Unjoni u d-distorsjonijiet ta’ allokazzjonijiet bejn is-swieq finanzjarji fl-Unjoni, kif ukoll il-possibilitajiet ta’ tassazzjoni doppja jew ta’ nuqqas ta’ tassazzjoni.

(2) Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet permezz ta’ miżuri meħudin unilateralment mill-Istati Membri, filwaqt li jingħata kas tal-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet finanzjarji rilevanti, u biex b’hekk jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa importanti li l-karatteristiċi bażiċi ta’ FTT fl-Istati Membri jiġu armonizzati, u din id-Direttiva tiġi implimentata, fil-livell tal-Unjoni. B’hekk għandhom jiġu evitati inċentivi għall-arbitraġġ fiskali fl-Unjoni u d-distorsjonijiet ta’ allokazzjonijiet bejn is-swieq finanzjarji fl-Unjoni, kif ukoll il-possibilitajiet ta’ tassazzjoni doppja jew ta’ nuqqas ta’ tassazzjoni. Billi wieħed iżomm f'moħħu l-għan aħħari tal-applikazzjoni ta' FTT mal-Unjoni kollha, jekk grupp ta' Stati Membri, inkluż, imma mhux limitat għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, jiddeċiedi li jgħaġġel aktar permezz ta' kooperazzjoni miżjuda skont l-Artikolu 329 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-mudell żviluppat f'din id-Direttiva jkun jidher xieraq bħala bażi għall-implimentazzjoni ġewwa dak il-grupp ta' Stati Membri. Madankollu, l-introduzzjoni ta' FTT f'numru partikolarment limitat ta' Stati Membri tista' twassal għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni fis-suq intern u għandhom jittieħdu miżuri komprensivi sabiex jiġi żgurat li din l-azzjoni ma taffettwax b'mod negattiv il-funzjonament tas-suq intern.

 

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) F'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2010 u billi jitqies li l-FTT tilħaq verament l-objettivi tagħha jekk tkun introdotta fil-livell globali, l-Unjoni għandha tmexxi l-isforzi biex jintlaħaq ftehim dwar l-FTT fil-livell globali. Billi tagħti eżempju għall-introduzzjoni ta' FTT, l-Unjoni teħtieġ tinsisti b'mod determinat għal ftehim globali fil-qasam internazzjonali rilevanti, speċjalment il-G20, biex tistabbilixxi bażi komuni għall-introduzzjoni ta' FTT globali. L-azzjonijiet konkreti f'din id-direzzjoni għandhom ikunu parti mir-rapport tal-Kummissjoni fil-qafas tal-ewwel rieżami ta' din id-Direttiva.

 

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Biex is-suq intern jaħdem kif suppost, l-FTT għandha tapplika għall-kummerċ fuq firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji, inklużi prodotti strutturati, kemm fis-swieq organizzati kif ukoll barra minn dawn is-swieq, u wkoll għall-konklużjoni u l-modifika ta’ kull kuntratt derivat. Għall-istess raġuni, din għandha tapplika għal firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet finanzjarji.

(3) Biex tonqos il-possibilità ta' evitar tat-taxxa, ir-riskju ta' rilokazzjoni u arbitraġġ regolatorju, l-FTT għandha tapplika għall-kummerċ fuq firxa wiesgħa ta’ strumenti finanzjarji, inklużi prodotti strutturati, kemm fis-swieq organizzati kif ukoll barra minn dawn is-swieq, u wkoll għall-konklużjoni u l-modifika ta’ kull kuntratt derivat. Għall-istess raġuni, din għandha tapplika għal firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet finanzjarji. L-inklużjoni tal-usa’ firxa possibbli ta' strumenti u atturi finanzjarji għandha tiżgura wkoll li l-piż tat-taxxa jitqassam ugwalment bejn l-atturi kollha imma relattivament akbar għal tranżazzjonijiet finanzjarji aktar spekulattivi u aktar destabbilizzanti. Ma jistax jintlaħaq l-istess riżultat jekk l-ambitu tal-FTT ikun aktar limitat, eż. jekk jieħu l-forma ta' boll, li jitfa' l-piż kollu tat-taxxa fuq grupp aktar limitat ta' strumenti nnegozjati fis-swieq regolati, mingħajr ma jintlaħaq l-għan li titrażżan is-spekulazzjoni eċċessiva u ta’ ħsara.

Ġustifikazzjoni

Il-garanzija ta' ambitu kemm jista' jkun wiesa’ ta' FTT biss jista' jiżgura bis-sħiħ il-funzjoni doppja tat-taxxa, dak li jiżgura introjtu addizzjonali filwaqt li jitrażżnu t-tranżazzjonijiet spekulattivi eċċessivi u b'terminu ta' żmien qasir. Forma limitata ta' FTT, bħalma hu l-boll, tkun kontroproduċenti f'dan ir-rigward, billi l-piż kollu tat-taxxa jaqa' biss fuq għadd limitat ħafna ta' strumenti u swieq irregolati.

 

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Bil-ħsieb li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-negozju tal-boroż, li huwa strettament irregolat, ikkontrollat u trasparenti meta mqabbel man-negozju barra l-borża mhux regolat, mhux ikkontrollat u inqas trasparenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw rati ta' taxxa aktar baxxi għal tranżazzjonijiet finanzjarji fil-boroż milli għal tranżazzjonijiet barra l-boroż. Dan se jagħmilha possibbli li jkun hemm ċaqliq minn negozju fis-swieq bi ftit jew mingħajr regolazzjoni għal boroż li huma suġġetti għal regolazzjoni u kontroll stretti.

 

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex it-tassazzjoni tiġi kkonċentrata fuq is-settur finanzjarju bħala tali aktar milli fuq iċ-ċittadini u minħabba li l-istituzzjonijiet finanzjarji jesegwixxu l-maġġoranza vasta ta’ tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji, it-taxxa għandha tapplika għal dawk l-istituzzjonijiet, sew jekk jinnegozjaw f’isimhom stess, f’isem persuni oħra, akkont tagħhom stess jew akkont ta’ persuni oħra.

(12) Sabiex it-tassazzjoni tiġi kkonċentrata fuq is-settur finanzjarju bħala tali aktar milli fuq iċ-ċittadini u minħabba li l-istituzzjonijiet finanzjarji jesegwixxu l-maġġoranza vasta ta’ tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji, it-taxxa għandha tapplika biss għal dawk l-istituzzjonijiet, sew jekk jinnegozjaw f’isimhom stess, f’isem persuni oħra, akkont tagħhom stess jew akkont ta’ persuni oħra.

 

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Minħabba l-mobilità għolja ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u sabiex tgħin biex ittaffi l- potenzjali ta’ evażjoni fiskali, l-FTT għandha tiġi applikata abbażi tal-prinċipju ta’ residenza.

(13) Minħabba l-mobilità għolja ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u sabiex tgħin biex ittaffi l-potenzjali ta’ evażjoni fiskali u tiżgura l-kopertura l-aktar wiesgħa possibbli tal-atturi u t-tranżazzjonijiet, l-FTT għandha tiġi applikata abbażi ta' prinċipju ta’ residenza definit b'mod wiesa' ħafna, issupplimentat mill-elementi tal-prinċipju ta' ħruġ. Barra minn hekk, għandu japplika l-prinċipju ta' sjieda għal iżfurzar aħjar tal-FTT.

 

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Ir-rati minimi tat-taxxa għandhom jiġu stabbiliti f'livell għoli biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fl-istess ħin, dawn għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni.

(14) Ir-rati minimi tat-taxxa għandhom jiġu stabbiliti f'livell għoli biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan ta' armonizzazzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex is-settur finanzjarju jagħti kontribut xieraq għall-ispejjeż tal-kriżi ekonomika u b’hekk jagħti spinta lill-ekonomija reali. Fl-istess ħin, sakemm tiġi implimentata sistema ta' FTT uniformi u globali, dawn ir-rati għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni.

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Minħabba li r-rati ta' evitar, evażjoni u abbuż se jiddependu parzjalment mill-kapaċità tal-Istati Membri li jivverifikaw it-tranżazzjonijiet taxxabbli li jitwettqu f'sede kummerċjali f'pajjiż terz, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-Kummissjoni, għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti għall-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa stabbiliti mill-OECD, il-Kunsill tal-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn. Jekk ikun neċessarju, għandhom jittieħdu inizjattivi kooperattivi bilaterali u multilaterali ġodda f'dan ir-rigward.

 

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun tista' ssir l-adozzjoni ta' regoli aktar dettaljati għad-determinazzjoni dwar jekk ċerti attivitajiet finanzjarji jikkostitwixxux parti sinifikanti mill-attività ta' impriża, sabiex l-impriża tkun tista' titqies istituzzjoni finanzjarja għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u kif ukoll regoli aktar dettaljati dwar il-protezzjoni kontra l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-miżuri neċessarji għal dan il-għan. Huwa ta’ importanza partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti. Waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Kunsill.

(16) Sabiex tkun tista' ssir l-adozzjoni ta' regoli aktar dettaljati għad-determinazzjoni dwar jekk ċerti attivitajiet finanzjarji jikkostitwixxux parti sinifikanti mill-attività ta' impriża, sabiex l-impriża tkun tista' titqies istituzzjoni finanzjarja għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u kif ukoll regoli aktar dettaljati dwar il-protezzjoni kontra l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-miżuri neċessarji għal dan il-għan. Huwa ta’ importanza partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, partikolarment ma' esperti, organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u partijiet interessati oħrajn. Waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Din id-Direttiva ma tindirizzax l-immaniġġjar tal-introjtu mill-FTT. Madankollu, wara li ġiet ikkunsidrata l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 u b'mod partikolari rigward id-dispożizzjonijiet dwar ir-riżorsi proprji tal-Unjoni, parti mill-introjtu minn FTT taf tkun immaniġġjata fil-livell tal-Unjoni, jew bħala parti mir-riżorsi proprji tal-Unjoni jew marbuta direttament ma' politiki u prodotti pubbliċi speċifiċi tal-Unjoni. L-użu ta' parti mill-introjtu tal-FTT bħala riżorsi proprji tal-Unjoni jnaqqas il-kontributi nazzjonali għall-baġit tal-Unjoni u għalhekk jirrilaxxa fondi mill-baġits nazzjonali għal użu ieħor.

 

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 17b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) L-Istati Membri biss għandhom il-kompetenza li jgħollu t-taxxa.

 

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha, bil-kondizzjoni li mill-inqas parti waħda għat-tranżazzjoni tkun stabbilita fi Stat Membru u li istituzzjoni finanzjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tkun parti għat-tranżazzjoni, li taġixxi jew akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew li tkun qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika, bi qbil mal-Artikolu 3, għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) mill-inqas parti waħda għat-tranżazzjoni tkun stabbilita fi Stat Membru u istituzzjoni finanzjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tkun parti għat-tranżazzjoni, li taġixxi jew akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew li tkun qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni; jew

 

(b) it-tranżazzjoni tinvolvi strument finanzjarju maħruġ minn entitajiet legali rreġistrati fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

tikkonferma li r-rapport Podimata jtejjeb b’mod kruċjali d-direttiva sabiex jiġu minimizzati l-possibbiltajiet ta’ evażjoni.

 

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) tranżazzjonijiet immedjati tal-muniti barra fejn ikunu direttament relatati mal-attivitajiet kummerċjali ta’ kontroparti mhux finanzjarja li tkun utent finali.

 

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 7 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) fond tal-pensjonijiet jew istituzzjoni għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali kif definiti fl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, maniġer ta’ investiment ta’ tali fond jew istituzzjoni;

(f) Fond tal-pensjonijiet jew istituzzjoni għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali kif definiti fl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali, maniġer ta’ investiment ta’ tali fond jew istituzzjoni, u entità mwaqqfa għall-iskop ta' investiment ta' tali fondi jew istituzzjonijiet li joperaw esklussivament fl-interess ta' tali fondi jew istituzzjonijiet, m'għandhomx jitqiesu istituzzjoni finanzjarja, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, sar-rieżami ta' din id-Direttiva skont l-Artikolu 16;

 

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) hija parti, li qiegħda taġixxi akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni fir-rigward ta' strument finanzjarju maħruġ fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan il-kriterju addizzjonali jrid jiżgura li l-FTT tista' wkoll tinġabar fuq il-bażi tal-prinċipju tal-ħruġ.

 

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Għall-iskop li jiġi applikat b'mod konsistenti l-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin u mal-AETS għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji.

 

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Ħruġ

 

1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, strument finanzjarju huwa meqjus bħala maħruġ fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni meta jkun maħruġ minn entità legali li hija rreġistrata fi Stat Membru.

 

2. Fil-każ ta' ftehim dwar derivattivi, il-kundizzjoni tal-ħruġ fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni hija ssodisfatta fejn ir-referenza jew strument sottostanti jkun maħruġ minn entità legali li tkun irreġistrata fi Stat Membru.

 

3. Fil-każ ta' strument strutturat, il-kundizzjoni tal-ħruġ fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni hija ssodisfatta meta l-istrument strutturat ikun ibbażat fuq jew appoġġjat minn proporzjon sinifikanti ta' assi jew strumenti finanzjarji u ftehim dwar derivattivi b'referenza għal strumenti finanzjarji jkun maħruġ minn entità legali li tkun irreġistrata fi Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu l-ġdid jiddefinixxi l-kunċett tal-ħruġ għal strumenti finanzjarji, derivattivi u strumenti strutturati.

 

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3b

 

It-trasferiment ta' titolu legali

 

1. Tranżazzjoni finanzjarja li fir-rigward tagħha l-ebda FTT ma tkun ġiet imposta għandha titqies legalment mhux infurzabbli u ma għandhiex tirriżulta fi trasferiment ta' titolu legali tal-istrument sottostanti.

 

2. Tranżazzjoni finanzjarja kif imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex titqies li tissodisfa r-rekwiżiti għal rilaxx ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru…/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' … dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet [EMIR] jew l-adegwatezza kapitali skont ir-Regolament (UE) Nru…/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' ... dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment [CRD IV].

 

3. Fil-każ ta' skemi awtomatiċi ta' pagament elettroniku bil-parteċipazzjoni, jew mingħajrha, tal-aġenti għall-ħlas tal-pagamenti, l-awtoritajiet tad-dħul ta' Stat Membru jistgħu jistabbilixxu sistema ta' ġbir elettroniku awtomatiku tal-FTT u ċertifikati tat-trasferiment ta' titoli legali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-evitar, l-FTT għandha tinvolvi sistema li tiżgura li jekk it-taxxa ma titħallasx, il-kuntratti biex jinxtara jew jinbiegħ strument jiġu meqjusa mhux infurzabbli. Skont din is-sistema, strument mhux intaxxat ma jkunx eliġibbli għal rilaxx ċentrali, li jkun jiswa lil min jevadi ħafna darbiet aktar mit-taxxa.

 

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess rata għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha li jaqgħu taħt l-istess kategorija skont il-paragrafu 2 (a) u (b).

3. Sabiex jiġi evitat l-arbitraġġ tat-taxxa, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess rata għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha li jaqgħu taħt l-istess kategorija skont il-paragrafu 2 (a) u (b).

 

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom japplikaw rata aktar baxxa ta’ taxxa għal tranżazzjonijiet finanzjarji fuq il-boroż minn dawk applikati għall-kummerċ barra mill-boroż. Dan għandu japplika għat-tranżazzjonijiet finanzjarji imsemmija fl-Artikoli 5 u 6.

Ġustifikazzjoni

Dan se jagħmilha possibbli li jkun hemm ċaqliq minn negozju fis-swieq bi ftit jew mingħajr regolazzjoni għal boroż li huma suġġetti għal regolazzjoni u kontroll stretti.

 

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta istituzzjoni finanzjarja taġixxi għan-nom jew akkont ta’ istituzzjoni finanzjarja oħra, dik l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra biss għandha tkun responsabbli li tħallas FTT.

2. Meta istituzzjoni finanzjarja taġixxi għan-nom, akkont jew b'ordni ta’ istituzzjoni finanzjarja oħra, dik l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra biss għandha tkun responsabbli li tħallas FTT. Meta bosta istituzzjonijiet finanzjarji jkunu mdaħħlin fi proċess bħal dan, tkun biss l-istituzzjoni oriġinarja mniżżla bħala trader li tkun responsabbli biex tħallas l-FTT.

Ġustifikazzjoni

Askans tal-effett kaskata, għandu jkun ċar li, f’każ li istituzzjoni finanzjarja taġixxi f’isem, inrappreżentanza jew b’ordni ta’ istituzzjonijiet finanzjarja oħra, l-avveniment taxxabbli jseħħ darba biss.

 

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-obbligi ta’ reġistrazzjoni, ta’ kontabilità, ta’ rappurtar u obbligi oħra maħsuba biex jiżguraw li l-FTT dovuta lill-awtoritajiet fiskali titħallas b’mod effettiv.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-obbligi ta’ kontabilità u ta’ rappurtar u obbligi oħra maħsuba biex jiżguraw li l-FTT dovuta lill-awtoritajiet fiskali titħallas b’mod effettiv.

 

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Istituzzjoni finanzjarja għandha, fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tirreġistra mal-awtoritajiet tat-taxxa fi Stat Membru fejn ikun meqjus li tkun ġiet stabbilita skont it-termini tal-Artikolu 3(1).

Ġustifikazzjoni

Bl-iskop li jkunu evitati s-sitwazzjonijiet ta' kunflitt fejn żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom kustjoni li fiha xi istituzzjoni finanzjarja titqisx kostitwita, jiżdied rekwiżit ta' reġistrazzjoni formali.

 

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Stat Membru jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji rreġistrati fit-territorju tagħhom.

 

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a. L-Istati Membri għandhom jiżvelaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-Eurostat il-volumi ta' tranżazzjonijiet li fuqhom inġabar l-introjtu.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tivverifika dan mad-data maħżuna fir-repożitorju tal-kummerċ.

 

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż

Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mat-trasparenza u mal-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż tat-taxxa

 

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż mit-taxxa.

1. Ir-regoli tal-Unjoni għandhom jiġu adottati għall-prevenzjoni tal-evażjoni, tal-evitar u tal-abbuż mit-taxxa.

Ġustifikazzjoni

Jistgħu jkunu meħtieġa dispożizzjonijiet speċjali f’livell tal-UE ħalli jkunu prevenuti l-evitar, l-evażjoni u l-abbuż fiskali. Ta’ min wieħed jinntoa li l-evitar fiskali minnu nnifsu jnaqqas l-impatt fuq iż-żieda tal-kost tal-kapital għall-investimenti. It-tgħawiġ tal-ġbir tat-taxxi b’danakollu jispiċċa jiżdied.

 

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp ta' ħidma espert (Kumitat FTT), li jinkludi rappreżentanti mill-Istati Membri, li jissorvelja l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet u jagħtuhom kompetenza adegwata ħalli jieħdu azzjoni immedjata fil-każ ta' abbuż.

 

Il-Kumitat FTT għandu jissorvelja t-tranżazzjonijiet finanzjarji sabiex, fejn hu xieraq, jiġu identifikati skemi ta' evażjoni, jiġu proposti kontromiżuri u tiġi kkoordinata l-implimentazzjoni ta' tali kontromiżuri fil-livell nazzjonali.

 

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-piż amministrattiv impost fuq l-awtoritajiet tat-taxxa permezz tal-introduzzjoni tal-FTT għandu jinżamm għal minimu u, għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.

 

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-Eurostat għandha tiġbor u tippubblika kull sena l-flussi finanzjarji soġġetti għall-FTT fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Biex tikber it-trasparenza tal-flussi finanzjarji u l-FTT miġbura, l-istatistika għandha tinġabar u tkun ippubblikata.

 

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. Bl-iskop li jkunu vverifikati t-tranżazzjonijiet taxxabbli magħmulin fl-imkejjen tal-kummerċ f'pajjiż terz, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-Kummissjoni għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti tal-kooperazzjoni dwar il-materji tat-taxxa mwaqqfin mill-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti.

Ġustifikazzjoni

Il-funzjonament mingħajr intoppi ta’ reġim FTT tal-UE msejjes fuq il-prinċipju tar-residenza se jkun jiddependi sa ċertu punt minn kooperazzjoni effiċjenti f'materji fiskali ma' ġurisdizzjonijiet mhux-UE fid-dinja kollha. L-istrumenti eżistenti għandhom jintużaw bis-sħiħ u jistgħu jkunu meħtieġa inizjattivi addizzjonali f’dan is-sens.

 

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d. Sabiex jiġu adattati l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, fir-rigward ta' kooperazzjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jipprovduhom bir-riżorsi umani u t-tagħmir tekniku neċessarji u adegwati. Attenzjoni partikolari għandha tintefa fuq l-għoti ta' taħriġ għall-uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ilaħħqu ma' dawn ir-rekwiżiti l-ġodda, l-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom bżonn jingħataw staff adegwat u riżorsi teknoloġiċi.

 

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3e. Il-Kummissjoni għandha tagħmel eżami dettaljat biex tanalizza l-ispejjeż amministrattivi għall-awtoritajiet reġjonali u lokali li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, proposta għall-modifika tagħha.

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, proposta għall-modifika tagħha.

F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, teżamina l-impatt tal-FTT fuq il-funzjonament proprju tas-suq intern, tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija reali u għandha tivvaluta l-progress dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju fil-kuntest internazzjonali.

F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, teżamina l-impatt tal-FTT fuq il-funzjonament proprju tas-suq intern, tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija reali. Għandha tivvaluta wkoll l-impatt ta' ċerti dispożizzjonijiet bħall-ambitu xieraq tal-FTT, il-possibilità li tiddistingwi bejn kategoriji differenti ta' prodotti u assi finanzjarji bil-għan li jintalbu rati ogħla wara ċertu proporzjon ta' ordnijiet ikkanċellati, ir-rata ta' tassazzjoni u l-eżenzjoni tal-istituzzjonijiet għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali skont l-Artikolu 1(2). Fejn il-Kummissjoni tiskopri li saret xi distorsjoni jew abbuż, hija għandha tipproponi rimedji xierqa.

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tirrapporta dwar il-ġbir tal-introjtu mit-taxxa FTT nazzjonali abbażi tar-residenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji, u sa liema punt, dan il-ġbir, ikun differenti minn distribuzzjoni tat-taxxa msejsa fuq ir-residenza tal-konsumatur sottostanti, b'mod partikolari sa liema punt il-konsolidament finanzjarju jiċċentralizza l-introjti tat-taxxa fiċ-ċentri finanzjarji.

 

Fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis forom differenti ta' tassazzjoni tas-settur finanzjarju, li qed jiġu diskussi jew diġà mwaqqfa, u l-progress rigward l-introduzzjoni ta' FTT usa'. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti jew tieħu azzjoni sabiex tiffaċilita l-konverġenza u tħeġġeġ l-introduzzjoni ta' FTT globali.

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Il-momentum rigward il-proposta tal-Kummissjoni għal sistema komuni ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

 

Il-kriżi finanzjarja globali tal-2008 nfirxet fl-ekonomiji reali b'mod mgħaġġel u sostanzjali li rriżultat f'riċessjoni kbira tal-ekonomija globali u kellha impatt fuq skala kbira fuq l-impjieg. Il-bżonn għal skemi ta' garanzija permezz ta' fondi pubbliċi għas-salvataġġ ta' istituzzjonijiet finanzjarji li huma kbar wisq biex jitħallew ifallu tefa' lura b'mod sinifikanti l-finanzi pubbliċi u wassal għal riċessjoni ekonomika akbar fil-livell globali u Ewropew.

 

F'dan il-kuntest, il-punti li ġejjin huma enfasizzati:

- Is-settur finanzjarju, li huwa wieħed mill-elementi ewlenin tal-kriżi finanzjarja u li rċieva sussidji pubbliċi importanti biex jingħelbu l-effetti tal-kriżi, mhux qed jikkontribwixxi b'mod ġust għall-ispiża ta' din il-kriżi. Fi żmien meta ċ-ċittadini tal-UE qed jaffaċċjaw żidiet importanti f'tassazzjoni diretta u indiretta u tnaqqis kbir fil-pagi u l-pensjonijiet, is-settur finanzjarju għadu fil-parti l-kbira eżenti mit-tassazzjoni għall-attivitajiet u t-tranżazzjonijiet tiegħu.

- Iż-żieda enormi ta' tranżazzjonijiet finanzjarji fl-aħħar deċennju u l-qlib minn investimenti fuq tul ta' żmien twil għal dawk fuq tul ta' żmien qasir u t-tranżazzjonijiet bi spekulazzjoni għolja u li jinvolvu r-riskji, b'mod partikolari f'attivitajiet bħal ma huma l-Kummerċ bi Frekwenza Għolja (HFT), qed juru b'mod ċar bidla fir-rwol ewlieni tas-settur finanzjarju minn finanzjament tal-bżonnijiet tal-ekonomija reali għal operazzjonijiet li m'għandhom l-ebda impatt produttiv u jistgħu jfixklu severament il-prezzijiet tas-suq u l-funzjoni tal-ekonomiji nazzjonali.

- Id-diffikultajiet fiskali severi attwali fil-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE qed ifixklu b'mod sinifikanti l-Istati Membri u l-UE milli jindirizzaw l-isfidi ewlenin li hemm quddiemhom bħal ma huma t-tkabbir finanzjarju, l-iżvilupp sostenibbli u soċjali, it-trattament tat-tibdil fil-klima u l-finanzjament tal-għajnuna għall-iżvilupp. Żieda fir-rati u l-ambitu ta' għodod ta' tassazzjoni tradizzjonali u tnaqqis ulterjuri fl-infiq pubbliku ma jistgħux ikunu soluzzjoni suffiċjenti jew sostenibbli għall-indirizzar ta' dawn l-isfidi. Għalhekk l-għodod ta' tassazzjoni progressivi huma bżonnjuża biex iċaqilqu l-piż tat-tassazzjoni mix-xogħol u l-investimenti produttivi għas-setturi b'esternalizzazzjonijiet negattivi importanti għal fuq l-ekonomija reali.

 

B'dak il-għan, id-dibattitu dwar l-introduzzjoni ta' Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (FTT) sar aktar relevanti minn qatt qabel. Meta mqabbla ma' għodod ta' tassazzjoni tradizzjonali oħra u politiki ekonomiċi differenti, l-FTT għandha vantaġġ ta' funzjoni multipla:

- Tista' tiġġenera dħul ġdid importanti (skont stimi reċenti sa 57 biljun euro jekk tkun implimentata fil-livell tal-UE);

- Tista' ċċaqlaq il-piż fuq attivitajiet b'esternalizzazzjonijiet negattivi, bħall-HFT u tranżazzjonijiet finanzjarji estremament spekulattivi, billi b'hekk tiżgura distribuzzjoni aktar ġusta tal-piż tat-taxxa.

- Tista' ssir diżinċentiv għal tranżazzjonijiet estremament ingranati u spekulattivi b'mod perikoluż u b'hekk tikkontribwixxi b'regolamentazzjoni xierqa u b'sistema ta' superviżjoni biex jiġu stabbilizzati s-swieq u jerġgħu jorjentaw is-settur lejn investimenti produttivi fuq tul ta' żmien twil.

 

Skont studju riċenti ("Financial Transaction Taxes" minn Stephany Griffith Jones u Avinash Persaud) u l-valutazzjoni tal-impatt rivedut tal-Kummissjoni Ewropea, l-impatt tal-FTT fuq it-tkabbir tal-UE huwa stmat li jilħaq livell pożittiv ta' 0.25%, billi:

- jitnaqqsu r-riskji sistematiċi u l-livell ta' "noise trading" flimkien mal-HFT, l-FTT tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-probabilità ta' kriżi futura. L-ispejjeż reali tal-kriżi fuq it-tkabbir ikunu għoljin ħafna, l-FTT tista' għalhekk tassorbi dik l-ispiża u jkollha impatt pożittiv fuq it-tkabbir tal-UE fuq tul ta' żmien twil;

- issir sors ta' finanzjament ġdid għall-konsolidazzjoni fiskali u l-investimenti ewlenin għat-tkabbir u l-impjieg.

- jiċċaqlaq il-piż tat-taxxa fuq attivitajiet oħrajn. B'dak il-mod, l-FTT tista' twassal għal tnaqqis jew inqas żidiet fit-tassazzjoni tad-dħul u tax-xogħol, b'hekk jiġi stimulat il-konsum u tiġi aggregata d-domanda.

 

Minħabba n-natura globalizzata tas-settur finanzjarju u s-servizzi tiegħu, biex FTT tkun tista' taqdi l-funzjoni multipla tagħha, hija għandha tkun implimentata fuq l-aktar skala wiesgħa possibbli. L-assenza madankollu ta' ftehim internazzjonali tagħmilha neċessarja għas-sħab ekonomiċi ewlenin tad-dinja li jieħdu rwol aktar miżjud. L-UE tirrappreżenta llum l-akbar suq finanzjarju tad-dinja u bħala tali għandha r-responsabilità li tagħmel l-ewwel pass billi tikkoordina t-twaqqif ta' FTT mfassla sew u faċilment implimentabbli li toħloq momentum aktar b'saħħtu fil-proċess favur il-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali.

 

Bir-riżoluzzjoni tiegħu dwar finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew (P7_TA-PROV (2011)0080), il-Parlament Ewropew iddikjara li "l-UE għandha tippromwovi l-introduzzjoni ta' TTF fil-livell globali; jekk dan ma jirnexxiex, l-UE għandha timplimenta [FTT] fil-livell Ewropew bħala l-ewwel pass; jistieden lill-Kummissjoni twettaq malajr studju ta' fattibbiltà, filwaqt li jitqies il-bżonn ta' kundizzjonijiet globali ugwali, u tippreżenta proposti leġiżlattivi konkreti".

Bħala tweġiba, il-Kummissjoni Ewropea kienet ressqet il-valutazzjoni tal-impatt tagħha li ddeċidiet favur il-fattibilità tal-introduzzjoni ta' FTT mal-UE kollha, flimkien mal-proposta leġiżlattiva tagħha.

 

FTT mfassla sew u faċilment implimentabbli

 

L-isfidi ewlenin rigward l-introduzzjoni ta' FTT bbażata fl-UE huma:

- l-evitar tat-trasferiment ta' tranżazzjonijiet favur ġurisdizzjonijiet mhux tal-UE,

- il-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxi,

- l-evitar tat-trasferiment tal-ispiża għall-konsumaturi u ċ-ċittadini.

 

Bħal f'kull għodda ta' tassazzjoni, il-mod li bih qed jiġu mminimizzati l-evitar u l-evażjoni tat-taxxi qed ibiddel attivitajiet mhux mixtieqa minn sistema ta' dħul għoli u riskju baxx għal waħda ta' dħul baxx u riskju għoli. Fil-każ tal-FTT, dan ifisser rata ta' taxxa baxxa biex taqleb l-evitar f'sistema ta' dħul baxx, u l-infurzar ta' konsegwenzi kbar għal nuqqas ta' konformità biex issir riskjuża.

 

Hemm ħafna għodod tat-tip FTT implimentati f'ġurisdizzjonijiet differenti madwar id-dinja, imma b'mod partikolari, il-każ tal-boll (meqjus bħala mħallas minn kwalunkwe kontroparti ta' tranżazzjoni mat-trasferiment tas-sjieda ta' sigurtà tar-residenti) huwa s'issa l-akbar "storja ta' suċċess" għax wera li huwa diffiċli li jiġi evitat u qed iwassal għal dħul sinifikanti fil-ġurisdizzjonijiet fejn huwa fis-seħħ.

 

 

 

L-aspetti ewlenin tal-Proposta tal-Kummissjoni

 

Il-Parlament Ewropew jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tressaq proposta leġiżlattiva li tintroduċi taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li tilqa' għal kollox l-argumentazzjoni ewlenija mressqa mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew (P7_TA-PROV (2011)0080).

 

· Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva

 

Il-proposta tal-Kummissjoni tkopri tranżazzjonijiet li jkopru kull tip differenti ta' sigurtajiet (ishma, ekwità, bonds u derivattivi relatati magħhom) kif ukoll kull tip ta' kummerċ fi pjattaformi regolati u mhux regolati. L-esklużjoni tas-swieq primarji dwar bonds u ishma (imma mhux dwar derivattivi bbażati fuqhom) tagħmilha possibbli li l-bżonnijiet għat-trawwim tal-kapital tad-dinja reali jibqgħu intatti.

L-iskop tat-taxxa huwa limitat għal istituzzjonijiet finanzjarji, jew billi jaġixxu f'isimhom stess jew f'isem persuna oħra. Il-banek ċentrali nazzjonali, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-entitajiet imwaqqfa mill-UE huma l-uniċi istituzzjonijiet finanzjarji esklużi, kif għandu jkun, sabiex jiġu evitati esternalitajiet mhux mixtieqa għall-politiki monetarji jew l-iffinanzjar mill-ġdid tal-possibilitajiet tas-settur finanzjarju. Madankollu, għandu jkun iċċarat li din l-eċċezzjoni tibqa' applikabbli sakemm it-tranżazzjonijiet ta' dawk l-entitajiet jikkorrispondu mal-funzjoni pubblika ewlenija tagħhom.

 

· Il-prinċipju tar-residenza

 

Il-Proposta tal-Kummissjoni tagħmel użu mir-residenza tal-kontroparti ta' tranżazzjoni li tkun fit-territorju ta' Stat Membru sabiex it-taxxa ssir dovuta.

Din tkopri t-tranżazzjonijiet kollha tal-istituzzjonijiet finanzjarji residenti fl-UE imma mhux l-istrumenti finanzjarji kollha b'oriġini mill-UE. B'dan il-mod, tranżazzjoni magħmula minn istituzzjoni finanzjarja tal-UE għal strumenti finanzjarji mhux tal-UE tiġi intaxxata, bl-effetti pożittivi li din jista' jkollha għas-suq tal-istrumenti mhux tal-UE, imma tranżazzjonijiet minn istituzzjonijiet mhux tal-UE għal strumenti tal-UE ma jiġux intaxxati, b'hekk jinħoloq żvantaġġ kompetittiv għall-istituzzjonijiet tal-UE.

 

· Il-prinċipju tal-ħruġ

 

L-aħjar mod biex jiġu evitati l-lakuni legali u jinħolqu żvantaġġi kompetittivi jkun li jissegwa l-eżempju tal-boll u tiġi imponuta taxxa fuq kull tranżazzjoni għal strument finanzjarju maħruġ minn entità fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-UE. Madankollu, u għalkemm din hija għal kollox applikabbli fil-każ ta' bonds u ishma, din tista' toħloq ċerti problemi fil-każ ta' derivattivi bħal ma huwa t-tpartit fejn huwa diffiċli li jiġi definit il-ħruġ.

Sabiex tiġi indirizzata għal kollox din il-problematika, l-aħjar għażla tkun li jingħaqdu ż-żewġ prinċipji u tiġi proposta kundizzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 3 relatata mal-post tal-ħruġ. B'dak il-mod, sakemm tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3, it-taxxa trid titħallas.

Sabiex isir użu tal-vantaġġi kollha tal-prinċipju tal-ħruġ, għandha tiżdied ukoll bħala konsegwenza legali l-konnessjoni tal-ħlas tat-taxxa bl-infurzabilità legali tal-kuntratt.

 

 

· Ir-rati tat-taxxa

 

Sabiex it-taxxa tkun faċilment implimentabbli u jiġu evitati d-distorsjonijiet fis-suq intern, ir-rati previsti għandhom ikunu sempliċi biex jiġu implimentati u jirriflettu l-karatteristiċi differenti tal-istrumenti finanzjarji.

Il-proposta tal-Kummissjoni li jkun hemm rata minima ta' 0.1% għal ishma u bonds u ta' 0.01% għal derivattivi qiegħda tabilħaqq issegwi dawn il-prinċipji. Billi ż-żewġ rati huma relattivament baxxi, u fl-istess ħin, l-armonizzazzjoni minima tas-salvagwardja li toħloq l-inqas distorsjoni possibbli, jippermettu flessibilità fil-każ li Stat Membru jqis li huwa xieraq li jmur lil hinn minnhom.

Id-divrenzjar bejn il-kategoriji tal-assi huwa ġġustifikat għax l-ishma u l-bonds għandhom komportament simili fis-suq meta mqabbla mad-derivattivi.

Fil-każ tad-derivattivi, fejn l-istima tal-valur tagħhom hija ferm aktar diffiċli, id-deċiżjoni li jintgħażel il-valur nozzjonali - li jista' jkun ferm ogħla mill-valur tas-suq reali ta' derivattiv - tiġġustifika l-għażla ta' rata aktar baxxa.

 

· L-iskop ġeografiku

 

L-adozzjoni tad-Direttiva permezz tal-unanimità hija l-aħjar mod biex tiġi implimentata l-proposta sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet u biex jiġu aktar integrati s-swieq finanzjarji fl-UE.

Madankollu, għalkemm ħafna għodod ta' tassazzjoni tat-tip FTT jew huma diġà mwaqqfa jew qed jiġu diskussi f'ħafna Stati Membri, l-UE għandha tgħaġġel il-proċess biex telimina d-distorsjonijiet fl-oqsma relevanti. Għalhekk, jekk l-adozzjoni ta' din id-Direttiva mhijiex fattibbli permezz tar-regola tal-unanimità, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu d-dispożizzjonijiet legali ta' din id-Direttiva permezz tar-regoli ta' kooperazzjoni miżjuda.

 

 

 

· L-immaniġġjar tad-dħul

 

Il-Proposta tal-Kummissjoni m'għandha l-ebda referenza diretta għall-immaniġġjar tad-dħul. Ir-rapport jinnota li proposta leġiżlattiva li qed tiġi diskussa dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali għas-snin 2014-2020 tipprevedi li parti mid-dħul tal-FTT jsir riżorsa proprja tal-UE. Id-dħul tal-FTT jista' jintrabat ukoll ma' politiki tal-UE u prodotti pubbliċi speċifiċi, fosthom il-finanzjament ta' għanijiet tal-għajnuna għall-iżvilupp, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli u l-qagħda tal-protezzjoni soċjali tal-UE jew mal-finanzjament ta' baġits nazzjonali, b'mod partikolari bħala mezz biex jiġu appoġġati l-isforzi għall-konsolidazzjoni fiskali.  

30.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE

( COM(2011)0594 – C7‑0355/2011 – 2011/0261(CNS) )

Rapporteur għal opinjoni: Ricardo Cortés Lastra

 

 

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda                     1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-kriżi finanzjarja riċenti wasslet għal dibattiti fil-livelli kollha dwar il-possibbiltà ta’ taxxa addizzjonali fuq is-settur finanzjarju u b’mod partikolari taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT). Dan id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi biex ikopri l-kostijiet tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b'mod ekwu fil-konfront ta' setturi oħrajn fil-ġejjieni; sabiex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji; sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal skopijiet speċifiċi ta' politika.

(1) Il-kriżi finanzjarja riċenti wasslet għal dibattiti fil-livelli kollha dwar il-possibbiltà ta’ taxxa addizzjonali fuq is-settur finanzjarju u b’mod partikolari taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT). Dan id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi biex ikopri l-kostijiet tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b'mod ekwu fil-konfront ta' setturi oħrajn fil-ġejjieni; sabiex titrażżan l-ispekulazzjoni, b'mod partikolari dwar is-swieq ta' prodotti bażiċi, biex b'hekk jiġu limitati l-instabilità fil-prezzijiet tal-ikel u l-impatti tagħha fuq is-sigurtà tal-ikel; sabiex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji; sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal skopijiet speċifiċi ta' politika, bħall-finanzjament ta' beni pubbliċi u ta' politiki ta' żvilupp tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju.

 

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Id-dħul tal-FTT, li l-għan tagħha huwa ridistribuzzjoni aktar soċjali u ġusta tal-ġid, għandu jipprovdi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi dħul addizzjonali għall-finanzjament ta' programmi soċjali u għandu jkun addizzjonali għall-impenji tal-għajnuna għall-iżvilupp nazzjonali ta' 0.7% tad-DNG u allokat għall-finanzjament ta' beni pubbliċi bħall-politiki ta' żvilupp tal-Unjoni, it-tnaqqis tal-faqar u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn il-miri għandhom jibqgħu parti essenzjali ta' dan id-dħul il-ġdid.

 

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex it-tassazzjoni tiġi kkonċentrata fuq is-settur finanzjarju bħala tali aktar milli fuq iċ-ċittadini u minħabba li l-istituzzjonijiet finanzjarji jesegwixxu l-maġġoranza vasta ta’ tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji, it-taxxa għandha tapplika għal dawk l-istituzzjonijiet, sew jekk jinnegozjaw f’isimhom stess, f’isem persuni oħra, akkont tagħhom stess jew akkont ta’ persuni oħra.

(12) Sabiex it-tassazzjoni tiġi kkonċentrata fuq is-settur finanzjarju bħala tali aktar milli fuq iċ-ċittadini u minħabba li l-istituzzjonijiet finanzjarji jesegwixxu l-maġġoranza vasta ta’ tranżazzjonijiet fis-swieq finanzjarji, it-taxxa għandha tapplika għal dawk l-istituzzjonijiet, sew jekk jinnegozjaw f’isimhom stess, f’isem persuni oħra, akkont tagħhom stess jew akkont ta’ persuni oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod partikolari, li l-istituzzjonijiet ma jgħaddux b'mod indirett lill-klijenti tagħhom l-ispiża annwali mġarrba taħt l-FTT.

 

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex tkun tista' ssir l-adozzjoni ta' regoli aktar dettaljati għad-determinazzjoni dwar jekk ċerti attivitajiet finanzjarji jikkostitwixxux parti sinifikanti mill-attività ta' impriża, sabiex l-impriża tkun tista' titqies istituzzjoni finanzjarja għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u kif ukoll regoli aktar dettaljati dwar il-protezzjoni kontra l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-miżuri neċessarji għal dan il-għan. Huwa ta’ importanza partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti. Waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Kunsill.

(16) Sabiex tkun tista' ssir l-adozzjoni ta' regoli aktar dettaljati għad-determinazzjoni dwar jekk ċerti attivitajiet finanzjarji jikkostitwixxux parti sinifikanti mill-attività ta' impriża, sabiex l-impriża tkun tista' titqies istituzzjoni finanzjarja għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u kif ukoll regoli aktar dettaljati dwar il-protezzjoni kontra l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż tat-taxxa, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-miżuri neċessarji għal dan il-għan. Huwa ta’ importanza partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, partikolarment ma' esperti, NGOs u partijiet interessati oħrajn. Waqt li tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni, għandha tiżgura trażmissjoni fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim fost l-UE 27, l-Istati Membri li huma lesti li jimplimentaw l-FTT għandhom ikomplu billi jitlobu formalment kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 329 tat-TFUE. Il-PE għandu jagħti l-kunsens tiegħu malajr bil-kundizzjoni li l-Istati Membri inkwistjoni jimpenjaw ruħhom li jinvokaw l-Artikolu 333 paragrafu 2 tat-TFUE biex jadottaw deċiżjoni li tistipula li huma se jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

 

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kooperazzjoni msaħħa

 

Fil-każ li ma jintlaħaqx ftehim fost l-UE 27, l-Istati Membri li huma lesti li jimplimentaw l-FTT għandhom ikomplu billi jitlobu formalment kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 329 tat-TFUE. Il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-kunsens tiegħu malajr bil-kundizzjoni li l-Istati Membri inkwistjoni jimpenjaw ruħhom li jinvokaw l-Artikolu 333 paragrafu 2 tat-TFUE biex jadottaw deċiżjoni li tistipula li huma se jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

 

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, proposta għall-modifika tagħha.

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, proposta għall-modifika tagħha.

 

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, teżamina l-impatt tal-FTT fuq il-funzjonament proprju tas-suq intern, tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija reali u għandha tivvaluta l-progress dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju fil-kuntest internazzjonali.

F’dak ir-rapport il-Kummissjoni għandha, mill-inqas, teżamina l-impatt tal-FTT fuq il-funzjonament proprju tas-suq intern, tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija reali, fuq l-ispekulazzjoni fuq il-prodotti bażiċi u l-prodotti tal-ikel u fuq il-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali, u għandha tivvaluta l-progress dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju fil-kuntest internazzjonali.

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

L-użu tad-dħul bħala riżorsa proprja għall-baġit tal-UE

 

Parti mid-dħul li jirriżulta mill-FTT fl-Unjoni għandu jintuża bħala riżorsi proprji għall-Baġit tal-UE, u persentaġġ sinifikanti minnu għandu jiġi investit fil-finanzjament tal-politiki tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-emendar tad-Direttiva 2008/7/KE

Referenzi

COM(2011)0594 – C7-0355/2011 – 2011/0261(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

25.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

25.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ricardo Cortés Lastra

25.1.2012

 

 

 

Rapporteur(s) preċedenti

Ricardo Cortés Lastra

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Ricardo Cortés Lastra, Corina Creţu, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Grèze, Filip Kaczmarek, Franziska Keller, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Patrice Tirolien, Ivo Vajgl, Anna Záborská, Iva Zanicchi, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Guerrero Salom, Edvard Kožušník, Cristian Dan Preda, Patrizia Toia

 

 

29.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE

( COM(2011)0594 – C7‑0355/2011 – 2011/0261(CNS) )

Rapporteur għal opinjoni: Anne E. Jensen

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

 

Il-proposta tal-Kummissjoni:

 

Il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta' taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT) fil-livell tal-UE, li mbagħad tkun tista' tintuża kompletament jew parzjalment bħala riżorsa proprja għall-baġit tal-UE.

 

Il-proposta tistabbilixxi r-rati minimi għall-FTT kif ġej:

· 0.1% fir-rigward tat-tranżazzjonijiet għajr dawk relatati ma’ ftehimiet dwar derivati, u

· 0.01% fir-rigward ta' tranżazzjonijiet relatati ma’ ftehimiet dwar derivati.

 

Il-kuntest u l-aspetti baġitarji:

 

Attwalment, madwar 85% tad-dħul tal-Unjoni jiġi mill-baġits nazzjonali u mhux minn riżorsi proporji. Dan jikkontradixxi mhux biss id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona[1] iżda wkoll il-kliem u l-ispirtu tat-Trattat ta' Ruma[2]. Meta l-Komunitajiet Ewropej ġew stabbiliti, fl-1957, ir-riżorsi DNG suppost kellhom ikunu ta' natura tranżitorja. Madankollu, filwaqt li dawn ġew sostitwiti fis-sebgħinijiet b'riżorsi proprji ġenwini, fl-1988 reġgħu ġew introdotti l-kontribuzzjonijiet nazzjonali sabiex jagħmlu tajjeb għal tnaqqis fid-dħul mir-riżorsi proprji. Ta' min jinnota mandankollu li f'dak iż-żmien is-sehem tar-riżorsa DNG fid-dħul tal-UE kollu kien jikkostitwixxi 10% biss. Dan l-iżvilupp qiegħed il-loġika tar-"redditu ġust" progressivament fiċ-ċentru ta' kwalunkwe deċiżjoni baġitarja, u dan ta lok għal lista twila ta' ribassi u eċċezzjonijiet mhux iġġustifikati.

 

Konsegwentement, hija meħtieġa riforma tas-sistema attwali tar-riżorsi proprji sabiex jintemm l-approċċ tar-"redditu ġust" filwaqt li l-UE tiġi provduta b'sors ta' dħul stabbli u suffiċjenti u, fl-istess ħin, tiġi stabbilita l-bażi għall-eliminazzjoni tas-sistema attwali tar-ribassi u derogi fir-rigward tad-dħul tal-baġit tal-UE.

 

Fil-kuntest tad-diffikultajiet ekonomiċi, ta' min ifakkar fil-fatt li l-Parlament enfasizza f'diversi riżoluzzjonijiet l-importanza tar-riżorsi proprji bħala strument għall-iżgurar ta' fondi suffiċjenti għall-UE sabiex tkun tista' teżegwixxi l-impenji tagħha u tilħaq l-objettivi tagħha mingħajr ma jiżdied b'mod mhux neċessarju l-baġit tal-UE.[3]

 

Ir-Rapporteur tixtieq tfakkar fil-fatt li fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Futur tar-Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea[4], il-Parlament Ewropew elenka għadd ta' kriterji li għandhom jintużaw meta jkun qed jiġi evalwat kemm huma adattati l-kandidati tar-riżorsi proprji, u b'mod aktar preċiż: is-suffiċjenza, l-istabbilità, il-viżibilità u s-sempliċità, l-ispejjeż baxxi ta' operat, l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, l-ekwità veritkali u orizzjontali u l-kontribuzzjonijiet ġusti.

 

Il-proposta attwali tal-Kummissjoni għal FTT tissodisfa l-biċċa l-kbira ta' dawn il-kriterji. B'mod partikolari, din tista' tipprovdi sors ta' dħul għall-baġit tal-UE (madwar EUR 54.2 biljun fis-sena jkunu jistgħu jintużaw bħala riżorsa proprja minn FTT sal-2020 skont il-proposta tal-Kummissjoni). Barra minn hekk, hija wkoll viżibbli għall-investituri u l-operaturi fis-suq finanzjarju, hija biżżejjed sempliċi, tinvolvi spejjeż baxxi ta' operat u ġbir faċli u tiżgura ekwità veritkali u orizzjontali u kontribuzzjonijiet ġusti. Barra minn hekk, l-FTT ma għandhiex tinponi piż fiskali addizzjonali fuq iċ-ċittadini u tippreseva s-sovranità fiskali tal-Istati Membri.

 

Għandu jiġi osservat li l-FTT tgawdi mis-sostenn pubbliku taċ-ċittadini tal-UE, kif ikkonfernat mir-riżultati tal-istħarriġ tal-Eurobarometer ta' Ġunju 2011, li indika li 61% tal-popolazzjoni fl-Ewropa huma favur tali imposta, u li minn dawn 81% jixtiequ jarawha applikabbli fl-UE kollha[5].

 

L-użu tal-FTT bħala riżorsa proprja teħtieġ l-applikazzjoni tagħha fis-27 Stat Membru.

 

Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li ebda ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-perjodu 2014 - 2020 ma jista' jiġi ffinalizzat qabel ma jintlaħaq ftehim politiku dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji, minħabba l-unità u l-interdipendenza tad-dħul u l-infiq tal-Baġit, u tixtieq tfakkar f'dan ir-rigward, li l-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi għas-sistema tar-riżorsi proprji teħtieġ il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Sabiex jiġu allinjati aħjar l-objettivi ta' politika tal-Unjoni u l-baġit tal-UE, il-fondi miġbura mill-FTT għandhom jintużaw kompletament jew tal-anqas parzjalment bħala dħul għall-baġit tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji applikabbli fl-UE kollha tista' sservi bħala strument sabiex tintemm is-sistema attwali ta' ribassi u derogi.

 

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sehem tal-FTT li għandu jintuża bħala riżorsa proprja tal-Unjoni jkun trasferit għall-baġit tal-UE skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../2012 [dwar il-metodi u l-proċedura biex isiru disponibbli r-riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji].

Ġustifikazzjoni

Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji applikabbli fl-UE kollha tista' sservi bħala strument sabiex tintemm is-sistema attwali ta' ribassi u derogi.

 

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, proposta għall-modifika tagħha.

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, proposta għall-modifika tagħha.

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-emendar tad-Direttiva 2008/7/KE

Referenzi

COM(2011)0594 – C7-0355/2011 – 2011/0261(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

25.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

25.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Anne E. Jensen

16.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Claudio Morganti, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Potito Salatto, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Frédéric Daerden, Jan Mulder, Georgios Papastamkos, Paul Rübig, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Rohde

 

 

20.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE

( COM(2011)0594 – C7‑0355/2011 – 2011/0261(CNS) )

Rapporteur għal opinjoni: Frank Engel

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT) hi r-risposta għal sejħiet repetuti fl-Unjoni Ewropea kollha li jitolbu li s-settur finanzjarju jagħti kontribut għall-ispejjeż tal-kriżi attwali. Ir-Rapporteur jilqa' din il-proposta, li ssegwi wkoll is-sejħiet tal-Parlament Ewropew biex tittieħed azzjoni f'dan il-qasam.

 

L-FTT għandha fid-definizzjoni element tas-suq uniku. Qafas legali Ewropew għall-FTT għandu jkollu objettiv doppju: objettiv ta' ġustizzja, għaliex it-tranżazzjonijiet finanzjarji għadhom fil-biċċa l-kbira mhux intaxxati għal kuntrarju ta' tranżazzjonijiet ekonomiċi oħra, u objettiv ta' armonizzazzjoni, minħabba li jeħtieġ li jkun hemm approċċ Ewropew uniku għat-tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, b'rati li jekk mhux identiċi fl-UE, għall-inqas kumparabbli u stabbiliti fuq il-bażi ta' minimu komuni.

 

L-FTT hi wkoll marbuta intimament mal-objettiv tal-użu tal-potenzjal sħiħ tas-suq uniku sabiex jerġa' jibda t-tkabbir fl-Ewropa u b'hekk inkunu nistgħu nilħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija Ewropa 2020. Hemm bżonn li jsiru investimenti fis-suq uniku, u dawn għandhom jiġu minn sors ta' finanzjament Ewropew. Għalhekk, l-FTT, li d-dħul tagħha jmur fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tikkontribwixxi biex jinstabu l-fondi meħtieġa għal investimenti Ewropej konsistenti destinati biex isaħħu l-progress ekonomiku tagħha stess.

 

Hu evidenti, għalhekk, li l-FTT trid tiġi applikata fit-territorju kollu tal-UE. L-UE għandha suq uniku, u għandha baġit - u dan mhux il-każ għaż-żona euro. L-FTT li se tkun ta' benefiċċju għall-baġit tal-UE u li hi għodda għal suq uniku dinamiku ma tistax tkun ħlief FTT imposta fl-Unjoni kollha kemm hi, u għalhekk operattiva fiċ-ċentri finanzjarji Ewropej ewlenin kollha. Kwalunkwe eċċezzjoni għal dan il-prinċipju jwassal għal distorsjonijiet inaċċettabbli fit-tħaddim tas-suq uniku.

 

L-FTT għandha tiġbor biżżejjed fondi biex tissodisfa r-rwol tagħha ta' strument politiku li jaħdem biex tingħeleb il-kriżi, filwaqt li fl-istess ħin it-tifsila tagħha m'għandhiex twassal għal delokalizzazzjonijiet maġġuri tal-istrumenti u l-istituzzjonijiet finanzjarji li huma l-karatteristiċi tal-industrija finanzjarja Ewropea, jew li tinkludi żvilupp partikolari potenzjali għaċ-ċentri finanzjarji Ewropej. Barra minn hekk, m'għandhiex tiskoraġġixxi l-operat ta' dawn l-istrumenti ta' investiment li l-UE teħtieġ biex tiżgura żvilupp ekonomiku u dħul ġust għaċ-ċittadini rtirati.

 

Hu għalhekk li r-Rapporteur jipproponi li l-fondi ta' investiment koperti mil-leġiżlazzjoni UCITS u fondi ta' pensjoni għandu jkollhom trattatament differenti fejn jikkonċerna r-rata ta' tassazzjoni - ir-rata mnaqqsa ta' 0.01% hi waħda xierqa.

 

Prodotti finanzjarji strutturati li huma drammatikament nieqsa mit-trasparenza għall-partijiet kollha involuti fit-tranżazzjonijiet tagħhom, u l-abbuż tagħhom, ikkontribwew biex kibret il-kriżi finanzjarja minn meta nfeqgħet il-bużżieqa tal-proprjetà Amerikana. Il-kummerċ f'dawn l-istrumenti hu intens, il-volum tiegħu hu enormi u għalhekk hu mistenni dħul sinifikanti mit-taxxa fuq dawn l-istrumenti. Jekk it-tassazzjoni twassal għal delokalizzazzjoni ta' ċerti elementi tal-kummerċ derivat, anke fil-kategorija ta' kummerċ ta' frekwenza għolja, din id-delokalizzazzjoni m'għandhiex tkun ta' ħsara għall-iżvilupp tas-suq uniku tal-kapital Ewropew.

 

It-tassazzjoni bażika ta' 0.1% għandha għalhekk tiġi applikata għal dawn it-tranżazzjonijiet, u hu għalhekk li r-Rapporteur qed jipproponi l-applikazzjoni ta' din ir-rata għal tranżazzjonijiet finanzjarji relatati ma' ftehimiet derivati.

 

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni wasslet għal elementi addizzjonali jew ġodda sa mill-ewwel preżentazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, iżda la l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u lanqas ir-Rapporteur ma kienu konxji tas-sustanza ta' dawn l-elementi. Ir-Rapporteur jiddispjaċih li l-Kumitat għadu ma rnexxilux jirrifletti fuq is-sustanza ta' din l-aħħar valutazzjoni. Madankollu, wieħed għandu jissoponi li kemm ir-riskji tad-delokalizzazzjoni kif ukoll l-impatt mistenni tal-FTT fuq it-tkabbir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea kienu rieżaminati sabiex tingħata stampa ċara inqas negattiva minn dik li hemm fil-valutazzjoni tal-impatt ippubblikata. F'dan il-kuntest, ir-relevanza u l-importanza tal-FTT biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq uniku huma elementi fokali mhux biss ta' din l-opinjoni, imma tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew kollu.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-kriżi finanzjarja riċenti wasslet għal dibattiti fil-livelli kollha dwar il-possibbiltà ta’ taxxa addizzjonali fuq is-settur finanzjarju u b’mod partikolari taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT). Dan id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi biex ikopri l-kostijiet tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b'mod ekwu fil-konfront ta' setturi oħrajn fil-ġejjieni; sabiex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji; sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal skopijiet speċifiċi ta' politika.

(1) Il-kriżi finanzjarja riċenti wasslet għal dibattiti fil-livelli kollha dwar il-possibbiltà ta’ taxxa addizzjonali fuq is-settur finanzjarju u b’mod partikolari taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT). Dan id-dibattitu joriġina mix-xewqa li jiġi żgurat li s-settur finanzjarju jikkontribwixxi biex ikopri l-kostijiet tal-kriżi u li jiġi ntaxxat b'mod ekwu fil-konfront ta' setturi oħrajn fil-ġejjieni; sabiex jiġu disinċentivati attivitajiet riskjużi wisq minn istituzzjonijiet finanzjarji; sabiex jiġu kkumplimentati miżuri regolatorji maħsuba biex jiġu evitati kriżijiet futuri u biex jiġi ġġenerat dħul addizzjonali għall-baġits ġenerali jew għal skopijiet speċifiċi ta' politika mmirati lejn it-tkabbir ekonomiku.

 

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-introduzzjoni ta’ FTT bbilanċjat u ta’ suċċess fl-Unjoi Ewropea għandu jsaħħaħ l-isforzi internazzjonali biex jippromwovu l-adozzjoni ta’ strumenti simili fil-livell dinji. Għalhekk, l-Unjoni għandha tieħu rwol ta’ mexxejja f’dan ir-rigward.

 

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet permezz ta’ miżuri meħudin unilateralment mill-Istati Membri, filwaqt li jingħata kas tal-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet finanzjarji rilevanti, u biex b’hekk jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa importanti li l-karatteristiċi bażiċi ta’ FTT fl-Istati Membri jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. B’hekk għandhom jiġu evitati inċentivi għall-arbitraġġ fiskali fl-Unjoni u d-distorsjonijiet ta’ allokazzjonijiet bejn is-swieq finanzjarji fl-Unjoni, kif ukoll il-possibilitajiet ta’ tassazzjoni doppja jew ta’ nuqqas ta’ tassazzjoni.

(2) Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet permezz ta’ miżuri meħudin unilateralment mill-Istati Membri, filwaqt li jingħata kas tal-mobilità estremament għolja ta’ ħafna mit-tranżazzjonijiet finanzjarji rilevanti, u biex b’hekk jiġu żgurati l-funzjonament xieraq tas-suq intern u aktar solidarjetà u ġustizzja kif ukoll biex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, huwa importanti li l-karatteristiċi bażiċi ta’ FTT fl-Istati Membri jiġu armonizzati fil-livell tal-Unjoni. B’hekk għandhom jiġu evitati inċentivi għall-arbitraġġ fiskali fl-Unjoni u d-distorsjonijiet ta’ allokazzjonijiet bejn is-swieq finanzjarji fl-Unjoni, kif ukoll il-possibilitajiet ta’ tassazzjoni doppja jew ta’ nuqqas ta’ tassazzjoni.

 

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-FTT għandu jkun li tiskoraġġixxi tranżazzjonijiet riskjużi żżejjed u lis-servizzi finanzjarji treġġagħhom lura għall-qadi tal-ekonomija produttiva.

 

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) L-FTT għanha tinkorpora l-prinċipji li ġejjin:

 

- il-prinċipju tad-denominazzjoni: it-taxxa għandha tapplika għall-istrumenti kollha denominati f'euro jew f'munita ta' Stat Membru tal-Unjoni;

 

- il-prinċipju tan-negozju: it-taxxa għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet finanzjarji derivati minn kwalunkwe assi ammessi għan-negozju f'suq tal-Unjoni, u

 

- il-prinċipju tal-medjazzjoni: kull tranżazzjoni finanzjarja li fir-rigward tagħha resident tal-Unjoni jaġixxi ta’ medjatur tkun soġġetta għat-taxxa.

 

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-definizzjoni ta’ strumenti finanzjarji fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (MiFID) tkopri unitajiet fi impriżi ta' investiment kollettiv. Dan jimplika li l-ishma u l-unitajiet ta' impriżi għall-investiment kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u fondi ta' investiment alternattivi (AIF) kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 huma strumenti finanzjarji. Għalhekk, is-sottoskrizzjoni u t-tifdija ta’ dawn l-istrumenti huma tranżazzjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għall-FTT.

(4) Id-definizzjoni ta’ strumenti finanzjarji fl-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (MiFID) tkopri unitajiet fi impriżi ta' investiment kollettiv. Dan jimplika li l-ishma u l-unitajiet ta' impriżi għall-investiment kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u fondi ta' investiment alternattivi (AIF) kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 huma strumenti finanzjarji. Għalhekk, is-sottoskrizzjoni u t-tifdija ta’ dawn l-istrumenti huma tranżazzjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għall-FTT. In-natura speċifika tal-UCITS u r-relevanza tagħhom biex issir mobilizzazzjoni sħiħa tal-potenzjal tas-suq intern tiġġustifika, madankollu, li dawn ikunu sottomessi għal rata speċifika aktar baxxa ta' tassazzjoni. L-istess għandu japplika għall-fondi tal-pensjonijiet jew istituzzjonijiet għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali kif definit fl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali1.

 

__________

 

1. ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

 

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fl-interess ta’ trattament ugwali, għandha tapplika rata ta’ taxxa unika f’kull kategorija ta’ tranżazzjonijiet, jiġifieri l-kummerċ ta’ strumenti finanzjarji minbarra d-derivati, minn naħa waħda, u x-xiri/il-bejgħ, it-trasferiment, il-konklużjoni u l-modifika ta’ ftehim dwar derivati.

(11) Bl-għan li jitrażżnu l-attivitajiet finanzjarji eċċessivament riskjużi u għal finijiet tal-prevenzjoni ta' kriżijiet futuri, għal prodotti finanzjarji b'riskju speċjalment għoli għandha tapplika rata ta’ taxxa ogħla minn dik applikabbli għal prodotti anqas spekulattivi.

 

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Minħabba l-mobilità għolja ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u sabiex tgħin biex ittaffi l- potenzjali ta’ evażjoni fiskali, l-FTT għandha tiġi applikata abbażi tal-prinċipju ta’ residenza.

(13) Minħabba l-mobilità għolja ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u sabiex tgħin biex ittaffi l- potenzjali ta’ evażjoni fiskali, l-FTT għandha tiġi applikata abbażi tal-prinċipju ta’ residenza, kif ukoll tal-prinċipji tal-post ta' ħruġ u tal-proprjetà.

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Ir-rati minimi tat-taxxa għandhom jiġu stabbiliti f'livell għoli biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan ta’ armonizzazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fl-istess ħin, dawn għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni.

(14) Ir-rati minimi tat-taxxa għandhom jiġu stabbiliti f'livell għoli biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi ta' armonizzazzjoni ta' din id-Direttiva, b’tali mod li s-settur finanzjarju għandu jagħti kontribut xieraq għall-ispejjeż tal-kriżi ekonomika u b’hekk jagħti spinta lill-ekonomija reali. Fl-istess ħin, sakemm tiġi implimentata sistema ta' FTT uniformi fil-livell dinji, dawn għandhom ikunu baxxi biżżejjed sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ delokalizzazzjoni.

 

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Fid-29 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar sistema ta' riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea bil-għan li tissostitwixxi s-sistema attwali ta' finanzjament għall-baġit tal-Unjoni b'sistema ġdida li tagħmel użu sħiħ mill-possibilitajiet introdotti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta identifikat l-FTT bħala riżorsa proprja ġdida possibbli għall-għanijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-FTT tippermetti dħul addizzjonali baġitarju li jista' jiġi mobilizzat għall-politiki li jsaħħu t-tkabbir bil-għan li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti mill-Istrateġija Ewropa 2020 u jagħti spinta lill-potenzjal tas-suq intern. Fid-9 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta emendata, li rfinat u kkompletat il-proposta li saret fid-29 ta' Ġunju, biex b'hekk żgurat koerenza ma' din id-Direttiva u stabbiliet il-mod li bih il-Kummissjoni tipproponi li l-FTT se sservi bħala sors għall-baġit ġenerali tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Id-dħul mill-FTT Ewropea għandu jiżdied mal-baġit ġenerali tal-UE, kemm minħabba li hu loġikament sors proprju u anke għaliex id-dħul iġġenerat jista' jintuża biex jinkoraġġixxi l-kisba tas-suq uniku u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija ta' tkabbir tal-Ewropa 2020 permezz tal-implimentazzjoni tal-politika ta' investiment immirata. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tressaq proposta li tħejji t-triq għal dan it-tip ta' arranġament. Id-Direttiva għalhekk għandu jkollha referenza espliċita għall-ġbir tad-dħul tal-FTT fil-baġit ġenerali tal-UE u l-konnessjoni mal-proposta ta' sors proprju.

 

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Id-dħul mit-taxxa dovuta fil-baġit tal-Unjoni Ewropea Id-dħul mit-taxxa tal-FTT għandu jkun dovut fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tilħaq l-objettivi strateġiċi tagħha. Id-diskussjoni dwar l-assenjazzjoni tagħha fi ħdan il-baġit ġenerali għandu jsir f’kuntest ieħor, b’mod partikolari fil-proposta dwar il-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020.

 

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ malajr ħafna f'koordinazzjoni ma' sforzi oħra biex jirregolaw is-swieq finanzjarji, isaħħu l-funzjonament tas-suq intern u joħolqu ċertezza legali. It-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva għandha għalhekk issir sa tmiem l-2012.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqies li l-FTT għandha tiġi kkunsidrata bħala element ta' sforz politiku li jirregola s-swieq finanzjarji, jegħleb il-kriżi u jsaħħaħ is-suq uniku sabiex jinkoraġġixxi t-tkabbir tal-ekonomija reali, allura jkun xieraq li din it-taxxa tiġi imposta malajr kemm jista' jkun. Dan hu meħtieġ ukoll sabiex tintlaħaq is-sigurtà legali, speċjalment minħabba li xi Stati Membri qed jikkunsidraw li jintroduċu strumenti simili fuq bażi unilaterali. Id-Direttiva għandha għalhekk tiġi trasposta sa tmiem l-2012 u tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013.

 

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Il-Kummissjoni għandha tkun tista' terġa’ teżamina din id-Direttiva u tipproponi li tibdilha b'regolament, b'mod partikolari jekk jidher li regolament ikollu probabilità akbar li jilħaq l-objettivi tagħha b'rabta mas-suq intern u l-armonizzazzjoni.

 

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha, bil-kondizzjoni li mill-inqas parti waħda għat-tranżazzjoni tkun stabbilita fi Stat Membru u li istituzzjoni finanzjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tkun parti għat-tranżazzjoni, li taġixxi jew akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew li tkun qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha, inklużi t-tranżażżjonijiet immedjati tal-valuta u l-assikurazzjonijiet tal-ħajja, li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) mill-inqas parti waħda għat-tranżazzjoni tkun stabbilita fi Stat Membru u istituzzjoni finanzjarja stabbilita fit-territorju tal-Istat Membru tkun parti għat-tranżazzjoni, li taġixxi jew akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew li tkun qiegħda taġixxi f’isem parti għat-tranżazzjoni.

 

(b) l-istrument li jkun il-mira tat-tranżazzjoni jkun inħareġ minn entitajiet li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li l-proposta tkopri wkoll il-prinċipju tal-ħruġ ta' titoli, billi dan inaqqas ir-riskji ta' "tixrid" tal-attivitajiet ekonomiċi u jevita li jkun ta' żvantaġġ għall-istabbilimenti finanzjarji vis-à-vis stabbilimenti esterni fir-rigward tal-iskambju ta' strumenti maħruġa fl-Unjoni.

 

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tranżazzjonijiet mal-banek ċentrali tal-Istati Membri.

(d) tranżazzjonijiet mal-banek ċentrali tal-Istati Membri, awtoritajiet lokali jew reġjonali, jew awtoritajiet oħrajn.

 

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) hija parti minn tranżazzjoni finanzjarja fir-rigward ta' strument finanzjarju maħruġ fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni.

 

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Il-prinċipju tal-post ta' ħruġ

 

1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, strument finanzjarju jitqies li jkun maħruġ fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni meta jinħareġ minn entità legali li hija rreġistrata fi Stat Membru.

 

2. Fil-każ ta' ftehim dwar derivattiv, il-kundizzjoni tal-ħruġ fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni tkun issodisfata fejn ir-referenza jew l-istrument sottostanti jkun nħarġu minn entità legali li tkun irreġistrata fi Stat Membru.

 

3. Fil-każ ta' strument strutturat, il-kundizzjoni tal-ħruġ fit-territorju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni tkun issodisfatta meta l-istrument strutturat ikun ibbażat fuq jew appoġġjat minn proporzjon sinifikanti ta' assi jew strumenti finanzjarji u derivattivi b'referenza għal strumenti finanzjarji maħruġa minn entità legali li tkun irreġistrata fi Stat Membru.

 

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk ir-rati ma għandhomx ikunu aktar baxxi minn:

Dawk ir-rati ma għandhomx ikunu aktar baxxi minn:

(a) 0.1% fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5;

(a) 0.1% fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5;

 

i. tranżazzjonijiet finanzjarji relatati ma' ishma u unitajiet ta' impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) kif deskritt fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)1 li għandhom ikunu sottomessi għal rata ta' mhux inqas minn 0.05%;

 

ii. tranżazzjonijiet finanzjarji relatati ma' ishma u unitajiet ta’ fond ta' pensjoni jew istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali kif definit fl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 2003/41/KE għandhom ikunu sottomessi għal rata ta' mhux inqas minn 0.05%.

(b) 0.01% fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6.

(b) 0.05% fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6.

 

____________

 

1 ĠU L 302, 17. 11.2009, p. 32.

 

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull parti fi tranżazzjoni, inkluż persuni oħrajn għajr l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu miżmuma responsabbli, in solidum, għall-ħlas tat-taxxa dovuta mill-istituzzjoni finanzjarja għal dik it-tranżazzjoni partikolari, fil-każ li l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx ħallset it-taxxa dovuta minnha sal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 10(4).

3. Kull parti fi tranżazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ persuni oħrajn għajr l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu miżmuma responsabbli, in solidum, għall-ħlas tat-taxxa dovuta mill-istituzzjoni finanzjarja għal dik it-tranżazzjoni partikolari, fil-każ li l-istituzzjoni finanzjarja ma tkunx ħallset it-taxxa dovuta minnha sal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 10(4).

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-proposta huwa li teżenta lil persuni u stabbilimenti mhux finanzjarji mill-ħlas u mill-effetti tat-taxxa. Fuq l-istess prinċipju, għandhom ikunu obbligati jħallsu t-taxxa jekk iseħħu irregolaritajiet min-naħa tal-parti l-oħra fit-tranżazzjoni.

 

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Tranżazzjoni finanzjarja li fir-rigward tagħha l-ebda FTT ma tkun ġiet imposta għandha titqies legalment mhux infurzabbli u m'għandhiex tirriżulta fit-trasferiment ta' titolu legali tal-istrument sottostanti.

 

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Id-dħul mit-taxxa akkumulat fil-baġit tal-Unjoni Ewropea

 

Id-dħul mit-taxxa tal-FTT għandu jidħol fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Id-dħul mill-FTT Ewropea għandu jiżdied mal-baġit ġenerali tal-UE, kemm minħabba li hu loġikament sors proprju u anke għaliex id-dħul iġġenerat jista' jintuża biex jinkoraġġixxi l-kisba tas-suq uniku u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija ta' tkabbir tal-Ewropa 2020 permezz tal-implimentazzjoni tal-politika ta' investiment immirata. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tressaq proposta li tħejji t-triq għal dan it-tip ta' arranġament. Id-Direttiva għalhekk għandu jkollha referenza espliċita għall-ġbir tad-dħul tal-FTT fil-baġit ġenerali tal-UE u l-konnessjoni mal-proposta ta' sors proprju.

 

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, proposta għall-modifika tagħha.

Kull ħames snin u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn xieraq, proposta għall-modifika tagħha.

 

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ewwel paragrafu tal-ewwel rapport tal-Kummissjoni għandu jindirizza jekk hux fattibbli li din id-Direttiva tiġi sostitwita minn Regolament dwar sistema unika għall-FTT, inkluża l-introduzzjoni ta' ġabra ta' rati fissi tat-taxxa għal kull kategorija ta' tranżazzjoni finanzjarja fl-Unjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li d-dħul tal-FTT Ewropea ssegwi objettiv ċar ta' armonizzazzjoni fil-qafas tas-suq uniku, il-mistoqsija loġika hi jekk, minflok Direttiva, ikunx aktar xieraq id-dħul ta' Regolament bħala strument legali. Regolament jista' jistabbilixxi rata unika ta' tassazzjoni għal kull kategorija ta' tranżazzjoni finanzjarja fl-Unjoni kollha kif ukoll ir-regoli tekniċi għall-ġbir tad-dħul tal-FTT fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

 

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-31 ta' Diċembru 2012, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk il-miżuri.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2014.

Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-1 ta' Jannar 2013.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqies li l-FTT għandha tiġi kkunsidrata bħala element ta' sforz politiku li jirregola s-swieq finanzjarji, jegħleb il-kriżi u jsaħħaħ is-suq uniku sabiex jinkoraġġixxi t-tkabbir tal-ekonomija reali, allura jkun xieraq li din it-taxxa tiġi imposta malajr kemm jista' jkun. Dan hu meħtieġ ukoll sabiex tintlaħaq is-sigurtà legali, speċjalment minħabba li xi Stati Membri qed jikkunsidraw li jintroduċu strumenti simili fuq bażi unilaterali. Id-Direttiva għandha għalhekk tiġi trasposta sa tmiem l-2012 u tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013. Din l-emenda tadatta l-proposta tal-Kummissjoni għad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar Dokumenti Spjegattivi li ġiet approvata f’Novembru 2011.

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-emendar tad-Direttiva 2008/7/KE

Referenzi

COM(2011)0594 – C7-0355/2011 – 2011/0261(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

25.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

25.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Frank Engel

17.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2012

29.2.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

20.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Gino Trematerra, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Simon Busuttil, Nessa Childers, Marielle Gallo, Morten Løkkegaard, Konstantinos Poupakis, Olle Schmidt, Ivo Strejček, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-emendar tad-Direttiva 2008/7/KE

Referenzi

COM(2011)0594 – C7-0355/2011 – 2011/0261(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

19.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

25.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

25.10.2011

BUDG

25.10.2011

IMCO

25.10.2011

JURI

25.10.2011

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

21.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Anni Podimata

25.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.1.2012

29.2.2012

26.3.2012

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Pascal Canfin, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Robert Goebbels, Thomas Händel, Sophia in ‘t Veld, Krišjānis Kariņš, Gay Mitchell, Sirpa Pietikäinen, Emilie Turunen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner, Jaroslav Paška

Data tat-tressiq

3.5.2012

 

 

[1] L-Artikolu 311.1 tat-TFUE. "Salv kull dħul ieħor, l-estimi għandhom ikunu ffinanzjati kompletament minn riżorsi proprji."
[2] Artikolu 201 tat-Trattat ta' Ruma: " Il-Kummissjoni għandha tistudja l-kondizzjonijiet li taħthom il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' l-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 200 jistgħu jinbidlu b'riżorsi oħra tal-Komunità proprja, b’mod speċjali bi dħul li jakkumula mit-tariffa doganali komuni meta din tkun ġiet finalment stabbilita. Il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti f'dan ir-rigward lill-Kunsill..."
[3] B'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet li ġejjin: P6_TA(2007)0098 adottata fid-29 ta' Marzu 2007P7 TA (2011)0080, adottata fit-8 ta' Marzu 2011P7 TA (2010)0056, adottata fl-10 ta' Marzu 2010 P7 TA (2010)0089, adottata fil-25 ta' Marzu 2010 P7_TA-PROV(2010)0433 adottata fil-25 ta' Novembru 2010.            P7_TA-PROV(2010)0475 adottata fil-15 ta' Diċembru 2010            P7_TA-PROV(2011)0266 adottata fit-8 ta' Ġunju 2011. P7_TA-PROV(2011)0327 adottata fis-6 ta' Lulju 2011.
[4] P6_TA(2007)0098 adottata fid-29 ta' Marzu 2007
[5] Eurobarometer tal-Parlament Ewropew (EB Parlemeter 75.2); adottat fil-22 ta' Ġunju 2011 http://www.europarl.europa.eu/pdf/eurobarometre/2011/juin/22062011/eb752_financial_crisis_analytical_synthesis_en.pdf