Dokument ta' sessjoni
9.5.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara
( COM(2011)0555 – C7‑0246/2011 – 2011/0239(COD) )
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Brian Simpson
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 38
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali 42
PROCEDURE 61
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara
( COM(2011)0555 – C7‑0246/2011 – 2011/0239(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0555 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0246/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-7 ta’ Diċembru 2011[1],
– wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A7-0000/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Ir-regoli dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ġew miftiehma f’livell internazzjonali permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara ("STCW"), adotatta fl-1978 permezz ta’ konferenza fl-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), li daħlet fis-seħħ fl-1984 u ġiet emendata b’mod sinifikanti fl-1995. | (1) It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara huwa regolat mill-Konvenzjoni tal- Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara 1978 ("Konvenzjoni STCW"), li daħlet fis-seħħ fl-1984 u li ġiet emendata b’mod sinifikanti fl-1995. |
Ġustifikazzjoni
Din id-diċitura ddaħħlet ħalli ttejjeb il-kjarezza tat-test.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Fl-2010 saret Konferenza bejn l-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni STCW f’Manila li introduċiet ħafna bidliet sinifikanti għall-Konvenzjoni, jiġifieri dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki frodulenti għaċ-ċertifikati, fil-qasam tal-istandards mediċi, fit-taħriġ dwar is-sigurtà u fir-rigward tat-taħriġ fi kwistjonijiet relatati mat-teknoloġija. L-emendi ta’ Manila introduċew ukoll rekwiżiti għall-baħħara kapaċi u stabbilixxew profili professjonali ġodda, bħal uffiċjali elettrotekniċi. | (3) Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW f’Manila fl-2010 li introduċiet emendi sinifikanti għall-Konvenzjoni STCW ("L-emendi ta' Manila"), jiġifieri dwar il-prevenzjoni ta’ prattiki frodulenti għaċ-ċertifikati, fil-qasam tal-istandards mediċi, fit-taħriġ dwar is-sigurtà inklużi l-prattiki anti-piraterija u fir-rigward tat-taħriġ fi kwistjonijiet relatati mat-teknoloġija. L-emendi ta’ Manila introduċew ukoll rekwiżiti għall-baħħara kapaċi u stabbilixxew profili professjonali ġodda, bħal uffiċjali elettrotekniċi. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) It-taħriġ imtejjeb għall-baħħara għandhom jinkludu l-kategoriji speċjalisti fost il-membri tal-ċorma u l-fizzjali u jkopru l-istruzzjoni teorika u pratika xierqa dwar is-sigurtà tal-ħajja umana fuq il-baħar. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Fil-Konferenza ta’ Manila, l-Istati Partijiet kellhom l-intenzjoni, fost affarijiet oħra, li jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-siegħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Dispożizzjonijiet ġodda bħal dawn għandhom ukoll jiġu integrati fil-liġi tal-UE. Madankollu, huma għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet dwar is-siegħat ta' mistrieħ applikabbli għall-baħħara skont id-Direttivi tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 u 2009/13/KE tas-16 ta' Frar 2009. Barra minn hekk, il-fakultà tal-awtorizzazzjoni tal-eċċezzjonijiet għandha tkun limitata f’termini ta’ tul massimu, frekwenza u kamp ta' applikazzjoni. Id-dispożizzjonijiet relatati ma’ dan għandhom ikunu introdotti fid-direttiva. | (5) Is-sħab soċjali qablu dwar is-sigħat minimi ta' mistrieħ applikabbli għall-baħħara u ġiet adottata d-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta’ Ġunju 19991 biex jiġi implimentat dan il-ftehim. Id-Direttiva 1999/63/KE tippermetti wkoll il-possibilità li tawtorizza eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta' mistrieħ għall-baħħara. Il-fakultà tal-awtorizzazzjoni tal-eċċezzjonijiet, b’danakollu, għandha tkun limitata f’termini ta’ tul massimu, frekwenza u kamp ta' applikazzjoni. L-Emendi ta’ Manila kellhom l-intenzjoni, fost affarijiet oħra, li jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-siegħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis bl-iskop li tkun prevjenuta l-għejja. L-emendi ta' Manila għandhom ikunu inkorporati fid-Direttiva 2008/106/KE b’mod li tkun żgurata l-koerenza mad-Direttiva 1999/63/KE kif emendata bid-Direttiva 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 20092. |
| ______________ |
| 1 ĠU L 167, 2.7.1999, p.33. |
| 2 ĠU L 124, 20.5.2009, p.30. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) B’rikonoxximent ulterjuri tal-ħsara potenzjali għall-passiġġieri tal-UE u l-ħtieġa li jiġi protett l-ambjent marittimu, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE se tidħol fl-effett kif speċifikat fiha stess meta tidħol fis-seħħ il-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, 2006. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-għan li tfakkar li l-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/13/KE tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE. Kif jistipula l-Artikolu 7 tagħha, id-direttiva msemmija tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara ta’ pajjiżi terzi. Ir-rikonoxximent isir permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni wara proċedura li fiha l-Kummissjoni tiġi assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-Aġenzija), stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, u mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS), stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002; l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi għall-fini tal-STCW tissuġġerixxi li għandha tiġi introdotta bidla fil-proċedura rilevanti, jiġifieri fir-rigward tal-iskadenza ta’ tliet xhur għad-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent imposta fil-preżent fuq il-Kummissjoni bl-Artikolu 19(3) tal-imsemmija Direttiva. Minħabba li r-rikonoxximent jeħtieġ li ssir spezzjoni mill-Aġenzija, li trid tiġi ppjanata u mwettqa, u, fil-maġġoranza tal-każijiet, aġġustamenti sinifikanti għar-rekwiżiti tal-STCW permezz tal-involviment tal-pajjiż terz, il-proċess sħiħ ma jistax jitwettaq fi tliet xhur; abbażi tal-esperjenza; perjodu ta’ żmien aktar realistiku f’dan ir-rigward jidher li huwa tmintax-il xahar. L-iskadenza msemmija għalhekk għandha tiġi mmodifikata kif xieraq, filwaqt li l-possibbiltà għall-Istat Membru li qed jagħmel it-talba li jirrikonoxxi provviżorjament il-pajjiż terz għandha tinżamm sabiex tinżamm il-flessibbiltà. | (6) Id-Direttiva 2008/106/KE fiha wkoll mekkaniżmu għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara ta’ pajjiżi terzi. Ir-rikonoxximent isir permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni wara proċedura li fiha l-Kummissjoni tiġi assistita mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (l-Aġenzija), stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002, u mill-Kumitat dwar Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Vapuri (COSS), stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002; l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ pajjiżi terzi għall-fini tal-STCW tissuġġerixxi li għandha tiġi introdotta bidla fil-proċedura rilevanti, jiġifieri fir-rigward tal-iskadenza ta’ tliet xhur għad-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent imposta fil-preżent fuq il-Kummissjoni bl-Artikolu 19(3) tal-imsemmija Direttiva. Minħabba li r-rikonoxximent jeħtieġ li ssir spezzjoni mill-Aġenzija, li trid tiġi ppjanata u mwettqa, u, fil-maġġoranza tal-każijiet, aġġustamenti sinifikanti għar-rekwiżiti tal-STCW permezz tal-involviment tal-pajjiż terz, il-proċess sħiħ ma jistax jitwettaq fi tliet xhur; abbażi tal-esperjenza; perjodu ta’ żmien aktar realistiku f’dan ir-rigward jidher li huwa tmintax-il xahar. L-iskadenza msemmija għalhekk għandha tiġi mmodifikata kif xieraq, filwaqt li l-possibbiltà għall-Istat Membru li qed jagħmel it-talba li jirrikonoxxi provviżorjament il-pajjiż terz għandha tinżamm sabiex tinżamm il-flessibbiltà. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali skont id-Direttiva 2005/36/KE tas-7 ta' Settembru 20051 mhumiex applikabbli fir-rigward tar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara skont din id-Direttiva. |
| ____________ |
| 1 ĠU L 255, 30.9.2005, p.22. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tissottolinja li d-Direttiva 2008/106/KE fiha mekkaniżmu speċifiku għar-rikonoxximent tas-sistemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-baħħara ta’ pajjiżi terzi u li, għalhekk, id-dispożizzjonijiet relevanti għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali skont id-Direttiva 2005/36/KE ma japplikawx skont din id-Direttiva.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) L-istatistika disponibbli dwar il-baħħara Ewropej mhijiex kompluta u ħafna drabi mhijiex preċiża, li jrendi t-tfassil tal-politika f’dan is-settur delikat iżjed diffiċli. Dejta dettaljata dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ma tistax issolvi kompletament il-problema iżda din żgur għandha tgħin. Taħt il-Konvenzjoni STCW l-Istati Partijiet huma obbligati jżommu reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha u tar-rivalidazzjonijiet rilevanti jew miżuri oħra li jaffettwawhom (ir-Regolament I/2(14)). L-Istati Membri, taħt l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2008/106, għandhom l-obbligu li jżommu reġistru taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Sabiex tinikiseb stampa kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Ewropa, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni magħżula li diġà tinsab fir-reġistri tagħhom taċ-ċertifikati tal-baħħara. Din l-informazzjoni għandha tintuża għal skopijiet statistiċi u tkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni. Dispożizzjoni għal dan il-għan għandha tiġi introdotta fid-Direttiva 2008/106/KE. | (7) L-istatistika disponibbli dwar il-baħħara Ewropej mhijiex kompluta u ħafna drabi mhijiex preċiża, li jrendi t-tfassil tal-politika f’dan is-settur delikat iżjed diffiċli. Dejta dettaljata dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ma tistax issolvi kompletament il-problema iżda din żgur għandha tgħin. Taħt il-Konvenzjoni STCW l-Istati Partijiet huma obbligati jżommu reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha u tar-rivalidazzjonijiet rilevanti jew miżuri oħra li jaffettwawhom (ir-Regolament I/2(14)). L-Istati Membri, taħt l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2008/106/KE, għandhom l-obbligu li jżommu reġistru taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Sabiex tinikiseb stampa kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Ewropa, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni magħżula li diġà tinsab fir-reġistri tagħhom taċ-ċertifikati ta’ kompetenza tal-baħħara. Din l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata għal skopijiet ta’ analiżi statistika biss, ma tistax tintuża għal skopijiet ta’ amministrattivi, legali jew ta’ verifika u għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni Dispożizzjoni għal dan il-għan għandha tiġi introdotta fid-Direttiva 2008/106/KE. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ssaħħaħ l-obbligu tal-Kummissjoni li tuża d-data mogħtija mill-Istati Membri għall-iskop uniku tal-analiżi statistika u skont id-dettami tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data fl-Unjoni.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Ir-riżultati tal-analiżi ta’ din l-informazzjoni għandhom jintużaw biex jantiċipaw ix-xejriet fis-suq tax-xogħol u biex jappoġġaw il-baħħara fl-ippjanar tal-karriera u japprofittaw minn edukazzjoni vokazzjonali u opportunitajiet ta' taħriġ disponibbli. Dawn ir-riżultati għandhom jikkontribwixxu wkoll biex titjieb l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ offrut mill-Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Marittima Ogħla. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Sabiex tinġabar dejta dwar il-professjoni tat-tbaħħir b’mod konsistenti mal-evoluzzjoni ta’ din tal-aħħar u tat-tekonoloġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattamenti tal-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE. Dawk l-atti delegati għandhom jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kontenut tal-informazzjoni dwar l-approvazzjonijiet, dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza jew profiċjenza u dwar l-għadd u d-dettalji ta' baħħara li ċ-ċertifikati tagħhom inħarġu jew ġew approvati, filwaqt li jitqiesu s-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-dejta indikata fl-imsemmi Anness. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex tistabbilixxi miżuri għall-ġbir, il-ħżin u l-analiżi ta' din it-tip ta' informazzjoni statistika mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġu ssodisfati ħtiġijiet statistiċi ġodda dwar il-baħħara, u bil-ħsieb li tinġabar informazzjoni aġġornata u konsistenti mar-realtà. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (8) Sabiex tinġabar dejta dwar il-professjoni tat-tbaħħir b’mod konsistenti mal-evoluzzjoni ta’ din tal-aħħar u tat-tekonoloġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattamenti tal-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE. Dawk l-atti delegati għandhom jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kontenut tal-informazzjoni dwar l-approvazzjonijiet, dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza jew profiċjenza u dwar l-għadd u d-dettalji ta' baħħara li ċ-ċertifikati tagħhom inħarġu jew ġew approvati, filwaqt li jitqiesu s-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-dejta indikata fl-imsemmi Anness. Dawk l-atti ddelegati ma għandhomx jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-anonimizzar ta' data imsemmija f’dak l-Anness. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex tistabbilixxi miżuri għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-ħżin, l-analiżi u t-tifrix ta' din it-tip ta' informazzjoni statistika mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġu ssodisfati ħtiġijiet statistiċi ġodda dwar il-baħħara, u bil-ħsieb li tinġabar informazzjoni aġġornata u konsistenti mar-realtà. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ssaħħaħ il-ħtieġa li d-data tingħata f'format anonimizzat, filwaqt li tkun salvagwardata l-protezzjoni tad-data fil-ġbir tal-istatistika dwar il-professjoni tal-baħħara.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 8a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8a) L-UE hi l-ewwel setgħa marittima fid-dinja u għandha esperjenza marittima eċċellenti. Dan l-element hu wieħed mill-pilastri tal-kompetittività tagħha. Il-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara hi marbuta mill-qrib ma’ din il-kompetittività, u għandha għaldaqstant tingħata attenzjoni partikolari. Jeħtieġ ukoll li jittejjeb l-għarfien tad-diversi kompiti tal-baħħara, partikolarment biex dawn il-professjonijiet isiru aktar attraenti f’għajnejn il-ħaddiema Ewropej, b’mod speċjali ż-żgħażagħ. Il-kwalità tat-taħriġ tal-baħħara u tal-flotta Ewropea tesiġi wkoll li l-UE għandha tiġġieled kontra d-duplikazzjoni tal-liċenzji u taċ-ċertifikati foloz. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) L-emendi għall-Konvenzjoni jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012, filwaqt li ġew stipulati arranġamenti tranżitorji sal-1 ta’ Jannar 2017 sabiex issir tranżizzjoni mingħajr xkiel għar-regoli ġodda. Din id-Direttiva għandha tistipula l-istess qafas ta’ żmien u l-arranġamenti tranżitorji. | (11) L-emendi ta’ Manila kellhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012. Madankollu, dawn l-emendi jiddisponu arranġamenti tranżitorji sal-1 ta' Jannar 2017. Sabiex tkun possibbli tranżizzjoni mingħajr xkiel għar-regoli l-ġodda, din id-Direttiva għandha tistipula l-istess arranġamenti tranżitorji. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ddaħħal diċitura li timmodifika ftit għal raġunijiet ta’ aktar kjarezza.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a) Fid-89 laqgħa tiegħu, il-Kumitat tas-Sigurtà Marittima tal-IMO innota l-ħtieġa għal kjarifika dwar l-implimentazzjoni tal-Emendi ta' Manila 2010, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet transitorji deskritti, min-naħa waħda, u min min-naħa l-oħra, ir-Riżoluzzjoni 4 tal-Konferenza STCW li tirrikonoxxi l-ħtieġa li tinkiseb konformità sħiħa sal-1 ta' Jannar 2017, min-naħa l-oħra. Kjarifiki bħal dawn ġew provduti miċ-ċirkolarijiet tal-IMO STCW.7/Circ.16 u STCW.7/Circ.17. B'mod partikolari, STCW.7/Circ.16 jiddikjara li fil-każ ta' baħħara li jkollhom ċertifikati maħruġin skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni STCW li bdiet tapplika minnufih qabel l-1 ta' Jannar 2012, u li għadhom ma laħqux ir-rekwiżiti tal-Emendi ta' Manila 2010, kif ukoll fil-każ ta' baħħara li bdew servizz ta' tbaħħir approvat, programm ta' edukazzjoni u ta' taħriġ approvat jew kors ta' taħriġ approvat qabel l-1 ta' Lulju 2013, il-validità ta' kwalunkwe ċertifikat validat mill-ġdid ma għandhiex tiġi estiża sa wara l-1 ta' Jannar 2017. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda sservi ta’ aġġornament tat-test billi ddaħħal aktar kjarifiki tal-IMO dwar l-implementazzjoni tal-emendi ta’ Manila tal-2010.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 11b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11b) Għall-finijiet ta' implimentazzjoni uniformi tal-emendi ta' Manila fi ħdan l-Unjoni, huwa rakkomandabbli li, waqt it-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-gwida li tinsab fiċ-ċirkolarijiet tal-IMO imsemmija. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija konformi mal-emendi preċedenti.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a)Għandu jiġi evitat aktar dewmien fit-traspożizzjoni tal-emendi ta’ Manila għall-Konvenzjoni STCW fil-leġiżlazzjoni Ewropea, sabiex tinżamm il-kompetittività tal-baħħara Ewropej kif ukoll biex tinżamm is-sikurezza fuq il-bastimenti permezz ta’ taħriġ aġġornat tal-ekwipaġġi. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt a
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 1 – punt 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"18. '18."Regolamenti dwar ir-Radju" tfisser ir-regolamenti riveduti dwar ir-radju, adottati mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni għas-Servizz Mobbli Marittimu fil-verżjoni aġġornata tagħhom;'. | "18. "Regolamenti dwar ir-Radju" tfisser ir-Regolamenti dwar ir-Radju annessi mal-Konvenzjoni dwar it-Telekomunikazzjoni Internazzjonali l-aktar reċenti, jew meqjusin li huma annessi magħha;'. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ddaħħal diċitura li timmodifika għal raġunijiet ta’ aktar kjarezza.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt aa (ġdid)
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 1 – punt 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) Il-Punt 19 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| “‘Bastiment tal-passiġġieri’ tfisser bastiment kif iddefinit fil-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, 1974, kif emendata.” |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għanda taġġorna t-test.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt b
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 1 – punt 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
"Kodiċi STCW" tfisser il-Kodiċi ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Sorveljanza tal-Baħrin, kif adottat mir-Resoluzzjoni 2 tal-Konferenza tal-Partijiet STWC ta' l-2010, fil-verżjoni aġġornata tagħha; | '24."Kodiċi STCW" tfisser il-Kodiċi tat-Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa tal-Baħħara (STCW) kif adottat mir-Riżolzzjoni 2 tal-Konferenza 1995, fil-verżjoni aġġornata tagħha;'. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha t-tir li tirrettifika r-riferiment għall-Konferenza.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt ca (ġdid)
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 1 – punt 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) Il-Punt 28 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
| "28. "Servizz ta’ tbaħħir" għandha tfisser servizz abbord il-vapur rilevanti għall-ħruġ jew ir-rivalidazzjoni ta’ ċertifikat ta’ kompetenza, ċertifikat ta’ profiċjenza jew kwalifiki oħra;” |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija intiża li tikkonforma t-test mad-distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ ċertifikati u żżid, barra mill-ħruġ, ir-rivalidazzjoni taċ-ċertifikati.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt d
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 1 – punt 35
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
35. "kompiti tas-sigurtà" jinkludu l-kompiti kollha ta’ sigurtà abbord il-bastimenti kif definit fil-Kapitolu XI/2 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS 1974, kif emendata) u l-Kodiċi Internazzjonali ta' Sigurtà għall-Bastimenti u Portijiet (ISPS);'; | 35. "kompiti tas-sigurtà" jinkludu l-kompiti kollha ta’ sigurtà abbord il-bastimenti kif definit fil-Kapitolu XI/2 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS 1974, kif emendata) u l-Kodiċi Internazzjonali ta' Sigurtà għall-Bastimenti u Portijiet (ISPS);'; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda taġġusta t-test lingwistikament.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt d
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 1 – punt 42 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| "baħri elettrotekniku" tfisser baħri kwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tal-Anness I.” |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ddaħħal profil ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tal-Anness I.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-baħħara li jservu abbord bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 2 jkunu mħarrġa bħala minimu skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fl-Artikolu 1(36) u (37).'. | 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-baħħara li jservu abbord bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 2 jkunu mħarrġa bħala minimu skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni STCW, kif stabbilit fl-Anness I għal din id-Direttiva, u jkollhom ċertifikati kif definit fl-Artikolu 1(36) u (37), u/jew evidenza dokumentata kif definita fl-Artikolu 1(38). |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tikkonforma l-paragrafu mar-rekwiżit tal-evidenza dokumentarja definita fil-punt 38 ġdid tal-Artikolu 1.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
11. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu jipprovdi evidenza sodisfaċenti: | 11. Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu evidenza sodisfaċenti: |
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) tal-identità tiegħu; | (a) tal-identità tagħhom; |
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li l-età tiegħu mhijiex inqas minn dik stipulata fir-regolamenti elenkati fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat li saret applikazzjoni għalih; | (b) li l-età tagħhom mhijiex inqas minn dik stipulata fir-regolamenti elenkati fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat li saret applikazzjoni għalih; |
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) li jissodisfa l-istandards ta’ idoneità medika, speċifikati fit-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW; | (c) li jissodisfaw l-istandards preskritti ta’ idoneità medika kif applikabbli għad-dmirijiet speċifiċi li jridu jitwettqu; |
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari. Barra minn hekk, jeħtieġ jiġi enfasizzat li l-idoneità medika tista' biss tiġi aċċertata b'referenza għad-dmirijiet speċifiċi li jridu jitwettqu.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) li jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza stipulati fir-regolamenti elenkati fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu identifikati fl-approvazzjoni taċ-ċertifikat. | (e) li jissodisfaw l-istandards ta’ kompetenza stipulati fir-regolamenti elenkati fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu identifikati fl-approvazzjoni taċ-ċertifikat. |
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7 – punt a – punt ii
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (a)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni tal-kompetenza, ċertifikazzjoni, inklużi ċertifikazzjoni medika, approvazzjoni u rivalidazzjoni mwettqa minn aġenziji jew entitajiet mhux tal-gvern taħt l-awtorità tiegħu huma monitorjati kontinwament permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-kisba ta’ għanijiet definiti, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-istrutturi u l-valutaturi;'. | (a) l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni tal-kompetenza, ċertifikazzjoni, inklużi ċertifikazzjoni medika, approvazzjoni u rivalidazzjoni mwettqa minn aġenziji jew entitajiet mhux tal-gvern taħt l-awtorità tiegħu huma monitorjati kontinwament permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-kisba ta’ għanijiet definiti, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-istrutturi u l-valutaturi, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet A-I/6 u A-I/8 tal-Kodiċi STCW; |
Ġustifikazzjoni
Dan il-punt jirriproduċi t-test tar-Regolament I/8 tal-Konvenzjoni STCW u ta' min ifakkar li t-taqsimiet relevanti tal-Parti A tal-Kodiċi STCW japplikaw.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7 – point a – punt i a (ġdid)
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ia) il-punt (a) huma sostitwit b’dan li ġej: |
| "(b) fejn aġenziji jew entitajiet governattivi iwettqu dawn l-attivitajiet, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet A-I/6 u A-I/8 tal-Kodiċi STCW;" |
Ġustifikazzjoni
Dan il-punt jirriproduċi t-test tar-Regolament I/8 tal-Konvenzjoni STCW u ta' min ifakkar li t-taqsimiet relevanti tal-Parti A tal-Kodiċi STCW japplikaw.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7 – punt a – punt ii
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istandards tal-kwalità relatati tal-kompetenza li jridu jinkisbu huma definiti f’mod ċar u l-livelli ta’ għarfien, fehim u ħiliet xierqa għall-eżaminazzjonijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW għandhom jiġu identifikati. L-għanijiet u l-istandards tal-kwalità relatati jistgħu jiġu speċifikati separatament għal korsijiet u programmi ta’ taħriġ differenti u għandhom ikopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni;'. | (c) l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istandards tal-kwalità relatati tal-kompetenza li jridu jinkisbu huma definiti f’mod ċar u l-livelli ta’ għarfien, fehim u ħiliet xierqa għall-eżaminazzjonijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW għandhom jiġu identifikati. |
Ġustifikazzjoni
L-aħħar sentenza tħassret billi l-istess test iddaħħal fl-Artikolu 10(1)(d)(2) tad-Direttiva 2008/106/KE.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 7 – punt a – punt iia (ġdid)
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (iia) jiżdied is-subparagrafu 2a li ġej: |
| "L-istandards ta' kwalità u s-sistemi ta' standards tal-kwalità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu żviluppati u implimentati filwaqt li titqies, fejn applikabbli, ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali adottata mill-Istati Membri." |
Ġustifikazzjoni
Għandha tiġi assigurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-kwalità għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW. | 1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW. Il-gwida mogħtija fit-taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW għandha wkoll titqies meta jitwaqqfu l-istandards mediċi. |
Ġustifikazzjoni
Għalkemm mhux obbligatorja għall-partijiet tal-Konvenzjoni STCW, it-Taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW tagħti gwida ferm utli u relevanti għat-twaqqif tal-istandards mediċi.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu: | 4. Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni medika għandhom: |
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari. Barra minn hekk, il-kelma "medika" għandha tiddaħħal minħabba ċ-ċarezza.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jipprovdi prova sodisfaċenti tal-identità tiegħu; kif ukoll | (b) jagħtu prova sodisfaċenti tal-identità tagħhom; kif ukoll |
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 8
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jilħaq l-istandards tal-idoneità medika stabbiliti mill-Istat Membru konċernat. | (c) jilħaq l-istandards tal-idoneità medika stabbiliti mill-Istat Membru konċernat kif applikabbli għad-dmirijiet speċifiċi li jridu jitwettqu. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ jiġi enfasizzat li l-idoneità medika tista' biss tiġi aċċertata b'referenza għad-dmirijiet speċifiċi li jridu jitwettqu.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 9 – sottopunt c
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 12 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Għall-fini tal-aġġornament tal-għarfien tal-kaptani, tal-uffiċjali u tal-operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi tal-bidliet riċenti fir-regolamenti nazzjonali u internazzjonali li jikkonċernaw is-sigurtà tal-ħajja fuq il-baħar, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar ikunu disponibbli għall-bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera tiegħu.'. | Għall-fini tal-aġġornament tal-għarfien tal-kaptani, tal-uffiċjali u tal-operaturi tar-radju, kull Stat Membru għandu jiżgura li t-testi tal-bidliet riċenti fir-regolamenti nazzjonali u internazzjonali li jikkonċernaw is-sigurtà tal-ħajja fuq il-baħar, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar ikunu disponibbli għall-bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera tiegħu, filwaqt li jkun żgurat li dan it-test ikun disponibbli bil-lingwa/i ta’ ħidma tal-bastiment, u li b’hekk ikunu rispettati r-regoli ta’ multilingwiżmu previsti fl-Artikolu 14 paragrafu 3(b) u fl-Artikolu 18. |
Ġustifikazzjoni
Huwa indispensabbli li l-modifiki fir-regolamenti nazzjonali u internazzjonali li jikkonċernaw is-sigurtà tal-ħajja fuq il-baħar, is-sikurezza u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar ikunu mifhuma mill-membri kollha tal-ekwipaġġ, ikunu xi jkunu n-nazzjonalità u l-lingwa materna tagħhom. Id-direttiva tippreżenta l-prinċipju tal-multilingwiżmu, jeħtieġ isir referenza għalih.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11 – sottopunt a
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) fil-ħinijiet kollha abbord il-bastimenti tiegħu għandu jkun hemm komunikazzjoni orali effettiva skont il-Kapitolu V, ir-regolament 14, il-paragrafi 3 u 4 tal-Konvenzjoni SOLAS.'. | (g) fil-ħinijiet kollha abbord il-bastimenti tiegħu għandu jkun hemm komunikazzjoni orali effettiva skont il-Kapitolu V, ir-regolament 14, il-paragrafi 3 u 4 tal-Konvenzjoni SOLAS kif emendata.'. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għanda taġġorna t-test.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 11 – sottopunt b
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 14 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi abbord il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro tagħhom ikunu kkompletaw it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni sabiex jiksbu l-kapaċitajiet li huma xierqa għall-kapaċità li trid tiġi koperta u d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li jridu jitwettqu, b’kunsiderazzjoni tal-gwida mogħtija fit-Taqsima B-I/14 tal-Kodiċi STCW.'. | 4. Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-kaptani, l-uffiċjali u persunal ieħor assenjati dmirijiet u responsabbiltajiet speċifiċi abbord il-bastimenti tal-passiġġieri ro-ro tagħhom ikunu kkompletaw it-taħriġ ta’ familjarizzazzjoni sabiex jiksbu l-kapaċitajiet li huma xierqa għall-kapaċità li trid tiġi koperta u d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet li jridu jitwettqu, b'mod li jkun jista' jiġi operat il-bastiment bi standards massimi ta' sigurtà u sikurezza u jkun hemm rispons għall-perikli u l-emerġenzi, b’kunsiderazzjoni tal-gwida mogħtija fit-Taqsima B-I/14 tal-Kodiċi STCW.'. |
Ġustifikazzjoni
Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-uffiċjali u l-membri tal-persunal ikollhom il-ħiliet neċċessarji biex iħaddmu l-bastiment f'sitwazzjoni normali, kif ukoll f'sitwazzjoni eċċezzjonali.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jistabbilixxu u jinfurzaw perjodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis skont il-paragrafi 3 sa 15; | (a) jistabbilixxu u jinfurzaw perjodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis skont il-paragrafi 3 sa 13; |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 fiha 14-il paragrafu b’kollox. In-numerazzjoni għandha tiġi korretta f’verżjonijiet oħrajn (ngħidu aħna, DE). Sal-paragrafu 13, it-test fih dispożizzjonijiet dwar il-perijodi ta’ mistrieħ. L-14-il paragrafu fih dispożizzjonijiet għall-fini tal-prevenzjoni tal-abbuż mill-alkoħol. L-emenda għalhekk tipproponi bidla tan-numru 15 għal 13.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Ir-rekwiżiti għall-perjodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew ta’ drill jew kundizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta' salvataġġ bid-dgħajjes, u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali, għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perjodi ta’ mistrieħ u ma jwassalx għall-għeja. | 6. Ir-rekwiżiti għall-perjodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew ta’ drill jew kundizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta' salvataġġ bid-dgħajjes, u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali, għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perjodi ta’ mistrieħ u ma jwassalx għall-għeja. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rekwiżiti għall–perijodi ta’ mistrieħ jeħtieġ li jinżammu wkoll fil-każ ta’ drill.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
11. B’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw jew jirreġistraw ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-siegħat meħtieġa ta’ mistrieħ fil-paragrafu 4(b) u 5 sakemm dak il-perjodu ta’ mistrieħ ma jkunx inqas minn 70 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta’ 7 ijiem. Tali eċċezzjonijiet għandhom, skont id-Direttiva 1999/63/KE, sa fejn hu possibbli, isegwu l-istandards stipulati iżda jistgħu jqisu perjodi ta’ liv aktar frekwenti jew aktar twal, jew l-għoti ta’ liv kumpensatorju u għandhom, b’mod ekwu u sa fejn hu possibbli, iqisu l-gwida dwar il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. | 11. Eċċezzjonijiet għas-sigħat ta' mistrieħ meħtieġa provduti fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għall-baħħara tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis jistgħu jingħataw bi qbil mad-Direttiva 1999/63/KE. B’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, l-Istati Membri jista' jkollhom liġijiet, regolamenti jew proċedura nazzjonali biex l-awtorità kompetenti tawtorizza jew tirreġistra ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-siegħat meħtieġa ta’ mistrieħ. Tali eċċezzjonijiet għandhom, sakemm ikun possibbli, jsegwu l-istandards imsemmija iżda jistgħu jagħtu każ ta' perjodi ta' mistrieħ aktar spissi jew itwal, jew li jagħhtu lif b'kumpens lil baħħara watchkeeping jew baħħara li jaħdmu abbord fuq vjaġġi qosra għall–baħħara tal-għassa jew għall-baħħara li jaħdmu abbord il-bastiment fil-vjaġġi l-qosra. Madankollu, sabiex jiġi evitat il-periklu tal-għeja, ma jistgħux jingħataw eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta' mistrieħ provduti fil-paragrafu 4(a) u eċċezzjonijiet għas-sigħat ta' mistrieħ meħtieġa fil-paragrafi 4(b) u 5 għandhom jirrispettaw il-limiti stabbiliti fil-paragrafi 12 u 13. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom iqisu wkoll il-gwida dwar il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. |
Ġustifikazzjoni
L-eċċezzjonijiet possibbli previsti fid-Direttiva 2008/106/KE għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 1999/63/KE, li timplimenta ftehim bejn is-sħab soċjali Ewropej. Tajjeb li tkun żgurata l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
13. Fil-qafas ta' eċċezzjonijiet possibbli għall-paragrafu 5 msemmija fil-paragrafu 11, is-siegħat ta’ mistrieħ li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 4(a) jista' jinqasmu f'mhux iktar minn tliet perjodi, li wieħed minnhom għandu jkun tal-inqas 6 siegħat fit-tul u l-ebda wieħed miż-żewġ perjodi l-oħra ma għandhom ikunu ta' tul inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perjodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perjodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta’ 7 ijiem. | 13. Fil-qafas ta' eċċezzjonijiet possibbli għall-paragrafu 5 msemmija fil-paragrafu 11, is-siegħat minimi ta’ mistrieħ f’kull perijodu ta’ 24 siegħa li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 4(a) jista' jinqasmu f'mhux iktar minn tliet perjodi ta’ mistrieħ, li wieħed minnhom għandu jkun tal-inqas 6 siegħat fit-tul u l-ebda wieħed miż-żewġ perjodi l-oħra ma għandhom ikunu ta' tul inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perjodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perjodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta’ 7 ijiem. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li titjieb iċ-ċarezza tat-test.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) Fl-Artikolu 17, il-paragrafu (1)(c) huwa sostitwit minn dan li ġej: |
| "(c) joħorġu ċertifikati ta’ kompetenza li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5;” |
Ġustifikazzjoni
L-emenda tikkonforma r-riferiment għall-Artikolu relevanti tad-Direttiva emendata għar-rigward tal-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ kompetenza.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 16
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 25a – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni elenkata fl-Anness V lill-Kummissjoni għal finijiet statistiċi. | 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni elenkata fl-Anness V lill-Kummissjoni għal finijiet ta' analiżi statistika biss. Tali informazzjoni ma tistax tintuża għal skopijiet amministrattivi, legali jew ta’ verifika. |
Ġustifikazzjoni
B’konformità mal-Premessa 7, l-emenda ssaħħaħ l-obbligu tal-Kummissjoni li tuża d-data mogħtija mill-Istati Membri biss għall-fini ta’ analiżi statistika.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 16
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 25a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Din l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fuq bażi annwali u f’forma elettronika u għandha tinkludi l-informazzjoni reġistrata sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. | 2. Din l-informazzjoni għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fuq bażi annwali u f’forma elettronika u għandha tinkludi l-informazzjoni reġistrata sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti. L-Istati Membri jżommu d-drittijiet tal-proprjetà kollha għall-informazzjoni fil-format tagħha ta' data mhux ipproċessata. L-istatistika miġbura fuq il-bażi ta’ tali informazzjoni tkun pubblikament disponibbli. |
Ġustifikazzjoni
Għall-fini ta’ trasparenza u biex ikun hemm stampa aktar ċara tal-qagħda tax-xogħol fost il-baħħara, l-istatistika ttrattata fuq il-professjoni tal-baħħara għandha tkun pubblikament disponibbli.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 16
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 25 a – paragrafu 2 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, l-Istati Membri huma meħtieġa li janonimizzaw kwalunkwe informazzjoni personali permezz ta' software pprovdut u aċċettat mill-Kummissjoni, kif indikat fl-Anness V qabel ma jibagħtuha lill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ssaħħaħ is-salvagwardja għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data fl-Unjoni.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 16
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 25a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tistabbilixxi miżuri xierqa għall-ġbir, il-ħżin u l-analiżi ta’ din l-informazzjoni.'. | 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tistabbilixxi miżuri xierqa għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-ħżin, l-analiżi u t-tixrid ta’ din l-informazzjoni.'. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tissokta tispeċifika l-kompitu tal-Kummissjoni. Jekk ma tkunx ippreżentata u mxerrda l-informazzjoni statistika, il-proċess jibqa' inkomplet.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 16
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 25a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tistabbilixxi miżuri xierqa għall-ġbir, il-ħżin u l-analiżi ta’ din l-informazzjoni.'. | 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tistabbilixxi miżuri xierqa għall-ġbir, il-ħżin u l-analiżi ta’ din l-informazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-informazzjoni, kif ukoll ir-riżultati tal-analiżi bbażati fuq dik l-informazzjoni, għandha tkun komunikata, miġbura, maħżuna u analizzata f'format anonimu’.’ |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 17
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
'Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness V għal din id-Direttiva fir-rigward ta' kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu s-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-dejta, skont l-Artikolu 27a.'. | 'Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness V għal din id-Direttiva fir-rigward ta' kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri, filwaqt li jiġu rispettati s-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-dejta stabbiliti mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE, skont l-Artikolu 27a.'. Tali atti ddelegati ma jistgħux jibdlu d-dispożizzjonijiet dwar l-anonimizzazzjoni tad-data kif rikjest mill-paragrafu 2a tal-Artikolu 25a. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ssaħħaħ is-salvagwardja tar-rekwiżit tal-protezzjoni tad-data fl-Unjoni u hija konformi mal-emenda għall-Premess 8 u mal-Artikolu 25a l-ġdid.
Jeħtieġ jiġi enfasizzat ir-rispett meħtieġ għas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 18
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 27a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 25a u fl-Artikolu 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. | 2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 25a u fl-Artikolu 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu ... *. |
| _____________ |
| * ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni
Il-fehim interistituzzjonali komuni l-ġdid tal-2011 dwar atti delegati jirrikjedi l-użu ta' klawżoli standard speċifiċi li ddaħħlu hawn biex jissostitwixxu l-kliem tal-proposta tal-Kummissjoni.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – punt 20
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fir-rigward ta’ dawk il-baħħara li jkunu bdew servizz ta’ tbaħħir approvat, programm ta’ edukazzjoni u taħriġ approvati jew kors ta’ taħriġ approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2013, Stat Membru jista’ jkompli joħroġ, jirrikonoxxi u japprova, sal-1 ta’ Jannar 2017, ċertifikati skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel din id-Direttiva daħlet fis-seħħ. | 1. Fir-rigward ta’ dawk il-baħħara li jkunu bdew servizz ta’ tbaħħir approvat, programm ta’ edukazzjoni u taħriġ approvati jew kors ta’ taħriġ approvat qabel l-1 ta’ Lulju 2013, Stat Membru jista’ jkompli joħroġ, jirrikonoxxi u japprova, sal-1 ta’ Jannar 2017, ċertifikati ta’ kompetenza skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel … *. |
Sal-1 ta’ Jannar 2017, Stat Membru jista’ jkompli jġedded u jivvalida mill-ġdid ċertifikati u approvazzjonijiet skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel din id-Direttiva daħlet fis-seħħ.' | Sal-1 ta’ Jannar 2017, Stat Membru jista’ jkompli jġedded u jivvalida mill-ġdid ċertifikati ta’ kompetenza u approvazzjonijiet skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif kienu qabel …*. |
| _________________ |
| * ĠU: daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ddaħħal adattament tekniku. Barra minn hekk, hija konforma mal-emendi 10 u 11 dwar l-ispeċifika taċ-ċertifikati.
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 2, subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012. | imħassar |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2008/106/KE
Anness I—Regolament III/6 – punt 2.4 ġdid
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2.4 jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza speċifikat fit-Taqsima A-VI/1, il-paragrafu 2, fit-Taqsima A-VI/2, il-paragrafi 1 sa 4, fit-Taqsima A-VI/3, il-paragrafi 1 sa 4 u fit-Taqsima A-VI/4, il-paragrafi 1 sa 3 tal-Kodiċi STCW. |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2008/106/KE
Anness I – Kapitolu IV – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U L-PERSUNAL TAR-RADJU | KOMUNIKAZZJONI BIR-RADJU U L-OPERATURI TAR-RADJU |
Ġustifikazzjoni
Din id-diċitura ddaħħlet għal raġunijiet ta’ kjarezza akbar.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2008/106/KE
Anness I – Regolament IV/1 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-persunal tar-radju fuq bastimenti li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV ta’ SOLAS 74 mhumiex meħtieġa jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu. L-operaturi tar-radju fuq dawn il-bastimenti huma, madankollu, meħtieġa jikkonformaw mar-Regolamenti dwar ir-Radju. L-Amministrazzjoni għandha tiżgura li ċ-ċertifikati xierqa kif stipulat bir-Regolamenti dwar ir-Radju jinħarġu jew jiġu rikonoxxuti fir-rigward ta’ tali operaturi tar-radju. | 2. L-operaturi tar-radju fuq bastimenti li mhumiex meħtieġa jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-GMDSS fil-Kapitolu IV ta’ SOLAS 74 mhumiex meħtieġa jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu. L-operaturi tar-radju fuq dawn il-bastimenti huma, madankollu, meħtieġa jikkonformaw mar-Regolamenti dwar ir-Radju. L-Istati Membri jiżguraw li ċ-ċertifikati xierqa kif stipulat bir-Regolamenti dwar ir-Radju jinħarġu jew jiġu rikonoxxuti fir-rigward ta’ tali operaturi tar-radju. |
Ġustifikazzjoni
Din id-diċitura ddaħħlet għal raġunijiet ta’ kjarezza akbar.
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Anness I
Direttiva 2008/106/KE
Anness I—Regolament IV/2 – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull persuna responsabbli għal jew li twettaq dmirijiet tar-radju fuq bastiment meħtieġ li jipparteċipa fil-GMDSS għandu jkollha ċertifikat xieraq relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Amministrazzjoni taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar ir-Radju. | 1. Kull persuna responsabbli għal jew li twettaq dmirijiet tar-radju fuq bastiment meħtieġ li jipparteċipa fil-GMDSS għandu jkollha ċertifikat xieraq relatat mal-GMDSS, maħruġ jew rikonoxxut mill-Istat Membru taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti dwar ir-Radju. |
Ġustifikazzjoni
Din id-diċitura ddaħħlet għal raġunijiet ta’ kjarezza akbar.
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Anness III
Direttiva 2008/106/KE
Anness V – punt 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta ssir referenza għal dan l-Anness, l-informazzjoni li ġejja speċifikata fit-Taqsima A-I/2, il-paragrafu 9 tal-Kodiċi STCW għaċ-ċertifikati kollha ta’ kompetenza jew l-approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom, l-approvazzjonijiet kollha li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra, u ċ-ċertifikati kollha ta’ profiċjenza maħruġa lill-baħħara ordinarji, għandu jingħata: | 1. Meta ssir referenza għal dan l-Anness, l-informazzjoni li ġejja speċifikata fit-Taqsima A-I/2, il-paragrafu 9 tal-Kodiċi STCW għaċ-ċertifikati kollha ta’ kompetenza jew l-approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom, l-approvazzjonijiet kollha li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra, jingħata, : |
Ċertifikati ta’ kompetenza (CoC – ‘Certificate of Competence’) / Approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom (EaI – ‘Endorsements attesting their issue’): | Ċertifikati ta’ kompetenza (CoC – ‘Certificate of Competence’) / Approvazzjonijiet li jiddikjaraw il-ħruġ tagħhom (EaI – ‘Endorsements attesting their issue’): |
identifikatur uniku tal-baħħar; | identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli,* ; |
isem tal-baħħar; | isem tal-baħħar*; |
data tat-twelid tal-baħħar; | data tat-twelid tal-baħħar; |
nazzjonalità tal-baħħar; | nazzjonalità tal-baħħar; |
sess tal-baħħar; | sess tal-baħħar; |
numru approvat tas-CoC; | numru approvat tas-CoC*; |
numru tal-EaI; | numru tal-EaI*; |
kapaċità(jiet); | kapaċità(jiet); |
data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tar-rivalidazzjoni tad-dokument; | data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tar-rivalidazzjoni tad-dokument; |
data tal-iskadenza; | data tal-iskadenza; |
status taċ-ċertifikat (validu, sospiż, ikkanċellat, irrappurtat bħala mitluf, meqrud); | status taċ-ċertifikat ; |
limitazzjonijiet. | limitazzjonijiet. |
Approvazzjonijiet li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra (EaR – ‘Endorsements attesting the recognition of certificates of competency issued by other countries’): | Approvazzjonijiet li jiddikjaraw ir-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ kompetenza maħruġa minn pajjiżi oħra (EaR – ‘Endorsements attesting the recognition of certificates of competency issued by other countries’): |
identifikatur uniku tal-baħħar; | identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli,* ; |
isem tal-baħħar; | isem tal-baħħar*; |
data tat-twelid tal-baħħar; | data tat-twelid tal-baħħar; |
nazzjonalità tal-baħħar; | nazzjonalità tal-baħħar; |
sess tal-baħħar; | sess tal-baħħar; |
pajjiż li ħareġ is-CoC oriġinali; | pajjiż li ħareġ is-CoC oriġinali; |
numru oriġinali tas-CoC; | numru oriġinali tas-CoC*; |
numru tal-EaR; | numru tal-EaR*; |
kapaċità(jiet); | kapaċità(jiet); |
data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tar-rivalidazzjoni tad-dokument; | data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tar-rivalidazzjoni tad-dokument; |
data tal-iskadenza; | data tal-iskadenza; |
status; | status tal-approvazzjoni; |
limitazzjonijiet. | limitazzjonijiet. |
Ċertifikati ta’ profiċjenza għall-baħħara ordinarji (CoP – ‘Certificate of proficiency’) (jekk disponibbli): | Ċertifikati ta’ profiċjenza (CoP –‘Certificate of proficiency’) maħruġ lir-ratings skont it-termini tal-Kapitoli II, III, u VII tal-Anness għall-Konvenzjoni STCW, bħalma huma: |
identifikatur uniku tal-baħħar; | identifikatur uniku tal-baħħar, jekk disponibbli,* ; |
isem tal-baħħar; | isem tal-baħħar*; |
data tat-twelid tal-baħħar; | data tat-twelid tal-baħħar; |
nazzjonalità tal-baħħar; | nazzjonalità tal-baħħar; |
sess tal-baħħar; | sess tal-baħħar; |
numru tas-CoP; | numru tas-CoP*; |
kapaċità(jiet); | kapaċità(jiet); |
data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tar-rivalidazzjoni tad-dokument; | data tal-ħruġ jew id-data l-aktar reċenti tar-rivalidazzjoni tad-dokument; |
data tal-iskadenza; | data tal-iskadenza; |
status. | status tal-CoP. |
2. L-oġġetti ta’ informazzjoni suġġetti għal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta jistgħu jingħataw f’format anonimu. |
|
Ġustifikazzjoni
L-emenda hija konformi mar-rekwiżit tad-data statistika anonimizzata li għandha tingħata mill-Istati Membri skont it-termini tal-Artikolu 25a (2a) u mal-emendi preċedenti mdaħħlin fuq din il-kwestjoni partikolari.
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Huwa tal-akbar siwi li ċ-ċorom li jkunu qed jitħarrġu f’pajjiżi differenti u f’sistemi differenti operanti abbord l-istess bastiment ikollhom il-ħiliet meħtieġa ħalli jwettqu dmirijiethom b’mod sigur. It-taħriġ, fil-fatt, għandu rwol importanti fis-sigurtà marittima.
It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara hija rregolata mill-Konvenzjoni dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (Konvenzjoni STCW) li ġiet adottata fl-1978 mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali. Daħlet fis-seħħ fl-1984 u ġiet emendata b’mod sinifikattiv fl-1995.
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-istruttura, l-artikoli introduttorji tal-Konvenzjoni fihom il-prinċipji ġenerali, id-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ u l-proċeduri ta’ emenda. L-Annessi huma komposti minn “Regolamenti” tekniċi li fihom ir-rekwiżiti ta' taħriġ, kwalifika u ċertifikazzjoni għall-pożizzjonijiet differenti fuq il-bastimenti (bħalma huma "kaptan", eċċ) kif ukoll il-"Kodiċi" li fil-Parti “A” tiegħu fih tabelli dettaljati b'deskrizzjoni preċiża tal-ħiliet materjali (eż., pożizzjonament, manuvrar tal-bastiment, maniġġar tal-merkanzija) u fil-Parti "B" gwida dwar l-implementazzjoni tal-regoli kollha tal-STCW. Għajr għall-Parti “B”, il-partijiet kollha tal-Konvenzjoni jorbtu legalment għall-Istati Partijiet.
Id-Direttiva 94/58/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 integrat għall-ewwel darba t-taħriġ minimu għall-baħħara li hemm fil-Konvenzjoni STCW fid-Dritt tal-UE. Wara emendi sussegwenti għall-Konvenzjoni, id-Direttiva ġiet adatta bil-proċeduri ta’ introduzzjoni għar-rikonoxximent taċ-ċertifikati tal-baħħara maħruġin minn pajjiżi terzi, ir-rekwiżiti għall-baħħara li jservu abbord il-bastimenti tal-passiġġieri u r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati maħruġin mill-Istati Membri. Fl-aħħar nett, riformulazzjoni fl-2008 daħħlet l-emendi tekniċi li jagħmlu d-dritt tal-UE aktar leġibbli u adattaw ir-regoli tal-UE għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida (komitloġija). Id-Direttiva 2008/106/KE hija d-Dritt eżistenti bħalissa tal-UE. L-att leġiżlattiv finali ġie adottat fid-19 ta’ Novembru 2008 skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni. Ir-rapport kien tfassal mill-kumitat għat-trasport bħala l-kumitat ewlieni.
Aktar reċentement, fl-2010, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW f’Manila nediet reviżjoni komprensiva u daħħlet emendi sinikattivi għall-Konvenzjoni STCW (“emendi ta’ Manila”) li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012.
Ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara, għandhom jissoktaw fil-konformità mar-regoli internazzjonali ħalli jkun evitat kunflitt bejn l-impennji tal-UE u l-impennji internazzjonali tal-Istati Membri tal-UE li huma lkoll partijiet tal-Konvenzjoni STCW u firmatarji għall-bidliet li saru fil-Konferenza ta' Manila.
Il-proposta tal-Kummissjoni
L-objettiv ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni, għalhekk, huwa li tittrasponi dawn l-emendi l-aktar reċenti fid-Dritt tal-UE. L-emendi għall-2010 jirrigwardaw kemm ir-"Regolamenti" annessi għall-Konvenzjoni kif ukoll il-"Kodiċi" aktar tekniku, li l-Parti "A" tiegħu. L-emendi ewlenin għall-Konvenzjoni, li huma riflessi fil-proposta tal-Kummissjoni preżenti huma dawn:
-It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-taħriġ u l-valutazzjoni, il-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ kompetenza, kif ukoll għall-prevenzjoni ta’ prattiki frodulenti;
-Standards aġġornati relatati mal-idoneità medika, l-idoneità għax-xogħol kif ukoll l-abbuż tal-alkoħol;
-Rekwiżiti ġodda li jikkonċernaw iċ-ċertifikazzjoni għal baħħara kapaċi, għal uffiċjali elettrotekniċi kif ukoll taħriġ relatat mas-sigurtà għall-baħħara kollha;
-Rekwiżiti aġġornati għall-persunal fuq ċerti tipi ta’ bastimenti;
-Kjarifikazzjoni u simplifikazzjoni tad-definizzjoni ta’ "ċertifikat".
Barra minn hekk, il-proposta
-tawwlet it-terminu għall-proċedura ta’ rikonoxximent tas-sistemi STCW ta’ pajjiżi terzi minn 3 xhur għal 18-il xahar.
-adottat id-dispożizzjonijiet STCW dwar il-watchkeeping inklużi l-limiti għall-eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ, ħalli jiġu kkonformati għar-regoli tal-UE dwar il-ħinijiet tax-xogħol għall-baħħara;
-daħħlet rekwiżit għall-Istati Membri li jagħtu informazzjoni ġa eżistenti dwar iċ-ċertifikati lill-Kummissjoni għal finijiet ta’ statistika;
Il-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur:
Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni hija l-aktar eżerċizzju fit-traspożizzjoni tal-bidliet ġa miftehmin mal-Istati Membri għall-Konvenzjoni STCW fl-IMO ħalli l-leġiżlazzjoni Ewropea tiġi kkonformata mal-Konvenzjoni STCW kif emendata u li għalhekk hemm ambitu limitat għall-introduzzjoni ta' bidliet fil-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni. Kull emenda preċedenti ta' siwi għall-Konvenzjoni STCW ġiet trasposta fid-Dritt tal-UE permezz ta' Direttivi simili.
Fejn ir-rapporteur għamel il-bidliet għat-traspożizzjoni tal-“emendi ta’ Manila”, kien biex itejjeb id-diċitura tat-test leġiżlattiv għall-finijiet ta’ kjarezza jew biex it-test ikun aġġornat mal-aktar żviluppi reċenti.
Fejn ir-rapporteur għamel bidla sostantiva hu biex jinsisti li r-rekwiżiti għal perijodi ta' mistrieħ għandhom jinżammu wkoll fil-każ ta’ drill.
Rekwiżit addizzjoni tad-Direttiva proposta, li issa ma jagħmilx parti mill-Konvenzjoni STCW, huwa r-rekwiżit għall-Istati Membri kollha li jissottomettu dettalji taċ-ċertifikazzjoni tat-taħriġ ta’ kull baħħar lill-Kummissjoni fuq bażi ta’ kull sena ħalli jkun hemm stampa aħjar tal-professjoni tal-baħħar fl-Ewropa.
Hawnhekk ir-rapporteur qed jipprova jagħmel il-bidliet li ġejjin:
-It-tisħiħ tal-jedd għall-protezzjoni tad-data personali billi jkun hemm ir-rekwiżit tal-anonimizzazzjoni tad-data dwar il-baħħar ippreżentata mill-Istati Membri.
-L-iżgurar li d-data tkun trasmessa għall-fini ta’ analiżi statistika biss.
-L-iżgurar li l-istatistika ttrattata fuq bażi ta’ tali informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku. Ir-rapporteur jagħti sostenn qawwi għall-ġbir ta’ data dwar il-professjoni tal-baħħar f’livell Ewropew. Hemm ħtieġa ċara għal stampa isħaħ dwar il-qagħda tal-impjieg f’dan is-settur.
Bidla oħra mdaħħla mir-rapporteur hija li jaġġorna t-test leġiżlattiv mad-dispożizzjonijiet riveduta tal-komitoloġija mdaħħlin fid-dawl tat-Trattat ta' Lisbona.+ Ir-rapporteur idaħħal diċitura ġdida ħalli tirrifletti aħjar il-ftehim interistituzzjonali komuni tal-2011 dwar l-atti ddelegati. Ir-rapporteur jikkontempla aktar taħditiet futuri mal-Kunsill, li għamel bosta bidliet fl-Approċċ Ġenerali tiegħu għad-dispożizzjonijiet tal-atti ddelegati.
Ir-rapporteur jieħu nota wkoll tal-inċertezzi ġuridiċi fl-ilsien Franċiż bejn d-Direttiva eżistenti u dik li temenda dwar id-definizzjoni ta’ ċertifikat ta’ kompetenzi u ċertifikat ta’ profiċenzi. Huwa mifhum li dawn l-inkonsistenzi jeħtieġ li jissolvew qabel ma jkun hemm l-adozzjoni tal-ftehima politika, l-aktar permezz tal-ħidma tal-ġuristi-lingwisti. Il-proposta tal-Kummissjoni fiha definizzjoni taċ-ċertifikati fil-punti l-ġodda 36 u 37 tal-Artikolu 1. Ir-rapporteur ressaq żewġ emendi ħalli jirrettifika l-partijiet relevanti tad-Direttiva eżistenti u l-proposta tal-Kummissjoni.
L-emendi għall-Konvenzjoni STCW daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012. Biex ikun evitat aktar dewmien fl-allinjament tad-Dritt tal-UE mar-rekwiżiti tal-emenda ta' Manila u biex ikun evitat kunflitt bejn l-obbligi tal-UE u l-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri, ir-rapporteur għandu ħrara jaħdem mill-qrib mal-Presidenza Daniża ħalli jinstab ftehim malajr. Ir-rapporteur daħħal xi emendi għall-proposta tal-Kummissjoni konformement ma’ xi modifiki proposti mill-Kunsill fil-ftehim ta’ Approċċ Ġenerali.
2.5.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara
( COM(2011)0555 – C7‑0246/2011 – 2011/0239(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Ole Christensen
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
It-taħriġ tal-ekwipaġġ abbord bastimenti hu ta' importanza vitali biex l-operazzjonijiet tal-bastimenti jkunu sikuri kemm fuq il-baħar kif ukoll fil-portijiet. It-taħriġ komuni u ċ-ċertifikazzjoni għall-baħħara huma regolati mill-Konvenzjoni dwar l-Istandards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (il-Konvenzjoni STCW). Il-Konvenzjoni, adottata fl-1978 mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, tkopri wkoll dispożizzjonijiet relatati mal-għassa u l-idoneità għax-xogħol, inklużi sigħat ta' mistrieħ, u hi attwalment implimentata fil-liġi tal-UE permezz tad-Direttiva 2008/106/KE.
Fl-2010, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni STCW f’Manila nediet reviżjoni komprensiva u daħħlet emendi sinifikattivi għall-Konvenzjoni STCW (“emendi ta’ Manila”) li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012.
L-objettiv ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni - COM(2011)0555 - hu li jittrasponi dawn l-aħħar emendi miftiehma f'Manila fil-liġi tal-UE billi tiġi emendata d-Direttiva 2008/106/KE. Filwaqt li l-Kumitat għat-Trasport hu l-kumitat responsabbli dwar it-traspożizzjoni tal-emendi ta' Manila, hemm diversi punti li huma relatati wkoll ma' kwestjonijiet dwar l-impjiegi.
L-opinjoni proposta għandha l-għan li tiżgura li dawn id-dispożizzjonijiet ġodda tal-UE jkunu konsistenti mal-qafas legali relevanti attwalment fis-seħħ u mal-ftehimiet li diġà jeżistu bejn is-sħab soċjali.
F'dan ir-rigward, b'mod partikolari, ir-rapporteur jipproponi li jappoġġja u jsaħħaħ il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sigħat minimi ta' mistrieħ u jillimita l-possibilitajiet ta' eżenzjonijiet għas-sigħat rikjesti ta' mistrieħ għall-baħħara tal-għassa. Il-perjodu minimu ta' mistrieħ m'għandux ikun anqas minn 10 sigħat fi kwalunkwe perjodu ta' 24 siegħa u 77 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta' 7 ijiem.
Sabiex jiġi evitat il-periklu mill-għeja, mhux se jkunu permessi eċċezzjonijiet għas-sigħat ta' mistrieħ għal kull jum. Eċċezzjonijiet għall-mistrieħ rikjest kull ġimgħa se jkun permess biss taħt kundizzjonijiet stretti. Għalhekk, hu biss jekk is-sħab soċjali fl-Istati Membri differenti jaqblu li jbaxxu l-perjodu ta' mistrieħ għal kull ġimgħa għal inqas minn 77 siegħa, li din l-eċċezzjoni għar-regola ġenerali tista' tkun possibbli. Dan jiżgura koerenza fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol tal-baħħara (Direttiva 1999/63/KE).
Madankollu, anke fil-każ li jkun hemm eċċezzjonijiet miftiehma b'mod kollettiv għall-perjodu minimu ta' mistrieħ għal kull ġimgħa, mhux se jingħata permess għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi u dment li l-perjodu minimu ta' mistrieħ ma jkunx anqas minn 70 siegħa fuq kwalunkwe perjodu ta' 7 ijiem. Barra minn hekk, l-intervall bejn żewġ perjodi ta’ eċċezzjonijiet abbord ma għandux ikun anqas mit-tul tal-eċċezzjoni għal darbtejn. B'hekk, l-opinjoni tipprovdi minimu assolut ta' sigħat ta' mistrieħ għall-baħħara bil-għan li tinżamm is-sikurezza abbord tal-bastimenti.
EMENDI
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) L-Istati Membri kollha huma partijiet għall-Konvenzjoni u ħadd minnhom ma oġġezzjona għall-Emendi ta’ Manila taħt il-proċedura prevista għal dan il-għan. L-Istati Membri għalhekk allinjaw ir-regoli nazzjonali tagħhom mal-Emendi ta’ Manila. Għandu jiġi evitat kunflitt bejn l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri u l-impenji tagħhom lejn l-UE. Barra minn hekk, minħabba n-natura globali tat-tbaħħir, ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għandhom jinżammu konformi mar-regoli internazzjonali. Diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE għandhom jiġu emendati sussegwentement sabiex jirriflettu l-Emendi ta’ Manila. | (4) L-Istati Membri kollha huma partijiet għall-Konvenzjoni u ħadd minnhom ma oġġezzjona għall-Emendi ta’ Manila taħt il-proċedura prevista għal dan il-għan. L-Istati Membri għalhekk allinjaw ir-regoli nazzjonali tagħhom mal-Emendi ta’ Manila. Għandu jiġi evitat kunflitt bejn l-impenji internazzjonali tal-Istati Membri u l-impenji tagħhom lejn l-UE. Barra minn hekk, minħabba n-natura globali tat-tbaħħir, ir-regoli tal-Unjoni dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara għandhom jinżammu konformi mar-regoli internazzjonali. Id-Direttiva 2005/36/KE tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali ma toffrix qafas legali xieraq sabiex jitwaqqfu r-rekwiżiti xierqa dwar it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara. Għalhekk, huma meħtieġa dispożizzjonijiet speċifiċi tal-UE. Id-Direttiva 2008/106/KE għandha tiġi emendata sussegwentement sabiex tirrifletti l-Emendi ta’ Manila. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Id-differenza bejn il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2008/106/KE u d-Direttiva 2005/36/KE għandu jkun iċċarat.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Fil-Konferenza ta’ Manila, l-Istati Partijiet kellhom l-intenzjoni, fost affarijiet oħra, li jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-siegħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Dispożizzjonijiet ġodda bħal dawn għandhom ukoll jiġu integrati fil-liġi tal-UE. Madankollu, huma għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet dwar is-siegħat ta' mistrieħ applikabbli għall-baħħara skont id-Direttivi tal-Kunsill 1999/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 u 2009/13/KE tas-16 ta' Frar 2009. Barra minn hekk, il-fakultà tal-awtorizzazzjoni tal-eċċezzjonijiet għandha tkun limitata f’termini ta’ tul massimu, frekwenza u kamp ta' applikazzjoni. Id-dispożizzjonijiet relatati ma’ dan għandhom ikunu introdotti fid-direttiva. | (5) Is-sħab soċjali qablu dwar is-sigħat minimi ta' mistrieħ applikabbli għall-baħħara u ġiet adottata d-Direttiva tal-Kunsill 1999/63/KE biex jiġi implimentat dan il-ftehim. Id-Direttiva 1999/63/KE tippermetti wkoll il-possibilità li tawtorizza eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta' mistrieħ għall-baħħara. Fil-Konferenza ta’ Manila, l-Istati Partijiet kellhom l-intenzjoni, fost affarijiet oħra, li jistabbilixxu limiti oġġettivi għall-eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u l-baħħara b’kompiti magħżula relatati mas-sikurezza, is-sigurtà u l-prevenzjoni tat-tniġġis bl-għan li tiġi evitata l-għeja. Dawn id-dispożizzjonijiet ġodda għandhom ukoll jiġu integrati fil-liġi tal-UE b'mod li jiżguraw il-koerenza mad-Direttiva 1999/63/KE kif emendata mid-Direttiva 2009/13/KE. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Eċċezzjonijiet possibbli provduti fid-Direttiva 2008/106/KE għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 1999/63/KE, li timplimenta ftehim bejn is-sħab soċjali Ewropej.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) L-istatistika disponibbli dwar il-baħħara Ewropej mhijiex kompluta u ħafna drabi mhijiex preċiża, li jrendi t-tfassil tal-politika f’dan is-settur delikat iżjed diffiċli. Dejta dettaljata dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ma tistax issolvi kompletament il-problema iżda din żgur għandha tgħin. Taħt il-Konvenzjoni STCW l-Istati Partijiet huma obbligati jżommu reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha u tar-rivalidazzjonijiet rilevanti jew miżuri oħra li jaffettwawhom (ir-Regolament I/2(14)). L-Istati Membri, taħt l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2008/106, għandhom l-obbligu li jżommu reġistru taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Sabiex tinikiseb stampa kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Ewropa, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni magħżula li diġà tinsab fir-reġistri tagħhom taċ-ċertifikati tal-baħħara. Din l-informazzjoni għandha tintuża għal skopijiet statistiċi u tkun konformi mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni. Dispożizzjoni għal dan il-għan għandha tiġi introdotta fid-Direttiva 2008/106/KE. | (7) L-istatistika disponibbli dwar il-baħħara Ewropej mhijiex kompluta u ħafna drabi mhijiex preċiża, li jrendi t-tfassil tal-politika f’dan is-settur delikat iżjed diffiċli. Dejta dettaljata dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara ma tistax issolvi kompletament il-problema iżda din żgur għandha tgħin. Taħt il-Konvenzjoni STCW l-Istati Partijiet huma obbligati jżommu reġistri taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet kollha u tar-rivalidazzjonijiet rilevanti jew miżuri oħra li jaffettwawhom (ir-Regolament I/2(14)). L-Istati Membri, taħt l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2008/106/KE, għandhom l-obbligu li jżommu reġistru taċ-ċertifikati u l-approvazzjonijiet maħruġa. Sabiex tinikiseb stampa kemm jista’ jkun kompleta tas-sitwazzjoni tal-impjiegi fl-Ewropa, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni magħżula li diġà tinsab fir-reġistri tagħhom taċ-ċertifikati tal-baħħara. Din l-informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li hu meħtieġ biex tippermetti tfassil ta' politika bbażat fuq l-evidenza, għandha tintuża biss għal skopijiet statistiċi u għandha tkun miġbura, maħżuna u analizzata f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-għan tat-trażmissjoni tad-dejta lill-Kummissjoni Ewropea għandu jkun ċar, anke sabiex ikun hemm applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Ir-riżultati tal-analiżi ta’ din l-informazzjoni għandhom jintużaw biex jantiċipaw ix-xejriet fis-suq tax-xogħol u biex jappoġġaw il-baħħara fl-ippjanar tal-karriera u japprofittaw minn edukazzjoni vokazzjonali u opportunitajiet ta' taħriġ disponibbli. Dawn ir-riżultati għandhom jikkontribwixxu wkoll biex titjieb l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ offrut mill-Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Marittima Ogħla. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Sabiex tinġabar dejta dwar il-professjoni tat-tbaħħir b’mod konsistenti mal-evoluzzjoni ta’ din tal-aħħar u tat-tekonoloġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattamenti tal-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE. Dawk l-atti delegati għandhom jirrigwardaw, b’mod partikolari, il-kontenut tal-informazzjoni dwar l-approvazzjonijiet, dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza jew profiċjenza u dwar l-għadd u d-dettalji ta' baħħara li ċ-ċertifikati tagħhom inħarġu jew ġew approvati, filwaqt li jitqiesu s-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-dejta indikata fl-imsemmi Anness. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex tistabbilixxi miżuri għall-ġbir, il-ħżin u l-analiżi ta' din it-tip ta' informazzjoni statistika mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġu ssodisfati ħtiġijiet statistiċi ġodda dwar il-baħħara, u bil-ħsieb li tinġabar informazzjoni aġġornata u konsistenti mar-realtà. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (8) Sabiex tinġabar dejta dwar il-professjoni tat-tbaħħir b’mod konsistenti mal-evoluzzjoni ta’ din tal-aħħar u tat-tekonoloġija, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattamenti tal-Anness V għad-Direttiva 2008/106/KE. Dawk l-atti delegati għandhom jirrigwardaw, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet ta' aġġornament dwar il-kontenut tal-informazzjoni dwar l-approvazzjonijiet, dwar iċ-ċertifikati ta’ kompetenza jew profiċjenza u dwar l-għadd u d-dettalji ta' baħħara li ċ-ċertifikati tagħhom inħarġu jew ġew approvati, filwaqt li jitqiesu s-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-dejta indikata fl-imsemmi Anness. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex tistabbilixxi miżuri għall-ġbir, il-ħżin u l-analiżi ta' din it-tip ta' informazzjoni statistika mill-Istati Membri bil-ħsieb li jiġu ssodisfati ħtiġijiet statistiċi ġodda dwar il-baħħara, u bil-ħsieb li tinġabar informazzjoni aġġornata u konsistenti mar-realtà. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Atti ddelegati għandhom ikunu limitati għal dak li hu meħtieġ biex is-sistema tal-informazzjoni tinżamm aġġornata mal-evoluzzjoni tas-settur tal-baħħara.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 11a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (11a)Għandu jiġi evitat aktar dewmien fit-traspożizzjoni tal-emendi ta’ Manila għall-Konvenzjoni STCW fil-leġiżlazzjoni Ewropea, sabiex tinżamm il-kompetittività tal-baħħara Ewropej kif ukoll biex tinżamm is-sikurezza fuq il-bastimenti permezz ta’ taħriġ aġġornat tal-ekwipaġġi. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 − punt d (ġdid)
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 1 – punt 41a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 41a. "baħħar ordinarju elettrotekniku" tfisser baħħar kwalifikat skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tal-Anness I. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ tiddaħħal definizzjoni ta' "baħħar elettrotekniku" bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitlu III tal-Anness I.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt f − parti introduttorja
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
11. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu jipprovdi evidenza sodisfaċenti: | 11. Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu evidenza sodisfaċenti: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) tal-identità tiegħu; | (a) tal-identità tagħhom; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) li l-età tiegħu mhijiex inqas minn dik stipulata fir-regolamenti elenkati fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat li saret applikazzjoni għalih; | (b) li l-età tagħhom mhijiex inqas minn dik stipulata fir-regolamenti elenkati fl-Anness I rilevanti għaċ-ċertifikat li saret applikazzjoni għalih; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) li jissodisfa l-istandards ta’ idoneità medika, speċifikati fit-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW; | (c) li jissodisfaw l-istandards preskritti ta’ idoneità medika kif applikabbli għad-dmirijiet speċifiċi li jridu jitwettqu; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari. Barra minn hekk, jeħtieġ jiġi enfasizzat li l-idoneità medika tista' biss tiġi aċċertata b'referenza għad-dmirijiet speċifiċi li jridu jitwettqu.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt f
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 5 – paragrafu 11 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) li jissodisfa l-istandards ta’ kompetenza stipulati fir-regolamenti elenkati fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu identifikati fl-approvazzjoni taċ-ċertifikat. | (e) li jissodisfaw l-istandards ta’ kompetenza stipulati fir-regolamenti elenkati fl-Anness I għall-kapaċitajiet, il-funzjonijiet u l-livelli li jridu jiġu identifikati fl-approvazzjoni taċ-ċertifikat. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a – punt i
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (a)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni tal-kompetenza, ċertifikazzjoni, inklużi ċertifikazzjoni medika, approvazzjoni u rivalidazzjoni mwettqa minn aġenziji jew entitajiet mhux tal-gvern taħt l-awtorità tiegħu huma monitorjati kontinwament permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-kisba ta’ għanijiet definiti, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-istrutturi u l-valutaturi;'. | (a) l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ, valutazzjoni tal-kompetenza, ċertifikazzjoni, inklużi ċertifikazzjoni medika, approvazzjoni u rivalidazzjoni mwettqa minn aġenziji jew entitajiet mhux tal-gvern taħt l-awtorità tiegħu huma monitorjati kontinwament permezz ta’ sistema ta’ standards tal-kwalità sabiex tiġi żgurata l-kisba ta’ għanijiet definiti, inklużi dawk li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza tal-istrutturi u l-valutaturi, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet A-I/6 u A-I/8 tal-Kodiċi STCW; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan il-punt jirriproduċi t-test tar-Regolament I/8 tal-Konvenzjoni STCW u ta' min ifakkar li t-taqsimiet relevanti tal-Parti A tal-Kodiċi STCW japplikaw.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a – punt -ia (ġdid)
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ia) il-punt (b) jiġi sostitwit b’li ġej: |
| "(b) fejn aġenziji jew entitajiet governattivi iwettqu dawn l-attivitajiet, ikun hemm sistema ta’ standards tal-kwalità bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-taqsimiet A-I/6 u A-I/8 tal-Kodiċi STCW;" |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Dan il-punt jirriproduċi t-test tar-Regolament I/8 tal-Konvenzjoni STCW u ta' min ifakkar li t-taqsimiet relevanti tal-Parti A tal-Kodiċi STCW japplikaw.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a – punt ii
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istandards tal-kwalità relatati tal-kompetenza li jridu jinkisbu huma definiti f’mod ċar u l-livelli ta’ għarfien, fehim u ħiliet xierqa għall-eżaminazzjonijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW għandhom jiġu identifikati. L-għanijiet u l-istandards tal-kwalità relatati jistgħu jiġu speċifikati separatament għal korsijiet u programmi ta’ taħriġ differenti u għandhom ikopru l-amministrazzjoni tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni;'. | (c) l-għanijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-istandards tal-kwalità relatati tal-kompetenza li jridu jinkisbu huma definiti f’mod ċar u l-livelli ta’ għarfien, fehim u ħiliet xierqa għall-eżaminazzjonijiet u l-valutazzjonijiet meħtieġa taħt il-Konvenzjoni STCW ikunu identifikati. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
L-aħħar sentenza tista' titħassar billi l-istess idea iddaħħlet fl-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2008/106/KE.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a – punt -ii a (ġdid)
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ii a) żdied is-subparagrafu 2a li ġej: |
| "L-istandards ta' kwalità u s-sistemi ta' standards tal-kwalità msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu żviluppati u implimentati filwaqt li titqies, fejn applikabbli, ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali adottata mill-Istati Membri." |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għandha tiġi assigurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-kwalità għal edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 11 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW. | 1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi standards ta’ idoneità medika għall-baħħara u proċeduri għall-ħruġ ta’ ċertifikat mediku skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u t-Taqsima A-I/9 tal-Kodiċi STCW. Il-gwida mogħtija fit-taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW għandha wkoll titqies meta jitwaqqfu l-istandards mediċi. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Għalkemm mhux obbligatorja għall-partijiet tal-Konvenzjoni STCW, it-Taqsima B-I/9 tal-Kodiċi STCW tagħti gwida ferm utli u relevanti għat-twaqqif tal-istandards mediċi.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – parti intraduttorja
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Kull kandidat għaċ-ċertifikazzjoni għandu: | 4. Il-kandidati għaċ-ċertifikazzjoni medika għandhom: |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari. Barra minn hekk, il-kelma "medika" għandha tiddaħħal minħabba ċ-ċarezza.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) jipprovdi prova sodisfaċenti tal-identità tiegħu; kif ukoll | (b) jipprovdu prova sodisfaċenti tal-identità tagħhom; kif ukoll |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Il-forma fil-plural għandha tkun ippreferuta, għax din tinkludi kemm il-kandidati maskili u kemm dawk femminili u, f'dan ir-rigward, tevita nuqqasijiet ta' ftehim li jistgħu jkunu possibbli f'verżjonijiet lingwistiċi fil-forma singulari.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) jilħaq l-istandards tal-idoneità medika stabbiliti mill-Istat Membru konċernat. | (c) jilħaq l-istandards tal-idoneità medika stabbiliti mill-Istat Membru konċernat kif applikabbli għad-dmirijiet speċifiċi li jridu jitwettqu. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ jiġi enfasizzat li l-idoneità medika tista' biss tiġi aċċertata b'referenza għad-dmirijiet speċifiċi li jridu jitwettqu.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) jistabbilixxu u jinfurzaw perjodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis skont il-paragrafi 3 sa 15; | (a) jistabbilixxu u jinfurzaw perjodi ta’ mistrieħ għall-persunal tal-għassa u dawk li d-dmirijiet tagħhom jinvolvu dmirijiet magħżula ta’ sikurezza, sigurtà u prevenzjoni ta’ tniġġis skont il-paragrafi 3 sa 13; |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Żball fir-referenza ta' paragrafi relevanti li jrid jiġi kkoreġut.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Ir-rekwiżiti għall-perjodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew ta’ drill jew kundizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta' salvataġġ bid-dgħajjes, u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali, għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perjodi ta’ mistrieħ u ma jwassalx għall-għeja. | 6. Ir-rekwiżiti għall-perjodi ta’ mistrieħ stipulati fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu ma jinżammux f’każ ta’ emerġenza jew kundizzjonijiet oħra operattivi eċċezzjonali. Is-sejħiet tal-miġemgħa, id-drills għat-tifi tan-nar u ta' salvataġġ bid-dgħajjes, u drills preskritti minn liġijiet u regolamenti nazzjonali u minn strumenti internazzjonali, għandhom jitwettqu b’mod li jimminimizza t-tfixkil tal-perjodi ta’ mistrieħ u ma jwassalx għall-għeja. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
It-test tal-Konvenzjoni STCW ma jinkludix drills.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
11. B’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw jew jirreġistraw ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-siegħat meħtieġa ta’ mistrieħ fil-paragrafu 4(b) u 5 sakemm dak il-perjodu ta’ mistrieħ ma jkunx inqas minn 70 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta’ 7 ijiem. Tali eċċezzjonijiet għandhom, skont id-Direttiva 1999/63/KE, sa fejn hu possibbli, isegwu l-istandards stipulati iżda jistgħu jqisu perjodi ta’ liv aktar frekwenti jew aktar twal, jew l-għoti ta’ liv kumpensatorju u għandhom, b’mod ekwu u sa fejn hu possibbli, iqisu l-gwida dwar il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. | 11. B’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, l-Istati Membri jista' jkollhom liġijiet, regolamenti jew proċedura nazzjonali biex l-awtorità kompetenti tawtorizza jew tirreġistra ftehimiet kollettivi li jippermettu eċċezzjonijiet għas-sigħat meħtieġa ta’ mistrieħ bi qbil mad-Direttiva 1999/63/KE. Tali eċċezzjonijiet għandhom, sa fejn hu possibbli, isegwu l-istandards stipulati iżda jistgħu jqisu perjodi ta’ liv aktar frekwenti jew aktar twal, jew l-għoti ta’ liv kumpensatorju lil baħħara li jaħdmu abbord bastimenti fuq vjaġġi qosra. Madankollu, sabiex jiġi evitat il-periklu tal-għeja, ma jistgħux jingħataw eċċezzjonijiet għas-sigħat minimi ta' mistrieħ provduti fil-paragrafu 4(a) u eċċezzjonijiet għas-sigħat ta' mistrieħ meħtieġa fil-paragrafi 4(b) u 5 għandhom jirrispettaw il-limiti stabbiliti fil-paragrafi 12 u 13. Sa fejn hu possibbli, l-eċċezzjonijiet għandhom iqisu l-gwida dwar il-prevenzjoni tal-għeja stipulata fit-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
12. L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 11 għall-perjodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa pprovdut fil-paragrafu 4(b) ma għandhomx ikunu permessi għal aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi. L-intervalli bejn żewġ perjodi ta’ eċċezzjonijiet abbord ma għandhomx ikunu anqas mit-tul tal-eċċezzjoni għal darbtejn. | 12. L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 11 għall-perjodu ta’ mistrieħ minimu ta’ kull ġimgħa pprovdut fil-paragrafu 4(b) għandhom ikunu permessi għal mhux aktar minn ġimagħtejn konsekuttivi u dment li l-perjodu minimu ta' mistrieħ ma jkunx anqas minn 70 siegħa fuq kwalunkwe perjodu ta' 7 ijiem. Barra minn hekk, l-intervalli bejn żewġ perjodi ta’ eċċezzjonijiet abbord ma għandhomx ikunu anqas mit-tul tal-eċċezzjoni għal darbtejn. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hi konformi mal-emenda 23 għall-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 12 (l-Artikolu 15, paragrafu 11 tad-Direttiva 2008/106/KE). Barra minn hekk, iċ-ċarezza tat-test għandha tittejjeb.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 15 – paragrafu 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
13. Fil-qafas ta' eċċezzjonijiet possibbli għall-paragrafu 5 msemmija fil-paragrafu 11, is-siegħat ta’ mistrieħ li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 4(a) jista' jinqasmu f'mhux iktar minn tliet perjodi, li wieħed minnhom għandu jkun tal-inqas 6 siegħat fit-tul u l-ebda wieħed miż-żewġ perjodi l-oħra ma għandhom ikunu ta' tul inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perjodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perjodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta’ 7 ijiem. | 13. Fil-qafas ta' eċċezzjonijiet possibbli għall-paragrafu 5 msemmija fil-paragrafu 11, is-sigħat minimi ta’ mistrieħ fi kwalunkwe perjodu ta' 24 siegħa li hemm provvediment għalihom fil-paragrafu 4(a) jistgħu jinqasmu f'mhux iktar minn tliet perjodi ta' mistrieħ, li wieħed minnhom għandu jkun tal-inqas 6 sigħat fit-tul u l-ebda wieħed miż-żewġ perjodi l-oħra ma għandhom ikunu ta' tul inqas minn siegħa. L-intervalli bejn perjodi konsekuttivi ta’ mistrieħ ma għandhomx ikunu ta’ aktar minn 14-il siegħa. L-eċċezzjonijiet ma għandhomx jestendu għal aktar minn żewġ perjodi ta’ 24 siegħa fi kwalunkwe perjodu ta’ 7 ijiem. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hi konformi mal-emendi 23 u 24 għall-Artikolu 1, paragrafu 1, punt 12 (l-Artikolu 15, paragrafu 11 u 12 tad-Direttiva 2008/106/KE). Barra minn hekk, iċ-ċarezza tat-test għandha tittejjeb.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 25a – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tistabbilixxi miżuri xierqa għall-ġbir, il-ħżin u l-analiżi ta’ din l-informazzjoni. | 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 27a sabiex tistabbilixxi miżuri xierqa għall-ġbir, il-ħżin u l-analiżi ta’ din l-informazzjoni f'konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-informazzjoni, kif ukoll ir-riżultati tal-analiżi bbażati fuq dik l-informazzjoni, għandha tkun komunikata, miġbura, maħżuna u analizzata f'format anonimu. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17
Direttiva 2008/106/KE
Artikolu 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
'Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness V għal din id-Direttiva fir-rigward ta' kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu s-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-dejta, skont l-Artikolu 27a.'. | 'Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness V għal din id-Direttiva fir-rigward ta' kontenut u dettalji speċifiċi u rilevanti tal-informazzjoni li teħtieġ tiġi rrappurtata mill-Istati Membri, filwaqt li jiġu rispettati s-salvagwardji fuq il-protezzjoni tad-dejta, stabbiliti mill-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE, skont l-Artikolu 27a. |
Or. en
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ jiġi enfasizzat ir-rispett meħtieġ għas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tad-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara | |||
Referenzi | COM(2011)0555 – C7-0246/2011 – 2011/0239(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 15.9.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 15.9.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Ole Christensen 5.10.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 27.3.2012 | 24.4.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 24.4.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 37 2 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Edit Bauer, Heinz K. Becker, Phil Bennion, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Sari Essayah, Richard Falbr, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Georges Bach, Sergio Gutiérrez Prieto, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Jelko Kacin, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu | |||
PROCEDURE
Title | Amendment to Directive 2008/106/EC of the European Parliament and the Council on the minimum level of training of seafarers | |||
References | COM(2011)0555 – C7-0246/2011 – 2011/0239(COD) | |||
Date submitted to Parliament | 14.9.2011 |
|
|
|
Committee responsible Date announced in plenary | TRAN 15.9.2011 |
|
|
|
Committee(s) asked for opinion(s) Date announced in plenary | EMPL 15.9.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Date appointed | Brian Simpson 11.10.2011 |
|
|
|
Discussed in committee | 29.2.2012 |
|
|
|
Date adopted | 8.5.2012 |
|
|
|
Result of final vote | +: –: 0: | 41 0 0 | ||
Members present for the final vote | Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Philippe De Backer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada | |||
Substitute(s) present for the final vote | Spyros Danellis, Michel Dantin, Eider Gardiazábal Rubial, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke | |||
Date tabled | 11.5.2012 | |||