Dokument ta' sessjoni
21.5.2012
*
RAPPORT
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea
( COM(2012)0061 – C7‑0054/2012 – 2012/0024(CNS) )
Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Maurice Ponga
PR_CNS_art55app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI....................................................................................6
PROĊEDURA.............................................................................................................................7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li timmodifika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea
( COM(2012)0061 – C7‑0054/2012 – 2012/0024(CNS) )
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2012)0061 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0054/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp ( A7-0169/2012 ),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI
Skont l-Artikolu 355(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) il-Kunsill Ewropew, fuq l-inizjattiva tal-Istat Membru kkonċernat, jista' jadotta, b’unanimità u wara li jikkonsulta mal-Kummissjoni, deċiżjoni li timmodifika l-istatus fir-rigward tal-Unjoni, ta’ pajjiż jew territorju Daniż, Franċiż jew Olandiż imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 355.
Permezz ta' ittra tat-30 ta' Ġunju 2010, ir-Repubblika Franċiża talbet lill-Kunsill Ewropew jieħu tali deċiżjoni fir-rigward tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy, sabiex din tal-aħħar ma tibqax titqies reġjun ultraperiferali u tikseb l-istatus ta' pajjiż u territorju extra-Ewropew assoċjat mal-Unjoni Ewropea.
Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill Ewropew adotta d-deċiżjoni 2010/718/UE li emendat l-istatus tal-kollettività Franċiża ta' Saint-Barthélemy mill-1 ta' Jannar 2012.
Għaldaqstant sabiex irendi effettiva din id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill irid, skont l-Artikolu 203 tat-TFUE, b'mod unanimu u fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jemenda d-deċiżjoni tiegħu dwar l-assoċjazzjoni ta' pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea.
Konsegwentement, qed jiġi propost li jiġi emendat l-Anness 1A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE sabiex jiddaħħal inċiż ġdid li jinkludi fil-lista tal-pajjiżi u territorji extra-Ewropej lil Saint-Barthélemy.
Ir-rapporteur iqis li din il-bidla fl-istatus tissodisfa l-bżonnijiet u l-partikolaritajiet tat-territorju ta' Saint-Barthélemy mingħajr madankollu ma tippreġudika l-interessi tal-Unjoni u jipproponi għalhekk li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi approvata.
B'hekk, Saint-Barthélemy isir is-26-il pajjiż u territorju extra-Ewropew assoċjat mal-Unjoni Ewropea. Bl-adozzjoni tal-istatus ta' pajjiż u territorju extra-Ewropew, Saint-Barthélemy se jidħol fi sħubija reċiproka u fit-tul ġdida mal-Unjoni Ewropea, li hija adatta għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu, mingħajr madankollu ma tiġi ppreġudikata s-sħubija tiegħu fil-familja Ewropea. Fil-fatt, Saint-Barthélemy jibqa' jżomm l-euro bħala munita u ċ-ċittadini tiegħu jibqgħu ċittadini Ewropew. Ir-rabtiet tiegħu mal-Unjoni Ewropea se jibqgħu għalhekk intatti.
Din il-bidla fl-istatus se tippermetti lil Saint-Barthélemy isaħħaħ ir-relazzjonijiet tiegħu mal-atturi reġjonali, u b'mod partikolari mal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej l-oħra, il-pajjiżi AKP u r-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Karibew u b'hekk tikkontribwixxi għat-tixrid tal-mudell u l-valuri Ewropej.
PROĊEDURA
Titolu | L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea | |||
Referenzi | COM(2012)0061 – C7-0054/2012 – 2012/0024(CNS) | |||
Data meta ġie kkonsultat il-PE | 27.2.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | DEVE 13.3.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Maurice Ponga 30.3.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 24.4.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 14.5.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 18 1 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Ricardo Cortés Lastra, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Catherine Grèze, Eva Joly, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Michèle Striffler, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Kriton Arsenis, Emer Costello, Krzysztof Lisek, Isabella Lövin | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Ioan Enciu, Alajos Mészáros | |||
Data tat-tressiq | 21.5.2012 | |||