Dokument ta' sessjoni
30.5.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju
( COM(2011)0453 – C7‑0210/2011 – 2011/0203(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Othmar Karas
PR_COD_1consamCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
PROĊEDURA 172
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju
( COM(2011)0453 – C7‑0210/2011 – 2011/0203(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0453 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0210/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ( A7‑0170/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta kreditu u tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[2],
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta[3],
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1) Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006[4] dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006[5] dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu ("istituzzjonijiet") ġew emendati b’mod sinifikanti diversi drabi. Bosta dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE huma applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment. F'ġieħ iċ-ċarezza u sabiex tkun żgurata applikazzjoni koerenti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ikun tajjeb li dawn id-dispożizzjonijiet jingħaqdu f'leġiżlazzjoni ġdida applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment. Għal aċċessibilità akbar, id-dispożizzjonijiet tal-Annessi għal dawk id-Direttivi għandhom jiġu integrati fil-patti legali ta’ din il-leġiżlazzjoni l-ġdida.
(2) Il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tikkonsisti f'żewġ strumenti ġuridiċi differenti. Din id-Direttiva għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni għan-negozju, l-akkwiżizzjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti, l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, is-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri domiċiljari u ospitanti f'dan ir-rigward, u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kapital inizzjali u r-rieżami superviżorju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. L-objettiv prinċipali u s-suġġett ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu kkoordinati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, il-modalitajiet tal-governanza tagħhom, u l-qafas superviżorju tagħhom. Apparti dawn id-dispożizzjonijiet, id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE fihom ukoll rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għad-ditti tal-investiment. Dawn ir-rekwiżiti għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għalihom f'Regolament li jistabilixxi rekwiżiti prudenzjali uniformi u direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, billi tali rekwiżiti huma marbuta mill-qrib mal-funzjonament tas-swieq finanzjarji fir-rigward ta’ għadd ta’ assi miżmuma mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment. Din id-Direttiva għaldaqstant għandha tinqara flimkien ma’ dak ir-Regolament. Iż-żewġ strumenti legali flimkien għandhom jiffurmaw il-qafas ġuridiku li jirregola l-attivitajiet bankarji u r-regoli prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment.
(3) Ir-rekwiżiti prudenzjali ġenerali stabiliti fir-Regolament [inserted by OP] huma ssupplimentati minn arranġamenti individwali li jkunu deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat tar-rieżami superviżorju kontinwu tagħhom ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu u kull ditta tal-investiment individwali. Il-firxa ta’ dawn l-arranġamenti superviżorji għandha tkun stabilita f’din id-Direttiva u l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom rigward liema arranġamenti għandhom ikunu imposti. Rigward l-arranġamenti individwali li jirrigwardaw il-likwidità, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-prinċipji stabiliti fil-linji gwida dwar il-likwidità ppubblikati mill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.
(3a) Barra l-valutazzjoni robusta tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-likwidità interna, hu essenzjali li l-istituzzjonijiet jiġu inċentivati biex inaqqsu l-kostijiet esterni li jirriżultaw mid-diffikultà jew il-falliment tagħhom. Sabiex jinkiseb dan il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe leġiżlazzjoni futura li tirrikjedi l-kontribut tal-istituzzjonijiet għall-fondi ta' riżoluzzjoni u għal fondi oħra mmirati biex jillimitaw l-ammont ta' tali kostijiet esterni mgħoddija lill-konsumaturi u lill-kontribwent fiskali tqis bis-sħiħ il-profil ta' riskju tal-likwidità tal-istituzzjonijiet parteċipanti. B'mod partikolari, l-istituzzjonijiet li ma jissodisfawx bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment] fir-rigward tar-riskju tal-likwidità, għandhom jintalbu jikkontribwixxu proporzjonalment iktar minn dawk li jissodisfawhom.
(4) Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji[6] tippermetti lid-ditti tal-investiment awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru nazzjonali tagħhom u ssupervizzati mill-istess awtoritajiet li jistabilixxu fergħat u jipprovdu servizzi bla ħlas fi Stati Membri oħrajn. Dik id-Direttiva għalhekk tiddisponi l-koordinazzjoni tar-regoli li jirregolaw l-awtorizzazzjoni u l-eżerċizzju tan-negozju tad-ditti tal-investiment. Din ma tistabilixxix, madankollu, l-ammonti tal-kapital inizjali ta’ impriżi bħal dawn jew qafas komuni għall-monitoraġġ tar-riskji mġarrba minnhom, li għandu jkun dispost għalihom f'din id-Direttiva.
(5) Din id-Direttiva għandha tikkostitwixxi l-istrument essenzjali għall-ilħiq tas-suq intern mill-aspett kemm tal-libertà tal-istabiliment kif ukoll tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
(6) L-operazzjoni bla intoppi tas-suq intern teħtieġ mhux biss regoli legali iżda wkoll kooperazzjoni mill-qrib u regolari u konverġenza sinifikatement aħjar ta’ prattiki regolatorji u superviżorji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea)[7], stabilixxa l-ABE. Din id-Direttiva għandha tikkunsidra r-rwol u l-funzjoni tal-ABE stipulati f'dak ir-Regolament u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jiġu kkonferiti kompiti lill-ABE.
(7a) Peress li din id-Direttiva tipprevedi l-estensjoni inevitabbli tas-setgħat u l-kompiti tal-ABE, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom jiżguraw li jkun hemm riżorsi umani u finanzjarji adegwati disponibbli mingħajr dewmien.
(8) Il-provvedimenti li jikkoordinaw is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, kemm sabiex jipproteġu t-tfaddil kif ukoll sabiex joħolqu kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni bejn dawk l-istituzzjonijiet, għandhom japplikaw għalihom kollha. Madankollu għandha tingħata attenzjoni xierqa lid-differenzi oġġettivi fl-istatuti tagħhom u l-għanijiet proprji tagħhom kif stabiliti mil-liġijiet nazzjonali.
(8a) Sabiex jiġi żgurat suq intern li jaħdem sew, prassi u deċiżjonijiet superviżorji, trasparenti, prevedibbli u armonizzati huma neċessarji għat-twettiq tan-negozju u biex jitmexxew gruppi transkonfinali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. L-ABE għandha għalhekk issaħħaħ l-armonizzazzjoni tal-prassi superviżorji tas-superviżuri ta' oriġini u ta' dawk ospitanti. Proċessi u deċiżjonijiet superviżjorji għandhom jinkorporaw il-prinċipju tas-suq intern dwar il-fluss ħieles tal-kapital. Kulleġġi superviżjorji għandhom jiżguraw programm ta' ħidma komuni u ssimplifikat kif ukoll deċiżjonijiet superviżorji armonizzati. Id-deċiżjonijiet tal-kulleġġi superviżjorji għandhom jorbtu legalment lill-membri tal-gruppi kollha kif ukoll l-awtoritajiet ta' oriġini u dawk ospitanti. Kooperazzjoni bejn is-superviżuri ta' oriġini u dawk ospitanti għandha tissaħħaħ permezz ta' livell aktar għoli ta' trasparenza u kondiviżjoni tal-informazzjoni.
(9) L-ambitu tal-provvedimenti għalhekk għandu jkun kemm jista’ jkun wiesa’, u jkopri l-istituzzjonijiet kollha li n-negozju tagħhom huwa li jirċievu fondi ripagabbli mill-pubbliku, kemm jekk fil-forma ta’ depożiti jew f’forom oħrajn bħall-ħruġ kontinwu ta’ bonds u titoli oħrajn komparabbli u li jagħtu krediti f'isimhom stess. Għandhom jiġu disposti eċċezzjonijiet fil-każ ta’ ċerti istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom ma tapplikax din id-Direttiva. Din id-Direttiva mhux se tapplika għall-istituzzjonijiet barra dawk definiti fir-Regolament [inserted by OP]. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jiddisponu għal awtorizzazzjonijiet supplimentari speċjali li jippermettu lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jwettqu attivitajiet speċifiċi jew li jidħlu għal tipi ta’ operazzjonijiet speċifiċi.
(10) Huwa xieraq li ssir l-armonizzazzjoni li tkun neċessarja u suffiċjenti biex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ awtorizzazzjoni u ta’ sistemi ta' superviżjoni prudenzjali, biex b’hekk ikun possibbli l-għoti ta’ liċenzja waħdanija rikonoxxuta fl-Unjoni kollha u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' superviżjoni prudenzjali tal-Istat Membru domiċiljari.
(11) Il-prinċipji ta’ rikonoxximent reċiproku u s-superviżjoni mill-Istat Membru domiċiljari jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma għandhomx jagħtu jew għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni meta fatturi bħall-kontenut tal-programmi tal-attivitajiet, it-tqassim ġeografiku tal-attivitajiet jew l-attivitajiet li jsiru effettivament jindikaw b’mod ċar li istituzzjoni ta’ kreditu tkun għażlet is-sistema ġuridika ta’ Stat Membru bl-għan li tevita standards aktar stretti fis-seħħ fi Stat Membru ieħor fejn twettaq jew għandha l-intenzjoni li twettaq il-parti l-kbira tal-attivitajiet tagħha. Fejn ma jkunx hemm indikazzjoni ċara ta’ dan, iżda l-parti l-kbira tal-assi totali tal-entitajiet fi grupp bankarju jkunu jinsabu fi Stat Membru ieħor, li l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu responsabbli li jeżerċitaw superviżjoni fuq bażi konsolidata, ir-responsabilità għall-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha tinbidel biss bi ftehim ma’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.
(12) L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jawtorizzaw jew ikomplu jawtorizzaw istituzzjoni ta’ kreditu meta x'aktarx ikunu ma jitħallewx jeżerċitaw b’mod effikaċi l-funzjonijiet superviżorji tagħhom minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn dik l-istituzzjoni u persuni oħrajn fiżiċi jew ġuridiċi. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu diġà awtorizzati għandhom ukoll jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ dawk ir-rabtiet mill-qrib.
(12a) Il-kriżi finanzjarja wriet rabtiet bejn is-settur bankarju u l-hekk imsejjaħ 'ibbankjar paralleli'. Xi bbankjar paralleli jżomm, b'mod utli, ir-riskju separat mis-settur bankarju u, b'hekk, 'il bogħod mill-kontribwent fiskali potenzjali jew l-impatt sistemiku. Madankollu parti neċessarja mill-istabilità finanzjarja hija l-fehim sħiħ tal-operazzjonijiet bankarji paralleli, ir-rabtiet tagħhom mal-istituzzjonijiet finanzjarjai u r-regolazzjoni biex tkun provduta t-trasparenza, it-tnaqqis tar-riskju sistemiku u l-eliminazzjoni ta' kwalunkwe prattika mhux xierqa. Ir-rappurtar addizzjonali mill-istituzzjonijiet finanzjarji jista' jistabbilixxi xi ftit minn dan imma se tkun meħtieġa wkoll regolamentazzjoni speċifika ġdida.
(12b) Sabiex tittratta l-problema tal-evitar tat-taxxa, l-Unjoni għandha tibda tesiġi li l-persuni legali jiżvelaw ir-rappurtar pajjiż b'pajjiż; għalhekk, istituzzjoni ta' kreditu li ma tipprovdix rappurtar pajjiż b'pajjiż m'għandhiex tkun awtorizzata.
(13) Ir-referenza għall-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet superviżorji tkopri s-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għandha titwettaq fuq istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment fejn hemm dispożizzjoni għal dan fid-dritt tal-UE. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet li tkun saritilhom talba għall-awtorizzazzjoni għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti sabiex jeżerċitaw is-superviżjoni fuq bażi konsolidata fuq dik l-istituzzjoni ta’ kreditu jew ditti tal-investiment.
(14) L-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri domiċiljari tagħhom għandhom jitħallew ikomplu, fl-Unjoni kollha, kwalunkwe jew kull attività elenkata fl-Anness I għal din id-Direttiva billi jistabilixxu fergħat jew billi jipprovdu xi servizzi.
(15) Huwa xieraq li r-rikonoxximent reċiproku jiġi estiż għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I għal din id-Direttiva meta jitwettqu minn istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu sussidjarji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, sakemm dawn is-sussidjarji jkunu koperti mis-superviżjoni konsolidata tal-impriżi ewlenin tagħhom u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet stretti.
(16) L-Istat Membru ospitanti għandu jkun jista’, b’konnessjoni mal-eżerċizzju tad-dritt tal-istabiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, jirrikjedi konformità ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġijiet jew regolamenti nazzjonali tiegħu stess min-naħa tal-istituzzjonijiet mhux awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri domiċiljari tagħhom u fir-rigward ta’ attivitajiet mhux elenkati fl-Anness I għal din id-Direttiva sakemm, minn naħa, dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux diġà koperti minn Regolament [inserted by OP], ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni u jkunu maħsuba sabiex jipproteġu l-ġid komuni u, min-naħa l-oħra, dawn l-istituzzjonijiet jew dawn l-attivitajiet ma jkunux soġġetti għal regoli ekwivalenti taħt din il-leġiżlazzjoni jew regolamenti tal-Istati Membri domiċiljari tagħhom.
(17) Lil hinn mir-Regolament [inserted by OP] li jistabilixxi regoli prudenzjali direttament applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, l-Istati Membri għanhom jiżguraw li ma hemmx ostakli għat-tkomplija ta’ attivitajiet li jingħataw rikonoxximent reċiproku bl-istess mod bħal fl-Istat Membru domiċiljari, sakemm dan tal-aħħar ma jikkunfliġġix mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi li jħarsu l-ġid komuni fl-Istat Membru domiċiljari.
(18) Ir-regoli li jirregolaw il-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali barra l-Unjoni misshom ikunu analogi fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li jkun dispost li dawn ir-regoli ma jkunux aktar favorevoli minn dawk għal fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu minn Stat Membru ieħor. L-Unjoni għandha tkun f'qagħda li tista' tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi, li jkunu jiddisponu għall-applikazzjoni ta’ regoli li jagħtu lil fergħat bħal dawn l-istess trattament fit-territorju kollu tagħha. Il-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati f’pajjiżi terzi ma jmisshomx igawdu l-libertà li jipprovdu s-servizzi jew il-libertà tal-istabiliment fi Stati Membri oħrajn għajr dawk li huma stabiliti fihom.
(19) Imissu jintlaħaq ftehim, bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi bl-għan li tkun tista’ tiġi eżerċitata b’mod prattiku superviżjoni konsolidata fuq l-akbar żona ġeografika possibbli.
(20) Ir-responsabilità tas-superviżjoni tas-saħħa finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, u b’mod partikolari s-solvenza tagħha, għandha tkun tal-Istat Membru domiċiljari tagħha. Is-superviżjoni tar-riskju tas-suq għandha tkun is-suġġett ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari u dawk ospitanti.
(21) L-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti għandhom jiksbu tagħrif dwar attivitajiet li jkunu qegħdin isiru fit-territorju tagħhom. L-awtoritajiet tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jieħdu provvedimenti superviżorji diment li l-awtoritajiet ospitanti ma jiħdux provvedimenti prekawzjonarji ta’ emerġenza.
(22) L-operat bla intoppi tas-suq bankarju intern jeħtieġ mhux biss regoli ġuridiċi iżda wkoll kooperazzjoni mill-qrib u regolari u konverġenza konsiderevolment akbar ta’ prattiki regolatorji u superviżorji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, għandhom jiġu kkunsidrati l-problemi li jirrigwardaw istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali u għandu jkun hemm skambju reċiproku ta’ informazzjoni permezz tal-ABE. Dik il-proċedura ta’ informazzjoni reċiproka ma għandha fl-ebda każ tieħu post il-kooperazzjoni bilaterali. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti għandhom dejjem ikunu jistgħu, f’emerġenza, fuq inizjattiva tagħhom stess jew skont dik tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, jivverifikaw li l-attivitajiet ta’ istituzzjoni ta’ kreditu stabilita fit-territorji tagħhom jikkonformaw mal-liġijiet relevanti u mal-prinċipji ta’ proċeduri amministrattivi u kontabilitistiċi tajba u kontroll intern adegwat.
(22a) Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' kriżijiet ("living wills") huma għodda importanti għall-iffaċilitar tar-riżoluzzjoni effikaċi ta' istituzzjonijiet finanzjarji. Fil-każ ta' falliment, għandhom jgħinu biex jiġi limitat l-impatt negattiv fuq l-ekonomija reali u biex tiġi evitata l-ħtieġa li jintervjenu l-kontribwenti. Għandhom ikunu ta' importanza partikolari fir-rigward tal-istituzzjonijiet sistemiċi u fir-riżoluzzjoni tal-każijiet transkonfinali. B'kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jiddikjara li "l-Awtorità għandha tikkontribwixxi għal u tipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni effettivi u konsistenti", l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-gruppi jħejju u jżommu pjanijiet ta' riżoluzzjoni fil-livell individwali u tal-grupp, u li dawn jiġu sottomessi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għall-approvazzjoni bil-parteċipazzjoni u l-koordinazzjoni sħaħ tal-ABE.
(23) Huwa xieraq li jkun permess l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi li, minħabba l-funzjoni tagħhom, jgħinu sabiex tissaħħaħ l-istabilità tas-sistema finanzjarja. Sabiex tinżamm in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni mgħoddija, il-lista tad-destinatarji għandha tinżamm ristretta.
(24) Ċerta mġiba, bħall-frodi jew reati ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata, aktarx li taffettwa l-istabilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja. Jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet li taħthom ikun awtorizzat l-iskambju tal-informazzjoni f’dawn il-każijiet.
(25) Meta jkun stipulat li l-informazzjoni tista’ tkun divulgata biss bil-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti, dawn għandhom ikunu jistgħu, fejn xieraq, jistipulaw li l-kunsens tagħhom ikun soġġett għal konformità ma’ kundizzjonijiet stretti.
(26) Għandu jkun awtorizzat ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-banek ċentrali u korpi oħrajn b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji u, fejn xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli mis-superviżjoni tas-sistema ta’ pagamenti u dipartimenti tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali.
(27) Għall-finijiet tat-tisħiħ tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet u l-protezzjoni tal-klijenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-awdituri għandu jkollhom id-dmir li jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti, kull meta, waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom, isiru konxji minn ċerti fatti li aktarx iħallu effett serju fuq is-sitwazzjoni finanzjarja jew l-organizzazzjoni amministrattiva u kontabilistika ta’ istituzzjoni. Għal dik l-istess raġuni l-Istati Membri għandhom jiddisponu wkoll li tali dmir japplika fiċ-ċirkostanzi kollha fejn fatti bħal dawn ikunu skoperti minn awditur waqt it-twettiq tal-kompiti tiegħu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ istituzzjoni ta’ kreditu. Id-dmir tal-awdituri li jinformaw, fejn xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti b’ċerti fatti u deċiżjonijiet li jirrigwardaw lil xi istituzzjoni li huma jiskopru waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom f’impriża mhux finanzjarja ma għandux fih innifsu jibdel in-natura tal-kompiti tagħhom f’dik l-impriża u lanqas il-mod li bih għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom f’dik l-impriża. Fin-nuqqas ta' raġunijiet validi biex dan ma jsirx, l-awdituri għandhom jiżvelaw il-kwistjonijiet kollha li jiġu żvelati lill-awtoritajiet kompetenti lill-bord maniġerjali relevanti b'mod kontemporanju.
(28) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mill-istituzzjonijiet, dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju tagħhom u l-membri tal-korp maniġerjali tal-istituzzjonijiet bl-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva u mir-Regolament [inserted by OP] u sabiex jiġi żgurat li jkunu soġġetti għall-istess trattament fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jiddisponu għal sanzjonijiet u provvedimenti amministrattivi li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Għaldaqstant, is-sanzjonijiet u l-provvedimenti amministrattivi stabiliti mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali fir-rigward tad-destinatarji, il-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati meta japplikaw sanzjoni jew miżura, il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet jew tal-provvedimenti, is-setgħat ta’ sanzjonar ewlenin u l-livelli ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi.
(29) Partikolarment, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa li jimponu sanzjonijiet pekunarji li jkunu għolja suffiċjentement biex ipattu għall-benefiċċji li jistgħu jkunu mistennija u biex ikunu dissważivi anki għal istituzzjonijiet akbar u l-maniġers tagħhom.
(30) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ sanzjonijiet fl-Istati Membri kollha, meta jiġi ddeterminat it-tip ta’ sanzjonijiet jew provvedimenti amministrattivi u l-livell tas-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa li jiżgurat li l-awtoritajiet pekunarji jqisu ċ-ċirkostanzi relevanti kollha.
(31) Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku inġenerali, is-sanzjonijiet għandhom normalment ikunu ppubblikati, għajr f'ċerti ċirkostanzi speċifikati biċ-ċar.
(32) Sabiex jinqabdu vjolazzjonijiet potenzjali, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigatorji neċessarji, u għandhom jistabilixxu mekkaniżmu effikaċi biex jinkoraġġixxu r-rapportar tal-vjolazzjonijiet potenzjali jew reali. Dawn il-mekkaniżmi għandhom ikunu mingħajr ħsara għal salvagwardji adegwati għall-persuni akkużati.
(33) Din id-Direttiva għandha tkopri kemm is-sanzjonijiet u l-provvedimenti amministrattivi sabiex tkopri l-azzjonijiet kollha applikati wara li titwettaq vjolazzjoni, u li jkunu maħsuba sabiex jipprevjenu aktar vjolazzjonijiet, irrispettivament mill-kwalifika tagħhom bħala sanzjoni jew provvedimenti taħt id-dritt nazzjonali.
(34) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni fid-dritt ta’ Stat Membru b'rabta ma' sanzjonijiet kriminali.
(35) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment jkollhom kapital intern li, meta jitqiesu r-riskji li jistgħu jkunu esposti għalihom jew li fil-fatt ikunu esposti għalihom, ikun adegwat fil-kwantità, fil-kwalità u fid-distribuzzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment ikollhom strateġiji u proċessi fis-seħħ sabiex jivvalutaw u jżommu l-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom.
(36) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ir-responsabilità li jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom organizzazzjoni tajba u fondi proprji adegwati, fir-rigward tar-riskji li l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu esposti għalihom jew li fil-fatt huma esposti għalihom. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu wkoll iqisu r-riskji li għalihom parti mill-karti bilanċjali tal-istituzzjonijiet tkun esposta, sabiex jiġu ssettjati l-fondi proprji adegwati.
(37) Sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma attivi f’bosta Stati Membri ma jkunux mgħobbija b’mod sproporzjonat bħala riżultat tar-responsabilitajiet kontinwi tal-awtoritajiet kompetenti individwali tal-Istati Membri fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni, huwa essenzjali li titjieb b’mod sinifikanti l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. F’dan il-kuntest, ir-rwol tas-superviżur konsolidanti għandu jissaħħaħ. L-ABE għandha tappoġġja u ttejjeb din il-kooperazzjoni.
(38) Sabiex tiġi żgurata dixxiplina komprensiva fis-suq fl-Unjoni kollha, ikun xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw l-informazzjoni dwar it-twettiq tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment. Tali informazzjoni għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti paragun tal-approċċi adottati mill-awtoritajiet kompetenti differenti tal-Istati Membri u jiġu kkumplimentati r-rekwiżiti tar-Regolament dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni teknika mill-istituzzjonijiet.
(39) Is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata timmira li tipproteġi l-interessi tad-depożitanti u l-investituri tal-istituzzjonijiet u li tiżgura l-istabilità tas-sistema finanzjarja. Sabiex tkun effikaċi, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha għalhekk tkun applikata għall-gruppi bankarji kollha, inklużi dawk li l-impriżi prinċipali tagħhom ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment. L-Istati Membri għandhom jipprovdu awtoritajiet kompetenti bl-istrumenti ġuridiċi neċessarji sabiex jgħinuhom jeżerċitaw tali superviżjoni.
(40) Fil-każ ta’ gruppi b’attivitajiet diversifikati fejn l-impriżi prinċipali jikkontrollaw mill-inqas sussidjarja waħda, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu f'qagħda li jivvalutaw is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u ditta tal-investiment fi grupp bħal dan. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għall-inqas ikollhom il-mezzi sabiex jiksbu mill-impriżi kollha fi ħdan il-grupp l-informazzjoni neċessarja għat-twettiq tal-funzjoni tagħhom. Għandha tiġi stabilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ setturi finanzjarji differenti fil-każ ta’ gruppi ta’ impriżi li jwettqu firxa ta’ attivitajiet finanzjarji.
(41) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrifjutaw jew jirtiraw awtorizzazzjoni bankarja fil-każ ta’ ċerti strutturi ta’ gruppi meqjusa mhux xierqa għat-twettiq ta’ attivitajiet bankarji, minħabba li strutturi bħal dawn ma jkunux jistgħu jiġu ssupervizzati b’mod effikaċi. F’dan ir-rigward l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex jiżguraw l-immaniġjar tajjeb u prudenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Sabiex tkun żgurata kultura bankarja sostenibbli u varjata fl-UE li sservi primarjament l-interess tal-nies, l-attivitajiet bankarji fuq skala żgħira, bħal dwak tal-unjonijiet tal-kreditu u l-banek kooperattivi, għandhom jitħeġġu.
(42) Il-mandati tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, b’mod xieraq, id-dimensjoni tal-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk debitament jikkunsidraw l-effett tad-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħrajn konċernati. Bla ħsara għad-dritt nazzjonali, dak il-prinċipju għandu jservi sabiex jippromwovi l-istabilità finanzjarja fl-Unjoni kollha u ma għandux ikun vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti sabiex jiksbu riżultat speċifiku.
(43) Dgħufijiet fil-governanza korporattiva f’għadd ta’ istituzzjonijiet kienu fattur li kkontribwixxa għat-teħid eċċessiv u imprudenti ta’ riskji fis-settur bankarju li wassal għall-falliment ta’ istituzzjonijiet individwali u problemi sistemiċi fl-Istati Membri u fid-dinja kollha. Id-dispożizzjonijiet ferm ġenerali dwar il-governanza tal-istituzzjonijiet u n-natura nonvinkolanti ta’ parti sostanzjali tal-qafas ta’ governanza korporattiva, ibbażati essenzjalment fuq kodiċijiet ta’ kondotta volontarji, ma ffaċilitawx l-implimentazzjoni effikaċi ta’ prattiki tajba ta’ governanza korporattiva mill-istituzzjonijiet. In-nuqqas ta’ skrutinju effettiv fi ħdan l-istituzzjonijiet ta’ kreditu rriżulta f’nuqqas ta’ sorveljanza effettiva tat-teħid ta’ deċiżjonijiet maniġerjali, li aggrava l-istrateġiji maniġerjali immedjati u eċċessivament riskjużi. Ir-rwol xejn ċar tal-awtoritajiet kompetenti fis-sorveljanza tas-sistemi ta’ governanza korporattiva fl-istituzzjonijiet ma ppermettiex superviżjoni suffiċjenti tal-effikaċja tal-proċessi interni ta’ governanza.
(44) Sabiex jindirizzaw l-effett detrimentali ta’ arranġamenti ta’ governanza korporattiva mfassla ħażin fuq l-immaniġjar tajjeb tar-riskji, l-Istati Membri għandhom jintroduċu prinċipji u standards sabiex jiżguraw is-sorveljanza effettiva mill-korp maniġerjali, jippromwovu kultura ta’ riskju għaqlija fil-livelli kollha tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-arranġamenti interni ta’ governanza. Dawn il-prinċipji u standards għandhom japplikaw filwaqt li jikkunsidraw in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet.
(44a) Fl-Istati Membri jintużaw strutturi differenti ta' governanza, fil-parti l-kbira tal-każijiet struttura ta' bord unitarja u/jew doppja. Taħt struttura ta' bord doppja, bord superviżorju jwettaq il-funzjoni superviżorja ta' monitoraġġ u sorveljanza ta' deċiżjonijiet maniġerjali u l-bord maniġerjali jwettaq il-funzjoni maniġerjali. Taħt struttura ta' bord unitarja, korp wieħed biss iwettaq iż-żewġ funzjonijiet. Id-definizzjonijiet użati f'din id-Direttiva huma maħsuba biex jilqgħu l-istrutturi eżistenti kollha mingħajr ma jippromwovu l-ebda struttura partikolari. Huma purament funzjonali għall-fini tal-istabbiliment ta' regoli mmirati għal eżitu partikolari irrispettivament mil-liġi tal-kumpanniji nazzjonali applikabbli għal istituzzjoni f'kull Stat Membru. Għalhekk id-definizzjonijiet m'għandhomx ifixklu l-allokazzjoni ġenerali tal-kompetenzi skont il-liġi tal-kumpanniji nazzjonali.]
(44b) Għandu jkun mifhum li "korp ta' ġestjoni" għandu jkollu funzjonijiet superviżorji u eżekuttivi. Il-kompetenza u l-istruttura tal-korpi ta' ġestjoni huma differenti minn Stat Membru għal ieħor. Fl-Istati Membri fejn il-korpi ta' ġestjoni għandhom struttura b'livell wieħed, il-bord iwettaq kompiti ta' ġestjoni. Fl-Istati Membri li għandhom sistema b'żewġ livelli, il-funzjoni superviżorja tal-bord titwettaq minn bord superviżorju separat li ma għandu l-ebda funzjoni eżekuttiva u l-funzjoni eżekuttiva titwettaq minn bord maniġerjali separat, li huwa responsabbli u li għandu jagħti rendikont tal-ġestjoni ta' kuljum tal-impriża. Għaldaqstant, kompiti separati huma assenjati lill-entitajiet differenti fi ħdan il-korp ta' ġestjoni.
(45) Sabiex jiġu mmonitorjati effikaċement l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-maniġment, il-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni għandu jiddedika biżżejjed ħin biex iwettaq funzjonijietu u jkun kapaċi jifhem in-negozju tal-istituzzjoni, l-iskoperturi ewlenin għar-riskji tagħha u l-implikazzjonijiet tan-negozju u l-istrateġija tar-riskju. L-ikkombinar ta’ għadd kbir ħafna ta’ direttorati fl-istess ħin jipprekludi li membru tal-korp maniġerjali jiddedika ħin adegwat għat-twettiq ta' dan ir-rwol ta’ sorveljanza. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi llimitat l-għadd ta' mandati li membru tal-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni jkun jista' jżomm fl-istess waqt f'entitajiet differenti.
(46) In-nuqqas ta’ monitoraġġ mill-bordijiet tad-deċiżjonijiet maniġerjali huwa parzjalment minħabba l-fenomenu tar-raġunar gregarju. Dan il-fenomenu huwa, fost raġunijiet oħra, ikkawżat minn nuqqas ta’ diversità fil-kompożizzjonijiet tal-bordijiet. Sabiex jiġu ffaċilitati opinjonijiet indipendenti u kontestazzjoni kritika, il-bordijiet maniġerjali tal-istituzzjonijiet għandhom għalhekk ikunu varjati biżżejjed f’dak li jirrigwarda l-etajiet, il-ġeneru, l-oriġini ġeografika, l-isfond edukattiv u professjonali sabiex joffru varjetà ta’ fehmiet u esperjenzi. Il-bilanċ bejn il-ġeneri huwa partikolarment importanti sabiex tkun żgurata rappreżentanza adegwata tal-popolazzjoni. Ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korpi maniġerjali għandha wkoll, billi żżid perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif jaħdmu internament l-istituzzjonijiet, tidher bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità. Bordijiet aktar diversifikati għandhom jimmonitorjaw aktar effikaċement lill-maniġment u għalhekk jikkontribwixxu favur sorveljanza aħjar tar-riskji u r-reżiljenza ta’ istituzzjoni. Għalhekk, id-diversità għandha tkun waħda mill-kriterji tal-kompożizzjoni tal-bord.
(46a) Sabiex jissaħħu l-konformità legali u l-governanza korporattiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu effettivi u affidabbli biex iħeġġu r-rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur potenzjali jew attwali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva. L-impjegati li jirrapurtaw ksur li jsir fl-istituzzjonijiet tagħhom stess għandhom ikunu protetti u għandu jkollhom anonimità sħiħa.
(47) Il-politiki ta’ rimunerazzjoni li jinkoraġġixxu mġiba ta’ teħid eċċessiv ta’ riskju jistgħu jimminaw l-immaniġjar tar-riskju tajjeb u effikaċi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment. Il-G-20 ntrabtu li jimplimentaw il-Prinċipji għall-Prattiki Tajba ta’ Kumpens u l-Istandards ta’ Implimentazzjoni tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) ("Principles for Sound Compensation Practices and Implementing Standards" il-prinċipji u l-istandards tal-FSB) li jindirizzaw l-effett potenzjalment detrimentali ta’ strutturi ta’ rimunerazzjoni mfassla ħażin fuq l-immaniġjar tajjeb tar-riskju u l-kontroll ta’ mġiba tat-teħid ta’ riskju mill-individwi. Din id-Direttiva timmira li timplimenta prinċipji u standards internazzjonali fil-livell Ewropew billi tintroduċi obbligu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment sabiex jistabilixxu u jżommu, għal kategoriji tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, politiki u prattiki ta’ rimunerazzjoni li jkunu konsistenti mal-immaniġjar effikaċi tar-riskji.
(48) Sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment ikollhom fis-seħħ politiki ta’ rimunerazzjoni tajba, huwa xieraq li jkunu speċifikati prinċipji ċari dwar il-governanza u dwar l-istruttura tal-politiki ta’ rimunerazzjoni. Partikolarment, il-politiki dwar ir-rinumerazzjoni għandhom jiġu allinjati mal-atitudni lejn ir-riskju l-valuri u l-interessi fit-terminu twil tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-ditti tal-investiment. Għal dan il-għan, il-valutazzjoni tal-komponenti tar-rimunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni għandha tkun ibbażata fuq prestazzjoni fit-terminu twil u tikkunsidra r-riskji attwali u dawk futuri assoċjati ma’ dik il-prestazzjoni. Fi kwalunkwe każ, sabiex ikun evitat it-teħid eċċessiv ta' riskji, il-parti varjabbli tar-rimunerazzjoni għandha tkun limitata għal darba l-introjtu fiss. L-introjtu fiss għandu jkun stipulat b'mod li f'każ ta' claw back, xorta jkun suffiċenti biex jiżgura rimunerazzjoni xierqa tal-impjegat. Sabiex jiżgura li t-tfassil tal-politiki ta’ rimunerazzjoni jkun integrat fl-immaniġjar tar-riskji tal-istituzzjoni ta’ kreditu, il-korp maniġerjali, fil-funzjoni superviżorja tiegħu, għandu jadotta u jirrieżamina minn żmien għal żmien il-politiki ta’ rimunerazzjoni fis-seħħ. Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni jirriflettu d-differenzi bejn it-tipi differenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investimenti propozjonalment, skont id-daqs tagħhom, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom u, b’mod partikolari, jista’ ma jkunx proporzjonat għal ċerti tipi ta’ ditti tal-investiment li jikkonformaw mal-prinċipji kollha.
(49) Minħabba li l-politiki ta’ rimunerazzjoni u skemi ta’ inċentivi mfassla ħażin jistgħu jżidu sa punt inaċċettabbli r-riskji li għalihom huma esposti l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment, għandha tittieħed azzjoni rimedjali immedjatement u, jekk ikun meħtieġ, provvedimenti korrettivi xierqa. Għaldaqstant, huwa xieraq li jkun żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu provvedimenti kwalitattivi u kwantitattivi fuq l-entitajiet relevanti li jkunu mfassla sabiex jindirizzaw il-problemi li jiġu identifikati b’konnessjoni mal-politiki ta’ rimunerazzjoni fir-rieżami superviżorju.
(50) Id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimunerazzjoni għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Artikolu 153(5) tat- TFUE, prinċipji ġenerali tal-liġi nazzjonali dwar il-kuntratti u x-xogħol, il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda d-drittijiet u l-involviment tal-azzjonisti u r-responsabilitajiet ġenerali tal-korpi maniġerjali tal-istituzzjoni konċernata, kif ukoll id-drittijiet, fejn applikabbli, tas-sħab soċjali li jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi, f’konformità mal-liġi u d-drawwiet nazzjonali.
(51) Ir-rekwiżiti kapitali għar-riskju tal-kreditu u r-riskju tas-suq għandhom ikunu bbażati fuq klassifikazzjonijiet esterni tad-debitu safejn ikun neċessarju biss. Meta r-riskju tal-kreditu jkun materjali, l-istituzzjonijiet għandhom għalhekk ifittxu ġeneralment li jimplimentaw approċċi bbażati fuq klassifikazzjonijiet interni jew mudelli interni. Madankollu, l-approċċi standardizzati li jiddependu fuq klassifikazzjonijiet esterni jistgħu jintużaw meta r-riskju tal-kreditu jkun inqas materjali, li huwa tipikament il-każ għal istituzzjonijiet inqas sofistikati, għal klassijiet ta’ skoperturi immaterjali, jew f’sitwazzjonijiet fejn l-użu ta’ approċċi interni jkun ta’ piż eċċessiv.
(51a) Il-qafas tad-DRK, peress li dan hu wieħed mill-pilastri li fuqu nbniet id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjoni esterna tal-kreditu, għandu jqis il-konklużjonijiet tal-G20, il-prinċipji tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li temenda r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi, dwar id-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjoni esterna tal-kreditu. Għalhekk, il-banek għandhom jitħeġġu jużaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu interni minflok esterni anki għal finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji.
(51b0 Id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għandha titnaqqas u l-effetti awtomatiċi kollha li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet għandhom jiġu eliminati gradwalment. Ir-regolamentazzjoni għandha, għalhekk, tirrikjedi li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment japplikaw kriterji solidi għall-għoti tal-kreditu u proċessi solidi tad-deċiżjonijiet dwar il-kreditu. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni jistgħu jintużaw bħala fattur wieħed fost oħrajn f’dan il-proċess iżda m’għandhomx jiddependu biss jew b'mod mekkaniku fuq il-klassifikazzjonijiet esterni u dawn m'għandhomx jipprevalu.
(51c) Ir-rikonoxximent ta' aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAI) m'għandux iżid l-esklużjoni ta' suq diġà dominat minn tliet impriżi prinċipali. L-ABE u l-Banek Ċentrali, mingħajr ma jagħmlu l-proċess eħfef jew b'inqas rekwiżiti, għandhom jipprovdu għar-rikonoxximent ta' iktar aġenżiji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu bħala ECAI bħala mod biex jinfetaħ is-suq għal impriżi oħra.
(52) Rigward is-superviżjoni tal-likwidità, ir-responsabilità għandha tkun dik tal-Istati Membri domiċiljari malli jibdew japplikaw il-kriterji dettaljati għar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità. Għaldaqstant huwa meħtieġ li ssir il-koordinazzjoni tas-superviżjoni f’dan il-qasam sabiex tiġi introdotta s-superviżjoni mill-Istat Membru domiċiljari sa dak iż-żmien. Sabiex jiżguraw superviżjoni effikaċi, l-awtoritajiet tal-pajjiż domiċiljari u dak ospitanti għandhom jikkooperaw aktar fil-qasam tal-likwidità.
(53) Meta fi grupp l-assi likwidi f'istituzzjoni waħda f'ċirkostanzi ta’ stress jippariġġaw il-bżonnijiet ta’ likwidità ta’ membru ieħor ta’ dak il-grupp, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżentaw istituzzjoni mir-rekwiżiti tal-kopertura tal-likwidità u minflok għandhom japplikaw dawk ir-rekwiżiti fuq bażi konsolidata.
(54) Il-provvedimenti li jittieħdu skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu[8] ma għandhomx ikunu f’konflitt ma’ provvedimenti meħuda fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva. Il-provvedimenti superviżorji ma għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni fost il-kredituri minn Stati Membri differenti.
(54a) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati, u b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet mill-BERS, modifiki għall-peżar tar-riskju jew provvedimenti prudenzjali oħra bħala reazzjoni għall-iżviluppi fis-suq li joħoloqu riskji makroprudenzjali. L-ABE, filwaqt li taħdem flimkien mal-BERS, għandha wkoll toħroġ linji gwida għall-intervent makroprudenzjali mis-superviżuri fil-livell individwali tal-Istat Membru, tirrevedi l-provvedimenti kollha bħal dawn u, meta jkun xieraq, tagħti pariri lill-Kummissjoni jekk il-provvedimenti meħuda ma jkunux ġustifikati. Il-Kummissjoni tista' titlob li l-provvedimenti mhux ġustifikati jiġu revokati.
(55) Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u l-mekkaniżmi proċikliċi li kkontribwixxew għall-oriġini tagħha u li aggravaw l-effett tagħha, l-FSB, il-KBSB, u l-G20 għamlu rakkomandazzjonijiet biex jiġu mmitigati l-effetti proċikliċi tar-regolazzjoni finanzjarja. F'Diċembru 2010, il-KBSB ħareġ standards regolatorji globali ġodda dwar l-adegwatezza tal-kapital bankarju, inkluż regoli li jeħtieġu l-manutenzjoni tal-konservazzjoni kapitali u l-bafers kapitali kontroċikliċi.
(56) Għalhekk huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment rilevanti jipposjedu, apparti rekwiżiti oħra ta’ fondi proprji, Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni u Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment jakkumulaw tul perjodi ta’ tkabbir ekonomiku bażi kapitali suffiċjenti għall-assorbiment tat-telf f'perjodi ta’ stress. Il-Bafer Kapitali Kontroċikliku jiġi akkumulat meta t-tkabbir aggregat fi kreditu u klassijiet oħra ta' assi b'impatt sinifikanti fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u d-ditti tal-investiment jitqies li jkun assoċjat ma' akkumulu ta’ riskju mifrux fis-sistema kollha, u jiġi prelevat f'perjodi ta’ stress.
(57) Sabiex jiġi żgurat li l-bafers kontroċikliċi jirriflettu kif suppost ir-riskju għas-settur bankarju tat-tkabbir eċċessiv fil-kreditu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment għandhom jikkalkolaw l-bafers speċifiċi għall-istituzzjoni tagħhom bħala medja peżata tar-rati tal-bafer kontroċikliku li japplikaw għall-pajjiżi fejn ikunu jinsabu l-iskoperturi tal-kreditu. Kull Stat Membru għandu għalhekk jaħtar awtorità responsabbli għall-istipular trimestrali tal-livell tar-rata tal-Bafer Kapitali Kontroċikliku għall-iskoperturi li jkunu jinsabu f'dak l-Istat Membru. Dik ir-rata tal-bafer għandha tkun ibbażata fuq il-gwida dwar il-bafers tal-BERS. Il-gwida dwar il-bafers tal-BERS għandha tqis it-tkabbir fil-livelli tal-kreditu u l-bidliet fil-proporzjon tal-kreditu mal-PDG fl-Istati Membri. L-ABE għandha tispeċifika r-regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-bafer kontroċikliku. Il-BERS għandha tipprovdi wkoll gwida dwar liema varjabbli oħra jistgħu jkunu potenzjalment rilevanti għall-istabbiliment tar-rati tal-bafer controċikliku jew li inkella jistgħu jkunu indikaturi rilevanti għall-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru wieħed jew iktar, abbażi ta' diskussjonijiet ma' awtoritajiet maħtura u analiżi proprja.
(58) Sabiex tiġi promossa l-konsistenza internazzjonali fl-istipular tar-rati tal-Bafer Kapitali Kontroċikliku, il-KBSB żviluppa metodoloġija abbażi tal-proporzjon bejn il-kreditu u l-PDG. Dan għandu jservi ta’ punt komuni ta’ tluq għad-deċiżjonijiet dwar il-gwidi dwar il-bafers mill-BERS, imma ma għandhomx jixkattaw stipular awtomatiku tal-bafers jew jorbtu lill-BERS. Partikolarment, il-BERS għandu jqis ukoll il-varjabbli strutturali u l-iskopertura tas-settur bankarju għal fatturi oħra tar-riskji b'rabta mar-riskji għall-istabilità finanzjarja.
(59) Sabiex tinkiseb applikazzjoni koerenti u tiġi żgurata sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni kollha, ikun xieraq li l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) jiżviluppa prinċipji speċifikament għall-ekonomija tal-Unjoni u jkun responsabbli li jimmonitorja l-applikazzjoni tagħhom. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-BERS milli jieħu kwalunkwe azzjoni li jqis neċessarja skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku[9].
(59a) Id-dejn sovran f'munita tal-Unjoni għandu dinamiki differenti minn dak ta' muniti indipendenti. Iż-żamma tal-piż statutorju tar-riskju ta' 0 % tad-dejn sovran tal-Istati Membri kollha, għalhekk, għandha tiġi riveduta u meta jkun hemm każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir skont ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 u r-Regolament (KE) Nru 1467/97, tiġi ristretta jew irtirata, bħala provvediment dixxiplinarju biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi u l-osservanza tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
(60) Huwa xieraq li deċiżjonijiet tal-Istati Membri dwar ir-rati tal-bafer kontroċikliku jkunu kemm jista' jkun ikkoordinati. F'dan ir-rigward, il-BERS, jekk jintalab mill-awtoritajiet nazzjonali, ikun jista' jiffaċilita d-diskussjonijiet fosthom dwar l-istipular propost tal-bafers tagħhom. Sabiex jiġi promoss approċċ konsistenti għall-fatturi li fuqhom l-awtoritajiet maħtura jibbażaw dawk id-deċiżjonijiet, u jiġi żgurat li l-istipular tar-rati tal-bafer kontroċikliku jkun konsistenti mal-prinċipji fundamentali tas-suq intern, l-awtoritajiet maħtura għandhom ukoll ikunu meħtieġa li jinnotifikaw lill-BERS u lill-ABE kull meta jqisu varjabbli oħra għajr id-devjazzjoni tal-proporzjon kreditu-PDG mix-xejra tiegħu ta’ terminu twil u l-gwida relatata mill-BERS, u b'konsegwenza jistipulaw rata tal-bafer li tkun ogħla milli kienet tkun li kieku dawk il-varjabbli ma kinux tqiesu. L-għan ta’ tali notifika għandu jkun sabiex il-BERS u l-ABE jivvalutaw in-natura ta' dawk il-varjabbli u l-konsistenza tal-istipular tar-rata tal-bafer bil-prinċipji tas-suq intern.
(60a) L-istituzzjonijiet sistemiċi u r-riskju sistemiku assoċjat ma' dawn l-istituzzjonijiet jeħtieġu jiġu indirizzati b'mod konsistenti fis-suq intern Ewropew u mhux fi frammenti ta' dan is-suq. F'dan ir-rigward, l-ABE għandha, f'konsultazzjoni mal-BERS u filwaqt li tqis il-kriterji tal-FSB u l-lista ta' istituzzjonijiet sistemiċi globali, tidentifika l-istituzzjonijiet sistemiċi f'livell domestiku, globali u tal-Unjoni li jkunu attivi fl-Unjoni Ewropea. Proporzjonalment mad-daqs, il-kumplessità, is-sostitwibilità tagħhom, kif ukoll fatturi oħra li joħolqu r-relevanza sistemika, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet sistemiċi li huma inklużi f'lista kkumpilata mill-ABE jżommu bafer sistemiku xieraq bejn 1 % u 3 %, jew f'ċirkustanzi straordinarji sa 10 % tal-ammont totali tagħhom ta' skopertura għar-riskju. Meta istituzzjoni sistemika tonqos milli tissodisfa kompletament ir-rekwiżit tal-bafer sistemiku, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu' jillimitaw id-distribuzzjonijiet konnessi mal-kapital ta' bażi tal-Grad 1 tal-Ekwità, jillimitaw il-ħlas ta' strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli u l-benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji. Il-BERS għandha tirrieżamina l-kriterji u l-proċess ta' identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistemiċi kif ukoll l-istabbiliment tal-bafer sistemiku u toħroġ rakkomandazzjonijiet abbażi tal-esperjenza proprja u l-iżvilupp ta' standards u prattiki internazzjonali. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ABE u lill-BERS, għandga tingħata s-setgħa li tirrieżamina d-dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistemiċi u l-istabbiliment ta' rati ta' bafers sistemiċi. L-ABE, għall-Istituzzjonijiet Sistematikament Importanti kollha, għandha tiżgura l-konsistenza fil-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti ospitanti.
(61) Fejn istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta tal-investiment tonqos milli tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti għal Bafer Kapitali ta' Konservazzjoni u kwalunkwe bafer kontroċikliku addizzjonali, din għandha tkun soġġetta għal provvedimenti maħsuba biex jiżguraw li tirrestawra propizjożement il-livelli tagħha tal-fondi proprji. Sabiex jiġi kkonservat il-kapital, huwa xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet proporzjonati fuq id-distribuzzjonijiet diskrezzjonarji tal-profitti, inkluż pagamenti ta’ dividendi u pagamenti ta' rimunerazzjoni varjabbli. Sabiex jiġi żgurat li tali istituzzjonijiet jew ditti jkollhom strateġija kredibbli għar-restawr tal-livelli tal-fondi proprji, huma għandhom jeħtieġu li jfasslu u jaqblu mal-awtoritajiet kompetenti dwar pjan ta’ konservazzjoni kapitali li jistipula kif ir-restrizzjonijiet dwar id-distribuzzjonijiet ser jiġi applikat u provvedimenti oħra li l-istituzzjonijiet jew id-ditti fi ħsiebhom jieħdu biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti kollha dwar il-bafers.
(62) L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata għad-depożitanti, investituri u konsumaturi fl-Unjoni kollha. Bħala korp b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ABE tiġi inkarigata bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, għas-sottomissjonijiet tal-Kummissjoni. L-ABE għandha tiżgura proċessi amministrattivi u ta' rrapurtar effiċjenti meta tabbozza standards tekniċi regolatorji.
(63) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE fl-oqsma tal-awtorizzazzjoni u l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji sinifikanti f'istituzzjonijiet ta’ kreditu, skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabiliment u l-libertà tas-servizzi, kollaborazzjoni superviżorja, governanza, politiki ta’ rimunerazzjoni u mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment, is-superviżjoni ta’ kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, u rieżami superviżorju permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li dawk l-istandards u r-rekwiżiti jkunu jistgħu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati b'tali mod li jkun proporzonat man-natura, l-iskala u l-kumplessità ta' dawk l-istituzzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom.
(64) Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa tadotta standards tekniċi implimentattivi fl-oqsma tal-awtorizzazzjoni u l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji sinifikanti f'istituzzjonijiet ta’ kreditu, skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-kollaborazzjoni superviżorja, ir-rekwiżiti prudenzjali speċifiċi, u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tiġi inkarigata bl-abbozzar ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.
(65) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[10].
(66) Sabiex ikunu speċifikati r-rekwiżiti stabiliti f’din id-Direttiva, is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-kjarifika tad-definizzjonijiet u t-terminoloġija użata f’din id-Direttiva, l-espansjoni tal-lista ta’ attivitajiet soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku fl-Anness, it-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni li tirrigwarda l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi interni tagħhom. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.
(67) Il-Kummissjoni, meta tkun qegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(68) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibilità [Solvenza] II)[11] hija relevanti meta jinkisbu parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu.
(68a) B'referenza għall-Artikolu 35 tat-TFUE, li jiddikjara li t-Trattati m'għandhom bl-ebda mod jippreġudikaw ir-regoli fl-Istati membri li jirregolaw is-sistema ta' pussess tal-proprjetà, id-dispożizzonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhom la jiffavorixxu u lanqas jiddiskriminaw it-tipi ta' pussess, li huma fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
(69) Ir-referenzi fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali eżistenti għad-Direttivi mħassra b’din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.
(70) Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE[12], id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)[13], id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE[14], id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju[15] u d-Direttiva [AIFMD] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattiv u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE jirreferu għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE li jittrattaw ma' rekwiżiti ta’ fondi proprji u li issa ser jiġu stipulati fir-Regolament [inserted by OP]. Konsegwentement, referenzi f'dawk id-Direttivi għad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji f'dak ir-Regolament.
(71) Sabiex ikun possibbli li jiġu żviluppati standards tekniċi sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet li jkunu parti minn konglomerat finanzjarju japplikaw metodi xierqa ta’ kalkolu għad-determinazzjoni tal-kapital rikjest fuq bażi konsolidata, id-Direttiva 2002/87/KE teħtieġ li tiġi emendata skont dan.
(72) Sabiex is-suq bankarju intern jopera b’aktar effikaċi u sabiex iċ-ċittadini tal-UE jibbenefikaw minn livelli adegwati ta’ trasparenza, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw b’mod li jippermetti paragun li jagħmel sens il-mod kif hija implimentata din id-Direttiva.
(73) Rigward is-superviżjoni tal-likwidità, għandu jkun hemm perjodu ta’ żmien li fih l-Istati Membri jagħmlu t-tranżizzjoni lejn reġim regolatorju li skontu japplikaw il-kriterji dettaljati għar-rekwiżit tal-kopertura tal-likwidità.
(74) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[16] u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta[17], għandhom ikunu applikabbli bis-sħiħ għall-ipproċessar tad-dejta personali għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.
(75) Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ regoli li jirrigwardaw l-aċċess għall-attività tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effett tal-azzjoni proposta, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem l-Unjoni), l-Unjoni tista’ tadotta provvedimenti, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn dak li huwa neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.
(76) L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fid-dritt nazzjonali għandu jkun ristrett għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostanzjali mid-Direttivi preċedenti.
(77) Id-Direttiva 2006/48/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006, għaldaqstant għandhom jitħassru,
Titolu I
Suġġett, ambitu u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li jeħtieġu lill-Istati Membri jiksbu riżultati komuni fl-oqsma li ġejjin:
(a) l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment (hawn taħt imsejħa "istituzzjonijiet);
(b) is-setgħat u l-għodod superviżorji għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti;
(c) is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti b'mod li jkun kompatibbli mar-regoli uniformi stipulati fir-Regolament [inserted by OP].
(d) ir-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fl-oqsma tar-regolazzjoni u superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet.
Artikolu 2
Ambitu
1.L-Artikolu 34 u t-Titolu VII, il-Kapitolu 3 għandhom ikunu applikabbli għall-kumpaniji azzjonarji finanzjarji, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta u l-kumpaniji azzjonarji mħallta li jkollhom l-uffiċċji prinċipali fl-Unjoni.
2. L-istituzzjonijiet li għalihom din id-Direttiva mhijiex applikabbli skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni, madankollu, tal-banek ċentrali, għandhom ikunu ttrattati bħala istituzzjonijiet finanzjarji għall-finijiet tal-Artikolu 34 u t-Titolu VII, il-Kapitoli 3.
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dan li ġej:
(1) l-aċċess għall-attività tad-ditti tal-investiment sa fejn ikun irregolat mid-Direttiva 2004/39/KE;
(2) il-banek ċentrali,
(3) l-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali,
(4) fil-Belġju, l-‘Institut de Réescompte et de Garantie/Herdiscontering- en Waarborginstituut’,
(5) fid-Danimarka, id-‘Dansk Eksportfinansieringsfond’, id-‘Danmarks Skibskredit A/S’ u l-‘KommuneKredit’,
(6) fil-Ġermanja, il-‘Kreditanstalt für Wiederaufbau’, impriżi li huma rikonoxxuti taħt il-‘Wohnungsgemeinnützigkeitsgesetz’ bħala korpi ta’ politika Statali dwar l-akkomodazzjoni u li m’humiex prinċipalment involuti fi tranżazzjonijiet bankarji, u impriżi rikonoxxuti minn dik il-liġi bħala impriżi tal-akkomodazzjoni li ma jaħdmux għall-profitt,
(7) fil-Greċja, il-‘Ταμείο Παρακαταθηκών και Δανείων’ (Tamio Parakatathikon kai Danion),
(8) fi Spanja, l-‘Instituto de Crédito Oficial’,
(9) fi Franza, il-‘Caisse des dépôts et consignations’,
(10) fl-Irlanda, l-‘credit unions’ u l-‘friendly societies’,
(11) fl-Italja, il-‘Cassa depositi e prestiti’,
(12) fil-Latvja, il-‘krājaizdevu sabiedrības’, impriżi li huma rikonoxxuti taħt il-‘krājaizdevu sabiedrību likums’ bħala impriżi kooperattivi li joffru servizzi finanzjarji lill-membri tagħhom biss,
(13) fil-Litwanja, il-‘kredito unijos’ minbarra s-‘Centrinė kredito unija’,
(14) fl-Ungerija, il-‘Magyar Fejlesztési Bank Rt.’ u l-‘Magyar Export-Import Bank Rt.’,
(15) fil-Pajjiżi l-Baxxi, in-‘Nederlandse Investeringsbank voor Ontwikkelingslanden NV’, l-‘NV Noordelijke Ontwikkelingsmaatschappij’, l-‘NV Industriebank Limburgs Instituut voor Ontwikkeling en Financiering’ u l-‘Overijsselse Ontwikkelingsmaatschappij NV’,
(16) fl-Awstrija, l-impriżi rikonoxxuti bħala assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni ta’ interess pubbliku u l-‘Österreichische Kontrollbank AG’,
(17) fil-Polonja, l-‘iSpółdzielcze Kasy Oszczędnościowo — Kreditowe’ u l-‘Bank Gospodarstwa Krajowego’,
(18) fil-Portugall, ‘Caixas Económicas’ li kienu jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1986 minbarra dawk inkorporati bħala impriżi limitati u l-‘Caixa Económica Montepio Geral’,
(19) fil-Finlandja, it-‘Teollisen yhteistyön rahasto Oy/Fonden för industriellt samarbete AB’, u l-‘Finnvera Oyj/Finnvera Abp’,
(20) fl-Isvezja, ‘Svenska Skeppshypotekskassan’,
(21) fir-Renju Unit, in-National Savings Bank, il-Commonwealth Development Finance Company Ltd, l-Agricultural Mortgage Corporation Ltd, l-iScottish Agricultural Securities Corporation Ltd, il-Crown Agents għall-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet estra-Ewropej, l-għaqdiet ta’ kreditu u l-banek muniċipali;
(22) fis-Slovenja, is-“SID-Slovenska izvozna in razvojna banka, d.d. Ljubljana”.
3a. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddefinixxi iktar il-kriterji għall-inklużjoni ta' istituzzjoni fil-lista fil-paragrafu 3 u għat-tipi ta' każi li jistgħu jkunu koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 3(2). Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 3
Projbizzjoni għall-impriżi li mhumiex istituzzjonijiet ta’ kreditu milli jwettqu n-negozju li jieħdu depożiti jew fondi ripagabbli oħrajn mill-pubbliku
4.L-Istati Membri ma għandhomx iħallu persuni jew impriżi li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu milli jwettqu n-negozju li jieħdu depożiti jew fondi ripagabbli oħrajn mingħand il-pubbliku.
5. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għat-teħid ta’ depożiti jew fondi ripagabbli oħrajn minn Stat Membru jew mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew minn korpi internazzjonali pubbliċi li tagħhom ikunu membri Stat Membru wieħed jew aktar, jew għal każijiet koperti espressament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, sakemm dawk l-attivitajiet ikunu soġġetti għal regolamenti u kontrolli maħsuba sabiex jitħarsu d-depożitanti u l-investituri u applikabbli f’dawk il-każijiet.
Artikolu 4
Definizzjonijiet
6.Id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament [inserted by OP] għandhom ikunu applikabbli.
7. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli wkoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) ‘impriża ta’ servizzi anċillari’ tfisser impriża li l-attività prinċipali tagħha tikkonsisti f’li jkollha s-sjieda jew li timmaniġja proprjetà, timmaniġja servizzi ta’ pproċessar tad-dejta, jew xi attività oħra simili li tkun anċillari għall-attività prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu waħda jew aktar;
(b)‘riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv’ tfisser ir-riskju li jirriżulta mill-vulnerabilità ta’ istitizzjoni minħabba ingranaġġ jew ingranaġġ kontinġenti li jista’ jeħtieġ provvedimenti korrettivi mhux intenzjonati għall-pjan tan-negozju tagħha, inkluż il-bejgħ ta’ assi f’diffikultà li jista’ jirriżulta f’telf jew f’aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-assi li jkun fadlilha;
(c)‘approċċi intern’ tfisser l-approċċi msemmija fl-Artikoli 138 (1), 216, 220, 301 (2), 277, 352, u 254 (3) tar-Regolament [inserted by OP].
(ca) 'istituzzjoni sistemika' tfisser istituzzjoni li, fil-każ ta' falliment jew funzjonament ħażin, tista' twassal għal riskju sistemiku f'livell globali, Ewropew jew domestiku;
(cb) 'riskju sistemiku' tfisser riskju ta’ disturbi fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali;
(cc) 'korp maniġerjali' tfisser il-korp jew korpi ta' istituzzjoni, maħtura skont il-liġi nazzjonali, li jingħataw is-setgħa li jistabbilxxu l-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni ġenerali ta' istituzzjoni, u li jissorveljaw u jwettqu monitoraġġ fuq it-teħid ta' deċizjonijiet maniġerjali. Dan għandu jinkludi persuni li effettivament jidderieġu l-operat tal-istituzzjoni.
B'mod partikolari, ir-referenzi għal korp maniġerjali għandhom jinkludu kemm il-funzjonijiet maniġerjali kif ukoll dawk superviżorji tal-korp jew tal-korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu. Meta, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-funzjonijiet maniġerjali u superviżorji tal-korp maniġerjali jiġu assenjati lil korpi differenti jew membri differenti fi ħdan korp wieħed, l-Istat Membru għandu jagħmel id-distinzjoni bejn il-korpi responsabbli jew il-membri tal-korp maniġerjali bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor mid-Direttiva. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva 'funzjoni maniġerjali' tfisser l-istabbiliment tal-istrateġija, l-objettivi u d-direzzjoni globali tal-istituzzjoni u 'funzjoni superviżorja' tfisser is-sorveljanza u l-monitoraġġ tat-teħid ta' deċiżjonijiet maniġerjali.
(cd) 'riskju tal-mudell' tfisser it-telf potenzjali li tista' ġġarrab istituzzjoni, bħala konsegwenza ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq ir-riżultati ta' mudelli interni, minħabba żbalji fl-ispeċifikazzjoni u fil-kalibrazzjoni ta' tali mudelli li jirriżultaw fil-fatt li ma jiddaħħlux varjabbli relevanti jew li l-kwantitajiet assenjati lill-varjabbli relevanti jiġu stmati bin-nieqes jew biż-żejjed. Ir-riskju tal-mudell jista' jiġi espress bl-użu ta' espressjonijiet kwalitattivi jew kwantitattivi tal-affidabilità tal-mudelli, is-sensittività tar-riżultati tal-varjabbli tal-input u t-telf potenzjali li jista' jkun hemm jekk is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-mudell jirriżulta li ma kinux korretti.
Titolu II
Awtoritajiet kompetenti
Artikolu 5
Il-ħatra u s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet li hemm dispost dwarhom f’din id-Direttiva. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwarhom, filwaqt li jindikaw kwalunkwe tqassim tad-dmirijiet.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet, u meta applikabbli, ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment].
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm provvedimenti xierqa fis-seħħ li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvalutaw il-konformità tal-istituzzjonijiet u, meta applikabbli, ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji u ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u biex jinvestigaw ksur possibli ta' dawk ir-rekwiżiti.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-kompetenza esperta, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali u l-indipendenza neċessarja sabiex iwettqu l-funzjonijiet superviżorji u investigattivi stabiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament [inserted by OP]. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat kollha superviżorji u investigattivi li jkunu neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari tagħhom bl-informazzjoni kollha neċessarja għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom mar-regoli adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP]. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mekkaniżmi ta’ kontroll intern u l-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tal-istituzzjonijiet jippermetti l-verifika tal-konformità tagħhom ma' tali regoli f'kull waqt.
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jirreġistraw it-tranżazzjonijiet u s-sistemi tad-dokumenti u l-proċessi kollha tagħhom, li jkunu soġġetti għal din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP] b'mod li l-awtoritajiet kompetenti jkunu f'qagħda li jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP] f'kull waqt.
6a. L-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità tar-riżoluzzjoni waħda jew iktar minn waħda biex tissorvelja u tapprova pjanijiet ta' riżoluzzjoni kif imsemmi f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment]. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwarhom, filwaqt li jindikaw kwalunkwe tqassim tad-dmirijiet.
6b. Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun differenti mill-awtoritajiet kompetenti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn jikkooperaw mill-qrib fit-tħejjija tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.
Artikolu 6
Koordinazzjoni mal-Istati Membri
Meta l-Istati Membri jkollhom aktar minn awtorità kompetenti waħda għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-provvedimenti meħtieġa sabiex jorganizzaw il-koordinazzjoni bejn awtoritajiet bħal dawn.
Artikolu 7
Il-kooperazzjoni mal-ABE u l-poteri ta' medjazzjoni tagħha u l-kooperazzjoni fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF)
Fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw il-konverġenza fir-rigward tal-għodod superviżorji u l-prattiki superviżorji fl-applikazzjoni tal-liġi, ir-regolamenti u r-rekwiżiti amministrattivi adottati skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment]. Għal dak il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(-a) l-awtoritajiet kompetenti, bħala partijiet tas-SESF, jikkooperaw b'fiduċja u rispett reċiproku sħiħ, b'mod partikolari meta jiżguraw il-fluss ta' informazzjoni xierqa u affidabbli bejnhom u partijiet oħra tas-SESF b'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni sinċiera skont l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
(a) l-awtoritajiet kompetenti jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-ABE u, kif xieraq, fil-kulleġġi tas-superviżuri;
(b) l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu kull sforz sabiex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u mat-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-BERS skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010;
(c) il-mandati nazzjonali kkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti ma jimpedixxux it-twettiq ta' dmirijiethom bħala membri tal-ABE, tal-BERS meta jkun xieraq, jew taħt din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP].
(ca) l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw mill-qrib mal-BERS;
F'konformità mar-rieżami tal-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 meħtieġ sat-2 ta' Jannar 2014 u minħabba l-varjazzjonijiet li jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fi proċeduri superviżorji, l-ABE għandha, minbarra li timmonitorja fejn ikun imsemmi speċifikament f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment] tistabbilixxi portafolji u tekniki ta' valutazzjoni komparattiva sabiex tkun tista' tivvaluta l-konverġenza tal-prattiki superviżorji. .
Għall-għanijiet ta' riżoluzzjoni ta' tilwim bejn awtoritajiet kompetenti f'sitwazzjonijiet transkonfinali, l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu japplika fid-Direttiva kollha.
Minħabba l-estensjoni inevitabbli tas-setgħat u l-kompiti għall-ABE previsti minn din id-Direttiva, l-ABE għandha mingħajr dewmien tissottometti talba riveduta dwar il-baġits tagħha annwali u multiannwali.
Artikolu 8
Id-dimensjoni Ewropea tas-superviżjoni
L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom, fl-eżerċitar tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, debitament jikkunsidraw l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien relevanti.
Titolu III
Rekwiżiti għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu
Kapitolu 1
Rekwiżiti ġenerali għall-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu
Artikolu 9
Awtorizzazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jiksbu awtorizzazzjoni qabel ma jibdew bl-attivitajiet tagħhom. Mingħajr ħsara għall-Artikoli 10 sa 14, huma għandhom jistabilixxu r-rekwiżiti għal din l-awtorizzazzjoni u jinnotifikawhom lill-ABE.
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji dwar li ġej:
(a) li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż il-programm tal-operazzjonijiet li hemm dispost dwaru fl-Artikolu 10;
(b) li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-konformità mar-rekwiżit stabilit fl-Artikolu 13;
(c) li jispeċifikaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-azzjonisti u l-membri b’parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti;
(d) li jispeċifikaw l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tal-awtorità kompetenti, kif dispost fl-Artikolu 14.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali forniment ta’ informazzjoni.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
4. L-ABE għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Artikolu 10
Il-programm tal-operazzjonijiet u l-organizzazzjoni strutturali
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni jkunu akkumpanjati minn programm ta’ operazzjonijiet li jispjegaw it-tipi ta’ negozji ppjanati u l-organizzazzjoni strutturali tal-istituzzjoni ta’ kreditu.
Artikolu 11
Ħtiġijiet ekonomiċi
L-Istati Membri ma jistgħux jeżiġu li applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tkun eżaminata fit-termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
Artikolu 12
Kapital inizjali
1. Mingħajr ħsara għal kundizzjonijiet ġenerali stipali mid-dritt nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni meta l-istituzzjoni ta’ kreditu ma jkollhiex fondi proprji separati jew f’każi meta l-kapital inizjali jkun ta’ anqas minn EUR 5 miljuni.
2. Kapital inizjali għandu jikkonsisti f’kapital u riżervi li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 24 (a) sa (e) tar-Regolament [inserted by OP].
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ fondi proprji separati u li kienu eżistenti fil-15 ta’ Diċembru 1979 jistgħu jibqgħu jwettqu n-negozju tagħhom. Huma jistgħu jeżentaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu bħal dawn milli jkunu konformi mal-obbligu li jinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1).
4. L-Istati Membri jistgħu, sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin, jagħtu awtorizzazzjoni lill-kategoriji partikolari tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-kapital inizjali tagħhom ikun anqas minn dak speċifikat fil-paragrafu 1:
(a) il-kapital inizjali ma għandux ikun anqas minn EUR 1 miljun;
(b) l-Istati Membri konċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bir-raġunijiet tagħhom għaliex ikunu eżerċitaw dik l-alternattiva.
Artikolu 13
Direzzjoni effikaċi tan-negozju u l-post tal-uffiċċju prinċipali
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu biss meta jkun hemm mill-anqas żewġ persuni li effikaċiment jiddirieġu n-negozju tal-istituzzjoni ta’ kreditu.
Huma ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk dawn il-persuni ma jkunux ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed jew ma jkollhomx għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti biex iwettqu dawk id-dmirijiet.
2. Kull Stat Membru għandu jeżiġi li:
(a) kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun persuna ġuridika u li, permezz tad-dritt nazzjonali tagħha, ikollha uffiċċju reġistrat għandu jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikollha l-uffiċċju reġistrat;
(b) kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu oħra għandha jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Istat Membru li jkun ta l-awtorizzazzjoni tiegħu u li fih realment twettaq in-negozju tagħha.
Artikolu 14
Azzjonisti u membri
1. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għall-bidu tal-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu sakemm ma jkunux ġew informati bl-identità tal-azzjonisti jew membri, sew jekk diretti jew indiretti, tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li jkollhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti, u dwar l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet azzjonarji.
Biex jiġi stabilit jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti jkunux issodisfati, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE, kif ukoll il-kundizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stabiliti fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.
L-Istati Membri ma għandhomx jikkunsidraw id-drittijiet tal-vot jew l-ishma li d-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jista’ jkollhom bħala riżultat tal-provvediment ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm dawk id-drittijiet ma jkunux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-maniġment tal-emittent, u mneħħija fi żmien sena mill-akkwiżizzjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni jekk, meta jqisu l-ħtieġa biex jiżguraw l-amministrazzjoni soda u prudenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu, huma ma jkunux sodisfatti dwar l-ideonjetà tal-azzjonisti jew membri.
3. Meta jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni biss jekk dawk ir-rabtiet ma jfixklux l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet tagħhom superviżorji.
L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jagħtu l-awtorizzazzjoni wkoll jekk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ pajjiż terz li jirregolaw persuna jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li magħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha rabta mill-qrib, jew diffikultajiet involuti fl-infurzar ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi, ifixklu l-eżerċizzju effikaċi tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jipprovdulhom l-informazzjoni li huma jinħtieġu biex jimmonitorjaw il-konformità mal-kundizzjonijiet li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu fuq bażi kontinwa.
Artikolu 15
Rifjut tal-awtorizzazzjoni
F’każ li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tagħtix awtorizzazzjoni, din għandha tinnotifika lill-applikant dwar id-deċiżjoni u r-raġunijiet tagħha fi żmien sitt xhur mill-wasla tal-applikazzjoni jew, jekk l-applikazzjoni tkun inkompleta, fi żmien sitt xhur minn meta l-applikant jibgħat l-informazzjoni meħtieġa għal din id-deċiżjoni.
Deċiżjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tittieħed fi żmien 12-il xahar mill-wasla tal-applikazzjoni.
Artikolu 16
Konsultazzjoni minn qabel mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn
1. L-awtorità kompetenti għandha, qabel tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra involuti fil-każijiet li ġejjin:
(a) l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata tkun sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
(b) l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata tkun sussidjarja tal-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor;
(c) l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata tkun kkontrollata mill-istess persuni, sew jekk fiżiċi jew ġuridiċi, li jikkontrollaw istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
2. L-awtorità kompetenti għandha, qabel ma tagħti l-awtorizzazzjoni lill-istituzzjoni ta’ kreditu, tikkonsulta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru involut, responsabbli għas-superviżjoni ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew ditti tal-investiment fil-każijiet li ġejjin:
(a) l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata tkun sussidjarja ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni;
(b) l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali ta’ kumpanija tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni;
(c) l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata tkun ikkontrollata mill-istess persuna, sew fiżika jew ġuridika, li tikkontrolla impriża tal-assigurazzjoni jew ditta tal-investiment awtorizzata fl-Unjoni.
3. L-awtoritajiet relevanti kompetenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom b’mod partikolari jikkonsultaw ma’ xulxin meta jivvalutaw l-idoneità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membri tal-korp maniġerjali involuti fil-maniġment ta’ entità oħra tal-istess grupp. Għandhom jiskambjaw kull informazzjoni li tirrigwarda l-idoneità tal-azzjonisti u r-reputazzjoni u l-esperjenza tal-membri tal-korp maniġerjali li tkun ta’ relevanza għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll għall-valutazzjoni kontinwa tal-konformità mal-kundizzjonijiet operazzjonali.
Artikolu 17
Fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stat Membru ieħor
L-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jirrikjedu l-awtorizzazzjoni jew kapital ta’ dotazzjoni fuq il-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fi Stati Membri oħra. L-istabiliment u s-superviżjoni ta’ fergħat bħal dawn għandhom isiru skont l-Artikoli 35, 36(1)-(3), 37, 40 sa 46 u 49, 73 u 74.
Artikolu 18
L-irtirar ta' awtorizzazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirtiraw biss l-awtorizzazzjoni mogħtija lil istituzzjoni ta’ kreditu fi kwalunkwe minn dawn il-każijiet fejn tali istituzzjoni:
(a) ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, espressament tirrinunzja l-awtorizzazzjoni jew tieqaf milli twettaq negozju għal aktar minn sitt xhur, jekk l-Istat Membru konċernat ma jkun għamel l-ebda dispożizzjoni għall-awtorizzazzjoni li tiskadi f’każi bħal dawn;
(b) tkun kisbet l-awtorizzazzjoni permezz ta’ stqarrija falza jew b’xi mezzi irregolari oħra;
(c) ma tkunx tissodisfa aktar il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;
(d) ma tkunx għad għandha fondi proprji suffiċjenti u ma tkunx għadha fdata li twettaq l-obbligi tagħha lejn il-kredituri tagħha, u partikolarment ma tkunx għadha tipprovdi sigurtà dwar l-assi fdati lilha;
(e) taqa’ taħt xi wieħed mill-każijiet l-oħra fejn id-dritt nazzjonali jiddisponi għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni;
(f) twettaq waħda mill-vjolazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 67(1).
Artikolu 19
L-isem tal-istituzzjonijiet ta' kreditu
Għall-finijiet tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu, independentement minn kwalunkwe dispożizzjoni fl-Istat Membru ospitanti li jikkonċernaw l-użu tal-kliem ‘bank’, ‘bank tat-tfaddil’ jew xi ismijiet bankarji oħra, jużaw fit-territorju kollu tal-Unjoni l-istess isem li jużaw fl-Istat Membru fejn ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Fil-każ li jkun hemm xi periklu ta’ konfużjoni, l-Istat Membru ospitanti jista’, għall-finijiet ta’ kjarifika, jimponi l-obbligu li l-isem ikun akkumpanjat minn ċerti dettalji ta’ spjegazzjoni.
Artikolu 20
Notifika tal-awtorizzazzjoni u tal-irtirar tal-awtorizzazzjoni lill-ABE
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 9.
2. Lista bl-isem ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun ingħatat awtorizzazzjoni għandha tkun ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-ABE u aġġornata b’mod regolari.
3. Is-superviżur għall-konsolidazzjoni għandu jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti konċernati u lill-ABE l-informazzjoni kollha rigward il-grupp ta’ istituzzjonijiet skont l-Artikoli 14(3), 73(1) u 104(2), b’mod partikolari rigward l-istruttura ġuridika u organizzazzjonali tal-grupp u l-governanza tiegħu.
4. L-isem ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu li ma jkollhiex il-kapital speċifikat fl-Artikolu 12(1) għandu jissemma' f’dak is-sens fil-lista.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw kull irtirar ta’ awtorizzazzjoni lill-ABE flimkiem mar-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.
Artikolu 21
Eżenzjonijiet għal istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali
-1. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jeżentaw bis-sħiħ jew parzjalment istituzzjoni ta' kreditu waħda jew iktar li jinsabu fl-istess Stat Membru u li huma affiljati b'mod permanenti ma' korp ċentrali li jissorveljahom u li jkun stabbilit fl-istess Stat Membru, mir-rekwiżiti stabbilit fil-paragrafu 1 jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi li:
(a) l-impenji tal-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati jkunu obligazzjonijiet in solidum jew l-impenji tal-istituzzjonijiet affiljati miegħu jkunu ggarantiti totalment mill-korp ċentrali;
(b) is-solvenza u l-likwidità tal-korp ċentrali u tal-istituzzjonijiet affiljati kollha jkunu mmonitorjati fis-sħuħija tagħhom fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati ta’ dawn l-istituzzjonijiet; kif ukoll
(c) il-maniġment tal-korp ċentrali ikollu s-setgħa li joħroġ istruzzjonijiet lill-maniġment tal-istituzzjonijiet affiljati.
1. Istituzzjoni ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 1, tista' tiġi eżentata mid-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 10, 12 u 13(1) u fit-Titolu VII tal-Kapitolu 4 ta' din id-Direttiva u l-Partijiet Tnejn sa Erbgħa u Sitta sa Tmienja tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment] sakemm, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet għall-korp ċentrali, it-totalità kif kostitwita mill-korp ċentrali flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu tkun suġġetta għal dawk id-dispożizzjonijiet fuq bażi kkonsolidata.
2. F’każ ta’ eżenzjonijiet eżerċitati ▌ f’konformità ma' dan l-Artikolu ▌, l-Artikoli 17, 33, 34, 35, 36(1)-(3) u 39-46 ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli għat-totalità kif kostitwita mill-korp ċentrali flimkien mal-istituzzjonijiet affiljati tiegħu.
Kapitolu 2
Parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu
Artikolu 22
Notifika u valutazzjoni ta’ akkwiżizzjonijiet proposti
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull persuna fiżika jew ġuridika jew tali persuni li jaġixxu flimkien (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-akkwirent propost), li ħadu deċiżjoni jew li jixtru, b’mod dirett jew indirett, parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu jew li jżidu, b’mod dirett jew indirett, tali parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu li r-riżultat tagħha jkun li l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir sussidjarja tagħha (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-akkwiżizzjoni propost), l-ewwel jinnotifikaw bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti rigward l-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha qegħdin jippruvaw jagħmlu akkwiżizzjoni jew iżidu parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti, filwaqt li jindikaw id-daqs tal-parteċipazzjoni azzjonarja maħsuba u l-informazzjoni relevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4). L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-livell limitu ta’ 30 % jekk, f’konformità mal-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, japplikaw il-limitu ta’ terz.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li jirċievu n-notifika, kif ukoll wara li sussegwentement jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jibagħtu konferma tar-riċevuta bil-miktub għaliha lill-akkwirent propost.
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom massimu ta’ sittin jum ta’ xogħol mid-data tal-konferma tar-riċevuta bil-miktub tan-notifika u d-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom ikunu mehmuża man-notifika fuq il-bażi tal-lista msemmija fl-Artikolu 23(4) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-perjodu tal-valutazzjoni), sabiex iwettqu l-valutazzjoni kif hemm dispost għaliha fl-Artikolu 23(1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-valutazzjoni).
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu tal-valutazzjoni fil-waqt tal-konferma tar-riċevuta.
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, matul il-perjodu tal-valutazzjoni, jekk neċessarju, u mhux aktar tard minn nhar il-ħamsin jum tax-xogħol tal-perjodu tal-valutazzjoni, jitolbu kwalunkwe informazzjoni ulterjuri li tkun neċessarja biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni. Din it-talba għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.
Għall-perjodu bejn id-data tat-talba għall-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u r-riċevuta ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi interrott. Din l-interruzzjoni ma għandhiex teċċedi l-għoxrin jum tax-xogħol. Kwalunkwe talba oħra mill-awtoritajiet kompetenti għall-ikkompletar jew il-kjarifika tal-informazzjoni hija fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti iżda tista’ ma tirriżultax f’interruzzjoni tal-perjodu ta' valutazzjoni.
4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu l-interruzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 sa tletin jum tax-xogħol jekk l-akkwirent propost ikun pożizzjonat jew irregolat barra l-Unjoni jew persuna fiżika jew ġuridika mhux soġġetta għas-superviżjoni taħt din id-Direttiva jew Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, jew 2004/39/KE.
5. Jekk l-awtoritajiet kompetenti, wara t-tlestija tal-valutazzjoni tagħhom, jiddeċiedu li jopponu l-akkwiżizzjoni proposta, huma għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol, u li ma jaqbżux il-perjodu ta' valutazzjoni, jinformaw lill-akkwirent propost bil-miktub u jipprovdu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Bla ħsara għad-dritt nazzjonali, dikjarazzjoni xierqa tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tista' titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq talba tal-akkwirent propost. Dan ma għandux iżomm lil Stat Membru milli jippermetti lill-awtorità kompetenti li tippubblika din l-informazzjoni fin-nuqqas ta’ talba mill-akkwirent propost.
6. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma joġġezzjonawx bil-miktub għall-akkwiżizzjoni proposta fi żmien il-perjodu ta’ valutazzjoni, dan għandu jitqies approvat.
7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabilixxu perjodu massimu għall-konklużjoni tal-akkwiżizzjoni proposta u jestenduh fejn ikun meħtieġ.
8. L-Istati Membri ma jistgħux jimponu rekwiżiti għan-notifika lil u għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ akkwiżizzjonijiet diretti jew indiretti ta’ drittijiet ta’ vot jew kapital li jkunu aktar stretti minn dawk stabiliti f’din id-Direttiva.
▐
10. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabilixxi proċeduri, formoli u mudelli komuni għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti relevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
11. L-ABE għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafi 9 u 10 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Artikolu 23
Kriterji ta' valutazzjoni
1. Fil-valutazzjoni tan-notifika kif hemm dispost għaliha fl-Artikolu 22(1) u tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(3), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, sabiex jiżguraw l-immaniġjar tajjeb u prudenti tal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha tkun proposta akkwiżizzjoni, u filwaqt li titqies l-influwenza eventwali eżerċitata mill-akkwirent propost fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu, jivvalutaw l-ideoneità tal-akkwirent propost u s-solidità finanzjarja tal-akkwiżizzjoni proposta skont il-kriterji li ġejjin:
(a) ir-reputazzjoni tal-akkwirent propost;
(b) ir-reputazzjoni u l-esperjenza ta’ kwalunkwe persuna li tkun ser tiddiriġi n-negozju tal-istituzzjoni ta’ kreditu bħala riżultat tal-akkwiżizzjoni proposta;
(c) is-solidità finanzjarja tal-akkwirent propost, b’mod partikolari fir-rigward tat-tip ta’ negozju li jsir u li jkun previst fl-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni;
(d) jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu tkunx ser tkun f'qagħda li tikkonforma u tkompli tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali bbażati fuq din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP], u fejn applikabbli, Direttivi oħrajn, partikolarment, id-Direttivi 2009/110/KE u 2002/87/KE, partikolarment, jekk il-grupp li tkun ser issir parti minnu jkollux struttura li tagħmilha possibbli li ssir superviżjoni effikaċi, isir skambju effikaċi ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u tkun iddeterminata l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fost l-awtoritajiet kompetenti;
(e) jekk ikunx hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal suspett li, b’rabta mal-akkwiżizzjoni proposta, ikun qed isir jew sar jew kien hemm attentat ta’ ħasil ta’ flus jew finanzjament ta’ terroristi fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE[18], jew li l-akkwiżizzjoni proposta tista’ żżid ir-riskju ta’ dan.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joġġezzjonaw għall-akkwiżizzjoni proposta biss jekk hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal dan fuq il-bażi tal-kriterji stabiliti fil-paragrafu 1 jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost tkun inkompleta.
3. L-Istati Membri la għandhom jimponu xi kundizzjonijiet preċedenti fir-rigward tal-livell ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji li jrid ikunu akkwiżiti u lanqas jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jeżaminaw l-akkwiżizzjoni proposta fit-termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq.
4. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista li tispeċifika l-informazzjoni meħtieġa sabiex issir il-valutazzjoni u li trid tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien tan-notifika msemmija fl-Artikolu 22(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u adattata għat-tip tal-akkwirent propost u tal-akkwiżizzjoni proposta. L-Istati Membri ma għandhomx jitolbu informazzjoni li ma tkunx relevanti għal valutazzjoni prudenzjali.
5. Minkejja l-Artikolu 22(2), (3) u (4), fejn ikunu ġew notifikati żewġ proposti jew aktar ta’ akkwiżizzjoni jew żjieda ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu lill-awtorità kompetenti, din tal-aħħar għandha titratta lill-akkwirenti proposti mingħajr ebda diskriminazzjoni.
Artikolu 24
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
L-awtoritajiet kompetenti relevanti għandhom jaħdmu f’konsultazzjoni sħiħa ma’ xulxin meta jkunu qegħdin jagħmlu l-valutazzjoni jekk l-akkwirent propost ikun wieħed minn dawn:
·istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali fis-sens tal-Artikolu 2(1), il-punt b tad-Direttiva 2009/65/KE (minn hawn ’il quddiem imsejħa kumpanija maniġerjali UCITS) awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur li ma jkunx dak li fih tkun proposta l-akkwiżizzjoni;
·il-kumpanija prinċipali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur li ma jkunx dak li fih tkun proposta l-akkwiżizzjoni;
·persuna fiżika jew ġuridika li tikkontrolla istituzzjoni ta’ kreditu, impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, ditta tal-investiment jew kumpanija maniġerjali UCITS awtorizzata fi Stat Membru ieħor jew f’settur li ma jkunx dak li fih tkun proposta l-akkwiżizzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew relevanti għall-valutazzjoni. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin meta jintalbu l-informazzjoni kollha relevanti u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni essenzjali. Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li tawtorizza lill-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha tkun proposta l-akkwiżizzjoni għandha tindika kwalunkwe opinjoni jew riserva espressa mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-akkwirent propost
Artikolu 25
Notifika f'każ ta' ċessjoni
L-Istati Membri għandhom jobbligaw kull persuna fiżika jew ġuridika li tkun ħadet deċiżjoni li tiddisponi, direttament jew indirettament, minn parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu li l-ewwel tinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti, filwaqt li tindika d-daqs tal-parteċipazzjoni azzjonarja maħsuba. Tali persuna għandha wkoll tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti jekk tkun ħadet deċiżjoni li tnaqqas il-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti tagħha b’mod li l-proporzjoni tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital miżmum jaqa’ taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax aktar sussidjarja tagħha. L-Istati Membri jistgħu ma japplikawx il-livell limitu ta’ 30 % jekk, f’konformità mal-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/109/KE, japplikaw il-limitu ta’ terz.
Artikolu 26
Obbligi ta' informazzjoni u sanzjonijiet
1. Malli jsiru jafu b’xi akkwiżizzjonijiet jew ċessjonijiet ta’ parteċipazzjoni azzjonarja fil-kapital li jikkaġunaw li l-parteċipazzjonijiet azzjonarji jeċċedu jew jinżlu taħt wieħed mil-livelli limitu li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 25, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dawn l-akkwiżizzjonijiet jew ċessjonijiet.
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu elenkati f'suq irregolat kif imsemmija fil-lista li għandha tkun ippubblikata mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE għandhom, mill-anqas darba fis-sena, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li għandhom parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet kif murija, pereżempju, bl-informazzjoni mogħtija fil-laqgħat ġenerali annwali tal-azzjonisti u l-membri jew bħala riżultat ta’ konformità mar-regolamenti rigward impriżi elenkati fil-Boroż.
2. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li, meta l-influwenza eżerċitata mill-persuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 22(1) aktarx li tkun topera għad-detriment tal-immaniġjar prudenti u tajjeb tal-istituzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-provvedimenti xierqa biex iwaqqfu dik is-sitwazzjoni. Provvedimenti bħal dawn jistgħu jikkonsistu f’inġunzjonijiet, sanzjonijiet, bla ħsara għall-Artikoli 65 sa 69, kontra membri tal-korp maniġerjali u l-maniġers jew is-sospenzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mill-azzjonisti jew mill-membri tal-istituzzjoni ta’ kreditu inkwistjoni.
Provvedimenti simili għandhom japplikaw għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni bil-quddiem, kif stipulat fl-Artikolu 22(1) u bla ħsara għall-Artikoli 65 sa 69.
Jekk parteċipazzjoni azzjonarja tkun akkwiżita minkejja li jkun hemm l-oppożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom, indipendentement minn xi sanzjonijiet oħra li jridu jiġu adottati, jiddisponu jew għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot korrispondenti, jew għan-nullità tal-voti mitfugħa, jew il-possibilità li dawn ikunu annullati.
Artikolu 27
Kriterji għall-parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti
Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti fil-kuntest tal-Artikoli 22, 25 u 26 ikunux issodisfati, għandhom jiġu kkunsidrati d-drittijiet tal-vot li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 2004/109/KE, kif ukoll il-kundizzjonijiet rigward l-aggregazzjoni tagħhom stipulati fl-Artikolu 12(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.
Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji għal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 26 ikunux issodisfati, l-Istati Membri ma għandhomx jikkunsidraw id-drittijiet tal-vot jew l-ishma li d-ditti tal-investiment jew l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jista’ jkollhom b'riżultat tal-provvediment ta’ sottoskrizzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew tqegħid ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod inkluż taħt il-punt 6 tat-Taqsima A tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE, sakemm, minn naħa, dawk id-drittijiet ma jkunux eżerċitati jew użati mod ieħor għal intervent fil-maniġment tal-emittent u, min-naħa l-oħra, imneħħija fi żmien sena mill-akkwiżizzjoni.
Titolu IV
Kapital inizjali tad-ditti tal-investiment
Artikolu 28
Kapital inizjali tad-ditti tal-investiment
1. Il-kapital inizjali tad-ditti tal-investiment għandu jinkludi biss dawk l-oġġetti msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 24 tar-Regolament [inserted by OP].
2. Id-ditti tal-investiment l-oħrajn kollha minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 29 sa 31 għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 730 000.
Artikolu 29
Kapital inizjali ta’ tipi partikolari ta’ ditti tal-investiment
1. Ditta tal-investiment li ma tinnegozja f’ebda strument finanzjarju f'isimha stess jew li ma tissottoskrivix ħruġ ta’ strumenti finanzjarji fuq bażi ta’ impenn sod, iżda li żżomm il-flus jew it-titoli ta’ klijenti u li toffri wieħed jew aktar mis-servizzi li ġejjin, għandu jkollha kapital inizjali ta’ EUR 125 000:
(a) ir-riċevuta u t-trażmissjoni ta’ ordnijiet tal-investituri għal strumenti finanzjarji;
(b) l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet tal-investituri għal strumenti finanzjarji;
(c) l-immaniġjar ta’ portafolji individwali ta’ investimenti fi strumenti finanzjarji.
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lil ditta tal-investiment li teżegwixxi l-ordnijiet tal-investituri għal strumenti finanzjarji li żżomm tali strumenti għaliha nnifisha jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) dawn il-pożizzjonijiet joriġinaw biss min-nuqqas tal-kumpanija li tilħaq bl-eżatt l-ordnijiet tal-investituri;
(b) il-valur totali tas-suq ta’ dawn il-pożizzjonijiet kollha jkun soġġett għal limitu massimu ta’ 15 % tal-kapital inizjali tad-ditta;
(c) id-ditta tissodisfa r-rekwiżiti stabiliti fl-Artikoli 87 sa 90 u l-Parti Erbgħa tar-Regolament [inserted by OP];
(d) tali pożizzjonijiet ikunu inċidentali u proviżorji fin-natura tagħhom u limitati strettament għaż-żmien meħtieġ sabiex titwettaq it-tranżazzjoni inkwistjoni.
3. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal EUR 50 000 meta kumpanija ma tkunx awtorizzata li żżomm il-flus jew it-titoli tal-klijenti, li tinnegozja għaliha nnifisha, jew li tiżgura ħruġ fuq bażi ta’ impenn sod.
4. Il-pussess ta’ pożizzjonijiet f'portafolji mhux ta’ negozjar fi strumenti finanzjarji sabiex tinvesti fondi proprji ma għandux jitqies bħala negozju relatat mas-servizzi stabiliti fil-paragrafu 1 jew għall-finijiet tal-paragrafu 3.
Artikolu 30
Kapital inizjali ta' impriżi lokali
L-impriżi lokali għandu jkollhom kapital inizjali ta’ EUR 50 000 sakemm jibbenefikaw mil-libertà tal-istabiliment jew li jipprovdu servizzi speċifikati fl-Artikoli 31 u 32 tad-Direttiva 2004/39/KE.
Artikolu 31
Ditti li ma jżommux flus jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħhom
1. Il-kopertura għall-impriżi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament [inserted by OP] għandha tkun f’waħda minn dawn il-forom:
kapital inizjali ta’ EUR 50 000;
(b) assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-UE jew xi garanzija oħra simili kontra r-responsabilità li tirriżulta minn negliġenza professjonali, li tirrappreżenta mill-inqas EUR 1 000 000 li tapplika għal kull pretensjoni u fl-aggregat EUR 1 500 000 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha;
(c) kombinazzjoni ta’ kapital inizjali u assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali f’forma li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għal dik imsemmija fil-punti (a) jew (b).
L-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu riveduti perjodikament mill-Kummissjoni sabiex jikkunsidraw il-bidliet fl-Indiċi Ewropew tal-Prezzijiet għall-Konsumatur kif ippubblikat mill-Eurostat, konformi ma’ u fl-istess ħin bħall-aġġustamenti magħmula taħt l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni[19].
2. Jekk ditta msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament [inserted by OP] tkun ukoll irreġistrata taħt id-Direttiva 2002/92/KE[20], din għandha tikkonforma mal-Artikolu 4(3) ta’ dik id-Direttiva u jkollha kopertura f’waħda mill-forom li ġejjin:
(a) kapital inizjali ta’ EUR 25 000;
(b) assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali li tkopri t-territorju kollu tal-UE jew xi garanzija oħra simili kontra r-responsabilità li tirriżulta minn negliġenza professjonali, li tirrappreżenta mill-inqas EUR 500 000 li tapplika għal kull pretensjoni u fl-aggregat EUR 750 000 fis-sena għall-pretensjonijiet kollha;
(c) kombinazzjoni ta’ kapital inizjali u assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali f’forma li tirriżulta f’livell ta’ kopertura ekwivalenti għal dik imsemmija fil-punti (a) jew (b).
Artikolu 32
Klawsola ta’ anterjorità
1. Permezz ta’deroga mill-Artikoli 28(2), 29(1), 29(3) u 30, l-Istati Membri jistgħu jkomplu awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investiment u ditti koperti mill-Artikolu 30 li kienet eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 1995, li l-fondi proprji ta’ dawn ditti jew ditti tal-investiment ikunu inqas mil-livelli ta’ kapital inizjali speċifikati għalihom fl-Artikoli 28(2), 29(1), 29(3), u 30.
Il-fondi proprji ta’ ditti jew ditti tal-investiment bħal dawn m’għandhomx jaqgħu taħt l-ogħla livell ta’ referenza kkalkolat wara t-23 ta’ Marzu 1993. Dak il-livell referenzjarju għandu jkun il-livell medju ta’ kuljum tal-fondi proprji kkalkolati fuq perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data tal-kalkolu. Dan għandu jiġi kkalkolat kull sitt xhur fir-rigward tal-perjodu preċedenti korrispondenti.
2. Jekk il-kontroll ta’ xi ditta koperta mill-paragrafu 1 jittieħed minn persuna fiżika jew ġuridika minbarra l-persuna li kkontrollatha qabel, il-fondi proprji ta’ dik id-ditta għandhom jilħqu mill-inqas il-livell speċifikat għalihom fl-Artikoli 28(2), 29(1), 29(3), u 30, għajr fil-każ tal-ewwel trasferiment b’eredità magħmul wara l-31 ta’ Diċembru 1995, soġġett għall-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u għal perjodu ta’ mhux aktar minn 10 snin mid-data ta’ trasferiment.
Titolu V
Dispożizzjonijiet rigward il-libertà tal-istabiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi
Kapitolu 1
Prinċipji ġenerali
Artikolu 33
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu
L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għal din id-Direttiva jkunu jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 39(1) u (2) u l-Artikoli 40 sa 46 jew bl-istabiliment ta’ fergħa jew permezz tal-provvediment ta’ servizzi, minn xi istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata u supervizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, diment li dawk l-attivitajiet ikunu koperti bl-awtorizzazzjoni.
Artikolu 34
L-istituzzjonijiet finanzjarji
1. L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għal din id-Direttiva jkunu jistgħu jitwettqu fit-territorji tagħhom, skont l-Artikolu 35, l-Artikolu 36(1), (2) u (3), l-Artikolu 39(1) u (2) u l-Artikoli 40 sa 46, jew bl-istabiliment ta’ fergħa jew permezz tal-provvediment ta’ servizzi, minn xi istituzzjoni finanzjarja minn Stat Membru ieħor, sew jekk sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew sussidjarja bi sjieda konġunta ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew aktar, li l-Memorandum u l-Artikoli ta’ Assoċjazzjoni tagħhom jippermettu t-twettiq ta’ dawk l-attivitajiet u li jissodisfaw kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:
(a) l-impriża jew impriżi prinċipali għandhom ikunu awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istat Membru li bid-dritt tiegħu tkun irregolata l-istituzzjoni finanzjarja;
(b) l-attivitajiet inkwistjoni għandhom fil-fatt jitwettqu fit-territorju tal-istess Stat Membru;
(c) l-impriża jew impriżi prinċipali għandu jkollhom 90 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma fil-kapital tal-istituzzjoni finanzjarja;
(d) l-impriża jew impriżi prinċipali għandhom jissodisfaw lill-awtoritajiet kompetenti rigward l-immaniġjar prudenti tal-istituzzjoni finanzjarja u għandhom jiddikjaraw, bil-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti relevanti tal-Istat Membru domiċiljari, li huma in solidum u individwalment jiggarantixxu l-impenni li tkun ħadet l-istituzzjoni finanzjarja;
(e) l-istituzzjoni finanzjarja għandha tkun effettivament inkluża, partikolarment għall-attivitajiet inkwistjoni, fis-superviżjoni konsolidata tal-impriża prinċipali, jew ta’ kull waħda mill-impriżi prinċipali, skont it-Titolu VII, il-Kapitolu 3 ta’ din id-Direttiva u l-Parti Wieħed, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament [inserted by OP] (konsolidazzjoni prudenzjali), partikolarment għall-finijiet tar-rekwiżiti minimi tal-fondi proprji stipulati fl-Artikolu 87 tar-Regolament [inserted by OP] għal kontroll ta’ skoperturi kbar kif dispost għalihom fil-Parti Erbgħa ta’ dak ir-Regolament u għall-finijiet tal-limitazzjoni tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji li hemm dispost għalihom fl-Artikoli 84 u 85 ta’ dak ir-Regolament.
Konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet għandha tkun ivverifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u dawn tal-aħħar għandhom ifornu lill-istituzzjoni finanzjarja b’ċertifikat ta’ konformità li għandu jagħmel parti min-notifika li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 35 u 39.
2. Jekk istituzzjoni finanzjarja li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ma tkomplix tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti, l-Istat Membru domiċiljari għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u l-attivitajiet imwettqa minn dik l-istituzzjoni finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti jsiru soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti.
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw skont dan għal sussidjarji ta’ istituzzjoni finanzjarja li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tal-1 paragrafu.
Kapitolu 2
Id-dritt tal-istabiliment tal-istituzzjoniijiet ta’ kreditu
Artikolu 35
Ir-rekwiżit tan-notifika u l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
1. L-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq li tistabilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħha.
2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq li tistabilixxi fergħa fi Stat Membru ieħor tipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta tissottometti n-notifika msemmija fil-paragrafu 1:
(a) l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun qed tippjana li tistabilixxi fergħa;
(b) programm tal-operazzjonijiet, li jispjega, inter alia, it-tipi ta’ negozju maħsuba u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;
(c) l-indirizz tal-Istat Membru ospitanti li mingħandu jkunu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;
(d) l-ismijiet ta’ dawk li se jkunu responsabbli għall-immaniġjar tal-fergħa.
3. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw mill-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva jew tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu, billi jitqiesu l-attivitajiet maħsuba, huma għandhom fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u għandhom jinformaw b’dan lill-istituzzjoni ta’ kreditu.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw ukoll l-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji u s-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 87 tar-Regolament [inserted by OP] tal-istituzzjoni ta’ kreditu.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 34, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw l-ammont u l-kompożizzjoni tal-fondi proprji tal-istituzzjoni finanzjarja u l-ammont totali tal-iskopertura għar-risjku skont l-Artikolu 87 tar-Regolament [inserted by OP] tal-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun l-impriża prinċipali tagħha.
4. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom lill-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata fi żmien tliet xhur mir-riċevuta tal-informazzjoni kollha.
Dak ir-rifjut jew nuqqas ta’ risposta għandhom ikunu soġġetti għad-dritt ta’ rikors quddiem il-qrati tal-Istat Membru domiċiljari.
4a. l-informazzjoni finanzjarja msemmija f'dan l-Artikolu għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni finanzjarja konsolidata tal-istituzzjoni ta' kreditu jew, meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun sussidjarja ta' istituzzjoni prinċipali f'livell tal-UE, l-informazzjoni finanzjarja konsolidata ta' dik l-istituzzjoni prinċipali.
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li tkun innotifikata skont dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
7. L-ABE għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 36
Il-bidu tal-attivitajiet
1. Qabel ma l-fergħa tal-istituzzjoni ta’ kreditu tibda bl-attivitajiet tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom, fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35, iħejju għas-superviżjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu skont il-Kapitolu 4 u jekk neċessarji jindikaw il-kundizzjonijiet li bihom, fl-interess tal-ġid komuni, dawk l-attivitajiet għandhom ikunu mwettqa fl-Istat Membru ospitanti.
2. Mar-riċevuta tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew fil-każ li jiskadi l-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 fl-assenza tar-riċevuta ta’ xi komunikazzjoni minn dan tal-aħħar, il-fergħa tkun tista’ tiġi stabilita u tkun tista’ tibda l-attivitajiet tagħha.
3. Fil-każ ta’ xi bidla f’xi waħda mid-dettalji kkomunikati bis-saħħa tal-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 35(2), l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tagħti avviż bil-miktub tal-bidla kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u dak ospitanti, mill-anqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni skont l-Artikolu 35 u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jieħdu deċiżjoni u jistabilixxu l-kundizzjonijiet għall-bidla skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
4. Fergħat li jkunu bdew bl-attivitajiet tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet eżistenti fl-Istati Membri ospitanti, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, għandhom ikunu preżunti li kienu soġġetti għall-proċedura stabilita fl-Artikolu 35 u fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawn għandhom ikunu rregolati, mill-1 ta’ Jannar 1993, mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u mill-Artikoli 33 u 53 kif ukoll mill-Kapitolu 4.
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li tkun innotifikata skont dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
7. L-ABE għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 37
Informazzjoni rigward ir-rifjut
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-ABE dwar l-għadd u t-tip ta’ każijiet fejn kien hemm rifjut skont l-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(1), (2) u (3) .
Artikolu 38
Aggregazzjoni ta’ fergħat
Kwalunkwe numru ta’ postijiet ta’ negozju stabiliti fl-istess Stat Membru minn istituzzjoni ta’ kreditu b’uffiċċju prinċipali fi Stat Membru ieħor għandhom jitqiesu bħala fergħa waħda.
Kapitolu 3
Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi
Artikolu 39
Proċedura tan-notifika
·Kull istituzzjoni ta’ kreditu li tkun tixtieq teżerċita l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi bit-twettiq tal-attivitajiet tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, bl-attivitajiet fil-lista tal-Anness I għal din id-Direttiva li hi jkollha l-intenzjoni li twettaq.
·L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, fi żmien xahar mill-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1, jibagħtu dik in-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
·Dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet akkwiżiti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li kienu jipprovdu s-servizzi qabel l-1 ta’ Jannar 1993.
·L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni li tkun innotifikata skont dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
·L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tistabilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali notifika.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
·L-ABE għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Kapitolu 4
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti
Artikolu 40
Rekwiżiti ta' rapportar
L-awtoritijajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jkollhom fergħat fit-territorji tagħhom, jirrapportaw perjodikament dwar l-attivitajiet f’dawk l-Istati Membri ospitanti.
Dawn ir-rapporti jistgħu jintalbu biss għal finijiet ta’ informazzjoni jew ta' statistika u għall-applikazzjoni tal-Artikolu 52(1) u għandhom ikunu soġġetti għal kunfidenzjalità kummerċjali stretta.
L-awtoritijajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jistgħu b’mod partikolari jeżiġu informazzjoni mingħand l-istituzzjonijiet ta’ kreditu imsemmija fl-ewwel subparagrafu sabiex dawk l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw jekk fergħa tkunx sinifikanti skont l-Artikolu 52(1). Stati Membri ospitanti jistgħu jesiġu li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu minn Stati Membri oħra jipprovdu l-istess informazzjoni bħalma jesiġu minn istituzzjonijiet ta' kreditu nazzjonali.
Artikolu 41
Provvedimenti li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fl-Istat Membru ospitanti
1. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, abbażi tal-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari skont l-Artikolu 51, jaċċertaw li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju tiegħu tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-attivitajiet imwettqa fl-Istat Membru ospitanti, dawn għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari:
(a) L-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva jew mar-Regolament [inserted by OP];
(b) L-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx mistennija li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva jew mar-Regolament [inserted by OP].
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jieħdu l-provvedimenti kollha xierqa biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata ġġib fi tmiem dik is-sitwazzjoni irregolari jew tieħu provvedimenti sabiex tevita r-riskju ta’ nonkonformità. Dawn il-provvedimenti għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jallegaw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru domiċiljari ma jkunux qdew l-obbligi tagħhom jew ma jkunux ser jaqdu l-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 1, huma jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F’dak il-każ, l-ABE tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu. L-ABE għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fi żmien 24 siegħa.
Artikolu 42
Ġustifikazzjoni
Kwalunkwe miżura li tittieħed skont l-Artikoli 41(1), 43 jew 44 li tinvolvi penali jew restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi jew tal-libertà tal-istabiliment għandha tkun iġġustifikata kif xieraq u kkomunikata lill-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata.
Artikolu 43
Provvedimenti prekawzjonarji
1. Qabel ma jsegwu l-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, f’emerġenzi, sakemm jittieħdu l-provvedimenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jew il-provvedimenti ta’ riorganizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE, jieħdu kwalunkwe miżura prekawzjonarja meħtieġa biex jipproteġu l-interessi kollettivi tad-depożitanti, l-investituri u l-klijenti fl-Istat Membru ospitanti.
2. Il-provvedimenti prekawzjonarji għandhom ikunu proporzjonati għall-fini tagħhom, li huwa li jipproteġu kontra impatt detrimentali għall-interessi kollettivi tad-depożitanti, l-investituri u l-klijenti fl-Istat Membru ospitanti. Il-provvedimenti jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-ħlas. Ma għandhomx jirriżultaw fi preferenza għall-kredituri tal-istituzzjoni ta’ kreditu fl-Istat Membru ospitanti fuq il-kredituri fi Stati Membri oħrajn.
3. Il-provvedimenti prekawzjonarji jistgħu jittieħdu biss qabel ma tkun ittieħdet miżura ta’ riorganizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE. Kwalunkwe miżura prekawzjonarja għandha tieqaf milli jkollha effett meta l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizjali tal-Istat Membru domiċiljari jieħdu provvedimenti ta’ riorganizzazzjoni skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom iwaqqfu l-provvedimenti prekawzjonarji meta dawn jiskadu taħt l-Artikolu 41 sakemm ma jintemmx l-effett tagħhom skont il-paragrafu 3.
5. Il-Kummissjoni, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra konċernati għandhom ikunu informati bil-provvedimenti prekawzjonarji mingħajr dewmien bla bżonn.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jkollhom oġġezzjoni legali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-provvedimenti meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u jkunu adottaw provvedimenti oħra biex jiżguraw l-istess livell ta' protezzjoni skont il-paragrafu 1, huma jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F’dak il-każ, l-ABE tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu. Fejn tieħu azzjoni, l-ABE għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fi żmien 24 siegħa.
6. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati u lill-ABE, tiddeċiedi li l-Istat Membru inkwistjoni jista' jżomm jew għandu jemenda jew jabolixxi l-provvedimenti prekawzjonarji.
Artikolu 44
Is-setgħat tal-Istati Membri ospitanti
L-Istati Membri ospitanti jistgħu, mingħajr ħsara għall-Artikoli 40 u 41, jeżerċitaw is-setgħat ikkonferiti lilhom skont din id-Direttiva biex jieħdu provvedimenti xierqa biex jipprevjenu jew jippunixxu l-irregolaritajiet imwettqa fit-territorji tagħhom li jkunu kuntrarji għar-regoli legali li adottaw skont din id-Direttiva jew fl-interess tal-ġid komuni. Dan għandu jinkludi l-possibilità li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu kisru r-regoli ma jitħallewx jibdew tranżazzjonijiet oħra fit-territorji tagħhom.
Artikolu 45
Provvedimenti wara l-irtirar tal-awtorizzazzjoni
Fil-każ ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom ikunu informati u għandhom jieħdu l-provvedimenti xierqa biex ma jħallux li l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata tibda tranżazzjonijiet oħra fit-territorju tagħhom u biex jissalvagwardjaw l-interessi tad-depożitanti.
Artikolu 46
Reklamar
Xejn f’dan il-Kapitolu ma għandu jipprevjeni lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu bl-uffiċċji prinċipali tagħhom fi Stati Membri oħra milli jirreklamaw is-servizzi tagħhom bil-mezzi kollha ta’ komunikazzjoni disponibbli fl-Istat Membru ospitanti, soġġett għal kwalunkwe regoli li jirregolaw l-għamla u l-kontenut ta’ dawk ir-reklami adottati fl-interess tal-ġid komuni.
Titolu VI
Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi
Artikolu 47
Notifika b'rabta mal-fergħat ta’ pajjiżi terzi u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għas-swieq ta’ dawn il-pajjiżi
1. L-Istati Membri ma għandhomx jagħmlu applikabbli, għall-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Unjoni, meta jibdew jew iwettqu n-negozju tagħhom, dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-ABE u lill-Kumitat Bankarju Ewropew bl-awtorizzazzjonijiet kollha għal fergħat mogħtija lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz.
3. L-Unjoni tista', permezz ta’ ftehimiet konklużi ma' pajjiż terz wieħed jew aktar, tiftiehem li tapplika d-dispożizzjonijiet li jagħtu lil fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Unjoni trattament ugwali fit-territorju kollu tal-Unjoni.
Artikolu 48
Kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi dwar is-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata
1. Il-Kummissjoni tista’ tissottometti proposti lill-Kunsill, kemm fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, għal negozjar ta’ ftehimiet ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar rigward il-mezzi biex teżerċita superviżjoni fuq bażi konsolidata fuq dawn li ġejjin:
(a) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li l-impriżi prinċipali tagħhom ikollhom l-uffiċċju prinċipali f’pajjiż terz;
(b) l-istituzzjonijiet ta’ kreditu pożizzjonati f’pajjiżi terzi li l-impriżi prinċipali tagħhom, sew jekk ikunu istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, ikollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni.
2. Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu partikolarment li jiżguraw dan kollu li ġej:
(a) li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni, fuq il-bażi tas-sitwazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħhom, tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jkunu pożizzjonati fl-Unjoni u li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu pożizzjonati barra mill-Unjoni, jew li jkollhom partiċipazzjoni f’dawk l-istituzzjonijiet;
(b) li l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa għas-superviżjoni tal-impriżi prinċipali li l-uffiċċji prinċipali tagħhom ikunu pożizzjonati fit-territorji tagħhom u li jkollhom bħala sussidjarji istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu pożizzjonati f’wieħed mill-Istati Membri jew aktar jew li jkollhom parteċipazzjoni azzjonarja f’tali istituzzjonijiet;
(c) li l-ABE tkun tista’ tikseb informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jirċievu mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
3. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 218 tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha, bl-assistenza tal-Kumitat Bankarju Ewropew, teżamina r-riżultat tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 u s-sitwazzjoni li tirriżulta.
L-ABE għandha tassisti lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Titolu VII
Superviżjoni prudenzjali
Kapitolu 1
Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali
Taqsima I
Kompetenza tal-Istat Membru domiċiljari u ta’ dak ospitanti
Artikolu 49
Kompetenza tal-kontroll tal-Istat Membru domiċiljari
1. Is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni, inkluża dik tal-attivitajiet imwettqa minnha skont l-Artikoli 33 u 34, għandha tkun ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari, mingħajr ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabilità lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni s-superviżjoni fuq bażi konsolidata.
Artikolu 50
Kompetenza tal-Istat Membru ospitanti
Il-provvedimenti meħuda mill-Istat Membru ospitanti ma jistgħux jistipulaw trattament diskriminatorju jew restrittiv li jkun ibbażat fuq il-fatt li istituzzjoni tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 51
Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex issir superviżjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet li joperaw, partikolarment permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Għandhom jipprovdu lil xulxin kif ukoll lill-ABE l-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-amministrazzjoni u s-sjieda ta’ tali istituzzjonijiet li aktarx li tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ dawk l-istituzzjonijiet, partikolarment fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitar ta’ skoperturi kbar, fatturi oħra li jistgħu jinfluwenzaw ir-riskju sistematiku li ġġib l-istituzzjoni, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jipprovdu minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kif ukoll lill-ABE kwalunkwe informazzjoni u sejbiet li jirrigwardaw is-superviżjoni tal-likwidità skont il-Parti Sitta tar-Regolament [inserted by OP] u t-Titolu VII, il-Kapitolu 3 ta’ din id-Direttiva tal-attivitajiet imwettqa mill-istituzzjoni permezz tal-fergħa, sakemm din l-informazzjoni tkun relevanti għall-protezzjoni tad-depożitanti jew l-investituri u l-kontribwenti fl-Istat Membru ospitanti.
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti kollha kif ukoll lill-ABE minnufih fejn jokkorri stress ta’ likwidità jew ikun raġonevolment mistenni li jseħħ. Din l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll dettalji dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ rkupru u dwar kwalunkwe miżura prudenzjali meħuda f’dak il-kuntest.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw u jispjegaw meta mitlub lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kif l-informazzjoni u s-sejbiet ipprovduti minn dawn tal-aħħar ġew ikkunsidrati. Meta, b'segwitu għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni u sejbiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jsostnu li ma ttieħdet l-ebda miżura xierqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F’dak il-każ, l-ABE tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu. Fejn tieħu azzjoni, l-ABE għandha tieħu kwalunkwe deċiżjoni fi żmien xahar.
5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ABE sitwazzjonijiet fejn talba għall-kollaborazzjoni, b’mod partikolari għall-iskambju ta’ informazzjoni, tkun ġiet irrifjutata jew ma ttieħditx azzjoni fuqha fi żmien raġonevoli. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 258 tat-Trattat, l-ABE tista’, f’dawk is-sitwazzjonijiet, taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex tistabilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti ta’ skambju ta’ informazzjoni li jistgħu jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
8. L-ABE għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafi 6 u 7 lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 52
Fergħat sinifikanti
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 107(1) jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, għal fergħa ta’ istituzzjoni li ma tissodisfax il-kriterji stabiliti fl-Artikoli 90 tar-Regolament [inserted by OP] li titqies sinifikanti.
Dik it-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet li għalihom il-fergħa għandha titqies sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:
(a) jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’termini ta’ depożitu jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;
(b) l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew għeluq tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni fuq il-likwidità sistemika u s-sistemi ta’ pagament u kklerjar u saldu fl-Istat Membru ospitanti;
(c) il-qies u l-importanza tal-fergħa f’termini ta’ għadd ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u tal-Istat Membru ospitanti, u s-superviżur konsolidanti fejn japplika l-Artikolu 108, għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti.
Jekk ma tittiħidx deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba taħt l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni huma stess fi żmien perjodu ieħor ta’ xahrejn dwar jekk il-fergħa tkunx sinifikanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma u riżerva tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.
Jekk, fl-aħħar tal-ewwel perjodu ta’ xahrejn xi waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jipposponu d-deċiżjoni tagħhom u jistennew id-deċiżjoni li tista’ tieħu l-ABE skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f’konformità ma’ dik tal-ABE. Il-perjodu ta’ xahrejn għandu jitqies bħala l-fażi ta’ konċiljazzjoni fis-sens tal-Artikolu 19 ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar (1). Il-kwistjoni m’għandhiex tkun riferuta lill-ABE wara l-aħħar tal-perjodu inizjali ta’ xahrejn jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.
Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu għandhom ikunu stabiliti f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni mmotivata bis-sħiħ u mibgħut lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, u għandu jkun vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.
In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m’għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn tkun stabilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 112(1)(c) u (d) u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 107(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
Jekk awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ssir taf b’sitwazzjoni ta’ emerġenza f’istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 109(1), din għandha twissi mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikoli 59(4) u 60.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabiliti fergħat sinifikanti r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskji ta’ istituzzjonijiet b’tali fergħat imsemmija fl-Artikolu 92 u, fejn applikabbli, l-Artikolu 108(2)(a). Dawn għandhom jikkomunikaw ukoll deċiżjonijiet skont l-Artikoli 64, 98 u 99 safejn dawk il-valutazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ikunu relevanti għal dawk il-fergħat.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn ikunu stabiliti fergħat sinifikanti dwar passi operazzjonali meħtieġa mill-Artikolu 84(10), meta dan ikun relevanti għar-riskji tal-likwidità fil-munita tal-Istat Membru ospitanti.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkunux ikkonsultaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jew meta l-passi operazzjonali msemmija fl-Artikolu 84(10) meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari ma jkunux adegwati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F’dak il-każ, l-ABE tista’ taġixxi skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.
3. Meta l-Artikolu 111 ma jkun applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qegħdin jissupervizzaw istituzzjoni b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandhom jistabilixxu u jippresjedu kulleġġ ta’ superviżuri sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 51. L-istabiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub li jiġu ddeterminati, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti konċernati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ.
Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkunsidra r-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri konċernati msemmija fl-Artikolu 8 u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ kompletament informati, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu sejrin jiġu diskussi u l-attivitajiet ikkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha wkoll iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ kompletament informati, fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-provvedimenti eżegwiti.
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu fuq bażi ta’ każ b’każ spezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tal-istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom u jeżiġu informazzjoni minn fergħa dwar l-attivitajiet tagħha. Qabel l-ispezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom ikunu kkonsultati. Wara l-ispezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-informazzjoni miksuba u s-sejbiet li jkunu relevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom debitament jikkunsidraw din l-informazzjoni u dawn is-sejbiet fid-determinazzjoni tal-programm tal-eżami superviżorju msemmi fl-Artikolu 96, filwaqt li jikkunsidraw ukoll l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti.
4a. L-ABE għandu jkollha s-setgħa li twettaq spezzjonijiet fuq il-post imħabbra jew mhux imħabbra fuq bażi individwali.
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.
Il-Kummissjoni għandha tiġi ddelagata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
6. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġu ddeterminati l-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi tas-superviżuri.
Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta dawn l-istandards tekniċi implimentattivi skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
7. L-ABE għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafi 5 u 6 lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Artikolu 52a
Verifika fuq il-post u spezzjoni tal-fergħat
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jwettqu fuq bażi individwali spezzjonijiet fuq il-post tal-attivitajiet imwettqa mill-fergħat tal-istituzzjonijiet fit-territorju tagħhom u jesiġu informazzjoni minn fergħa dwar l-attivitajiet tagħha. Qabel l-ispezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom ikunu kkonsultati. Wara l-ispezzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari l-informazzjoni miksuba u s-sejbiet li jkunu relevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni jew l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom debitament jikkunsidraw din l-informazzjoni u dawn is-sejbiet fid-determinazzjoni tal-programm tal-eżami superviżorju msemmi fl-Artikolu 96, filwaqt li jikkunsidraw ukoll l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 53
Verifika fuq il-post u spezzjoni ta’ fergħat stabiliti fi Stat Membru ieħor
1. L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, meta istituzzjoni awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jkunu jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu huma stess jew permezz ta’ persuni li jaħtru għal dak il-għan verifika fuq il-post u spezzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 51.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu ukoll, għall-finijiet tal-verifika tal-fergħat, jużaw xi waħda mill-proċeduri l-oħrajn stabiliti fl-Artikolu 116.
Taqsima II
Skambju ta’ informazzjoni u Segretezza professjonali
Artikolu 54
Segretezza professjonali
1. L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-persuni kollha li jkunu jaħdmu jew li kienu ħadmu għall-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll l-awdituri jew l-esperti li jaġixxu f’isem l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.
L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li huma jistgħu jirċievu waqt it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom ma tista’ tiġi ddivulgata lil xi persuna jew awtorità, ħlief f’forma ta’ sommarju jew f’forma kollettiva, hekk li l-istituzzjonijiet individwali ma jistgħux ikunu identifikati, bla ħsara għall-każijiet koperti bil-liġi kriminali.
Madankollu, meta istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet iddikjarata falluta jew tkun stralċata b’mod obbligatorju, informazzjoni kunfidenzjali li ma tkunx tikkonċerna lil partijiet terzi involuti fi sforzi biex isalvaw din l-istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tkun iddivulgata fi proċedimenti ċivili jew kummerċjali.
2. Il-paragrafu 1 m’għandux iwaqqaf lill-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri milli jiskambjaw informazzjoni jew jittrażmettu informazzjoni lill-ABE skont din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment], mad-Direttivi l-oħra applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u mal-Artikoli 31, 35 u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010. Dik l-informazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali indikati fil-paragrafu 1.
3. Il-paragrafu 1 m’għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jippubblikaw l-eżitu tat-testijiet tal-istress imwettqa skont l-Artikolu 97 jew l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u milli jittrażmettu l-eżitu tat-testijiet tal-istress lill-ABE għall-fini tal-pubblikazzjoni mill-ABE tar-riżultati tat-testjiet tal-istress tal-Unjoni kollha.
Artikolu 55
Użu ta’ informazzjoni kunfidenzjali
L-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont l-Artikolu 54 jistgħu jagħmlu użu minnha biss matul il-qadi ta’ dmirijiethom u biss għal kwalunkwe mill-finijiet li ġejjin:
(a) biex jiċċekkjaw li l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu ssodisfati u biex jiffaċilitaw il-monitoraġġ, fuq bażi mhux konsolidata jew konsolidata, tat-twettiq ta’ tali attività, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-monitoraġġ tal-likwidità, is-solvenza, l-iskoperturi kbar u l-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern;
(b) biex jimponu sanzjonijiet;
(c) f’appell kontra deċiżjoni tal-awtorità kompetenti inkluż proċeduri fil-qrati skont l-Artikolu 71;
(d) fi proċeduri fil-qrati miftuħa skont dispożizzjonijiet speċjali, li hemm dispost għalihom fid-dritt Unjoni, adottati fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
Artikolu 56
Ftehimiet ta' kooperazzjoni
L-Istati Membri u l-ABE, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jistgħu jikkonkludu ftehimiet ta’ kooperazzjoni, li jiddisponu għal skambji ta’ informazzjoni, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi jew mal-awtoritajiet jew il-korpi ta’ pajjiżi terzi kif iddefinit fl-Artikolu 57 u l-Artikolu 58(1) ta’ din id-Direttiva biss jekk l-informazzjoni li tkun iddivulgata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali mill-anqas ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 54(1) ta’ din id-Direttiva. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet superviżorji mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija.
Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi ddivulgata mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddivulgawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
Artikolu 57
Skambju ta’ informazzjoni fi Stat Membru
L-Artikoli 54(1) u 55 m’għandhomx jeskludu l-iskambju tal-informazzjoni fl-Istat Membru, meta jkun hemm żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar fl-istess Stat Membru, jew bejn Stati Membri, bejn awtoritajiet kompetenti u dawn li ġejjin, fil-qadi tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom:
(a) l-awtoritajiet li jkunu ngħataw id-dmir pubbliku li jissupervizzaw organizzazzjonijiet finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni oħra u l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
(aa) skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 1(u) u fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2012/... [dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti];
(b) korpi involuti fil-likwidazzjoni u l-falliment tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u fi proċedimenti oħra simili;
(c) persuni responsabbli għat-twettiq ta’ awditi statutorji tal-kontijijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
L-Artikoli 54(1) u 55 m’għandhomx jeskludu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni neċessajra biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom lil korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ depożitu.
Fiż-żewġ każijiet, l-informazzjoni riċevuta għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali speċifikati fl-Artikolu 54(1).
Artikolu 58
Skambju ta’ informazzjoni ma’ korpi sorveljanti
1. Minkejja l-Artikoli 54 sa 56, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u dawn li ġejjin:
(a) l-awtoritajiet responsabbli li jissorveljaw il-korpi involuti fl-istralċ jew fil-falliment tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u proċeduri oħra simili;
(aa) skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2012/... [dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti];
(b) l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza ta’ persuni inkarigati li jwettqu awditi statutorji tal-kontijiet ta’ impriżi tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet ta’ kreditu, ditti tal-investimenti u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżiġu mill-anqas li jiġu ssodisfati ta’ dawn il-kundizzjonijiet:
(a) l-informazzjoni għandha tkun għall-fini li jitwettaq il-kompitu superviżorju msemmi fil-paragrafu 1;
(b) l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali indikati fl-Artikolu 54(1);
(c) meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi ddivulgata mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddivulgawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-ABE l-ismijiet tal-awtoritajiet li jkunu jistgħu jirċievu l-informazzjoni bis-saħħa tal-paragrafi 1 u 2 u jipprovdu lill-ABE fuq talba tagħha b'dik l-informazzjoni.
3. Minkejja l-Artikoli 54 sa 56, l-Istati Membri jistgħu, bil-għan li tissaħħaħ l-istabilità, inkluża l-integrità, tas-sistema finanzjarja, jawtorizzaw l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli skont il-liġi għad-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' ksur tal-liġi tal-kumpaniji.
F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li mill-anqas dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati:
(a) l-informazzjoni tkun għall-fini li jitwettaq il-kompitu msemmi fl-ewwel subparagrafu;
(b) l-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali speċifikati fl-Artikolu 54(1);
(c) meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi ddivulgata mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddivulgawha u, fejn xieraq, biss għall-finijiet li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
4. Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew il-korpi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 jwettqu l-kompitu tagħhom ta’ detezzjoni jew investigazzjoni bl-għajnuna, minħabba l-kompetenza speċifika tagħhom, ta’ persuni maħtura għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, il-possibilità ta’ skambju ta’ informazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tista’ tkun estiża għal dawk il-persuni permezz tal-kundizzjonijiet speċifikati fit-tieni subparagrafu.
5 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-ABE l-ismijiet tal-awtoritajiet jew korpi li jkunu jistgħu jirċievu l-informazzjoni skont dan l-Artikolu.
6. Sabiex ikun implimentat il-paragrafu 4, l-awtoritajiet jew il-korpi li jissemmew fil-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddivulgaw l-informazzjoni, l-ismijiet u r-reponsabilitajiet preċiżi tal-persuni li lilhom tkun se tintbagħat.
Artikolu 59
It-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar aspetti monetarji, ta' protezzjoni tad-depożiti, sistemiċi u ta’ pagament
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-provvedimenti xierqa biex ineħħu ostakoli li jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jittrażmettu informazzjoni lil dawn li ġejjin għall-finijiet tal-kompiti rispettivi tagħhom:
(a) il-banek ċentrali u l-korpi l-oħra b’funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji jekk l-informazzjoni tkun relevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom, inkluża t-twettiq tal-politika monetarja u l-provvediment tal-likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament, ikklerjar u saldu, u s-salvagwardar tal-istabilità tas-sistema finanzjarja;
(aa) skemi ta' protezzjoni kuntrattwali jew istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2012/... [dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti];
(b) fejn xieraq, awtoritajiet pubbliċi oħrajn responsabbli mis-sorveljanza tas-sistemi ta’ pagament;
(c) il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), (AETS) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX), jekk l-informazzjoni tkun relevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1092/2010[21], (UE) Nru 1095/2010 u (EU) Nru 1094/2010;
2. Xejn minn dan il-Kapitolu ma għandu jipprevjeni lil dawk l-awtoritajiet jew korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu milli jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti dik l-informazzjoni li huma jistgħu jeħtieġu għall-finijiet tal-Artikolu 55.
3. L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 54(1).
4. F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 109(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jikkomunikaw, mingħajr dewmien, xi informazzjoni lill-banek ċentrali jekk l-informazzjoni tkun relevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tagħhom, inkluża t-twettiq tal-politika monetarja u l-provvediment tal-likwidità relatata, is-sorveljanza tas-sistemi ta' pagament, ikklerjar u saldu, u s-salvagwardja tal-istabilità tas-sistema finanzjarja, u lill-BERS jekk l-informazzjoni tkun relevanti għat-twettiq tal-kompiti statutorji tiegħu.
It-trażmissjoni ta’ informazzjoni lil entitajiet oħrajn
1. Minkejja l-Artikoli 54(1) u 55, l-Istati Membri jistgħu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet stabiliti bil-liġi, jawtorizzaw d-divulgazzjoni ta’ ċerta informazzjoni lil dipartimenti oħra tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom li jkunu responsabbli għal-leġiżlazzjoni dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tal-istituzzjonijiet finanzjarji, tas-servizzi tal-investimenti u tal-impriżi tal-assigurazzjoni u lil spetturi li jaġixxu f’isem dawk id-dipartimenti.
Madankollu, dan id-divulgazzjonijiet jistgħu jsiru biss fejn neċessarju għal raġunijiet ta’ kontroll prudenzjali.
F’sitwazzjoni ta’ emerġenza kif imsemmi fl-Artikolu 109(1), l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti li jiddivulgaw informazzjoni li tkun relevanti lid-dipartimenti msemmija fl-ewwel paragrafu fl-Istati Membri kollha konċernati.
2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-divulgazzjoni ta’ ċerta informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet lill-kumitati parlamentari, qrati tal-awdituri jew entitajiet oħrajn simili f’dak l-Istat Membru, taħt dawn il-kundizzjonijiet:
(a) Tali entitajiet ikollhom mandat speċifiku iddefinit mid-dritt nazzjonali sabiex jinvestigaw jew jiskrutinizzaw l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet jew mil-leġiżlazzjoni dwar tali superviżjoni;
(b) L-informazzjoni tkun strettament neċessarja biex jinqeda bis-sħiħ il-mandat msemmi fil-punt (a);
(c) Il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ segretezza skont id-dritt nazzjonali, li jiżguraw li l-informazzjoni ma tiġix iddivulgata lil persuni li ma jkunux membri jew impjegati ta’ tali entitajiet;
(d) Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din ma tkunx tista’ tiġi ddivulgata mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddivulgawha u, biss għall-finijiet li għalihom l-awtoritajiet ikunu taw il-kunsens tagħhom.
Sa fejn id-divulgazzjoni tal-informazzjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tkun tinvolvi l-ipproċessar tad-dejta personali, kwalunkwe pproċessar mill-entitajiet imsemmija hawn fuq għandu josserva l-liġijiet nazzjonali applikabbli li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
Artikolu 61
Informazzjoni miksuba permezz ta’ verifiki fuq il-post
L-Istati Membri għandhom jiddisponu sabiex l-informazzjoni rċevuta permezz tal-Artikoli 52(4), 54(2) u 57 u informazzjoni miksuba permezz tal-verifiki fuq il-post imsemmija fl-Artikolu 53(1) u (2) qatt ma tkun tista’ tiġi ddivulgata fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 60 ħlief bil-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddivulgaw l-informazzjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun saret il-verifika fuq il-post.
Artikolu 62
Informazzjoni rigward is-servizzi ta’ kklerjar u saldu
1. Xejn minn dan il-Kapitolu ma għandu jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru milli jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 54 sa 56 lil ċentru tal-ikklerjar jew korp ieħor simili rikonoxxut mid-dritt nazzjonali biex jipprovdi servizzi ta’ kklerjar u saldu għal wieħed mis-swieq tagħhom jekk huma jikkunsidraw li jkun neċessarju li jikkomunikaw l-informazzjoni sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq ta’ dawk il-korpi b’relazzjoni ma' inadempjenzi jew inadempjenzi potenzjali mill-parteċipanti fis-suq. L-informazzjoni rċevuta f’dan il-kuntest għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 54(1).
2. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jiżguraw li informazzjoni li riċevuta skont l-Artikolu 54(2) ma tkunx tista’ tiġi ddivulgata fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr il-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu ddivulgawha.
Taqsima III
Dmir tal-persuni responsabbli mill-kontroll legali tal-kontijiet annwali u konsolidati
Artikolu 63
Dmir tal-persuni responsabbli mill-kontroll legali tal-kontijiet annwali u konsolidati
1. L-Istati Membri għandhom jiddisponu mill-anqas li kwalunkwe persuna awtorizzata skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KEE[22] li twettaq fl-istituzzjoni ta’ kreditu l-kopmitu deskritt fl-Artikolu 51 tad-Direttiva 78/660/KEE[23], fl-Artikolu 37 tad-Direttiva 83/349/KEE[24] jew fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE, jew kwalunkwe kompitu statutorju ieħor, ikollha d-dmir li tirrapporta minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw lil dik l-istituzzjoni ta’ kreditu, li dwarhom dik il-persuna tkun saret konxja waqt li tkun twettaq dak il-kompitu, li jkunu jistgħu:
(a) jikkonstitwixxu ksur sostanzjali tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li jistabilixxu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-awtorizzazzjoni jew li speċifikament jirregolaw l-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet;
(b) jaffettwaw il-kontinwità tal-funzjonament tal-istituzzjoni;
(c) iwasslu għaċ-ċaħda ta’ ċertifikazzjoni tal-kontijiet jew għall-espressjoni ta’ riżervi.
L-Istati Membri għandhom jiddisponu mill-inqas li dik il-persuna jkollha wkoll id-dmir li tirrapporta kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li dwarhom issir konxja waqt it-twettiq tal-kompitu tagħha kif deskritt fl-ewwel subparagrafu f’impriża li jkollha rabtiet mill-qrib li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ kontroll mal-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha tkun qiegħda twettaq dak il-kompitu.
2. Din id-divulgazzjoni in bona fede lill-awtoritajiet kompetenti, minn persuni awtorizzati skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/43/KEE, jew kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ma għandhiex tikkostitwixxi ksur ta’ xi restrizzjoni dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni imposta b’kuntratt jew b’xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva u ma għandhiex tinvolvi lil tali persuna fi kwalunkwe responsabilità. Tali divulgazzjoni għandha wkoll issir fl-istess ħin lill-korp maniġerjali tal-istituzzjoni fin-nuqqas ta' kwalunkwe raġuni konvinċenti biex dan ma jsirx.
Taqsima IV
Setgħat superviżorji, setgħa ta’ sanzjoni u dritt ta’ rikors
Artikolu 64
Setgħat superviżorji
Għall-finijiet tal-Artikolu 99 u l-applikazzjoni tar-Regolament [inserted by OP], l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom tal-anqas is-setgħat li ġejjin:
(a) li jeħtieġu l-istituzzjonjiet iżommu fondi proprji speċifiċi marbuta mal-elementi tar-riskji u r-riskji mhux koperti bl-Atikolu 1 tar-Regolament [inserted by OP], kif iddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 98;
(b) li jeħtieġu r-rinfurzar tal-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji implimentati għall-konformità mal-Artikoli 72 sa 74;
(c) li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li japplikaw politika speċifika ta’ proviżjonament jew it-trattament tal-assi fir-rigward tar-rekwiżiti ta' fondi proprji;
(d) li jirrestrinġu jew jillimitaw in-negozju, l-operazzjonijiet jew in-netwerk tal-istituzzjonijiet jew li jitolbu ċ-ċessjoni tal-attivitajiet li joħolqu riskji eċċessivi għas-sodezza ta’ istituzzjoni;
(e) li jeħtieġu t-tnaqqis tar-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi tal-istituzzjonijiet;
(f) li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jillimitaw ir-remunerazzjoni varjabbli bħala perċentwal tad-dħulijiet netti meta ma tkunx konsistenti maż-żamma ta’ bażi kapitali tajba;
(g) li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li jużaw il-profitti netti biex isaħħu l-fondi proprji, inkluż billi jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-distribuzzjonijiet lill-azzjonisti jew lill-membri tal-istituzzjoni;
(h) li jimponu rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti, inkluż rapportar dwar il-pożizzjonijiet tal-kapital u tal-likwidità;
(i) li jimponu restrizzjonijiet fuq spariġġ tal-maturità bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet;
(j) li jipprojbixxu l-ħlas jew id-distribuzzjoni ta’ dividend jew imgħax fuq strumenti ta’ Saff 1 Addizzjonali.
(ja) li jneħħu membru wieħed jew iktar tal-korp maniġerjali, meta ma jissodisfawx ir-rekwiżiti imposti skont l-Artikolu 87.
Artikolu 65
Sanzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-awtoritajiet kompetenti ▌tagħhom jistgħu jieħdu sanzjonijiet u provvedimenti amministrattivi xierqa fejn ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament [inserted by OP] jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u fejn il-ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ħlief dawk imsemmija fl-Artikoli 66(1) u 67(1), ma jkunx soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet jiġu applikati. Is-sanzjonijiet u l-provvedimenti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn obbligi jkunu applikabbli għall-istituzzjonijiet, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta u kumpaniji azzjonarji mħallta, ▌jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet għal tal-anqas dawn l-impriżi ▌.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-provvedimenti jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntieri.
Artikolu 66
Rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni u rekwiżiti għall-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti
1. Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli għal dan li ġej:
(a) il-prosegwiment tan-negozju tat-teħid tad-depożiti jew ta’ fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku mingħajr ma tkun istituzzjoni ta’ kreditu bi ksur tal-Artikolu 3;
(b) il-bidu ta’ attivitajiet ta' istituzzjoni ta’ kreditu mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni bi ksur tal-Artikolu 9;
(c) l-akkwiżizzjoni, diretta jew indiretta, ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu jew żieda ulterjuri, diretta jew indiretta, bħal parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu li b'riżultat ta’ dawn il-proporzjoni tad-drittijiet tal-voti jew tal-kapital miżmum jilħaq jew jaqbeż l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ssir sussidjarja tagħha (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-akkwiżizzjoni proposta), mingħajr ma jiġu nnotifikati bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti rigward l-istituzzjoni ta’ kreditu li fiha jkunu qegħdin jippruvaw jiksbu jew iżidu parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti, bi ksur tal- Artikolu 22(1).
(d) ċessjoni, diretta jew indiretta, ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti f'istituzzjoni ta’ kreditu jew tnaqqis fil-parteċipazzjoni azzjonarja kwalifikanti sabiex il-proporzjon tad-drittijiet tal-voti jew tal-kapital miżmum jaqa' taħt l-20 %, it-30 % jew il-50 % jew b’mod li l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax sussidjarja, mingħajr ma jiġu nnotifikati bil-miktub l-awtoritajiet kompetenti bi ksur tal-Artikolu 25.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sanzjonijiet u provvedimenti amministrattivi li jkunu jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-anqas li ġej:
(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli u n-natura tal-ksur;
(b) ordni li teħtieġ lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli li twaqqaf l-imġiba u li ma terġax tirrepeti dik l-imġiba;
(c) fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat totali annwali tal-impriża fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn l-impriża tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, il-fatturat totali annwali relevanti għandu jkun il-fatturat totali annwali li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;
(d) fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji ta’ sa EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva;
(e) sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju derivat mill-ksur fejn dan il-benefiċċju jkun jista' jiġi ddeterminat.
Artikolu 67
Dispożizzjonijiet oħra
1. Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli f'dawn iċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:
(a) istituzzjoni tkun kisbet awtorizzazzjoni permezz ta’ dikjarazzjoni falza jew b’xi mezzi irregolari oħra, bi ksur tal-Artikolu 18(b);
(b) istituzzjoni, li malli ssir konxja bi kwalunkwe akkwiżizzjoni jew ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji fil-kapital tagħha li jikkaġunaw li l-parteċipazzjonijiet azzjonarji jeċċedu jew jinżlu taħt wieħed mil-livelli limitu msemmija fl-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 25, tkun naqset li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti b’dawk l-akkwiżizzjonijiet jew ċessjonijiet bi ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1).
(c) istituzzjoni elenkata f'suq regolat kif imsemmija fil-lista li tkun ippubblikata mill-AETS skont l-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39/KE ma tkunx informat, mill-anqas darba fis-sena, lill-awtoritajiet kompetenti bl-ismijiet tal-azzjonisti u l-membri li jipposjedu parteċipazzjonijiet azzjonarji kwalifikanti u d-daqs ta’ tali parteċipazzjonijiet bi ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 26(1).
(d) istituzzjoni tkun naqset milli jkollha fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 73;
(e) istituzzjoni tkun naqset li tirrapporta informazzjoni dwar l-obbligu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji stipulati fl-Artikolu 87 tar-Regolament [inserted by OP] lill-awtoritajiet kompetenti kif meħtieġ mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 95(1) ta’ dak ir-Regolament;
(f) istituzzjoni tkun naqset li tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti d-dejta dwar ir-rekwiżiti kapitali meħtieġa skont l-Artikolu 96 tar-Regolament [inserted by OP];
(g) istituzzjoni tkun naqset li tirrapporta informazzjoni dwar skopertura kbira lill-awtoritajiet kompetenti meħtieġa skont l-Artikolu 383(1) tar-Regolament [inserted by OP];
(h) istituzzjoni tkun naqset li tirrapporta informazzjoni dwar il-likwidità lill-awtoritajiet kompetenti kif meħtieġ mill-Artikolu 403(1) u 403(2) tar-Regolament [inserted by OP];
(i) istituzzjoni tonqos li tirrapporta informazzjoni dwar il-proporzjon tal-ingranaġġ lill-awtoritajiet kompetenti meħtieġa skont l-Artikolu 417(1) tar-Regolament [inserted by OP];
(j) istituzzjoni tkun naqset li żżomm f'kull waqt assi likwidi kif meħtieġ skont l-Artikolu 401 tar-Regolament [inserted by OP];
(k) istituzzjoni tkun ġarrbet skopertura akbar mil-limiti stipulati fl-Artikolu 384 tar-Regolament [inserted by OP];
(l) istituzzjoni li tkun esposta għar-risku tal-kreditu ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mingħajr ma tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 394 tar-Regolament [inserted by OP];
(m) istituzzjoni tkun naqset li tiddivulga informazzjoni skont l-Artikolu 418(1)-(3) jew 436(1) tar-Regolament [inserted by OP];
(ma) istituzzjoni tkun sabet responsabbli għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta' ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.
2. Mingħajr ħsara għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-Artikolu 64, l-Istati Membri għandhom jiżguraw fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sanzjonijiet u l-provvedimenti amministrattivi li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas dawn li ġejjin:
(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur;
(b) ordni li teħtieġ lill-persuna fiżika jew ġuridika li twaqqaf l-imġiba u li ma tirrepetix dik l-imġiba;
(c) fil-każ ta' istituzzjoni, l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 18;
(d) projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni jew kwalunkwe persuna fiżika, li jkunu miżmuma responsabbli, milli jeżerċitaw xi funzjoni fl-istitizzjonijiet;
(e) fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10 % tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, il-fatturat totali annwali relevanti għandu jkun il-fatturat totali annwali li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;
(f) fil-każ ta’ persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji ta’ sa EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(g) sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati.
Artikolu 68
Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippublikaw mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe sanzjoni jew miżura li tkun imposta għal xi ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] jew tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż informazzjoni rigward it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għalih. ▌
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jinfurmaw lill-ABE bla dewmien u fid-dettall dwar kull sanzjoni imposta fuq istituzzjonijiet jew individwi taħt is-superviżjoni tagħhom.
Artikolu 68a
Qsim tal-informazzjoni għas-sanzjonijiet
Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tapplika sanzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 66(2) u 67(2) għal persuna legali għandha tinnotifika lill-ABE dwar dik is-sanzjoni u dwar iċ-ċirkustanzi li fihom ġiet applikata.
L-ABE għandha tissorvelja u żżomm lista ta’ persuni fiżiċi li għalihom tkun ġiet applikata sanzjoni, għat-tul ta’ żmien li dik is-sanzjoni tkun applikabbli.
Meta awtorità kompetenti tivvaluta l-fama tajba ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 13(1), 87(1) u 115, għandha tiċċekkja mal-ABE għal informazzjoni marbuta ma’ sanzjonijiet. L-ABE għandha tinfurmaha jekk dawk il-persuni jkunux irreġistrati fil-lista tagħha f’dak il-waqt.
L-ABE għandha tikkoopera fi kwalunkwe żvilupp ta’ listi internazzjonali.
Artikolu 69
Applikazzjoni effikaċi tas-sanzjonijiet u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar mill-awtoritajiet kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiddeterminaw it-tip tas-sanzjonijiet jew provvedimenti amminstrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet amminstrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi relevanti kollha, inkluż:
(a) il-gravità u d-durata tal-ksur;
(b) il-grad ta’ responsabilità tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;
(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew l-introjtu annwali tal-persuna fiżika responsabbli;
(d) l-importanza tal-profitti miksuba jew telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, safejn tkun tista' tiġi ddeterminata;
(e) it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;
(f) il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;
(g) ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.
2. L-ABE għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 dwar it-tipi ta’ provvedimenti u sanzjonijiet amministrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunarji.
Artikolu 70
Rapportar tal-ksur
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabilixxu mekkaniżmi effikaċi u affidabbli sabiex jinkoraġġixxu r-rapportar ta’ vjolazzjonijiet potenzjali jew attwali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti.
2. Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:
(a) proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta’ rapporti dwar vjolazzjonijiet u s-segwitu tagħhom;
(b) protezzjoni xierqa, inkluża l-anonimità sħiħa, għall-impjegati ta’ istituzzjonijiet li jiddenunzjaw vjolazzjonijiet li twettqu fl-istituzzjoni;
(c) protezzjoni tad-dejta personali li tirrigwarda kemm lill-persuna li tirrapporta l-vjolazzjonijiet kif ukoll lill-persuna fiżika li allegatement hija responsabbli għall-vjolazzjoni, skont il-prinċipji stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE;
(ca) regoli ċari li jipprojbixxu li l-istituzzjonijiet jistaqsu dwar l-identità ta’ individwu li jkun irrapporta vjolazzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċeduri interni xierqa għall-impjegati tagħhom sabiex jirrapportaw vjolazzjonijiet b’mezz speċifiku. Tali proċeduri jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehimiet kollettivi jew b’arranġamenti oħra previsti mis-sħab soċjali. Għandha tapplika l-istess protezzjoni msemmija fil-punti (b), (c) u (ca) tal-paragrafu 2.
Artikolu 71
Dritt tal-appell
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-provvedimenti meħuda b'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva jew ir-Regolament [inserted by OP] ikunu soġġetti għad-dritt tal-appell. L-istess għandu japplika meta ma tiitieħed l-ebda deċiżjoni, fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħha, fir-rigward ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.
Kapitolu 2
Proċess ta' rieżami
Taqsima I
Proċess ta’ valutazzjoni dwar l-adegwatezza tal-kapital intern
Artikolu 72
Kapital Intern
L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom fis-seħħ strateġiji u proċessi xierqa, effikaċi u kompluti biex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern li huma jqisu bħala xieraq biex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li għalihom huma jew jistgħu jkunu esposti.
Dawn l-istrateġiji u l-proċessi għandhom ikunu soġġetti għar-rieżami intern regolari biex ikun żgurat li jibqgħu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni konċernata.
Taqsima II
Arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet
Sottotaqsima 1
Prinċipji ġenerali
Artikolu 73
Proċeduri u mekkaniżmi ta’ kontroll intern
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li kull istituzzjoni jkollha arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzazzjonali ċara b’linji ta’ responsabilità ddefiniti tajjeb, trasparenti u konsistenti, proċessi effikaċi biex jidentifikaw, jimmaniġjaw, jimmonitorjaw u jirrapportaw ir-riskji li tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajba, u politiki u prattiki ta’ remunerazzjoni li jkunu konsistenti ma’ u jippromwovu mmaniġjar tar-riskji tajjeb u effikaċi.
2. L-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu komprensivi u proporzjonati għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fil-mudell kummerċjali u tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. Għandhom jitqiesu l-kriterji tekniċi stabiliti fis-Sottotaqsima 2 u 3.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1, skont il-prinċipji tal-proporzjonalità, is-sussidjarjetà u l-komprensività stipulati fil-paragrafu 2.
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.
3a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-bord maniġerjali tal-istituzzjonijiet jadotta pjanijiet komprensivi ta' riżoluzzjoni ("living wills"), biex tiġi żgurata riżoluzzjoni effikaċi tal-istituzzjoni fil-każ ta' falliment u biex jiġi limitat l-impatt negattiv fuq istituzzjonijiet oħra u fuq l-ekonomija usa'.
Fil-każ ta' istituzzjonijiet u gruppi sistemiċi identifikati skont l-Artikolu 132(a), il-korp maniġerjali għandu jiżviluppa dawn il-pjanijiet komprensivi ta' riżoluzzjoni ("living wills") f'livell individwali u tal-gruppi fi żmien sena wara l-inklużjoni fil-lista ta' istituzzjonijiet sistemiċi tal-ABE. Għandhom jiġu aġġornati kontinwament. Jekk istituzzjoni sistemika jew grupp sistemiku ma jipprovdux pjan vijabbli ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti, f'konsultazzjoni mal-BERS, l-ABE u l-awtoritajiet ospitanti kompetenti rilevanti, għandhom jingħataw is-setgħa li jieħdu l-provvedimenti neċessarji biex jiġi stabbilit pjan ta' riżoluzzjoni kredibbli. Dan jista' jinkludi l-ħtieġa ta' bidliet fl-istruttura legali tal-grupp.
Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament 1093/2010 tal-ABE, l-ABE għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-irkupru effikaċi u konsistenti u tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u tipparteċipa b'mod attiv fihom. L-ABE għandha teżamina mill-ġdid kull kundizzjoni ġeneralizzata li l-Istati Membri jimponu fuq il-pjanijiet ta' rkupru. B'mod partikolari, jeħtieġ li rekwiżiti ġeneralizzati jirrispettaw is-suq uniku u mhux joħolqu effetti negattivi fi Stati Membri oħra. L-ABE għandha tiġi infurmata regolarment dwar il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet sistemċi.
Jeħtieġ li l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni jinkludu dispożizzjonijiet, inklużi ftehimiet kuntrattwali u legali kif meħtieġ, biex jiżguraw ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet b'tali mod li jnaqqsu l-effetti ħżiena fuq l-istabilità finanzjarja jew il-ħtieġa għall-finanzjament pubbliku, jittrattaw sitwazzjonijiet transkonfinali mal-fergħat u s-sussidjarji, inklużi l-kunfidenzjalità u l-qsim tal-informazzjoni, u jipprovdu kontinwità tas-servizzi essenzjali.
Artikolu 74
Sorveljanza tal-politiki tar-remunerazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni miġbura skont il-kriterji għad-divulgazzjoni stabiliti fl-Artikolu 435(1) tar-Regolament [inserted by OP] bħala punt ta’ referenza tax-xejriet u l-prattiki tar-remunerazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE.
2. L-ABE għandha toħroġ linji gwida dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni li jikkonformaw mal-prinċipji stipulati fl-Artikoli 88 sa 91. Il-linji gwida għandhom iqisu l-prinċipji dwar politiki sodi ta’ remunerazzjoni stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2009 dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji[25].
L-AETS għandha tikkoopera mill-qrib mal-ABE biex tiżviluppa linji gwida dwar il-politiki ta’ remunerazzjoni għall-kategoriji tal-persunal involut fil-provvediment tas-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment skont it-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE.
L-ABE għandha tuża l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 3 bħala parametru referenzjarju tax-xejriet u l-prattiki tar-remunerazzjoni fil-livell tal-Unjoni.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru informazzjoni fuq l-għadd, l-ismijiet, it-titli u r-responsabbiltajiet tal-impjieg ta’ individwi f’kull istituzzjoni li jirċievu remunerazzjoni ta’ EUR 1 miljun jew aktar kull sena finanzjarja, u jinkludu l-qasam tan-negozju involut u l-elementi ewlenin tas-salarju, bonus, għotja fuq terminu twil u l-kontribuzzjoni tal-pensjoni. Dik l-informazzjoni għandha tintbagħat lill-ABE, li għandha tippubblika fuq bażi aggregata skont l-Istat Membru domiċiljari f’format komuni ta’ rapportar. L-ABE tista’ wkoll tfassal linji gwida biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan il-paragrafu u tiżgura l-konsistenza tal-informazzjoni miġbura.
Sottotaqsima 2
Kriterji tekniċi rigward l-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji
Artikolu 75
Trattament tar-riskji
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali, japprova u perjodikament jirrieżamina l-istrateġiji u l-politiki għat-teħid, l-immaniġjar, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tar-riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, inklużi dawk ikkawżati mill-ambjent makroekonomiku li tkun topera fih fir-rigward tal-istatus taċ-ċiklu tan-negozju.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali ▌jiddedika ħin biżżejjed għall-kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet tar-riskju. Għandu jkun attivament involut fi u għandu jiżgura li riżorsi adegwati jiġu allokati għall-ġestjoni tar-riskji materjali kollha ttrattati f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] kif ukoll fil-valutazzjoni tal-assi, l-użu tal-klassifikazzjonijiet esterni u l-mudelli interni marbuta ma' dawk ir-riskji. L-istituzzjoni jeħtiġilha tistabbilixxi linji ta’ rappurtar lill-korp maniġerjali li jkopru r-riskji materjali kollha u l-politiki tal-ġestjoni tar-riskju u t-tibdiliet fihom.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti f'termini ta' daqs, organizzazzjoni interna u natura, ambitu u kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabbilixxu kumitat tar-riskju jew korp ekwivalenti magħmul minn membri tal-korp maniġerjali ▌. Għadd adegwat ta’ membri tal-kumitat għandhom ukoll ikunu indipendenti. Il-membri tal-kumitat tar-riskju jew ta' korp ekwivalenti għandhom ikollhom l-għarfien, ħiliet u kompetenza espert xierqa biex jifhmu u jikkontrollaw b’mod sħiħ l-istrateġija tar-riskju u l-attitudni favur ir-riskju tal-istituzzjoni.
Il-kumitat tar-riskju jew korp ekwivalenti għandu jagħti pariri lill-korp maniġerjali ▌dwar l-attitudni u l-istrateġija tar-riskju kumplessiva attwali u futura tal-istituzzjoni u jgħin lill-korp maniġerjali ▌sabiex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija.
Il-kumitat tar-riskju għandu jiżgura li r-riskji jkunu riflessi bis-sħiħ fil-prezzijiet tal-obbligazzjonijiet u l-assi b'mod li jkun konsistenti mal-qafas ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju u l-iżvelar superviżorju u pubbliku tar-riskju. Meta l-prezzijiet ma jirriflettux ir-riskju bil-mod deskriit, il-kumitat tar-riskju għandu jippreżenta pjan ta' rimedju lill-bord maniġerjali.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li istituzzjoni tistabbilixxi jew kumitat konġunt tar-riskju u tal-awditu [cf. id-Direttiva ..., Artikolu ...], jew korp ekwivalenti għall-kumitat tar-riskju, meta jqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta' kreditu. Il-membri tal-kumitat konġunt għandu jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa kemm għall-kumitat tar-riskju kif ukoll għall-kumitat tal-awditu.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali u, meta ▌kumitat tar-riskju jew korp ekwivalenti jkunu ġew stabbiliti, il-kumitat tar-riskju jew il-korp ekwivalenti jkollu aċċess adegwat għall-informazzjoni dwar ▌is-sitwazzjoni tar-riskju tal-istituzzjoni u, jekk meħtieġ u xieraq, ▌għall-funzjoni tal-immaniġjar tar-riskji u għal pariri ta' espert estern.
Il-korp maniġerjali u, meta ▌kumitat tar-riskju jew korp ekwivalenti jkun ġie stabbilit, il-kumitat tar-riskju jew il-korp ekwivalenti għandu jiddetermina n-natura, l-ammont, il-format, u l-frekwenza tal-informazzjoni dwar ir-riskju li għandu jirċievi ▌. Il-kumitat tar-riskju, jew il-korp ekwivalenti, biex jassisti politiki u prattiki sodi ta’ kumpens, għandu juri li l-inċentivi pprovduti mis-sistema ta’ kumpens jikkunsidraw ir-riskju, il-kapital, il-likwidità u l-probabbiltà tad-dħul u meta dan isir.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom funzjoni tal-immaniġjar tar-riskji b'indipendenza suffiċjenti mill-funzjonijiet operazzjonali ▌u li jkollha awtorità, statura u riżorsi ▌suffiċjenti skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2006/73/KE.
L-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskji għandu jiżgura li r-riskji materjali kollha jiġu identifikati, mkejla, u rrapportati b'mod adatt. L-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskji għandu jkun jista’ jirrapporta direttament lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu meta jkun meħtieġ, indipendentement mill-maniġment superjuri u jirrapporta preokkupazzjonijiet u jwissi lil dan il-korp, fejn dan ikun f’loku, fil-każ ta’ żviluppi speċifiċi tar-riskju li jaffettwaw jew li jistgħu jaffettwaw lill-istituzzjoni, bla preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali sew fil-funzjoni supervisorja tiegħu u/jew f’dik maniġerjali skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment].
L-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju għandu jkun jista’ jirrapporta direttament lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu meta jkun meħtieġ, indipendentement mill-maniġment superjuri u jirrapporta preokkupazzjonijiet u jwissi lil dan il-korp, fejn dan ikun f’loku, fil-każ ta’ żviluppi speċifiċi tar-riskju li jaffettwaw jew li jistgħu jaffettwaw lill-istituzzjoni, bla preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-korp maniġerjali sew fil-funzjoni supervisorja tiegħu u/jew f’dik maniġerjali skont din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment].
Il-kap tal-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju għandu jkun uffiċjal eżekuttiv superjuri indipendenti b’responsabilità distinta għall-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju. Meta n-natura, l-iskala u kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni ma jiġġustifikawx persuna maħtura b’mod speċjali, persuna superjuri oħra fi ħdan l-istess istituzzjoni tista’ twettaq din il-funzjoni, sakemm ma jkunx hemm kunflitt ta’ interess.
Il-kap tal-uffiċċju tal-immaniġjar tar-riskju ma għandux jitneħħa mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu u għandu jkun jista’ jikseb aċċess dirett għall-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu meta jkun neċessarju.
L-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tkun bla preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/73/KE għad-ditti tal-investiment.
Artikolu 76
Approċċi interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jieħdu passi xierqa biex jiżviluppaw klassifikazzjonijiet interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tal-kreditu meta l-iskoperturi tagħhom ikunu materjali f’termini assoluti u meta huma fl-istess ħin għandhom numru kbir ta’ kontropartijiet materjali.
1a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet interni użati mill-istituzzjonijiet ma jserrħux esklussivament jew mekkanikament fuq klassifikazzjonjiet kreditizji esterni, u li dawn ma jipprevalawx fuq il-valutazzjoni interna.
2. L-awtoritajiet kompetenti, f'istituzzjonijiet li huma sinifikanti f’dak li jirrigwarda d-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, għandhom jippromwovu kapaċità interna tal-valutazzjoni tar-riskji u aktar użu ta’ mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju speċifiku tal-istrumenti tad-dejn fil-portafoll tan-negozjar, flimkien mal-mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għal riskju ta’ falliment u migrazzjoni fejn l-iskoperturi tagħhom għal riskju speċifiku jkunu materjali f’termini assoluti u fejn għandhom numru kbir ta’ pożizzjonijiet materjali fi strumenti tad-dejn ta’ emittenti differenti. Sabiex jagħmlu dan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurzaw politiki interni sodi għar-riskju speċifiku kif ukoll għar-riskju ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni.
2a. L-awtoritajiet kompetenti, f'kooperazzjoni mal-ABE, għandhom janalizzaw u jivvalutaw il-prestazzjonijiet tal-kapaċitajiet ta' klassifikazzjoni interna fi ħdan l-istituzzjonijiet.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddefinixxi aktar il-kunċett ta’ 'skoperturi għal riskju speċifiku li jkunu materjali f’termini assoluti' msemmija fil-paragrafu ▌2 u l-livelli limitu għal numri kbar ta’ kontropartijiet u pożizzjonijiet materjali fi strumenti ta’ dejn ta’ emittenti differenti. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 76a
Benchmarking Superviżorju ta’ Approċċi Interni għall-Kalkolu tar-Rekwiżiti ta' Fondi Proprji
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifasslu portafoll ipotetiku ta' strumenti li jirrappreżentaw il-firxa sħiħa ta’ riskji li l-istituzzjonijiet huma esposti għalihom u li għalihom huma permessi li jużaw mudelli interni għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma permessi li jużaw approċċi interni jikkalkolaw rekwiżiti ta’ fondi prorji għal kull skopertura fil-portafoll u jissottomettu lill-awtorità kompetenti bi frekwenza adegwata li m’għandhiex tkun anqas minn darba fis-sena, ir-riżultati tal-kalkoli, flimkien ma' spjegazzjoni dwar il-metodoloġiji użati biex jipproduċuhom.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, abbażi tal-informazzjoni sottomessa mill-istituzzjonijiet skont il-paragrafu 2, jissorveljaw il-firxa ta’ kalkoli ta’ fondi proprji li jirriżultaw mill-approċċi interni ta’ dawk l-istituzzjonijiet tal-anqas darba kull sena, jevalwaw il-kwalità ta’ dawk l-approċċi b’attenzjoni partikolari għal dawk l-approċċi li juru differenzi sinifikanti f’rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-istess skopertura u għal evalwazzjoni ta’ liema approċċi jikkostitwixxu l-aqwa prattiki.
4. Meta istituzzjonijiet partikolari jkollhom diverġenzi sinifikanti mill-maġġoranza tal-pari tagħhom jew meta ftit ikun hemm elementi komuni fl-approċċi, bir-riżultat li r-riżultati jvarjaw ħafna, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinvestigaw ir-raġunijiet għal dan u jieħdu kull azzjoni korrettiva li tkun meħtieġa biex jiżguraw li jżommu mal-aqwa prattiki u jevitaw li jissotovalutaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri effikaċi biex jaqsmu bejniethom u mal-ABE l-informazzjoni u l-valutazzjonijiet magħmula skont il-paragrafi 2 u 3, biex jippromwovu l-konsistenza fis-superviżjoni tal-approċċi interni fl-Istati Membri.
6. L-ABE tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fejn tqis li dawn ikunu meħtieġa abbażi tal-informazzjoni u l-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 sabiex ittejjeb il-prattiki superviżorji fir-rigward tal-approċċi interni jew ta’ nuqqasijiet identifikati f’approċċi standard għall-kalkolu tal-fondi proprji.
7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji tekniċi biex tkompli tiddefinixxi l-istandards minimi għad-disinn ta’ portafoll ipotetiku kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-istandards minimi għall-kontenut tas-sottomissjonijiet mill-istituzzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 2 u l-istandards minimi għall-valutazzjonijiet magħmula minn awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 77
Il-kreditu u r-riskju tal-kontraparti
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li ġej:
(a) l-għoti tal-kreditu jissejjes fuq kriterji sodi u ddefiniti sewwa. il-proċess għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u r-rifinanzjament tal-krediti jkun stabilit b’mod ċar;
(b) l-istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji interni li jippermettulhom jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu tal-iskoperturi għall-mutwatarji individwali, titoli jew kontropartijiet kif ukoll ir-riskju tal-kreditu fil-livell ta’ portafoll. B’mod partikolari, il-metodoloġiji interni ma għandhomx jistrieħu unikament jew mekkanikalment fuq il-klassifikazzjonijiet esterni. Meta r-rekwiżiti ta' fondi proprji jissejsu fuq klassifikazzjoni minn Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) jew ibbażati fuq il-fatt li skopertura ma tkunx ikklassifikata, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-metodoloġiji tagħhom proprji sabiex jivvalutaw l-adegwatezza tal-gradazzjoni tar-riskju tal-kreditu impliċita f’dawk ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u jqisu r-riżultat fl-allokazzjoni tagħhom tal-kapital intern;
(c) l-amministrazzjoni u l-monitoraġġ kontinwi tal-portafolji riskjużi varji u l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet, inkluż għall-identifikazzjoni u l-immaniġjar ta’ krediti problematiċi u biex jagħmlu aġġustamenti fil-valur u provvedimenti adegwati, ikunu mħaddma permezz ta’ sistemi effikaċi.
(d) id-diversifikazzjoni tal-portafolji tal-kreditu tkun adegwata fl-ambitu tas-swieq fil-mira u l-istrateġija tal-kreditu kumplessiva tal-istituzzjoni;
(da) Jiġi inkoraġġut l-iżvilupp ta’ self ibbażat fuq ir-relazzjonijiet, fejn l-informazzjoni miksuba minn relazzjoni kontinwa tan-negozju mal-klijenti tintuża biex tintlaħaq kwalità ogħla ta’ diliġenza u ta’ valutazzjoni tar-riskju minn dik disponibbli purament minn informazzjoni standardizzata u mill-marki ta’ kreditu.
Artikolu 78
Riskju residwu
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskju li t-tekniki rrikonoxxuti tal-mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu użati mill-istituzzjonijiet jirrizultaw inqas effikaċi milli kien mistenni jkun indirizzat u kkontrollat permezz ta’ politiki u proċeduri miktuba.
Artikolu 79
Riskju ta' konċentrazzjoni
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskju ta’ konċentrazzjoni li joriġina minn skoperturi għal stati sovrani, gvernijiet reġjonali u awtoritajiet lokali, kontropartijiet, inklużi kontropartijiet ċentrali, gruppi ta’ kontropartijiet konnessi, u kontropartijiet fl-istess settur ekonomiku, reġjun ġeografiku jew mill-istess attività jew prodott, l-applikazzjoni tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu, u inklużi b’mod partikolari r-riskji assoċjati ma’ skoperturi indiretti kbar ta’ kreditu bħal emittent ta’ kollateral waħdieni, ikun indirizzat u kkontrollat permezz ta’ politiki u proċeduri miktuba.
Artikolu 80
Riskju ta’ titolizzazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskji li joriġinaw minn tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li fir-rigward tagħhom l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu investitur, oriġinatur jew sponsor, inklużi riskji reputazzjonali (bħal ma joriġinaw fir-rigward ta’ strutturi jew prodotti kumplessi), jiġu evalwati u indirizzati permezz ta’ politiki u proċeduri xierqa, biex ikun żgurat li s-sustanza ekonomika tat-tranżazzjoni tkun riflessa bis-sħiħ fil-valutazzjoni tar-riskju u d-deċiżjonijiet tal-maniġment.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tal-likwidità biex ikunu indirizzati l-implikazzjonijiet kemm tal-amortizzament skedat kif ukoll tal-amortizzament bikri jeżistu fl-istituzzjonijiet li jkunu l-oriġinaturi ta’ tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ċirkolanti li jinvolvu dispożizzjonijiet għal amortizzament bikri.
Artikolu 81
Riskju tas-suq
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-politiki u l-proċessi għall-kejl u l-immaniġjar tas-sorsi materjali kollha u l-effetti tar-riskji tas-suq ikunu implimentati.
2. Meta l-pożizzjoni bin-nieqes ikollha skadenza qabel il-pożizzjoni twila, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ukoll iwettqu miżuri kontra r-riskju ta’ nuqqas ta’ likwidità.
3. Il-kapital intern għandu jkun adegwat għar-riskji tas-suq materjali li ma jkunux soġġetti għal rekwiżit ta’ fondi proprji.
L-istituzzjonijiet, li, meta kkalkolaw r-rekwiżiti tal-fondi tagħhom għal riskju tal-pożizzjoni skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 tar-Regolament [inserted by OP], ikkalkolaw il-valur nett tal-pożizzjonijiet tagħhom f’wieħed jew aktar mill-ekwitajiet li jikkostitwixxu indiċi tal-borża kontra pożizzjoni waħda jew aktar fil-futuri tal-indiċi tal-borża jew prodotti oħra tal-indiċi tal-borża, għandu ikollhom kapital intern adegwat biex ikopru r-riskju bażiku ta’ telf ikkawżat mill-valur tal-futuri jew prodotti oħra li ma jiċċaqalqux totalment skont l-ekwitajiet kostitwenti tagħha; l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu dan ukoll meta jipposjedu pożizzjonijiet opposti fil-futuri tal-indiċi tal-borża li ma jkunux identiċi fir-rigward ta’ meta jimmaturaw jew rigward il-kompożizzjoni tagħhom jew fir-rigward tat-tnejn.
Meta jużaw it-trattament fl-Artikolu 334 tar-Regolament [inserted by OP], l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jipposjedu kapital intern suffiċjenti kontra r-riskju ta’ telf li jeżisti bejn iż-żmien tal-impenn inizjali u l-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.
Artikolu 82
Ditti li ma jżommux flus jew titoli li jappartjenu għall-klijenti tagħhom
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw sistemi biex jevalwaw u jimmaniġjaw ir-riskju li joriġina minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw l-attivitajiet mhux ta’ negozjar ta’ istituzzjoni.
Artikolu 83
Riskju operazzjonali
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw politiki u proċessi biex jevalwaw u jimmaniġjaw l-iskoperturi għar-riskju operazzjonali, inkluż ir-riskju tal-mudelli u filwaqt li jkopru avvenimenti ta’ frekwenza baxxa u ta’ severità għolja. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw x’jikkostitwixxi riskju operazzjonali għall-finijiet ta’ dawk il-politiki u proċeduri.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li pjanijiet ta’ kontinġenza u kontinwità tan-negozju jkunu fis-seħħ biex jiżguraw l-abilità ta’ istituzzjoni li topera fuq bażi kontinwa u tillimita t-telf fil-każ ta’ tqallib serju għan-negozju.
Artikolu 84
Riskju tal-likwidità
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet għandhom strateġiji, politiki, proċessi u sistemi għall-identifikazzjoni, il-kejl, l-immaniġjar u l-kontroll tar-riskju tal-likwidità fuq perjodu ta’ żmien xieraq, inklużi fl-istess ġurnata, sabiex ikun żgurat li l-istituzzjonijiet jżommu livelli xierqa ta’ riżervi tal-likwidità. Dawk l-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom jitfasslu għal-linji tan-negozju, il-muniti, il-fergħat u l-entitajiet ġuridiċi u għandhom jinkludu mekkaniżmi ta’ allokazzjoni xierqa tal-kostijiet, il-benefiċċji u r-riskji tal-likwidità.
2. L-istrateġiji, politiki, proċessi u sistemi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-kumplessità, il-profil tar-riskju, il-firxa tal-operat tal-istituzzjonijiet u t-tolleranza tar-riskju stabiliti mill-korp maniġerjali u jirriflettu l-importanza tal-istituzzjoni f’kull Stat Membru twettaq negozju. L-istituzzjonijiet għandhom jikkomunikaw it-tolleranza tar-riskju għal-linji tan-negozju relevanti kollha.
2a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom profili tar-riskju tal-likwidità li jkunu konsistenti ma’ dak meħtieġ għal sistema li taħdem tajjeb u li hija robusta u ma jeċċeduhx.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmoniterjaw l-iżviluppi li jsiru, fost oħrajn, fid-disinn tal-prodotti u l-volumi tal-prodotti, l-immaniġġjar tar-riskju, il-politiki tal-finanzjament u l-konċentrazzjonijiet tal-finanzjament u jieħdu azzjoni effikaċi fejn tali żviluppi jistgħu jwasslu għall-instabilità ta' istituzzjonijiet individwali jew għal instabilità sistemika.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-ABE bi kwalunkwe provvediment li jitwettaq skont it-tieni subparagrafu u jressqu rapport tal-anqas darba fis-senta lill-ABE dwar żviluppi li jsiru fil-kwestjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-ABE għandha, fuq il-bażi ta' dawn ir-rapporti u l-provvedimenti kollha mwettqa mill- awtoritajiet kompetenti skont it-tieni subparagrafu tiddeċiedi jekk id-dispożizzjonijiet skont it-termini tal-Artikolu 9(3) jew 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 humiex meħtieġa.
L-ABE għandha wkoll, fuq il-bażi ta’ dawn ir-rapporti tippubblika rapport fejn tagħti fil-qosor tali żviluppi fl-Istati Membri u tagħmel rakkomandazzjonijiet kull meta jidhrilha li jkun meħtieġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jiżviluppaw metodoloġiji għall-identifikazzjoni, il-kejl, l-immaniġjar u l-kontroll tal-pożizzjonijiet ta’ finanzjament. Dawk il-metodoloġiji għandhom jinkludu l-fluss tal-likwidità materjali attwali u pproġettati fi, u li jitnisslu minn, assi, obbligazzjonijiet, entrati barra mill-karta bilanċjali inklużi obbligazzjonijiet kontinġenti u l-impatt potenzjali ta’ riskju reputazzjonali.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jiddistingwu bejn assi mirhuna u assi ħielsa minn irbit li jkunu disponibbli dejjem, partikolarment f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Huma għandhom iqisu wkoll l-entità ġuridika li fiha jkunu jinsabu l-assi, il-pajjiż fejn l-assi huma reġistrati legalment kemm f’reġistru jew f’kont, kif ukoll l-eliġibilità tagħhom u għandhom jimmonitorjaw kif l-assi jistgħu jiġu mmobilizzati propizjożament.
5. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu wkoll il-limitazzjonijiet legali, regolatorji u operazzjonali eżistenti għal trasferimenti potenzjali tal-likwidità u tal-assi ħielsa minn irbit bejn entitajiet kemm fiż-ŻEE, kif ukoll ’il barra minnha.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu għodod differenti għall-mitigazzjoni tar-riskji tal-likwidità, inklużi sistema ta’ limiti u bafers tal-likwidità u finanzjament stabbli fit-tul sabiex ikunu jistgħu jifilħu għal sensiela ta’ avvenimenti differenti ta’ stress li jseħħu għal żmien qasir, medju jew fit-tul, li għandhom jinkludu varjetà ta’ xenarji li jinvolvu stress akbar minn dawk impliċiti fid-dispożizzjonijiet għall-ivvalutar tar-rekwiżiti tal-kopertura tal-likwidità u r-rekwiżiti tal-finanzjament stabbli fir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment], u struttura ta’ finanzjament adegwatement diversifikata u aċċess għal sorsi ta’ finanzjament. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu rieżaminati regolarment.
7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jitqiesu xenarji alternattivi ta’ pożizzjonijiet tal-likwidità u tal-mitiganti tar-riskju u l-assunzjonijiet sottostanti għad-deċiżjonijiet rigward il-pożizzjoni ta’ finanzjament għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Għal dawn il-finijiet, ix-xenarji alternattivi għandhom jindirizzaw, partikolarment, entrati barra mill-karta bilanċjali u obbligazzjonijiet kontinġenti oħrajn, inklużi dawk tal-Entitajiet bi Skop Speċjali ta’ Titolizzazzjoni (SSPEs) jew entitajiet bi skop speċjali oħrajn, kif iddefiniti fir-Regolament [inserted by OP], li fir-rigward tagħhom l-istituzzjoni taġixxi ta’ sponsor jew tipprovdi appoġġ materjali ta’ likwidità.
8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iqisu l-impatt potenzjali ta’ xenarji alternattivi li jkunu speċifiċi għall-istituzzjoni, mifruxin mas-suq kollu u kkombinati flimkien. Għandhom jitqiesu perjodi ta’ żmien differenti u kundizzjonijiet ta’ stress ta’ grad varjanti.
9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġustaw l-istrateġiji, il-politiki interni u l-limiti għar-riskju tal-likwidità tagħhom u jiżviluppaw pjanijiet ta’ kontinġenza effikaċi, waqt li jqisu l-eżitu tax-xenarji alternattivi msemmija fil-paragrafu 7.
10. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ pjanijiet ta’ rkupru tal-likwidità li jistabilixxu strateġiji adegwati u provvedimenti implimentattivi xierqa sabiex jindirizzaw il-possibilità ta’ nuqqas ta’ likwidità, inkluż fir-rigward ta’ fergħat stabiliti fi Stat Membru ieħor. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu ttestjati regolarment, jiġu aġġornati abbażi tal-eżitu tax-xenarji alternattivi stipulati fil-paragrafu 7, u jiġu rrapportati lill-maniġment superjuri u approvati minnu, sabiex il-politiki u l-proċessi interni jkunu jistgħu jiġu aġġustati kif meħtieġ. L-istituzzjoniiet għandhom jieħdu l-passi operazzjonali neċessarji minn qabel biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ rkupru tal-likwidità jkunu jistgħu jiġu implimentati minnufih. Għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, tali passi operazzjonali għandhom jinkludu l-pussess ta’ kollateral disponibbli għal finanzjament mill-bank ċentrali. Dan jinkludi l-pussess ta’ kollateral fejn neċessarju fil-munita ta’ Stat Membru ieħor, jew munita ta’ pajjiż terz li għalih ikollha skopertura, u meta jkun operazzjonalment neċessarju fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti jew pajjiż terz li l-munita tiegħu tkun esposta għaliha.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jadottaw il-linji gwida ta' Basel III għal proporzjon nett ta’ finanzjament stabbli u bafer tal-likwidità mill-2015.
Artikolu 85
Riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li istituzzjoni jkollha politiki u proċessi fis-seħħ għall-identifikazzjoni, l-immaniġjar u l-monitoraġġ tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv. L-indikaturi tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv għandhom jinkludu l-proporzjon tal-ingranaġġ stabilit skont l-Artikolu 416 tar-Regolament [inserted by OP] u l-ispariġġ bejn l-assi u l-obbligi.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jindirizzaw ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv b’mod prekawzjonarju billi jqisu ż-żidiet potenzjali fir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv kkawżat minn tnaqqisiet fil-fondi proprji tal-istituzzjoni minħabba telf mistenni jew realizzat, skont ir-regoli kontabilistiċi applikabbli. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jifilħu għal firxa ta’ avvenimenti ta’ stress differenti fir-rigward tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv.
Sottotaqsima 3
Governanza
Artikolu 86
Arranġamenti ta’ governanza
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jiddefinixxi, ▌jissorvelja u jkun responsabbli għal, l-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza li jiżguraw immaniġjar effikaċi u prudenti ta’ istituzzjoni, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet fl-organizzazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess.
Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mal-prinċipji li ġejjin:
(a) il-korp maniġerjali jkollu r-responsabilità kumplessiva għall-istituzzjoni, inklużi l-approvazzjoni u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi, l-istrateġija tar-riskju u l-governanza interna tal-istituzzjoni;
(aa) il-korp maniġerjali għandu jiżgura l-integrità tas-sistemi tal-kontabilità u tar-rappurtar finanzjarju, inklużi l-awditjar independenti, il-kontroll finanzjarju u operazzjonali u l-konformità mal-liġi u l-istandards relevanti;
(ab) il-korp maniġerjali għandu jissorvelja l-proċess tal-iżvelar u l-komunikazzjoni;
(b) il-korp maniġerjali jkun responsabbli għall-provvediment ta’ sorveljanza effikaċi tal-maniġment superjuri;
(c) il-president tal-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni li tkun responsabbli minn funzjoni superviżorja m'għandux jeżerċita simultanjament il-funzjonijiet ta’ uffiċjal eżekuttiv superjuri fi ħdan l-istess istituzzjoni, sakemm:
(i) l-uffiċjal eżekuttiv superjuri ma jkunx l-uniku uffiċjal li jappartjeni lill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu, u direttur mhux eżekuttiv tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu ma jkunx inkarigat mill-governanza korporattiva; jew
(ii) ma jkunx iġġustifikat mill-istituzzjoni u awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali jikkontrolla u perjodikament jivvaluta l-effikaċja tal-arranġamenti tal-governanza ta’ istituzzjoni u jwettaq passi xierqa biex jindirizza kwalunkwe defiċenza.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jistabilixxu kumitat ta’ nominazzjoni magħmul minn membri tal-korp maniġerjali li ma jkunux iwettqu xi funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni konċernata.
Il-kumitat ta’ nominazzjoni għandu jwettaq dan li ġej:
(a) jidentifika u jirrakkomanda, għall-approvazzjoni tal-korp maniġerjali jew għall-approvazzjoni tal-laqgħa ġenerali, għadd ta' kandidati kbir biżżejjed sabiex jimtlew il-postijiet battala fil-korp maniġerjali biex titwettaq kull funzjoni eżekuttiva għall-approvazzjoni tal-korp maniġerjali. Meta jagħmel dan, il-kumitat ta’ nominazzjoni għandu jevalwa l-bilanċ tal-għarfien, il-ħiliet, id-diversità u l-esperjenza tal-korp maniġerjali bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-politika skont l-Artikolu 87(3) u filwaqt li jippermetti li firxa wiesgħa ta’ esperjenza tiġi rikonoxxuta ħalli ma ssirx diskriminazzjoni kontra n-nisa. Huma għandhom iħejju deskrizzjoni tar-rwoli u l-kapaċitajiet għal ħatra partikolari, u jivvalutaw l-impenn tal-ħin mistenni;
(b) perjodikament, u tal-anqas darba fis-sena, jevalwa l-istruttura, id-daqs, il-kompożizzjoni u l-prestazzjoni tal-korp maniġerjali fil-funzjoni eżekuttiva tiegħu, u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp maniġerjali ▌fir-rigward ta’ kwalunkwe bidliet;
(c) perjodikament, u tal-anqas darba fis-sena, jevalwa l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza tal-membri individwali tal-korp maniġerjali fil-funzjoni eżekuttiva tiegħu u tal-korp maniġerjali kollettivament, u jirrapporta dan lill-korp maniġerjali ▌;
(d) perjodikament jirrieżamina l-politika tal-korp maniġerjali fil-funzjoni eżekuttiva tiegħu għas-selezzjoni u l-ħatra tal-maniġment superjuri u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-korp maniġerjali.
Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, il-kumitat ta’ nominazzjoni jrid ikun jista’ juża kwalunkwe forma ta’ riżorsa kif previst mill-korp maniġerjali, inklużi l-pariri esterni, u għandu jirċievi finanzjament xieraq mill-istituzzjoni għal dan il-għan.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw istituzzjoni biex ma tistabilixxix kumitat ta’ nominazzjoni separat meta jqisu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. Awtorità kompetenti tista’ tagħmel dan biss fejn tqis li l-punti (a) sa (d) tat-tieni subparagrafu huma ssodisfati għalkollox mill-proċess tal-għażla tal-korp maniġerjali proprju.
Fejn, skont id-dritt nazzjonali, il-korp maniġerjali ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u tal-ħatra tal-ebda wieħed mill-membri tiegħu, dan il-paragrafu ma għandux ikun applikabbli.
2a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ma jippermettux lil individwu jew grupp żgħir ta' individwi jiddominaw it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-korp maniġerjali, u dan għandu jkun evalwat fejn ikun rilevanti mill-kumitat ta’ nominazzjoni msemmi fl-Artikolu 86.
Artikolu 86a
Rappurtar Pajjiż Pajjiż
1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet li mhumiex soġġetti għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE jħejju, ikollhom awditjar u jagħmlu pubbliku, bħala parti mir-rendikonti finanzjarji annwali tagħhom, rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet.
2. Ir-rapport għandu jispeċifika li ġej:
(a) l-ammont totali tal-pagamenti, inklużi pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;
(b) l-ammont totali għal kull tip ta’ pagament magħmul lil kull gvern f'sena finanzjarja;
3. Għandhom jiġu rrapportati t-tipi ta’ pagamenti jew ammonti li ġejjin:
(a) qligħ qabel it-taxxa;
(b) taxxi fuq il-qligħ;
(c) royalties;
(d) dividendi;
(e) bonusijiet ta’ firma, skoperta jew produzzjoni;
(f) fatturat, kemm tal-partijiet terzi kif ukoll dak intragrupp, tal-entitajiet kostitwenti li jista’ jagħti lok għal pagamenti dovuti;
(g) l-għadd totali ta’ nies impjegati u r-rimunerazzjoni aggregata tagħhom;
(h) in-nefqa fuq l-investiment f'assi fissi matul il-perjodu.
4. Stat Membru għandu jesiġi li kwalunkwe istituzzjoni tfassal rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet.
5. Ir-rapport imsemmi u r-rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet għandhom jiġu ppubblikati kif stabbilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru skont il-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.
Artikolu 86b
Żvelar pubbliku tar-redditu fuq l-assi
L-istituzzjonijiet għandhom jiżvelaw fir-rapport annwali tagħhom fost l-indikaturi ewlenin ir-redditu tagħhom fuq l-assi, ikkalkulat bħala l-qligħ nett tagħhom diviż bil-karta tal-bilanċ totlali tagħhom.
Artikolu 87
Korp maniġerjali
-1. Għall-iskop ta' din id-Direttiva direttur mhux eżekuttiv huwa definit kif ġej:
Direttur mhux eżekuttiv jew direttur ta’ barra huwa membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpanija li ma jiffurmax parti mit-tim tal-maniġment eżekuttiv. Hu jew hi ma jkunux impjegati tal-kumpanija jew affiljati magħha b’xi mod ieħor. Huma ddivrenzjati mid-diretturi ta’ ġewwa, li huma membri tal-bord li jservu wkoll jew servew preċedentement bħala maniġers eżekuttivi tal-kumpanija.
Id-diretturi mhux eżekuttivi għandu jkollhom responsabilitajiet fl-oqsma li ġejjin:
– Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom jisfidaw u jikkontribwixxu b'mod kostruttiv għall-iżvilupp tal-istrateġija;
– Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom jiskrutinizzaw il-prestazzjoni tal-maniġment fl-ilħuq tal-għanijiet u l-objettivi miftiehma u fl-immonitorjar, u fejn ikun meħtieġ fit-tneħħija tal-maniġment superjuri u fl-ippjanar tas-suċċessuri;
– Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom jiżguraw huma stess li l-informazzjoni finanzjarja hija eżatta u li l-kontrolli finanzjarji u s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju huma robusti u jistgħu jiġu difiżi;
– Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu responsabbli biex jiddeterminaw il-livelli xierqa ta’ rimunerazzjoni tad-diretturi eżekuttivi u għandu jkollhom rwol primarju fil-ħatra, u fejn ikun meħtieġ fit-tneħħija, tal-maniġment superjuri u fl-ippjanar tas-suċċessuri.
Id-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ukoll jagħtu fehmiet indipendenti dwar:
– riżorsi;
– ħatriet;
– standards ta’ kondotta.
Id-diretturi mhux eżekuttivi huma l-kustodji tal-proċess tal-governanza. Huma mhumiex involuti fit-tmexxija ta’ kuljum tan-negozju iżda jimmoniterjaw l-attività eżekuttiva u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-istrateġija.
1. Hija r-responsabilità fundamentali tal-azzjonisti li jiżguraw li l-membri tal-korp maniġerjali u l-bord ikollhom l-għarfien, il-kwalifiki u l-ħiliet meħtieġa biex jissalvagwardjaw l-immaniġġjar xieraq u prudenti tal-istituzzjoni li jkollhom f’idejhom. Din ir-responsabilità inaljenabbli għandha tiġi eżerċitata u manifestata permezz ta’ proċeduri ta’ ħatra trasparenti u miftuħa, speċjalment fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali u tal-bord.
▌Il-membri kollha tal-korp maniġerjali, fil-funzjoni maniġerjali kif ukoll superviżorja tiegħu, għandhom dejjem ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, ikollhom għarfien, ħiliet u esperjenza biżżejjed u jiddedikaw ħin biżżejjed biex iwettqu dmirijiethom, filwaqt li.jippermettu li tiġi rikonoxxuta firxa wiesgħa ta’ experjenza ħalli ma ssirx diskriminazzjoni kontra n-nisa. Il-membri tal-korp maniġerjali għandhom, b’mod partikolari, jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Il-membri kollha tal-korp maniġerjali għandhom jiddedikaw ħin biżżejjed biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom fl-istituzzjoni. L-għadd ta’ direttorati li membru tal-korp maniġerjali jista' jkollu fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkustanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni. Il-membri tal-korp maniġerjali ta' istituzzjonijiet li huma sinifikanti f'dawk li huma d-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħhom, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom ma għandhomx jikkombinaw fl-istess ħin aktar minn kombinazzjoni waħda minn dawn li ġejjin:
(i) direttorat eżekuttiv wieħed ma’ żewġ direttorati mhux eżekuttivi;
(ii) erba' direttorati mhux eżekuttivi.
Direttorati eżekuttivi jew mhux eżekuttivi
(i) fl-istess grupp:
(ii) f'istituzzjonijiet li:
(a) huma membri tal-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 108(7) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] jiġu ssodisfati,
(b) stabbilew rabtiet skont l-Artikolu 108(6) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] jew (iii) f'impriżi (inklużi istituzzjonijiet mhux finanzjarji) fejn l-istituzzjonijiet jipposjedu parteċipazzjoni kwalifikattiva,
jgħoddu bħala direttorat wieħed biss.
Il-punt (a) jinkludi:
(i) impriżi u entitajiet mhux finanzjarji:
(a) li fihom hemm parteċipazzjoni kwalifikattiva skont l-Artikolu 4(21) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment],
(b) li fihom hemm parteċipazzjonijiet kwalifikattivi skont l-Artikolu 4(49) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] jew
(c) li għandhom rabtiet sodi skont l-Artikolu 4(72) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] ma' ċerti istituzzjonijiet mhux finanzjarji.
(ii) kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali skont l-Artikolu 4(65), (66) u (67) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] li tikkontrolla istituzzjoni ta' kreditu ċentrali jew reġjonali li taderixxi għal skema IPS.
▌
(b) Il-korp maniġerjali għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tal-istituzzjoni ta' kreditu, inklużi r-riskji ewlenin.
(c) Kull membru tal-korp maniġerjali għandu jaġixxi b’onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb biex jivvaluta u jikkontesta b’mod effikaċi d-deċiżjonijiet tal-maniġment superjuri fejn neċessarju u biex jissorvelja u jimmoniterja b'mod effikaċi fuq it-teħid ta' deċizjonijiet maniġerjali.
(ca) Membri tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandu jkollhom aċċess adegwat għall-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa biex jimmoniterjaw it-teħid tad-deċiżjonijiet maniġerjali.
2. L-istituzzjonijiet għandhom ▌jiddedikaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għat-trawwim u t-taħriġ tal-membri tal-korp maniġerjali.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet u l-kumitati ta' nominazzjoni rispettivi tagħhom jeħtieġu għadd kbir ta' kwalitajiet u kompetenzi meta jirreklutaw membri fil-korpi maniġerjali tagħhom.
(i) L-istituzzjonijiet għandhom jimplimentaw politika li tippromwovi l-professjonaliżmu, ir-responsabilità u l-impenn bħala l-kriterji ta' gwida għar-reklutaġġ tal-maniġment superjuri, bis-salvagwardja li dawk innominati jkunu bla dubju leali lejn l-interessi tal-istituzzjoni.
(ii) L-istituzzjoni għandh tieħu wkoll passi konkreti lejn rappreżentanza aktar bilanċjata fil-bordijiet, bħat-taħriġ ta' kumitati ta’ nominazzjoni, il-ħolqien ta' rosters ta' kandidati kompetenti, u l-introduzzjoni ta' proċess ta' nominazzjoni fejn mill-inqas kandidat wieħed ta' kull sess ikun ippreżentat.
(iii) Fejn tiġi pprattikata, ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp maniġerjali għandha wkoll, billi żżid perspettiva fundamentali u għarfien ġenwin ta' kif taħdem internament l-istituzzjoni, tidher bħala mod pożittiv għat-titjib tad-diversità.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet ikunu implimentaw terz tal-kwota tas-sessi mhux iktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-informazzjoni miġbura skont il-kriterji għad-divulgazzjoni stabiliti fl-Artikolu 422 tar-Regolament [inserted by OP] bħala parametru referenzjarju tal-prattiki tad-diversità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE. L-ABE għandha tuża din l-informazzjoni għall-parametri referenzjarji tad-diversità fil-livell tal-Unjoni.
5. L-ABE għandha tiżviluppa linji gwida biex tispeċifika kif il-kumpanija għandha tqis dan li ġej:
(a) il-kunċett ta’ impenn suffiċjenti tal-ħin iddedikat ta’ membru tal-korp maniġerjali biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu, b'rabta maċ-ċirkostanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet fl-istituzzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jridu jqisu meta jawtorizzaw membru tal-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni biex jikkombina aktar direttorati minn dawk permessi kif imsemmi fil-paragrafu 1(a);
(b) il-kunċett tal-għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 1(b);
(c) il-kunċett tal-onesta, integrità u indipendenza tal-ħsieb ta' membru tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 1(c);
(d) il-kunċett tar-riżorsi umani u finanzjarji adegwati ddedikati għat-trawwim u t-taħriġ tal-membri tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 2;
(e) il-kunċett tad-diversità li trid titqies fis-selezzjoni tal-membri tal-korp maniġerjali kif imsemmi fil-paragrafu 3;
▌
L-ABE għandha tadotta dawk il-linji gwida sal-31 ta’ Diċembru 2015.
5a. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-bordijiet tal-kumpaniji kif previst fil-liġi nazzjonali jew fil-prattika.
Artikolu 88
Politiki ta’ remunerazzjoni
1. L-applikazzjoni tal-Artikoli 88(2) sa 91 għandha tkun żgurata mill-awtoritajiet kompetenti għall-istituzzjonijiet fil-livell ta’ grupp, kumpanija prinċipali u kumpanija sussidjarja, inklużi dawk stabiliti fiċ-ċentri finanzjarji offshore.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, meta jistabilixxu u japplikaw il-politiki ta’ remunerazzjoni totali, inklużi s-salarji u l-benefiċċji ta’ pensjoni diskrezzjonali, għall-kategoriji tal-persunal inkluż il-maniġment superjuri, dawk li jieħdu r-riskju, il-persunal involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll u kwalunkwe impjegat li jirċievi remunerazzjoni totali li twassalhom fl-istess kategorija ta’ remunerazzjoni bħall-maniġment superjuri u dawk li jieħdu r-riskju, li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tagħhom, l-istituzzjonijiet jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin b’mod u sal-estent xieraq għad-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom:
(a) il-politika ta’ remunerazzjoni tkun konsistenti ma’ mmaniġjar tar-riskju tajjeb u effikaċi u tippromwovih u ma tinkoraġġix teħid ta’ riskji li jaqbeż il-livell ta’ riskju tollerat tal-istituzzjoni;
(b) il-politika tar-remunerazzjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi ta’ terminu twil tal-istituzzjoni, u tinkorpora miżuri biex ikunu evitati kunflitti ta’ interess;
(c) il-korp maniġerjali, fil-funzjoni superviżorja tiegħu, tal-istituzzjoni jadotta u perjodikament jirrieżamina l-prinċipji ġenerali tal-politika ta’ remunerazzjoni u jkun responsabbli għall-implimentzzjoni tagħha;
(d) l-implimentazzjoni tal-politika ta’ remunerazzjoni tkun, għall-inqas annwalment, soġġetta għal rieżami intern ċentrali u indipendenti rigward il-konformità mal-politiki u l-proċeduri għar-remunerazzjoni adottati mill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu;
(e) il-persunal involut fil-funzjonijiet ta’ kontroll ikun indipendenti mill-unitajiet tan-negozju li jkunu jissorveljaw, ikollu awtorità xierqa, u jkun remunerati skont il-ksib tal-objettivi marbuta mal-funzjonijiet tiegħu, indipendentement mill-prestazzjoni tal-oqsma tan-negozju li jikkontrolla;
(f) ir-remunerazzjoni tal-uffiċjali superjuri fil-funzjonijiet tal-immaniġjar u l-konformità tar-riskju tkun issorveljata direttament mill-kumitat għar-remunerazzjoni msemmi fl-Artikolu 91 jew, jekk tali kumitat ma jkunx ġie stabilit, mill-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu.
(fa) il-politika tar-remunerazzjoni tagħmel distinzjoni ċara bejn il-kriterji għall-istabbiliment ta':
– remunerazzjoni bażika fissa, li għandha tirrifletti primarjament l-esperjenza professjonali rilevanti u r-responsabilità fl-organizzazzjoni kif stipulat fid-deskrizzjoni tal-impjieg bħala parti mit-termini tal-impjieg,
– remunerazzjoni varjabbli, li għandha tirrifletti rendiment ikbar minn dak mitlub biex wieħed ikun konformi mad-deskrizzjoni tal-impjieg bħala parti mit-termini tal-impjieg,
– kwalunkwe benefiċċji oħra tal-impjegati lil hinn minn dawk mitluba mil-liġi.
Sal-1 ta' Jannar 2014, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standard regolatorju li jispeċifika l-kriterji kwalitattivi u kwantitattivi xierqa biex jiġu identifikati l-kategoroji tal-istaff meqjusa bħala persuni li jieħdu r-riskju.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandard tekniku regolatorju msemmi fit-tieni subparagrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 89
Istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent tal-gvern
Fil-każ tal-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn intervent eċċezzjonali tal-gvern, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fl-Artikolu 88(2):
(a) remunerazzjoni varjabbli tkun strettament limitata bħala perċentwal tad-dħul nett meta tkun inkonsistenti maż-żamma ta’ bażi kapitali soda u l-ħruġ f’waqtu mill-appoġġ tal-gvern;
(b) l-awtoritjajiet kompetenti relevanti jirrikjedu lill-istituzzjonijiet li jirristrutturaw ir-remunerazzjoni b’mod allinjat mal-immaniġjar tar-riskji sod u t-tkabbir fuq terminu twil, inkluż, meta jkun xieraq, l-istabiliment ta’ limiti għar-remunerazzjoni tal-persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-istituzzjoni ta’ kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1); ta' din id-Direttiva jew l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2004/39/KE;
(c) l-ebda remunerazzjoni varjabbli ma titħallas lill-persuni li effikaċiment jidderieġu n-negozju tal-istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) sakemm ma tkunx iġġustifikata.
Artikolu 89a
Istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq perjodu ta' żmien twil mill-BĊE
Fil-każ tal-istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq perjodu ta' żmien twil (LTRO) mill-BĊE, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw flimkien ma’ dawk stipulati fl-Artikolu 88(2):
(a) Żvelar tal-profitt li jkun sar mil-LTRO tal-BĊE permezz ta' "carry trades";
(b) Kwalunkwe profitt minn "carry trades" li m'għandux jgħodd għall-komputazzjoni ta' remunerazzjoni u fondi ta' bonus.
Artikolu 90
Elementi varjabbli tar-remunerazzjoni
1 Għall-elementi varjabbli tar-remunerazzjoni, il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ u taħt l-istess kundizzjonijiet ta' dawk stipulati fl-Artikolu 88(2):
(a) meta r-remunerazzjoni tkun rrelatata mal-prestazzjoni, l-ammont totali tar-remunerazzjoni jkun ibbażat fuq kombinazzjoni tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-individwu u tal-unità tan-negozju kkonċernata u tar-riżultati ġenerali tal-istituzzjoni ta' kreditu u meta ssir l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni individwali, jitqiesu kriterji finanzjarji u mhux finanzjarji;
(b) l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tkun stabilita f’qafas multiannwali sabiex ikun żgurat li l-proċess tal-evalwazzjoni jkun ibbażat fuq prestazzjoni ta’ terminu twil u li l-ħlas reali tal-komponenti tar-remunerazzjoni bbażati fuq il-prestazzjoni jkun mifrux fuq perjodu li jqis iċ-ċiklu tan-negozju sottostanti tal-istituzzjoni ta’ kreditu u r-riskji tan-negozju tagħha;
(c) ir-remunerazzjoni varjabbli totali ma tillimitax l-abilità tal-istituzzjoni li ssaħħaħ il-bażi kapitali tagħha;
(ca) bonusijiet iggarantiti mhumiex konsistenti mal-immaniġjar tar-riskju tajjeb jew mal-prinċipju tar-remunerazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni u m'għandhomx ikunu parti mill-pjanijiet ta' kumpens prospettivi;
(d) remunerazzjoni varjabbli ggarantita tkun eċċezzjonali u sseħħ biss meta jiġi ingaġġat persunal ġdid u tkun limitata għall-ewwel sena tal-impjieg, sakemm l-istituzzjoni jkollha bażi ta' kapital tajba u b'saħħitha;
(e) komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni totali jkunu bbilanċjati b’mod xieraq u l-komponent fiss jirrapreżenta proporzjon għoli biżżejjed tar-remunerazzjoni totali biex tkun tista’ titħaddem politika flessibbli bis-sħiħ, fuq komponenti tar-remunerazzjoni varjabbli, inkluża l-possibilità li ma jitħallas l-ebda komponent varjabbli tar-remunerazzjoni;
(f) l-istituzzjonijiet jistabilixxu l-proporzjonijiet xierqa bejn il-komponent fiss u l-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni totali fejn il-komponent varjabbli m'għandux ikun ikbar minn darba l-komponent fiss tar-remunerazzjoni totali;
(g) il-pagamenti relatati mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt jirriflettu l-prestazzjoni miksuba matul iż-żmien u jkunu mfassla b’mod li ma jippremjawx il-falliment;
(ga) il-pakketti ta' remunerazzjoni marbuta mal-kumpens jew buy out mill-kuntratti f'impjiegi preċedenti m'għandhomx ikunu sproporzjonati, m'għandhomx jipprovdu żborż ikbar, jew li jingħata qabel, minn dak li kieku kien jingħata fl-impjieg preċedenti, u għandhom ikunu wkoll f'konformità mal-interessi fuq perjodu ta' żmien twil tal-istituzzjoni inklużi arranġamenti ta' żamma, differiment, prestazzjoni jew irkupru (clawback);
(h) il-kejl tal-prestazzjoni użat fil-kalkolu tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni jew gruppi ta’ komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni jinkludi l-aġġustament għat-tipi kollha ta’ riskji attwali u futuri u jqis il-kost tal-kapital u l-likwidità rikjesta;
(i) l-allokazzjoni tal-komponenti varjabbli tar-remunerazzjoni fi ħdan l-istituzzjoni ta' kreditu tqis ukoll it-tipi kollha ta’ riskji kurrenti u futuri;
(j) porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ mill-inqas 50 %, ta’ kwalunkwe remunerazzjoni varjabbli jikkonsisti f’bilanċ bejn:
(i) ishma jew interessi ta’ sjieda ekwivalenti, soġġetti għall-istruttura ġuridika tal-istituzzjoni konċernata jew strumenti marbuta ma’ ishma jew strumenti ekwivalenti mhux fi flus, fil-każ ta’ istituzzjoni ta' kreditu mhux elenkata, u
(ii) strumenti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament [inserted by OP] li adegwatament jirriflettu l-kwalità tal-kreditu tal-istituzzjoni bħala negozju avvjat.
L-istrumenti msemmija f’dan il-punt għandhom ikunu soġġetti għal politika ta’ retenzjoni xierqa biex l-inċentivi jkunu allinjati mal-interessi ta’ terminu twil tal-istituzzjoni. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jpoġġu restrizzjonijiet fuq it-tipi jew it-tfassil ta’ dawk l-istrumenti jew jipprojbixxu ċerti strumenti kif ikun xieraq. Dan il-punt għandu jkun applikat kemm għall-porzjon tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni differit skont il-punt (k) u l-porzjon tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni mhux differit;
(k) porzjon sostanzjali, u fi kwalunkwe każ li jkun tal-anqas 60 % tal-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni jkun iddifferit matul perjodu ta’ mhux inqas minn tliet snin sa ħames (5) snin u jkun allinjat b’mod korrett man-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal inkwistjoni.
Ir-remunerazzjoni pagabbli skont l-arranġamenti ta’ differiment ma għandhiex tvesti aktar malajr minn fuq bażi prorata. Fil-każ ta’ komponent varjabbli tar-remunerazzjoni ta’ ammont partikolarment għoli, ta' aktar minn EUR 100 000, tal-anqas 60 % tal-ammont għandu jiġi ddifferit. It-tul tal-perjodu tad-differiment għandu jkun stabilit skont iċ-ċiklu tan-negozju, in-natura tan-negozju, ir-riskji tiegħu u l-attivitajiet tal-membru tal-persunal inkwistjoni;
(l) ir-remunerazzjoni varjabbli, inkluż il-porzjon differit, titħallas jew tvesti biss jekk tkun sostenibbli skont is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet fl-intier tagħhom, u tkun iġġustifikata skont il-prestazzjoni tal-istituzzjoni, tal-unità tan-negozju u tal-individwu konċernat.
Mingħajr ħsara għall-prinċipji ġenerali tal-liġijiet nazzjonali dwar il-kuntratti u dwar l-impjiegi, ir-remunerazzjoni varjabbli totali għandha ġeneralment tiċċekken konsiderevolment meta sseħħ prestazzjoni finanzjarja mdgħajfa jew negattiva tal-istituzzjoni, b’kunsiderazzjoni kemm tar-remunerazzjoni kurrenti kif ukoll tat-tnaqqis fil-pagamenti ta’ ammonti li jkunu ddaħħlu preċedentement, inklużi minħabba arranġamenti ta’ malus jew irkupru;
(m) il-politika dwar il-pensjoni tkun konformi mal-istrateġija tan-negozju, l-objettivi, il-valuri u l-interessi ta’ terminu twil tal-istituzzjoni ta' kreditu;
Jekk l-impjegat jitlaq mill-istituzzjoni qabel ma jirtira, benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jinżammu mill-istituzzjoni għal perjodu ta’ 5 snin f’forma ta’ strumenti msemmija fil-punt (j). Fil-każ ta’ impjegat li jilħaq l-età tal-irtirar, il-benefiċċji diskrezzjonali tal-pensjoni għandhom jitħallsu lill-impjegat f’forma ta’ strumenti msemmija fil-punt (j) soġġetti għal perjodu ta’ retenzjoni ta’ ħames snin;
(n) il-membri tal-persunal jkunu meħtieġa jimpenjaw ruħhom li ma jużawx strateġiji tal-iħħeġġjar jew assigurazzjoni relatata mar-remunerazzjoni u mar-responsabilità personali biex jimminaw l-effetti tal-allinjament tar-riskju integrati fl-arranġamenti tar-remunerazzjoni tagħhom;
(o) ir-remunerazzjoni varjabbli ma titħallasx permezz ta’ veikoli jew metodi li jħaffu n-nonkonformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jew ir-Regolament [inserted by OP].
2. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-kriterji biex ikunu ddeterminati proporzjonijiet xierqa bejn il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni totali u tal-punt (e) u biex jiġu speċifikati l-klassijiet tal-istrumenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabiliti fil-punt (j)(ii).
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
2a. Il-Kummissjoni għandha tressaq sa tmiem l-2012 proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi proporzjon fiss li jista' jitħaddem bejn il-komponenti fissi u varjabbli tar-remunerazzjoni fis-settur finanzjarju.
Artikolu 91
Kumitat għar-remunerazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li jkunu sinifikanti fid-daqs u l-organizzazzjoni interna tagħhom u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom jistabilixxu kumitat għar-remunerazzjoni. Il-kumitat għar-remunerazzjoni għandu jkun ikkostitwit b’tali mod li jkun jista’ jeżerċita ġudizzju kompetenti u indipendenti dwar il-politiki u l-prattiki tar-remunerazzjoni u l-inċentivi maħluqa għall-immaniġjar tar-riskji, il-kapital u l-likwidità.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kumitat għar-remunerazzjoni jkun responsabbli għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet rigward ir-remunerazzjoni, inklużi dawk li jkollhom implikazzjonijiet għar-riskji u l-immaniġjar tar-riskji tal-istituzzjoni ▌konċernata u li jridu jittieħdu mill-korp maniġerjali ▌. Il-President u l-membri tal-kumitat għar-remunerazzjoni għandhom ikunu membri tal-korp maniġerjali li ma jwettqu l-ebda funzjoni eżekuttiva fl-istituzzjoni ▌konċernata. Il-kumitat għar-remunerazzjoni għandu jinkludi rappreżentanti tal-impjegati u għandu jiżgura li r-regoli tiegħu jippermettu lill-azzjonisti jaġixxu b'mod ikkoordinat. Meta jkun qed iħejji deċiżjonijiet bħal dawn, il-kumitat għar-remunerazzjoni għandu jqis l-interessi ta’ terminu twil tal-azzjonisti, l-investituri u partijiet oħra konċernati fl-istituzzjoni, u l-interess pubbliku.
Artikolu 91a
Il-manteniment ta' websajt dwar il-governanza korporattiva u r-remunerazzjoni
L-istituzzjonijiet għandhom iżommu paġna online fejn jispjegaw kif jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikoli 86 sa 91.
Taqsima III
Rieżami superviżorju u proċess ta’ evalwazzjoni
Artikolu 92
Rieżami superviżorju u evalwazzjoni
1. Meta jqisu l-kriterji tekniċi stipulati fl-Artikolu 94, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP] u jevalwaw ir-riskji li l-istituzzjonijiet ikunu jew jistgħu jkunu esposti għalihom, u r-riskji li l-istituzzjoni toħloq għas-sistema finanzjarja meta jitqiesu l-identifikazzjoni u l-kejl tar-riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Reglament (UE) Nru 1093/2010.
2. L-ambitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru r-rekwiżiti kollha ta’ din id-Direttiva.
3. Abbażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet u l-fondi proprji miżmuma minnhom jiżgurawx immaniġjar u kopertura tajba tar-riskji tagħhom.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabilixxu l-frekwenza u l-intensità tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tad-daqs, l-importanza sistemika, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni konċernata u jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni għandhom ikunu aġġornati mill-inqas kull sena.
4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull meta rieżami juri li istituzzjoni tista' toħloq riskju sistemiku skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 2010/1093 l-awtorità kompetenti tinforma lill-ABE immedjatament dwar ir-riżultati tar-rieżami.
4b. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu pjanijiet ta' intervent b'sistemi ta' allarm u l-istrumenti neċessarji biex jintervjenu kmieni sabiex jevitaw li l-kundizzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet tiddeterjora u biex jiżguraw li fl-ebda mument ma jinqalgħu spejjeż għall-finanzi pubbliċi.
L-ABE għandha timmonitorja l-firxa ta’ prattiki f’dan il-qasam u għandha toħroġ linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 93
Superviżjoni ta’ kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta
1. Meta kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2002/87/KE, partikolarment fir-rigward tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur konsolidanti jista’, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji, japplika biss id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2002/87/KE għal dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.
2. Meta kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2009/138/KE, b’mod partikolari fir-rigward tas-superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur konsolidanti jista’, bi ftehim mas-superviżur tal-grupp fis-settur tal-assigurazzjoni, japplika għal dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta dik id-dispożizzjoni biss tad-Direttiva li tirrelata mas-settur finanzjarju l-aktar sinifikanti kif iddefinit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.
3. Is-superviżur konsolidanti għandu jinforma lill-ABE u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX) stabilita mir-Regolament (UE) Nru 1094/2010[26] dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.
4. L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 54 ta’ dawk ir-Regolamenti, jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom, fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji.
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010[27].
Artikolu 94
Kriterji tekniċi għar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji
1. Minbarra r-riskji tal-kreditu, tas-swieq u operazzjonali, ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 92 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:
(a) ir-riżultati tat-testijiet tal-istress imwettqa mill-istituzzjonijiet li japplikaw l-approċċ IRB;
(b) l-iskopertura għar-riskju ta’ konċentrazzjoni u l-immaniġjar tiegħu mill-istituzzjonijiet, inklużi l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stabiliti fil-Parti Erbgħa tar-Regolament [inserted by OP] u l-Artikolu 79 ta’ din id-Direttiva;
(c) is-sodezza, l-idoneità u l-mod tal-applikazzjoni tal-politiki u l-proċeduri implimentati mill-istituzzjonijiet għall-immaniġjar tar-riskju residwu assoċjat mal-użu ta’ tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu rikonoxxuti;
(d) l-estent sa fejn il-fondi proprji miżmuma minn istituzzjoni fir-rigward tal-assi li tkun ittitolizzat ikunu adegwati meta titqies is-sustanza ekonomika tat-tranżizzjoni, inkluż il-grad tat-trasferiment tar-riskju miksub;
(e) l-iskopertura għar-riskju tal-likwidità, il-kejl u l-immaniġjar tiegħu mill-istituzzjonijiet, inkluż l-iżvilupp ta’ analiżijiet ta’ xenarji alternattivi, l-immaniġjar tal-mitiganti tar-riskju (b’mod partikolari l-livell, il-kompożizzjoni u l-kwalità tal-bafers tal-likwidità) u l-pjanijiet ta’ kontinġenza effikaċi;
(f) l-impatt tal-effetti tad-diversifikazzjoni u kif tali effetti jkunu inklużi fis-sistema tal-kejl tar-riskju;
(g) ir-riżultati tat-testijiet tal-istress imwettqa mill-istituzzjonijiet permezz ta’ mudell intern għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 tar-Regolament [inserted by OP].
(h) il-postazzjoni ġeografika tal-iskoperturi tal-istituzzjonijiet;
(i) il-mudell tan-negozju partikolari tal-istituzzjoni.
2. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu regolarment valutazzjoni komprensiva tal-immaniġjar kumplessiv tar-riskju tal-likwidità mill-istituzzjonijiet u jippromwovu l-iżvilupp ta’ metodoloġiji interni sodi. Waqt li jwettqu dawn ir-rieżami, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ir-rwol tal-istituzzjonijiet fis-swieq finanzjarji. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru wieħed għandhom iqisu kif xieraq l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha konċernati.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw jekk istituzzjoni tkunx ipprovdiet appoġġ impliċitu għal titolizzazzjoni. Jekk istituzzjoni tinstab li pprovdiet appoġġ impliċitu f’aktar minn okkażjoni waħda, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-provvedimenti xierqa li jirriflettu ż-żieda fl-aspettattiva li tkun ser tipprovdi appoġġ fil-futur għat-titolizzazzjoni tagħha u b’hekk tonqos milli tikseb trasferiment sinifikanti tar-riskju.
4. Għall-finijiet tad-determinazzjoni li trid issir skont l-Artikolu 92(3) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu jekk l-aġġustamenti tal-valwazzjoni magħmula għal pożizzjonijiet/portafolji fil-protafoll ta’ negozjar, kif stabilit fl-Artikolu 100 tar-Regolament [inserted by OP], jippermettux lill-istituzzjoni tbiegħ jew jiħħeġġja l-pożizzjonijiet tagħha fi żmien qasir mingħajr ma tagħmel telf materjali skont kundizzjonijiet normali tas-suq.
5. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskopertura tal-istituzzjonijiet għar-riskju tar-rata tal-imgħax li joriġina minn attivitajiet mhux ta’ negozjar. Huma meħtieġa provvedimenti fil-każ tal-istituzzjonijiet li l-valur ekonomiku tagħhom jonqos b’aktar minn 20 % tal-fondi proprji tagħhom bħala riżultat ta’ bidla f’daqqa u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax li d-daqs tagħha għandu jkun preskritt mill-awtoritajiet kompetenti u ma għandux ikun differenti bejn l-istituzzjonijiet.
6. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-iskoperturi tal-istituzzjonijiet għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv kif rifless mill-indikaturi tal-ingranaġġ, inkluż il-proporzjon tal-ingranaġġ iddeterminat skont l-Artikolu 416 tar-Regolament [inserted by OP]. Meta jiddeterminaw l-adegwatezza tal-proporzjon tal-ingranaġġ tal-istituzzjonijiet u tal-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet biex jimmaniġjar ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-mudell tan-negozju ta’ dawn l-istituzzjonijiet.
7. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-arranġamenti tal-governanza tal-istituzzjonijiet, il-kultura u l-valuri korporattivi tagħhom, u l-abilità tal-membri tal-korp maniġerjali biex iwettqu dmirijiethom. Fit-twettiq ta’ dan ir-rieżami u l-evalwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas, jirrieżaminaw l-aġenda u d-dokumenti ta’ appoġġ tal-laqgħat tal-korp maniġerjali u l-kumitati tiegħu, u r-riżultati tal-evalwazzjoni interna jew esterna rigward il-prestazzjoni tal-korp maniġerjali.
Applikazzjoni ta’ provvedimenti superviżorji għal tip ta’ istituzzjonijiet, għall-istituzzjonijiet kollha u provvedimenti transkonfinali (reċiproċità)
1. Fejn jiddeterminaw skont l-Artikolu 92 li ċertu tip ta’ istituzzjoni, l-istituzzjonijiet kollha, jew fil-każ ta' istituzzjonijiet transkonfinali l-ABE, jkunu jew jistgħu jkunu esposti għal riskji simili jew jirrappreżentaw riskji simili għas-sistema finanzjarja, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw l-Artikoli 98 u 99 b'mod simili għal dan it-tip ta’ istituzzjoni, l-istituzzjonijiet kollha, jew b'mod transkonfinali (reċiproċità).
It-tip ta’ istituzzjonijiet jista' partikolarment ikun iddeterminat skont il-kriterji msemmija fl-Artikolu 94(1) (h) u (i).
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE fejn japplikaw il-paragrafu 1. L-ABE għanda timmonitorja l-prattiki superviżorji u toħroġ linji gwida biex tispeċifika kif riskji simili għandhom jiġu vvalutati. Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 96
Programm ta’ eżami superviżorju
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mill-inqas kull sena, jadottaw programm ta’ eżami superviżorju għall-istituzzjonijiet li huma jissupervizzaw. Tali programm għandu jqis il-proċess tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 92. Dan għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:
(a) Indikazzjoni kif l-awtoritajiet kompetenti bi ħsiebhom iwettqu l-kompiti tagħhom u jallokaw ir-riżorsi tagħhom.
(b) Identifikazzjoni ta’ liema istituzzjonijiet ikunu intenzjonati li jkunu soġġetti għal superviżjoni aħjar u jsir provvediment għal tali superviżjoni kif stipulat fil-paragrafu 3.
(c) Pjan għal spezzjonijiet fuq il-post fil-bini użat minn istituzzjoni, inklużi l-fergħat u s-sussidjarji tagħha stabbiliti fi Stati Membri oħra skont l-Artikolu 53, 114 u 116, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53(3).
2. Il-programmi ta’ eżami superviżorju għandhom jinkludu l-istituzzjonijiet li ġejjin:
(a) L-istituzzjonijiet li għalihom ir-riżultati tat-testijiet tal-istress imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 94(1) u l-Artikolu 97, jew l-eżitu tal-proċess tar-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji skont l-Artikolu 92, jindikaw riskji sinifikanti għas-sodezza finanzjarja kontinwa tagħhom jew jindikaw ksur tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP];
(b) Istituzzjonijiet li joħolqu riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja;
(c) Kwalunkwe istituzzjoni oħra li għaliha l-awtoritajiet kompetenti jqisu dan bħala neċessarju.
3. Fejn jitqies xieraq skont l-Artikolu 92, għandhom jitwettqu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin fejn ikun neċessarju:
(a) Żieda fin-numru jew il-frekwenza ta’ spezzjonijiet fil-post tal-istituzzjoni;
(b) Preżenza permanenti tal-awtorità kompetenti fl-istituzzjoni;
(c) Rapportar addizzjonali jew aktar frekwenti mill-istituzzjoni;
(d) Rieżami addizzjonali jew aktar frekwenti tal-pjanijiet operazzjonali, strateġiċi jew tan-negozju tal-istituzzjoni;
(e) Eżamijiet tematiċi li jikkontrollaw riskji speċifiċi li possibilment jistgħu jimmaterjalizzaw.
Artikolu 97
Testijiet tal-istress superviżorji
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu testijiet tal-istress annwali superviżorji fuq l-istituzzjonijiet li huma jissupervizzaw, meta l-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni skont l-Artikolu 92 juri l-ħtieġa għal tali testijiet, u t-testijiet tal-istress imwettqa skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 ma jindirizzawx biżżejjed l-eżitu tal-proċess skont l-Artikolu 92.
2. L-ABE għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tiżgura li jintużaw metodoloġiji komuni mill-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu t-testijiet tal-istress annwali superviżorji.
Artikolu 98
Rieżami kontinwu tal-permess biex jintużaw approċċi interni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw kontinwment, jew jirrivalutaw tal-inqas kull 3 snin, il-konformità tal-istituzzjonijiet mal-approċċi interni. Huma għandhom iqisu b’mod partikolari l-bidliet fin-negozju tal-istituzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawk l-approċċi għal prodotti ġodda.
2. Għal istituzzjonijiet li ngħataw permess li jużaw approċċi interni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw u jivvalutaw partikolarment li l-istituzzjoni tuża tekniki u prattiki żviluppati tajjeb u aġġornati.
3. Jekk għal mudell intern tar-riskju tas-suq tinqabeż il-mira ħafna drabi kif imsemmi fl-Artikolu 355 tar-Regolament [inserted by OP] u għalhekk jirriżulta li l-mudell mhuwiex preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw il-permess biex jintuża l-mudell intern jew jimponu provvedimenti xierqa biex jiżguraw li l-mudell jittejjeb minnufih.
4. Jekk istituzzjoni tingħata permess tuża approċċ intern imma l-approċċ ma jkun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjoni biex tippreżenta pjan biex tirrestawra l-konformità mar-rekwiżiti u jistabilixxu skadenza għall-implimentazzjoni tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu titjib f’dak il-pjan jekk ikun hemm il-probabilità li ma jirriżultax f’konformità sħiħa jew jekk l-iskadenza ma tkunx xierqa. Jekk l-istituzzjoni probabbilment ma tkunx tista’ tirrestawra l-konformità fi ħdan skadenza xierqa, il-permess biex jintuża approċċ intern għandu jkun irrevokat jew limitat għal oqsma li jkunu konformi jew dawk fejn il-konformità tkun tista’ tinkiseb fi skadenza xierqa. Jekk il-probabilità tkun li n-nonkonformità twassal għal fondi proprji inadegwati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu propizjożement fondi proprji kommensurati addizzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjan u għandhom jimponu sanzjonijiet skont l-Artikolu 64 jekk l-istituzzjoni materjalment taqa’ lura fil-pjan tagħha.
5. Sabiex tippromwovi s-sodezza konsistenti tal-approċċi interni fl-Unjoni, l-ABE għandha tanalizza l-approċċi interni fl-istituzzjonijiet, inkluża l-konsistenza tal-implimentazzjoni tad-definizzjoni ta’ falliment u kif dawk l-istituzzjonijiet tittrattaw riskji jew skoperturi simli.
L-ABE għandha tiżvilupppa linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jkun fihom parametri referenzjarji abbażi ta’ dik l-analiżi.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu dik l-analiżi u l-parametri referenzjarji fir-rieżami tal-permessi li jagħtu lill-istituzzjonijiet biex jużaw l-approċċi interni.
Taqsima IV
Provvedimenti superviżorji
Artikolu 99
Provvedimenti superviżorji
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu kwalunkwe istituzzjoni biex tieħu l-miżuri meċessarji fi stadju bikri biex tindirizza problemi relevanti fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:
(a) L-istituzzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;
(b) L-istituzzjoni x'aktarx tikser ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat imsemmija fl-Artikolu 64.
Artikolu 100
Rekwiżiti speċifiċi ta’ fondi proprji
1. Rekwiżit speċifiku ta’ fondi proprji b'rabta ma riskji mhux koperti mill-Artikolu 1 tar-Regolament [inserted by OP] għandu jiġi impost mill-awtoritajiet kompetenti mill-inqas fuq l-istituzzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabiliti fl-Artikoli 72 sa 74 u l-Artikolu 382 tar-Regolament [inserted by OP], jew li fir-rigward tagħhom tkun saret determinazzjoni negattiva fuq il-kwistjoni deskritta fl-Artikolu 92(3), jekk l-applikazzjoni waħdanija ta’ provvedimenti oħra x'aktarx ma ttejjibx l-arranġamenti, il-proċessi, il-mekkaniżmi u l-istrateġiji suffiċjentement fi żmien skadenza xierqa.
2. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-livell xieraq ta’ fondi proprji fuq il-bażi tar-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 92, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-impożizzjoni ta’ rekwiżit speċifiku ta’ fondi proprji li jaqbeż ir-rekwiżit kapitali tkunx neċessarja biex jinqabdu riskji li l-istituzzjoni tkun jew tista’ tkun esposta għalihom, meta jitqiesu dawn li ġejjin:
(a) l-aspetti kwantitattivi u kwalitattivi tal-proċess ta’ valutazzjoni tal-istituzzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 72;
(b) l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 73 u 74;
(c) l-eżitu tar-rieżami u l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 92.
3. Fejn istituzzjoni tirrapporta lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 367(5) tar-Regolament [inserted by OP] li r-riżultati tat-test tal-istress imsemmija f'dak l-Artikolu jeċċedu materjalment ir-rekwiżit tagħha ta’ fondi proprji għall-portafoll ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw rekwiżit speċifiku ta’ fondi proprji b'kuntrast mal-portafoll ta’ negozjar ta’ korrelazzjoni sabiex jiġi kopert dak l-eċċess.
Artikolu 101
Rekwiżiti speċifiċi ta’ pubblikazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li jirrikjedu lill-istituzzjonijiet:
(a) li jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-Parti Tminja tar-Regolament [inserted by OP] aktar minn darba kull sena, u li jistabilixxu l-iskadenzi għall-pubblikazzjoni;
(b) li jużaw midja u postazzjonijiet speċifiċi għall-pubblikazzjonijiet apparti r-rapporti finanzjarji; l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti li jirrikjedu lill-impriżi prinċipali li jippubblikaw annwalment jew b’mod sħiħ jew permezz ta’ referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura ġuridika tagħhom u l-istruttura ta’ governanza u organizzazzjonali tal-grupp tal-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 14(3), 73(1) u 104(2).
Artikolu 102
Konsistenza tar-rieżamijiet, evalwazzjonijiet u provvedimenti superviżorji
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE li ġej:
(a) il-funzjonament tas-sistema tagħhom tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 92;
(b) il-metodoloġija użata biex id-deċiżjonijiet imsmmija fl-Artikolu 94(3) u l-Artikoli 97, 98 u 99 jiġu bbażati fuq is-sistema msemmija fil-punt (a).
(ba) id-deċiżjonijiet inklużi il-motivazzjonijiet tagħhom, li jkunu ħadu skont l-Artikolu 94(3) u l-Artikoli 97, 98 u 99; kif ukoll
(bb) kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti għall-aħjar prattika fil-qasam tar-rieżamijiet, evalwazzjonijiet u provvedimenti superviżorji.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE bid-deċiżjonijiet inkluż il-motivazzjonijiet tagħhom, li jkunu ħadu skont l-Artikolu 94(3) u l-Artikoli 97, 98 u 99.
2. L-ABE għandha tirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-aħjar prattika superviżorja u l-livell ta’ konverġenza tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu fost l-Istati Membri.
Sabiex tinxtered l-aħjar prattika u jiżdied il-livell ta’ tali konverġenza, l-ABE għandha twettaq analiżijiet bejn il-pari skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi filwaqt li tikkunsdira d-daqs, l-istruttura, l-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet u n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet biex tispeċifika aktar li ġej:
(a) il-proċedura u metodoloġiji komuni għas-sistemi tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-Artikolu 92;
(b) il-kriterji dwar l-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji msemmija fl-Artikoli 75 sa 85 u l-kriterji dwar ir-rieżami u l-evalwazzjoni mill-awtoritjiet kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 92.
4. Il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħat sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 3 skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafu 3(a) sal-31 ta' Diċembru 2015 u l-abbozz tal-istandards tekniċi msemmija fil-paragrafu 3(b) sal-31 ta' Diċembru 2016.
Taqsima V
Livell ta’ applikazzjoni
Artikolu 103
Proċess ta’ valutazzjoni dwar l-adegwatezza tal-kapital intern
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lil kull istituzzjoni li la tkun sussidjarja fl-Istat Membru fejn tkun awtorizzata u ssupervizzata, u lanqas impriża prinċipali, u kull istituzzjoni mhux inkluża fil-konsolidazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament [inserted by OP], li jissodisfaw l-obbligi stabiliti fl-Artikolu 72 fuq bażi individwali.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament [inserted by OP] mill-Artikolu 72.
Meta l-awtoritajiet kompetenti jneħħu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi kkonsolidata previsti fl-Artikolu 14 tar-Regolament [inserted by OP], ir-rekwiżiti tal-Artikolu 72 għandhom ikunu applikabbli fuq bażi individwali.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet prinċipali fi Stat Membru, sal-estent u bil-mod preskritti fl-Artikolu 16 tar-Regolament [inserted by OP], li jissodisfaw l-obbligi stabiliti fl-Artikolu 72 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata tagħhom.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ikkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, sal-estent u bil-mod preskritti fl-Artikolu 16 tar-Regolament [inserted by OP], li jissodisfaw l-obbligi stabiliti fl-Artikolu 72 fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja kkonsolidata ta’ dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.
Meta aktar minn istituzzjoni waħda tkun ikkontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, l-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-istituzzjoni li għaliha tapplika s-superviżjoni fuq bażi konsolidtata skont l-Artikolu 106.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet sussidjarji biex japplikaw ir-rekwiżiti stabiliti fl-Artikolu 72 fuq bażi subkonsolidata jekk dawk l-istituzzjonijiet, jew l-impriża prinċipali meta tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, ikollhom istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija tal-immaniġjar tal-assi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/87/KE bħala sussidjarja f’pajjiż terz, jew ikollhom parteċipazzjoni azzjonarja f’tali impriża.
5. Is-sitwazzjoni finanzjarja konsolidata għandha tkun iddeterminata skont il-Parti Wieħed, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, it-Taqsimiet 2 u 3 tar-Regolament [inserted by OP].
Artikolu 104
Arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi tal-istituzzjonijiet
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li jissodisfaw l-obbligi stabiliti fit-Taqsima II fuq bażi individwali, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jagħmlux użu mid-deroga li hemm dispost għaliha fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment].
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-impriżi prinċipali u s-sussidjarji soġġetti għal din id-Direttiva biex jissodisfaw l-obbligi stabiliti fit-Taqsima II ta’ dan il-Kapitolu fuq bażi konsolidata jew subkonsolidata, biex jiżguraw li l-arranġamenti, il-proċessi u l-mekkaniżmi meħtieġa minn dawk id-dispożizzjonijiet ikunu konsistenti u integrati tajjeb u li kwalunkwe dejta u informazzjoni relevanti għall-fini tas-superviżjoni jistgħu jkunu prodotti. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li s-sussidjarji mhux soġġetti għal din id-Direttiva jimplimentaw arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi li jiżguraw il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.
3. L-obbligi li jirriżultaw mit-Taqsima II ta’ dan il-Kapitolu rigward l-impriżi sussidjarji, mhux soġġetti għal din id-Direttiva, ma għandhomx japplikaw jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali tal-Unjoni jew istituzzjonijiet ta’ kreditu kkontrollati minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti li l-applikazzjoni tat-Taqsima II tkun illegali skont il-liġijiet tal-pajjiż terz fejn tkun stabilita s-sussidjarja.
Artikolu 105
Rieżami u evalwazzjoni u provvedimenti superviżorji
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni msemmi fit-Taqsima III u l-provvedimenti superviżorji msemmija fit-Taqsima IV b'konformità mal-livell tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament [inserted by OP] stipulati fil-Parti Wieħed, it-Titolu I ta’ dak ir-Regolament.
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti jwarrbu l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fuq bażi konsolidata kif dispost fl-Artikolu 14 tar-Regolament [inserted by OP], ir-rekwiżiti tal-Artikolu 92 ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għas-superviżjoni tad-ditti tal-investiment fuq bażi individwali.
Kapitolu 3
Superviżjoni fuq bażi konsolidata
Taqsima I
Prinċipji għat-twettiq ta' superviżjoni fuq bażi konsolidata
Artikolu 106
Determinazzjoni tas-superviżur konsolidanti
1. Meta impriża prinċipali tkun istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru jew istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzawha.
2. Meta l-kumpanija prinċipali ta’ istituzzjoni tkun kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw lill-istituzzjoni.
3. Meta istituzzjonijiet awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar ikollhom bħala l-kumpanija prinċipali tagħhom l-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru jew l-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-istituzzjoni awtorizzata fl-Istat Membru li fih kienet twaqqfet il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.
Meta l-impriżi prinċipali tal-istituzzjonijiet awtorizzati f’żewġ Stati Membri jew aktar jinkludu aktar minn kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta waħda bl-uffiċini prinċipali fi Stati Membri differenti u jkun hemm istituzzjoni ta' kreditu f’kull wieħed minn dawn l-Istati, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni ta' kreditu bl-ikbar total fil-karta bilanċjali.
4. Meta aktar minn istituzzjoni waħda awtorizzata fl-Unjoni jkollha bħala l-kumpanija prinċipali tagħha l-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja jew l-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta u l-ebda waħda minn dawn l-istituzzjonijiet ma tkun awtorizzata fl-Istat Membru li fih kienet stabilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, is-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-istituzzjoni bl-ikbar total tal-karta bilanċjali, li għandha titqies, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, bħala l-istituzzjoni kontrollata minn kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni.
5. F’każijiet partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu bi ftehim komuni jwarrbu l-kriterji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jekk l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, meta jitqiesu l-istituzzjonijiet u l-importanza relattiva tal-attivitajiet tagħhom f’pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità kompetenti differenti biex twettaq is-superviżjoni fuq bażi konsolidata. F’dawn il-każijiet, qabel jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, il-kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni, jew l-istituzzjoni bl-ikbar total fil-karta bilanċjali, kif xieraq, l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dik id-deċiżjoni.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-ABE rigward kwalunkwe ftehim li jaqa' fl-ambitu tal-paragrafu 5.
Artikolu 107
Koordinazzjoni ta’ attivitajiet superviżorji mis-superviżur konsolidanti
1. B’żieda mal-obbligi imposti mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP], is-superviżur konsolidanti għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
(a) il-koordinazzjoni tal-ġbir u d-disseminazzjonital-informazzjoni relevanti jew essenzjali f'sitwazzjonijiet ta' negozju avvjat jew ta’ emerġenza;
(b) l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’sitwazzjonijiet ta’ negozji avvjati, inklużi fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fit-Titolu VII, il-Kapitolu 3, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti;
(c) l-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti involuti, u jekk ikun meħtieġ mal-banek ċentrali, bi tħejjija għal u matul sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inklużi żviluppi negattivi fl-istituzzjonijiet jew fis-swieq finanzjarji bl-użu, fejn possibbli, ta’ kanali ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti biex jiġi ffaċilitat l-immaniġjar tal-kriżijiet.
2. Meta s-superviżur konsolidanti jonqos milli jwettaq il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu jew meta l-awtoritajiet kompetenti ma jikkooperawx mas-superviżur konsolidanti sal-punt meħtieġ fit-twettiq tal-kompiti fl-ewwel subparagrafu, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti konċernati tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE, li tista' taġixxi skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010.
3. L-ippjanar u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji msemmija fil-paragrafu 1(c) jinkludu l-provvedimenti eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 112(1)(d) u 112(4)(b), it-tħejjija ta’ valutazzjonijiet konġunti, l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza u l-komunikazzjoni lill-pubbliku.
Artikolu 108
Deċiżjonijiet konġunti dwar rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għall-istituzzjonijiet
1. Is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni fi Stat Membru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jaslu għal deċiżjoni konġunta:
(a) dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 64(a), 72, 92 u 100 li jiddeterminaw l-adegwatezza tal-livel konsolidat tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp ta’ istituzzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu u l-livell rekwiżit ta' fondi proprji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 98 għal kull entità fi ħdan il-grupp ta’ istituzzjonijiet u fuq bażi konsolidata;
(b) dwar provvedimenti li jindirizzaw kwalunkwe kwistjoni sinifikanti u sejbiet materjali relatati mas-superviżjoni tal-likwidità inkluż b'rabta mal-adegwatezza tal-organizzazzjoni u t-trattament tar-riskji kif rekwiżit skont l-Artikolu 84 u b'rabta mal-ħtieġa ta’ parametri aktar severi minn dawk stipulati fil-Parti Sitta tar-Regolament [inserted by OP] skont l-Artikolu 99 ta’ din id-Direttiva;
(ba) dwar in-nomina ta' grupp bankarju jew sussidjarji individwali ta' grupp bankarju bħala istituzzjonijiet finanzjarji ta' importanza sistemika fil-livell dinji, dak Ewropew jew dak domestiku.
2. Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittieħed:
(a) għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) fi żmien erba’ xhur mis-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta’ rapport li jkun fih il-valutazzjoni tar-riskji tal-grupp skont l-Artikoli 64(a), 72, 92 u 100 lill-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra;
(b) għall-finijiet tal-paragrafu 1(b) fi żmien xahar wara s-sottomissjoni mis-superviżur konsolidanti ta’ rapport li jkun fih l-valutazzjoni tal-profil tar-riskju tal-likwidità tal-grupp skont l-Artikoli 84.
Id-deċiżjoni konġunta għandha tqis kif jixraq ukoll il-valutazzjoni tar-riskji tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti relevanti skont l-Artikoli 64(a), 72, 92 u 100.
Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun stipulata f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni mmotivata bis-sħiħ li għandha tkun ipprovduta lill-istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni mis-superviżur konsolidanti. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, is-superviżur konsolidanti għandu fuq talba ta’ kwalunkwe awtorità kompetenti oħra konċernata jikkonsulta lill-ABE. Is-superviżur konsolidanti jista’ jikkonsulta lill-ABE fuq inizjattiva tiegħu stess.
3. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, għandha tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 64(a), 72, 84, 92, 98, 99 u 100 fuq bażi konsolidata mis-superviżur konsolidanti wara li jqis kif jixraq il-valutazzjoni tar-riskji tas-sussidjarji mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti relevanti. Jekk, fi tmiem il-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 2, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur konsolidanti għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar (1). Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi rreferita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta. L-ABE tista' tibda proċess ta' medjazzjoni wkoll fuq inizjattiva proprja skont l-Artikolu 19, il-paragrafu 1, is-subparagrafu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 64(a), 72, 84, 92, 98, 99 u 100 għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni fuq bażi individwali jew subkonsolidata wara li jitqiesu kif jixraq il-fehmiet u r-riżervi espressi mis-superviżur konsolidanti. Jekk l-ABE tkun bdiet proċess ta' medjazzjoni fuq inizjattiva proprja bi qbil mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew jekk, fi tmiem il-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2, xi awtorità kompetenti konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddifferixxi d-deċiżjoni tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni tagħhom f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jitqies bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar (1). Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi irreferita lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun intlaħqet deċiżjoni konġunta.
Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu stipulati f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni mmotivata bis-sħiħ u għandhom iqisu l-valutazzjoni tar-riskji, il-fehmiet u r-riżervi tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu taż-żmien imsemmi fil-paragrafu 2. Id-dokument għandu jiġi pprovdut mis-superviżur konsolidanti lill-awtoritajiet kompetenti konċernati kollha u lill-istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-Unjoni.
Meta l-ABE tkun ġiet ikkonsultata, l-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom iqisu l-pariri tagħha, u jispjegaw kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minnhom.
4. Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 1 u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 3 għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat.
Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 u kwalunkwe deċiżjoni meħuda fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 3, għandhom ikunu aġġornati fuq bażi annwali jew, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, meta awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni tagħmel talba bil-miktub u mmotivata bis-sħiħ lill-superviżur konsolidanti biex jaġġorna d-deċiżjoni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 98 u 99. Fil-każ tal-aħħar, l-aġġornament jista’ jkun indirizzat fuq bażi bilaterali bejn is-superviżur konsolidanti u l-awtorità kompetenti li tagħmel it-talba.
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni tal-proċess ta’ deċiżjonijiet konġunti msemmi f’dan l-Artikolu, fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 64(a), 72, 84, 92, 98, 99 u 100 bil-għan li jiġu ffaċilitati d-deċiżjonijiet konġunti.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Artikolu 109
Rekwiżiti tal-informazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza
1. Meta tinħoloq sitwazzjoni ta’ emerġenza, inkluża sitwazzjoni kif iddefinita fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew sitwazzjoni ta’ żviluppi avversi fis-swieq, li potenzjalment tippreġudika l-likwidità fis-suq u l-istabilità tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru fejn entitajiet ta’ grupp ikunu ġew awtorizzati jew fejn ikunu stabiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 52, is-superviżur konsolidanti, soġġett għall-Kapitolu 1, it-Taqsima 2, u fejn applikabbli l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, għandu jwissi mill-aktar fis prattikabbli, lill-ABE, lill-BERS u lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 59(4) u fl-Artikolu 60 u għandu jikkomunika l-informazzjoni essenzjali kollha sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. Dawk l-obbligi għandhom ikunu applikabbli għall-awtoritajiet kompetenti jekk l-awtorità msemmija fl-Artikolu 59(4) issir konxja ta’ sitwazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu, din għandha twissi mill-aktar fis prattikabbli lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 107, u lill-ABE.
Fejn possibbli, l-awtorità kompetenti u l-awtorità msemmija fl-Artikolu 59(4) għandhom jużaw kanali ta’ komunikazzjoni definiti eżistenti.
2. Is-superviżur konsolidanti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandu, meta jkollu bżonn informazzjoni li tkun diġà ngħatat lil awtorità kompetenti oħra, jikkuntattja lil din l-awtorità kull meta jkun possibbli sabiex ma ssirx duplikazzjoni tar-rapportar lid-diversi awtoritajiet involuti fis-superviżjoni.
Artikolu 110
Arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni
1. Sabiex titħaffef u tkun stabilita superviżjoni effikaċi, is-superviżur konsolidanti u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra għandu ikollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bil-miktub.
Skont dawn l-arranġamenti kompiti addizzjonali jistgħu jkunu fdati lis-superviżur konsolidanti jew lill-ABE u jistgħu jkunu speċifikati proċeduri għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti oħra.
2. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jawtorizzaw lil sussidjarja ta’ impriża prinċipali li tkun istituzzjoni jistgħu, bi ftehim bilaterali, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, jiddelegaw ir-responsabilità tagħhom għas-superviżjoni lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu awtorizzaw u wettqu s-superviżjoni tal-impriża prinċipali biex b’hekk jassumu r-responsabilità tas-superviżjoni tas-sussidjarja skont din id-Direttiva. L-ABE għandha tinżamm informata bl-eżistenza u l-kontenut ta’ tali ftehimiet. Hija għandha twassal tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kumitat Bankarju Ewropew.
Artikolu 111
Kulleġġi tas-superviżuri
1. Is-superviżur konsolidanti għandu jistabilixxi kulleġġi tas-superviżuri biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 107 sa 109(1) u bla ħsara għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-kompatibilità mad-dritt tal-Unjoni, jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fejn ikun xieraq.
L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-kontroll tal-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmija f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Għal dan il-għan, l-ABE għandha tipparteċipa kif tikkunsidra li jkun xieraq u għandha titqies bħala awtorità kompetenti għal dik il-fini.
Il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom jipprovdu qafas għas-superviżur konsolidanti, l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati biex iwettqu l-kompiti li ġejjin:
(a) l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom u mal-ABE skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;
(b) qbil fuq l-affidament volontarju tal-kompiti u d-delega volontarja tar-responsabilitajiet fejn ikun xieraq;
(c) id-determinazzjoni ta’ programmi ta’ eżami superviżorju msemmija fl-Artikolu 94 ibbażati fuq valutazzjoni tar-riskju tal-grupp skont l-Artikolu 92;
(d) żieda fl-effiċjenza tas-superviżjoni bit-tneħħija tad-duplikazzjoni mhux meħtieġa tar-rekwiżiti superviżorji, inkluż b’rabta mar-rekwiżiti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 109 u 112(2);
(e) applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti prudenzjali skont din id-Direttiva u r-Regolament [insterted by OP] fl-entijiet kollha fi grupp tal-istituzzjonijiet mingħajr ħsara għall-alternattivi u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(f) applikazzjoni tal-Artikolu 107(1)(c) b’kunsiderazzjoni għal-ħidma ta’ fora oħra li jistgħu jitwaqqfu f’dak il-qasam.
2. L-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri u l-ABE għandhom jikkooperaw mill-qrib. Ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont il-Kapitolu 1, it-Taqsima II ta’ din id-Direttiva u l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali fil-kulleġġi tas-superviżuri. L-istabiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-supervizuri ma għandhomx jaffettwaw il-jeddijiet u r-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP].
3. L-istabiliment u l-funzjonament tal-kulleġġi għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub msemmija fl-Artikolu 110, iddeterminati wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti konċernati mis-superviżur konsolidanti.
4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sabiex jiġu ddeterminati l-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi tas-superviżuri.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi sal-31 ta’ Diċembru 2013.
6. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn ikunu stabiliti fergħat sinifikanti kif imsemmija fl-Artikolu 52, il-banek ċentrali kif xieraq, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi fejn ikun xieraq u bla ħsara għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità li jkunu ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti kollha, għar-rekwiżiti skont il-Kapitolu 1 it-Taqsima II, u fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, jistgħu jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri.
7. Is-superviżur konsolidanti għandu jippresiedi l-laqgħat tal-kulleġġ u għandu jiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu sehem f’laqgħa jew f’attività tal-kulleġġ. Is-superviżur konsolidanti għandu jżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ laqgħat bħal dawn, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li jkunu ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li jkunu ser jiġu kkunsidrati. Is-superviżur konsolidanti għandu wkoll iżomm lill-membri tal-kulleġġ informati bis-sħiħ, u propizjożement, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew dwar il-provvedimenti eżegwiti.
8. Id-deċiżjoni tas-superviżur konsolidanti għandha tqis ir-relevanza tal-attività superviżorja li tkun ser tiġi ppjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri konċernati msemmija fl-Artikoli 8 u l-obbligi msemmija fl-Artikolu 52(2).
9. Is-superviżur konsolidanti, soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità skont il-Kapitolu 1, it-Taqsima II, u fejn applikabbli, l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, għandu jinforma lill-ABE dwar l-attivitajiet tal-kulleġġ tas-superviżuri, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u jikkomunika lill-ABE l-informazzjoni kollha li tkun ta’ relevanza partikolari għall-finijiet tal-konverġenza superviżorja.
Artikolu 112
Obbligi ta’ kooperazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib bejniethom. Huma għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni li tkun essenzjali jew relevanti għall-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP]. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw meta tintalab l-informazzjoni relevanti kollha u għandhom jikkomunikaw fuq inizjattiva tagħhom stess kull informazzjoni relevanti.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP], skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ABE l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva, ir-Regolament [inserted by OP] u skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, f’konformità mal-Artikolu 35 ta’ dak ir-Regolament.
L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tal-anqas titqies bħala essenzjali jekk tkun tista’ tinfluwenza materjalment il-valutazzjoni tas-sodezza finanzjarja ta’ istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja fi Stat Membru ieħor.
B’mod partikolari, is-superviżuri konsolidanti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu prinċipali tal-Unjoni u l-istituzzjonijiet ta' kreditu kkontrollati minn kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali tal-Unjoni jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali tal-Unjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni relevanti kollha lill-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jissupervizza s-sussidjarji ta’ dawk l-impriżi prinċipali. Biex ikun iddeterminat l-estent tal-informazzjoni relevanti, għandha titqies l-importanza ta’ dawn is-sussidjarji fi ħdan is-sistema finanzjarja f’dawk l-Istati Membri.
L-informazzjoni essenzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi, b’mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:
(a) L-identifikazzjoni tal-istruttura ġuridika tal-grupp u l-istruttura tal-governanza u organizzazzjonali, inklużi l-entitajiet regolati, l-entitajiet mhux regolati, is-sussidjarji mhux regolati u l-fergħat sinifikanti kollha tal-grupp, l-impriżi prinċipali, skont l-Artikoli 14(3), 73(1) u 104(2), kif ukoll tal-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet regolati fil-grupp;
(b) il-proċeduri għall-ġbir tal-informazzjoni mill-istituzzjonijiet fi grupp, u l-verifika ta’ dik l-informazzjoni;
(c) żviluppi avversi fl-istituzzjonijiet jew f’entiajiet oħra ta’ grupp, li jistgħu jaffettwaw serjament l-istituzzjonijiet;
(d) sanzjonijiet maġġuri u provvedimenti eċċezzjonali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ din id-Direttiva, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit ta' fondi proprji addizzjonali skont l-Artikolu 100 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċ Avvanzat ta’ Kejl għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 301(2) tar-Regolament [inserted by OP].
2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu lill-ABE is-sitwazzjonijiet fejn:
(a) awtorità kompetenti ma tkunx ikkomunikat informazzjoni essenzjali, jew
(b) talba għal kooperazzjoni, b’mod partikolari għal skambju ta’ informazzjoni relevanti, tkun ġiet rifjutata jew ma jkun sar xejn dwarha fi żmien raġonevoli.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ABE tista’ taġixxi fuq inizjattiva proprja skont is-setgħat ikkonferiti lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
3. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kkontrollati minn istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-Unjoni għandhom kull meta jkun possibbli jikkuntattjaw lis-superviżur konsolidanti meta jkollhom bżonn infomazzjoni rigward l-implimentazzjoni tal-approċċi u l-metodoloġiji stipulati f’din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP] li tista’ tkun diġà disponibbli għal dik l-awtorità kompetenti.
4. L-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom, qabel id-deċiżjoni tagħhom, jikkonsultaw lil xulxin rigward l-affarijiet li ġejjin, fejn dawk id-deċiżjonijiet ikunu ta’ importanza għall-kompiti superviżorji ta’ awtoritajiet kompetenti oħra:
(a) bidliet fl-istruttura tal-azzjonisti, organizzazzjonali jew maniġerjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fi grupp, li jirrikjedu l-approvazzjoni jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti; kif ukoll
(b) sanzjonijiet maġġuri u provvedimenti eċċezzjonali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, inkluża l-impożizzjoni ta’ rekwiżit addizzjoni ta' fondi proprji skont l-Artikolu 99 u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tal-Approċċi Avvanzati ta’ Kejl għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont l-Artikolu 301(2) tar-Regolament [inserted by OP].
Għall-finijiet tal-punt (b), is-superviżur konsolidanti għandu dejjem jiġi kkonsultat.
Madankollu, awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikkonsultax f’każijiet ta’ urġenza jew fejn tali konsultazzjoni tista’ tippreġudika l-effikaċja tad-deċiżjonijiet. F’dan il-każ, l-awtorità kompetenti għandha, mingħajr dewmien, tinforma lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.
Artikolu 113
Verifika tal-informazzjoni rigward entitajiet fi Stati Membri oħra
Meta, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP], l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jixtiequ f’każijiet speċifiċi jivverifikaw l-informazzjoni rigward istituzzjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, istituzzjoni finanzjarja, impriża ta’ servizzi anċillari, kumpanija azzjonarja mħallta, sussidjarja tat-tip kopert fl-Artikolu 119 jew sussidjarja tat-tip kopert fl-Artikolu 114(3), pożizzjonata fi Stat Membru ieħor, huma għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor biex titwettaq dik il-verifika. L-awtoritajiet li jirċievu tali talba għandhom, fi ħdan il-qafas tal-kompetenza tagħhom, jaġixxu dwarha jew billi jwettqu l-verifika huma stess, jew billi jippermettu li titwettaq mill-awtoritajiet li jkunu għamlu t-talba, jew billi jippermettu li titwettaq minn awditur jew espert. L-awtorità kompetenti li tkun għamlet it-talba tista’, jekk tkun tixtieq hekk, tipparteċipa fil-verifika meta ma twettaqx il-verika hija stess.
Taqsima II
kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta
Artikolu 114
Inklużjoni ta’ kumpaniji azzjonarji f’superviżjoni konsolidata
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw kwalunkwe miżura meħtieġa, fejn xieraq, biex jinkludu kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta f’superviżjoni konsolidata. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 115, il-konsolidazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta ma għandhiex b’xi mod timplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jwettqu rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fuq bażi awtonoma, ħlief meta jkun irrekwiżit li jiġi applikat il-Kapitolu 3.
2. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ma jinkludux sussidjarja ta’ istituzzjoni fis-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont wieħed mill-każijiet li hemm dispost għalihom fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 13 tar-Regolament [inserted by OP], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tinsab is-sussidjarja tal-istituzzjoni jistgħu jitolbu lill-impriża prinċipali għal informazzjoni li tista’ tħaffef is-superviżjoni tagħhom ta’ dik l-istituzzjoni.
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli għat-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata jistgħu jitolbu lis-sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, li ma jkunux inklużi fl-ambitu tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 116. F’każ bħal dan, għandhom ikunu applikabbli l-proċeduri għat-trażmissjoni u l-verifika tal-informazzjoni stipulati f’dak l-Artikolu.
Artikolu 115
Kwalifiki tad-diretturi
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-persuni li effettivament jiddirieġu n-negozju ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom esperjenza biżżejjed biex iwettqu dawk id-dmirijiet.
Artikolu 116
Talbiet għal informazzjoni u spezzjonijiet
1. Sakemm ikun hemm aktar koordinazzjoni tal-metodi ta’ konsolidazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li, meta l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni waħda jew aktar tkun kumpanija azzjonarja mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet għandhom, billi javviċinaw lill-kumpanija azzjonarja mħallta u s-sussidjarji tagħha direttament jew permezz ta’ sussidjarji ta’ istituzzjoni, jirrikjeduhom li jfornu kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun relevanti għall-fini tas-superviżjoni tas-sussidjarji tal-istituzzjoni ta' kreditu.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu jwettqu, jew wettqu permezz ta’ spetturi esterni, spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw l-informazzjoni li tkun waslet mingħand kumpaniji azzjonarji mħallta u s-sussidjarji tagħhom. Jekk il-kumpanija azzjonarja mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha tkun impriża tal-assigurazzjoni, il-proċedura stabilita fl-Artikolu 119 tista’ tintuża wkoll. Jekk kumpanija azzjonarja mħallta jew waħda mis-sussidjarji tagħha tinsab fi Stat Membru differenti minn dak li fih tinsab is-sussidjarja tal-istituzzjoni, il-verifika fuq il-post tal-informazzjoni għandha titwettaq skont il-proċedura stabilita fl-Artikolu 113.
Artikolu 117
Superviżjoni
1. Mingħajr ħsara għall-Parti V tar-Regolament [inserted by OP], l-Istati Membri għandhom jiddisponu li, meta l-impriża prinċipali ta’ istituzzjoni waħda jew aktar tkun kumpanija azzjonarja mħallta, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet għandhom jeżerċitaw superviżjoni ġenerali fuq it-tranżazzjonijiet bejn l-istituzzjoni u l-kumpanija azzjonarja mħallta u s-sussidjarji tagħha.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jkollhom fis-seħħ proċessi ta' mmaniġjar tar-riskju u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri tajba ta’ rapportar u kontabilistiċi, sabiex jidentifikaw, ikejlu, jimmonitorjaw u jikkontrollaw kif xieraq it-tranżazzjonijiet mal-kumpanija azzjonarja mħallta prinċipali u s-sussidjarji tagħha. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeħtieġu ir-rapportar mill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe tranżazzjoni sinifikanti ma’ dawn l-entitajiet minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 383 tar-Regolament [inserted by OP]. Dawn il-proċeduri u tranżazzjonijiet sinifikanti għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti.
Meta dawn it-tranżazzjonijiet intragrupp jkunu theddida għall-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-istituzzjoni għandha tieħu provvedimenti xierqa.
Artikolu 118
Skambju tal-informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li ma jkunx hemm impedimenti ġuridiċi li jostakolaw l-iskambju, bejn l-impriżi inklużi fil-firxa tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, kumpaniji azzjonarji mħallta u s-sussidjarji tagħhom, jew sussidjarji tat-tip kopert fl-Artikolu 114, ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ tkun relevanti għall-finijiet tas-superviżjoni skont il-Kapitolu 3, u l-Artikoli 105 sa 114 u dan l-Artikolu.
2. Meta impriża prinċipali u kwalunkwe sussidjarja tagħha li tkun istituzzjoni tkun pożizzjonata fi Stati Membri differenti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni relevanti kollha li tista’ tippermetti jew tgħin it-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li fih impriża prinċipali tinstab ma jkunux huma stess jeżerċitaw superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 106, huma jistgħu jiġu mistiedna mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal eżerċizzju ta' tali superviżjoni biex jitolbu lill-impriża prinċipali għal kwalunkwe informazzjoni li tkun relevanti għall-finijiet superviżorji fuq bażi konsolidata u li jittrażmettuha lil dawn l-awtoritajiet.
3. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, bil-ftehim li, fil-każ ta' kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, istituzzjonijiet finanzjarji jew l-impriżi ta' servizzi anċillari, il-ġbir jew il-pussess tal-informazzjoni ma għandux b’xi mod jimplika li l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa li jwettqu rwol superviżorju fir-rigward ta’ dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi b'mod awtonomu.
Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 116 bil-ftehim li l-ġbir u l-pussess tal-informazzjoni bl-ebda mod ma jimplika li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu rwol superviżorju fir-rigward tal-kumpanija azzjonarja mħallta u dawk is-sussidjarji tagħha li ma jkunux istituzzjonijiet ta’ kreditu, jew sussidjarji tat-tip kopert fl-Artikolu 114(3).
Artikolu 119
Kooperazzjoni
1. Meta istituzzjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta jew kumpanija azzjonarja mħallta tikkontrolla sussidjarja waħda jew aktar li huma kumpaniji tal-assigurazzjoni jew impriżi oħra li jipprovdu servizzi tal-investiment li jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet fdati bil-kompitu pubbliku ta' superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew dawk l-impriżi l-oħra li jipprovdu servizzi tal-investiment għandhom jikkooperaw mill-qrib. Mingħajr ħsara għar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, dawk l-awtoritajiet għandhom jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li tista’ tissimplifika l-kompitu tagħhom u tippermetti s-superviżjoni tal-attività u tas-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-impriżi li huma jissupervizzaw.
2. L-informazzjoni li tasal, fil-qafas tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata, u partikolarment kwalunkwe skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti li hemm dispost għaliha f'din id-Direttiva, għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu tas-segretezza professjonali ddefinit fil-Kapitoli 1, it-Taqsima 2 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew id-Direttiva 2004/39/KE għad-ditti tal-investiment.
3. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata għandhom jistabilixxu listi tal-kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament [inserted by OP]. Dawk il-listi għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, lill-ABE u lill-Kummissjoni.
Artikolu 120
Sanzjonijiet
Skont it-Titolu VII, il-Kapitolu 1 it-Taqsima IV, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet jew provvedimenti mmirati biex itemmu vjolazzjonijiet innutati jew il-kawżi ta’ tali vjolazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu imposti fuq il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta u l-kumpaniji azzjonarji mħallta, jew il-maniġers effettivi tagħhom, li jiksru l-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ sabiex jimplimentaw il-Kapitolu 3.
Artikolu 121
Valutazzjoni tal-ekwivalenza tas-superviżjoni konsolidata ta’ pajjiżi terzi
1. Meta istituzzjoni, li l-impriża prinċipali tagħha tkun istituzzjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, li l-uffiċċju ewlieni tagħha jinsab f’pajjiż terz, ma tkunx soġġetta għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 106, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni ta' kreditu tkunx soġġetta għal superviżjoni konsolidata minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz li tkun ekwivalenti għal dik irregolata mill-prinċipji stabiliti f‘din id-Direttiva u r-rekwiżiti tal-Parti Wieħed, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament [inserted by OP].
Il-verifika għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti li tkun responsabbli għal superviżjoni konsolidata jekk ikun applikabbli l-paragrafu 3, fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta’ kwalunkwe entità regolata awtorizzata fl-Unjoni jew fuq inizjattiva tagħha stess. Dik l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti.
2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Kumitat Bankarju Ewropew biex jagħti gwida ġenerali rigward jekk l-arranġamenti ta' superviżjoni konsolidata tal-awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi possibilment jiksbux l-objettivi ta' superviżjoni konsolidata kif iddefinita f’dan il-Kapitolu, fir-rigward tal-istituzzjonijiet, li l-impriża prinċipali tagħhom ikollha l-uffiċċju prinċipali f’pajjiż terz. Il-Kumitat għandu jżomm kwalunkwe tali gwida taħt rieżami u jqis kwalunkwe bidliet għall-arranġamenti ta' superviżjoni konsolidata applikata minn tali awtoritajiet kompetenti. L-ABE għandha tgħin lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Bankarju Ewropew fit-twettiq ta’ dawk il-kompiti, inklużi fir-rigward ta’ jekk tali gwida għandhiex tkun aġġornata.
L-awtorità kompetenti li twettaq il-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe tali gwida. Għal dak il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-ABE qabel tadotta deċiżjoni.
3. Fin-nuqqas ta’ tali superviżjoni ekwivalenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tar-Regolament [inserted by OP] għall-istituzzjoni b'analoġija jew għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li japplikaw tekniki superviżorji oħra adattati li jiksbu l-objettivi tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata tal-istituzzjonijiet.
Dawk it-tekniki superviżorji għandhom, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, ikunu maqbula mill-awtorità kompetenti li se tkun responsabbli għas-superviżjoni konsolidata.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu b'mod partikolari jirrikjedu l-istabiliment ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, u japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar superviżjoni konsolidata għall-pożizzjoni konsolidata ta' dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-pożizzjoni konsolidata tal-istituzzjonijiet ta’ dik il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta.
It-tekniki superviżorji għandhom ikunu mfassla biex jiksbu l-objettivi tas-superviżjoni konsolidata kif iddefiniti f'dan il-Kapitolu u għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra involuti, lill-ABE u lill-Kummissjoni.
Kapitolu 3a
Riskji Sistemiċi
Artikolu 121a
Nomina ta' awtorità makroprudenzjali
L-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtorità li tkun responsabbli għall-indirizzar tar-riskju sistemiku fit-territorju tagħha u għandhom jinnotifikaw lill-BERS, lill-ABE u lill-Kumissjoni dwar kwalunkwe tali nomina.
Artikolu 121b
Provvedimenti li tista' tieħu l-awtorità maħtura
Għall-finijiet ta' dan il-kapitolu, 'riskju sistemiku' tfisser riskju ta’ disturbi fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkun hemm konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanazjarja u għall-ekonomija reali.
1. Skont l-Artikolu 121e l-awtorità maħtura tista' tieħu kwalunkwe provvediment skont il-liġi nazzjonali li tqis neċessarju biex tevita jew ittaffi r-riskju sistemiku, jew tista' tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu tali provvedimenti.
2. Il-provvedimenti jistgħu jinkludu l-adozzjoni ta' rekwiżiti li jikkonċernaw b'mod partikolari:
– il-konsolidazzjoni prudenzjali,
– il-filtri prudenzjali,
– ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji,
– it-tnaqqis,
– il-peżar tar-riskju,
– l-iskoperturi kbar,
– il-likwidità,
– il-proporzjoni tal-ingranaġġ,
– il-bafers kapitali,
– l-iżvelar.
Madankollu, tali provvedimenti m'għandhomx jirriżultaw gl-applikazzjoni ta' rekwiżiti anqas stretti minn dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] b'rabta mal-kwistjonijiet fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.
3. Il-provvedimenti jistgħu japplikaw għall-istituzzjonijiet kollha awtorizzati mill-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva li joperaw fit-territorju tal-Istat Membru jew għal klassi ta' tali istituzzjonijiet.
4. Meta l-awtorità maħtura tesiġi li l-awtorità kompetenti tieħu tali provvedimenti billi tuża s-setgħat superviżorji tagħha bi qbil ma' din id-Direttiva, u l-awtorità kompetenti tapplika l-provvediment għal istituzzjoni li tkun suġġetta għal superviżjoni konsolidata, din għandha tinforma lill-membri tal-kulleġġ qabel ma l-provvediment isir effettiv, sakemm dan ma jipperikolax l-istabilità tas-swieq finanzjarji jew ma jkunx ta' detriment għall-interessi tal-partijiet involuti. Fl-aħħar każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-membri tal-kulleġġ malajr kemm jista' jkun prattikabbli wara li l-provvediment jieħu effett.
Artikolu 121c
Rieżami tal-provvedimenti
L-awtorità maħtura għandha tagħmel rieżami tal-provvedimenti f'intervalli xierqa u tagħmel kwalunkwe emendi li tqis xierqa. Hi għandha tiżgura li l-provvedimenti ma jibqax ikollhom effett meta ma jibqgħux meqjusa neċessarji.
Artikolu 121d
Notifika tal-provvedimenti
1. L-awtorità maħtura għandha tinforma lill-BERS minn qabel dwar kwalunkwe provvediment li tipproponi li tieħu.
2. L-awtorità maħtura għandha tinforma lill-BERS, lill-ABE u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe provvediment li tieħu, jew dwar kwalunkwe deċiżjoni li ttemm tali provvediment, mingħajr dewmien mhux dovut/fi żmien jumejn ta' ħidma u għandha tippubblika tali deċiżjonijiet sakemm dan ma jipperikolax l-istabilità tas-swieq finanzjarji jew ma jkunx ta' detriment għall-interessi tal-partijiet involuti.
Artikolu 121e
Valutazzjoni, twissijiet u rakkomandazzjonijiet tal-BERS
1. Meta l-BERS jiddetermina li r-riskji makroprudenzjali identifikati għall-istabilità finanzjarja li wasslu għal rekwiżiti prudenzjali iktar stretti m'għadhomx jeżistu, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrevokaw ir-rekwiżiti iktar stretti u d-dispożizzjoijiet oriġinali ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw. Jekk dan ma jsirx, il-BERS għandu joħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni kontra Stat Membru meta l-Istat Membru kkonċernat ma jaġixxix b'mod xieraq minn perspettiva tar-riskju sistemiku.
2. Il-BERS jista' jivvaluta l-eżistenza tar-riskju sistemiku indirizzat mill-provvedimenti adottati mill-awtorità maħtura, u jekk dawn jistgħux jeffettwaw lil Stati Membri oħra jew is-sistema finanzjarja tal-Unjoni b'mod ġenerali.Il-BERS għandu jwettaq valutazzjoni meta l-Kummissjoni jew mill-inqas tliet Stati Membri jitolbu dan.
3. Il-BERS jista' joħroġ twissija bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament 1092/2010 jekk jidentifika riskji sistemiċi sinifikanti għall-istabilità finanzjarja tal-Unjoni li jirriżultaw mill-iżviluppi fis-settur finanzjarju.
4. Meta tali riskji sistemiċi jiġu identifikati, il-BERS jista' joħroġ ukoll rakkomandazzjoni bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 għal azzjoni korrettiva li jqis li awtorità maħtura għandha tieħu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] b'reazzjoni għar-riskji identifikati.
Kapitolu 4
Bafers kapitali
Taqsima I
Bafers Kapitali ta' Konservazzjoni u Bafers Kapitali Kontroċikliċi u bafers kapitaliaddizzjonali għal istituzzjonijiet sistemiċi
Artikolu 122
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:
(1) 'Bafer kapitali ta’ konservazzjoni' tfisser il-fondi prorpji li istituzzjoni tkun meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 123;
(2) 'Rekwiżit ta’ Bafer Kombinat' tfisser il-kapital totali tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni meħtieġ biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit tal-Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni estiż b'Baffer Kapitali Kontroċikliku speċifiku għal istituzzjoni jekk dan tal-aħħar ikun aktar minn 0 % tal-assi peżati għar-riskju flimkien mal-ammont stabbilit għall-Istituzzjonijiet Sistemiċi;
(2a) 'Bafer sistemiku' tfisser il-bafer kapitali addizzjonali ta' Livell I ta' Ekwità Komuni li istituzzjoni sistemika li ġiet identifikata skont l-Artikolu 132a għandha żżomm skont [Artikolu].
(3) 'Rata tal-bafer kontroċikliku' tfisser ir-rata li l-istituzzjonijiet iridu japplikaw sabiex jikkalkolaw il-bafers kapitali kontraċikliċi tagħhom speċifiċi għall-istituzzjoni, u li tiġi ssettjata skont l-Artikolu 126, l-Artikolu 127 jew mill-awtorità relevanti ta’ pajjiż terz (skont il-każ);
(4) 'Istituzzjoni awtorizzata domestikament' tfisser istituzzjoni li kienet awtorizzata mill-Istat Membru li għalihom li għaliha tkun responsabbli awtorità maħtura partikolari;
(5) 'Bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni' tfisser il-fondi prorpji li istituzzjoni tkun meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 124;
(5a) 'Gwida tal-bafers' tfisser rata tal-bafers ta' referenza kkalkulata skont il-formola armonizzata stabbilita fil-gwida msemmija fl-Artikolu 125.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-kapitolu m'għandhomx japplikaw għad-ditti tal-investiment li ma jkunux awtorizzati li jipprovdu s-servizzi ta' investiment imsemmija fil-punti 3 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE.
Artikolu 122a
Bħala għodda biex ikun evitat id-diżingranaġġ eċċessiv u jitħeġġeġ is-self lill-ekonomija reali matul perjodi ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku għall-benefiċċju makroprudenzjali, l-Istati Membri jistgħu jimponu delimitazzjoni (ring-fencing) biex ikunu stabbiliti rekwiżiti kapitali minimi applikabbli għall-portafolli tas-self tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, il-finanzi kummerċjali jew attivitajiet oħra speċifiċi ta' self ta' sinifikat kritiku għat-tkabbir ekonomiku.
Kwalunkwe tali rekwiżit kapitali minimu normalment m'għandux ikun inqas minn dak li jkun mitlub għal-livell kurrenti tal-attività ekonomika.
Artikolu 123
Rekwiżit li jinżamm Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet iżommu, barra l-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti mill-Artikolu 87 tar-Regolament [inserted by OP], Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni ta’ kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ekwivalenti għal 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskji tagħhom ikkalkolat skont l-Artikolu 87(3) ta’ dak ir-Regolament fuq bażi individwali u konsolidata, kif applikabbli skont il-Parti Wieħed, it-Titolu II ta’ dak ir-Regolament.
2. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, li jkun miżmum biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1, biex jiġu ssodisfaw xi rekwiżit impost mill-Artikolu 100.
3. Fejn istituzzjoni tonqos li tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1, din għandha tkun soġġetta għal restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 131.
Artikolu 124
Rekwiżit li jinżamm bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu l-istituzzjonijiet iżommu Bafer Kapitali Kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni ekwivalenti għall-ammont totali marbut mal-kxif għar-riskju tagħhom ikkalkolat skont l-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserit mill-OP] multiplikat bil-medja peżata tar-rati ta' bafers kontroċikliċi kkalkolata skont l-Artikolu 130 fuq bażi individwali u konsolidata, kif applikabbli b'konformità mal-Ewwel Taqsima, Titolu II tar-Regolament [inserted by OP].
2. L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit impost mill-paragrafu 1 tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, li għandu jkun b'żieda għal kwalunkwe kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji imposti bl-Artikolu 87 tar-Regolament [inserted by OP], ir-rekwiżit li jinżamm Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni skont l-Artikolu 123 u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 100.
3. Fejn istituzzjoni tonqos li tissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżit skont il-paragrafu 1, din għandha tkun soġġetta għal restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 131.
Taqsima II
Settjar u kalkolu tal-Bafers Kapitali Kontroċikliċi
Artikolu 125
Gwida tal-BERS dwar l-issettjar tar-rati tal-bafer kontroċikliku
1. Permezz ta’ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, il-BERS għandu jipprovdi gwida lill-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 126(1) dwar l-issettjar tar-rati tal-bafer kontroċikliku, inkluż li ġej:
(a) prinċipji biex jiggwidaw lill-awtoritajiet maħtura meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom dwar ir-rata xierqa tal-bafer kontroċikliku, biex jiżguraw li l-awtoritajiet jadottaw approċċ tajjeb għaċ-ċikli makroekonomiċi relevanti u biex jippromwovu teħid tad-deċiżjonijiet tajjeb u konsistenti bejn il-ġuriżdizzjonijiet;
(b) gwida dwar:
(i) il-kejl u l-kalkolu tad-devjazzjoni minn xejriet ta’ terminu twil tal-proporzjonijiet kreditu-PDG;
(ii) il-gwidi għall-kalkolu tal-bafers meħtieġ skont l-Artikolu 126(2);
(c) gwida dwar il-varjabbli li jindikaw ▌l-akkumulu tar-riskju mifrux mas-sistema assoċjat ma' perjodi ta' tkabbir eċċessiv tal-kreditu f'sistema finanzjarja, b'mod partikolari l-proporzjon relevanti tal-kreditu għall-PDG u d-devjazzjoni tiegħu mit-tendenza għaż-żmien twil, u dwar il-fatturi l-oħra relevanti, inklu it-trattament ta' żviluppi ekonomiċi f'setturi individwali tal-ekonomija, li suppost iservu ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet maħtura dwar ir-rati xierqa tal-bafer kontroċikliku skont l-Artikolu 126;
(d) gwida dwar il-varjabbli, inklużi kriterji kwalitattivi, li jindikaw li l-bafer għandu jinżamm, jitnaqqas jew jiġi rilaxxat totalment.
2. Fejn ikun ħareġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, il-BERS għandu jżommha taħt rieżami u jaġġornaha, fejn neċessarju, fid-dawl tal-esperjeza tal-issettjar tal-bafers skont din id-Direttiva jew tal-iżviluppi fil-prattiki miftiehma internazzjonalment.
2a. Meta joħroġ rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 1, il-BERS għandu jqis b'mod xieraq id-differenzi bejn l-Istati Membri u b'mod partikolari l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri b'ekonomiji żgħar u miftuħa.
Artikolu 126
L-issettjar tar-rati tal-bafer kontroċikliku
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità pubblika jew korp pubbliku (hawn taħt imsejjaħ, "awtorità maħtura") li tkun jew li jkun responsabbli għall-issettjar tar-rati tal-bafer kontroċikliku għal dak l-Istat Membru.
2. Kull awtorità maħtura għandha għal kull trimestru tikkalkola gwida tal-bafer bħala referenza biex tiggwida l-eżerċizzju minnha tal-ġudizzju fl-issettjar tar-rata tal-bafer kontroċikliku skont il-paragrafu 3. Il-gwida tal-bafers għandha tissejjes fuq il-gwida tal-BERS imsemmija fl-Artikolu 125(b)(ii).
▐
3. Kull awtorità maħtura għandha tivvaluta u tissettja rata xierqa tal-bafer kontroċikliku għall-Istat Membru tagħha fuq bażi trimestrali, u f'dan tqis:
(a) il-gwida tal-bafer ikkalkolata skont il-paragrafu 2;
(b) kwalunkwe gwida kurrenti sostnuta mill-BERS skont l-Artikolu 125(1)(a), (c) u (d) u kwalunkwe rakkomandazzjoni maħruġa mill-BERS skont il-paragrafu 9; kif ukoll
▐
4. Il-varjabbli msemmija fl-Artikolu 125, paragrafu 1, punt (c), jistgħu jinkludu varjabbli strutturali u l-iskopertura tas-settur bankarju għal fatturi oħra tar-riskji, jew għal kwalunkwe fattur ieħor b'rabta mar-riskji għall-istabilità finanzjarja diskussi f'livell Ewropew u sussegwentement inklużi fil-gwida tal-BERS skont l-Artikolu 125, paragrafu 2. Fejn, fl-issettjar tar-rata tal-bafer kontroċikliku, awtorità maħtura tqis il-varjabbli msemmija fil-gwida tal-BERS fl-Artikolu 125, paragrafu 1, punt (c), u l-issettjar ta’ dik ir-rata tal-bafer kien ikun anqas kieku ma tqisux dawn il-varjabbli, l-awtorità maħtura għandha tinnotifika lill-ABE u lill-BERS. L-ABE u l-BERS għandhom jivvalutaw jekk li tiġi segwita l-gwida f'dan il-każ jistax ikollu r-riskju ta' riperkussjonijiet negattivi mill-perspettiva tal-istabbiltà finanzjarja jew għall-funzjonament xieraq tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji kif rifless fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
▐
5. Ir-rata tal-bafer kontroċikliku, espressa bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP] tal-istituzzjonijiet li jkollhom skoperturi tal-kreditu f'dak l-Istat Membru, ikunu bejn 0 % u 2,5 %, ikkalibrati f'intervalli ta’ 0,25 punti perċentwali jew multipli ta’ 0,25 punti perċentwali. Fejn ġustifikat fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, awtorità maħtura tista' tissettja rata tal-bafer kontroċikliku ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP].
6. Meta tissettja r-rata tal-bafer kontroċikliku ogħla minn żero għall-ewwel darba, jew meta sussegwentement żżid l-issettjar tar-rata prevalenti tal-bafer kontroċikliku, awtorità maħtura għandha tiddeċiedi dwar id-data li minnha l-istituzzjonijiet japplikaw dak il-baffer miżjud għall-finijiet tal-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom. Dik id-data ma tistax tkun qabel 12-il xahar wara d-data meta l-issettjar ogħla tal-bafer jitħabbar skont il-paragrafu 8. Jekk id-data tkun anqas minn 12-il xahar wara li jitħabbar l-issettjar ogħla tal-bafer, dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni għandha tiġi ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali.
7. Jekk tnaqqas ir-rata eżistenti tal-bafer kontroċikliku, jekk tnaqqashiex għal żero jew le, awtorità maħtura għandha wkoll tiddeċiedi dwar perjodu indikattiv li fih ma tkun mistennija l-ebda żieda fil-bafer. Madankollu, dak il-perjodu indikattiv ma għandux ikun vinkolanti fuq l-awtorità maħtura.
8. Kull awtorità maħtura għandha tħabbar l-issettjar trimestrali tar-rata tal-bafer kontroċikliku permezz tal-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tagħha. L-aħbar għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) ir-rati tal-bafer kontroċikliku applikabbli;
(b) il-proporzjon kreditu-PDG relevanti u d-devjazzjoni tiegħu mix-xejra ta’ terminu twil;
(c) il-gwida tal-bafer ikkalkolata skont il-paragrafu 2;
(d) ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tal-bafer, inkluż b'referenza għal kwalunkwe varjabbli għajr dawk koperti mill-gwida tal-bafer li l-awtorità maħtura tkun qieset skont il-punt (c) tal-paragrafu 3 fl-issettjar tar-rata tal-bafer kontroċikliku;
(e) fejn ir-rata tal-bafer tiżdied, id-data li minnha l-istituzzjonijiet ikollhom japplikaw dik ir-rata miżjuda tal-bafer għall-finijiet tal-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom;
(f) fejn id-data msemmija fil-punt (e) tkun anqas minn 12-il xahar wara d-data tal-aħbar skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni;
(g) fejn ir-rata tal-bafer titnaqqas, il-perjodu indikattiv li matulu ma tkun mistennija l-ebda żieda fir-rata tal-bafer, flimkien ma' ġustifikazzjoni għal dak il-perjodu;
(h) fejn l-awtorità maħtura tkun qieset il-varjabbli msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 3, indikazzjoni tal-ammont tar-rata tal-bafer li tirrigwarda dawk il-varjabbli.
L-awtoritajiet maħtura għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli biex jikkoordinaw il-programmazzjoni ta’ dik l-aħbar.
L-awtoritajiet maħtura għandhom jinnotifikaw kull settjar trimestrali tar-rata tal-bafer kontroċikliku u l-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) sa (g) lill-BERS. Il-BERS għandu jippubblika, fuq is-sit tal-internet tiegħu, tali rati tal-bafers kollha notifikati u informazzjoni relatata.
9. Il-BERS jista' joħroġ rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar l-issettjar trimestrali tar-rata tal-bafer kontroċikliku fi Stat Membru speċifiku jew, fejn xieraq, f'aktar minn Stat Membru wieħed.
Artikolu 126a
Bafers tar-Riskji Speċifiċi għall-Istati Membri
L-Istati Membri li għandhom sistemi bankarji ikbar mill-medja jew inkella jkunu għamlu għażliet regolatorji dwar riskji aċċettabbli lill-kontribwenti li jkunu iktar konservattivi minn dawk li huma komdi bihom l-Istati Membri, għandhom bl-approvazzjoni tal-BERS jużaw metodoloġija ta' riskju sistemiku użata għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikoli 125 u 126, jitħallew ikollhom rekwiżiti tal-fondi proprja ogħla għall-istituzzjonijiet awtorizzati fil-pajjiż. Dawn il-fondi jistgħu ma jkunux fil-forma ta' ekwità pura u l-awtoritajiet tal-pajjiż domiċiljari jiddeterminaw il-forom aċċettabbli soġġetti għall-approvazzjoni mill-BERS u mill-ABE, iżda fl-ebda każ m'għandhom jeċċedu d-doppju tal-livell minimu tal-kapital meħtieġ skont il-ftehim ta' Basel III inklużi l-Bafers ta’ konservazzjoni tal-kapital.
Artikolu 127
Rikonoxximent tar-rati tal-bafer kontroċikliku ogħla minn 2,5 %
1. Fejn awtorità maħtura, skont l-Artikolu 126(5), jew awtorità relevanti ta’ pajjiż terz tkun issettjat rata tal-bafer kontroċikliku ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmi fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP], l-awtoritajiet maħtura l-oħra jistgħu jirrikonoxxu dik ir-rata tal-bafer għall-finijiet tal-kalkolu mill-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament tal-bafers kapitali kontroċikliċi speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom.
2. Fejn tirrikonoxxi rata tal-bafer ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP] skont il-paragrafu 1, awtorità maħtura għandha tħabbar dak ir-rikonoxximent permezz ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tagħha. L-aħbar għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
(a) ir-rati tal-bafer kontroċikliku applikabbli;
(b) l-Istat Membru jew pajjiż terz li għalih tkun applikabbli;
(c) fejn ir-rata tal-bafer tiżdied, id-data li minnha l-istituzzjonijiet awtorizzati fl-Istat Membru tal-awtorità maħtura jkollhom japplikaw dik ir-rata miżjuda tal-bafer għall-finijiet tal-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom;
(d) fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun anqas minn 12-il xahar wara d-data tal-aħbar skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni.
2a. L-ABE u l-BERS għandhom jiżguraw konverġenza superviżorja fil-ġuriżdizzjonijiet rigward l-applikazzjoni tal-metodoloġija ta' kalkolu għar-rekwiżiti tal-bafer.
2b. Meta awtorità maħtura jew awtorità ta' pajjiż terz rilevanti tkun issettjat rata tal-bafer kontroċikliku li teċċedi t-2.5% tal-ammont totali tal-iskopertura tar-riskju msemmi fl-Artikolu 127(1), il-BERS għandu jevalwa dik ir-rata tal-bafer speċifika u, jekk ikun xieraq joħroġ rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet maħtura dwar ir-rata xierqa tal-bafer kontroċikliku għall-iskoperturi lil dak il-pajjiż terz, skont l-Artikolu 128(3).
Artikolu 128
Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar ir-rati tal-bafer kontroċikliku ta’ pajjiżi terzi
Il-BERS jista', skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet maħtura dwar ir-rata xierqa tal-bafer kontroċikliku għall-iskoperturi għal dak il-pajjiż terz fejn:
(a) rata tal-bafer kontroċikliku ma tkunx ġiet issettjata u ppubblikata mill-awtorità relevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz (aktar tard imsejħa "awtorità relevanti ta’ pajjiż terz") li għalih istituzzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni jkollha skoperturi tal-kreditu;
(b) il-BERS iqis li r-rata tal-bafer kontroċikliku li tkun ġiet issettjata u ppubblikata mill-awtorità relevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz ma tkunx suffiċjenti biex tipproteġi kif xieraq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni mir-riskji ta’ tkabbir eċċessiv fil-kreditu f'dak il-pajjiż, jew awtorità maħtura tinnotifika lill-BERS li taħseb li r-rata tal-bafers tkun insuffiċjenti għal dak il-fini.
Artikolu 129
Deċiżjoni mill-awtoritajiet maħtura dwar ir-rati tal-bafer kontroċikliku ta’ pajjiżi terzi
1. Dan l-Artikolu huwa applikabbli irrispettivament minn jekk il-BERS ikunx ħareġ rakkomandazzjoni lill-awtoritajiet maħtura kif imsemmi fl-Artikolu 128.
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 128, l-awtoritajiet maħtura jistgħu jissettjaw ir-rata tal-bafer kontroċikliku li l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament ikollhom japplikaw għall-finijiet tal-kalkolu fil-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istitutuzzjonijiet tagħhom.
3. Fejn rata tal-bafer kontroċikliku tkun ġiet issettjata u ppubblikata mill-awtorità relevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz, awtorità maħtura tista tissettja rata differenti tal-baffers għal dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-kalkolu mill-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament tal-Bafer Kapitali Kontroċikliku speċifiki għall-istituzzjoni tagħhom jekk dawn raġonevolment iqisu li r-rata tal-baffer issetjata mill-awtorità relevanti ta’ pajjiż terz ma tkunx suffiċjenti biex tipproteġi dawk l-istituzzjonijiet kif xieraq mir-riskji ta’ tkabbir eċċessiv fil-kreditu f'dak il-pajjiż.
Meta teżerċità s-setgħa skont l-ewwel subparagrafu, awtorità maħtura ma għandhiex tissettja rata tal-bafer kontroċikliku taħt il-livell issettjat mill-awtorità relevanti tal-pajjiż terz sakemm dik r-rata ma taqbiżx it-2,5 %, espressa bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmi fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP] tal-istituzzjonijiet li jkollhom skoperturi ta’ kreditu f'dak il-pajjiż terz. L-ABE u l-BERS għandhom jiżguraw il-konsistenza mar-rati tal-bafer tal-pajjiżi terzi fil-ġuriżdizzjonijiet kollha.
4. Meta awtorità rilevanti ta' pajjiż terz tissettja r-rata tal-bafer kontroċikliku għal pajjiż terz skont il-paragrafu 2 jew 3 li żżid ir-rata applikabbli eżistenti tal-bafer kontroċikliku, l-awtoritajiet maħtura għandhom jiddeċiedu dwar id-data li minnha l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament ikollhom japplikaw dik ir-rata tal-baffer għall-finijiet tal-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom. Dik id-data ma tistax tkun qabel 12-il xahar wara d-data meta r-rata tal-bafer titħabbar skont il-paragrafu 5. Jekk id-data tkun anqas minn 12-il xahar wara li jitħabbar l-issettjar, dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni għandha tiġi ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali.
5. L-awtoritajiet maħtura għandhom jippubblikaw kwalunkwe ssettjar ta’ rata tal-bafer kontroċikliku għal pajjiż terz skont il-paragrafu 2 jew 3 fuq is-siti tal-internet tagħhom u għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a) ir-rata tal-bafer kontroċikliku u l-pajjiż terz li għalih tkun applikabbli;
(b) ġustifikazzjoni għal dik ir-rata tal-bafer;
(c) fejn ir-rata tal-bafer tkun issettjata ogħla minn żero għall-ewwel darba jew tkun żdiedet, id-data li minnha l-istituzzjonijiet ikollhom japplikaw dik ir-rata miżjuda tal-bafer għall-finijiet tal-kalkolu tal-bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni tagħhom;
(d) fejn id-data msemmija fil-punt (c) tkun anqas minn 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-issettjar skont dan il-paragrafu, referenza għaċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw dik l-iskadenza iqsar għall-applikazzjoni.
Artikolu 130
Kalkolu tal-Bafer Kapitali Kontroċikliku Speċifiku għall-Istituzzjoni
1. Ir-rata tal-Bafer Kapitali Kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni għandha tikkonsisti mill-medja peżata tar-rati tal-bafer kontroċikliku applikabbli fil-ġuriżdizzjoni fejn l-iskoperturi relevanti tal-kreditu għall-istituzzjoni jkunu pożizzjonati, jew applikati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu bis-saħħa tal-Artikolu 129(2) jew (3).
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu l-istituzzjonijiet, sabiex jikkalkolaw il-medja peżata msemmija fl-ewwel subparagrafu, japplikaw għal kull rata tal-bafer kontroċikliku applikabbli r-rekwiżiti totali ta' fondi proprji tagħha għar-riskju tal-kreditu, iddeterminti skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II tar-Regolament [inserted by OP] li jirrigwardaw l-iskoperturi relevanti tal-kreditu fit-territorju inkwistjoni, diviżi bir-rekwiżiti totali ta' fondi proprji tagħha għar-riskju tal-kreditu b'rabta mal-iskoperturi relevanti kollha tagħha tal-kreditu.
2. Jekk, skont l-Artikolu 126(5), awtorità maħtura tkun issettjat rata tal-bafer kontroċikliku ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tal-bafers li ġejjin ikunu applikabbli għall-iskoperturi relevanti tal-kreditu pożizzjonati fl-Istat Membru ta’ dik l-awtorità maħtura (hawn taħt, "Stat Membru A") għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn relevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital konsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:
(a) l-istituzzjonijiet awtorizzati domestikament għandhom japplikaw dik ir-rata tal-bafer ogħla minn 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju;
(b) l-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor għandhom japplikaw ir-rata tal-bafer kontroċikliku ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità maħtura fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tal-bafer ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 127(1);
(c) l-istituzzjonijiet li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor għandhom japplikaw ir-rata tal-bafer kontroċikliku ssettjata mill-awtorità maħtura tal-Istat Membru A jekk l-awtorità maħtura fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxietdik ir-rata tal-bafer f'konformità mal-Artikolu 127.
3. Jekk ir-rata tal-bafer kontroċikliku ssettjata mill-awtorità relevanti tal-pajjiż terz għal pajjiż terz teċċedi t-2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju msemmija fl-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rati tal-bafers li ġejjin ikunu applikabbli għall-iskoperturi relevanti tal-kreditu pożizzjonati f'dak il-pajjiż terz għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1 inkluż, fejn relevanti, għall-finijiet tal-kalkolu tal-element tal-kapital konsolidat li jirrigwarda l-istituzzjoni inkwistjoni:
(a) l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw rata tal-bafer kontroċikliku ta’ 2,5 % tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju jekk l-awtorità maħtura fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati ma tkunx irrikonoxxiet ir-rata tal-bafer ogħla minn 2,5 % skont l-Artikolu 127(1);
(b) l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rata tal-bafer kontroċikliku ssettjata mill-awtorità relevanti tal-pajjiż terz jekk l-awtorità maħtura fl-Istat Membru li fih ikunu ġew awtorizzati tkun irrikonoxxiet ir-rata tal-bafer skont l-Artikolu 127;
4. L-iskoperturi relevanti tal-kreditu għandhom jinkludu dawk il-klassijiet kollha tal-iskoperturi, għajr dawk imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment], li jkunu soġġetti:
(a) għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji tal-kreditu skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II ta’ dak ir-Regolament;
(b) fejn l-iskoperturi jinżommu f'portafoll tan-negozjar, għar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju speċifiku skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament jew riskju inkrimentali għall-inadempjenza u migrazzjoni skont il-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 5 ta’ dak ir-Regolament;
(c) fejn l-iskopertura tkun titolizzazzjoni, għar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont skont il-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 5b ta’ dak ir-Regolament.
5. L-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw il-pożizzjoni ġeografika tal-iskopertura relevanti tal-kreditu skont l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 6.
6. Għall-finijiet tal-kalkolu meħtieġ skont il-paragrafu 1:
(a) rata tal-bafer kontroċikliku għal Stat Membru għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 126(8)(e) jew 127(2)(c) jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tal-bafer;
(b) bla ħsara għall-punt (c), rata tal-bafer kontroċikliku għal pajjiż terz għandha tapplika 12-il xahar wara d-data li fiha tkun tħabbret bidla fir-rata tal-bafer mill-awtorità relevanti tal-pajjiż terz, irrispettivament jekk l-awtorità tkunx teħtieġ l-istituzzjonijiet inkorporati f'dak il-pajjiż terz biex japplikaw il-bidla f'perjodu iqsar, jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li jżid ir-rata tal-bafer;
(c) fejn l-awtorità maħtura tal-Istat Membru domiċiljari tal-istituzzjoni tissettja r-rata tal-bafer kontroċikliku għal pajjiż terz skont l-Artikolu 129(2) jew (3), jew tirrikonoxxi r-rata tal-bafer kontroċikliku għal pajjiż terz skont l-Artikolu 127, dik ir-rata tal-bafer għandha tapplika mid-data speċifikata fl-informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 129(5)(c) jew l-Artikolu 127(2)(c), jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li tiżdied ir-rata tal-bafer;
(d) rata tal-bafer kontroċikliku għandha tapplika immedjatament jekk l-effett ta’ dik id-deċiżjoni jkun li titnaqqas ir-rata tal-bafer.
Għall-finijiet tal-punt (b), bidla fir-rata tal-bafer kontroċikliku għal pajjiż terz għandha titqies li tħabbret fid-data li fiha tkun ippubblikata mill-awtorità relevanti tal-pajjiż terz skont ir-regoli nazzjonali applikabbli.
7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodi għall-identifikazzjoni tal-postazzjoni ġeografika tal-iskoperturi relevanti tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 5.
Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.
Taqsima III
Provvedimenti ta’ Konservazzjoni tal-Kapital
Artikolu 131
Restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet
1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu kwalunkwe istituzzjoni li tissodisfa r-rekwiżit ta’ bafer kombinat milli tagħmel distribuzzjoni b'rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni sal-punt li jitnaqqas il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tagħha għal livell fejn ir-rekwiżit tal-bafer kombinat ma jibqax issodisfat.
2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet li jonqsu li jissodisfaw ir-rekwiżit tal-bafer kombinat biex jikkalkolaw l-Ammont Massimu Distribwibbli (AMD) skont il-paragrafu 4.
Fejn ikun applikabbli l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi kwalunkwe istituzzjoni milli tidħol fi kwalunkwe mill-azzjonijiet li ġejjin qabel ma tkun ikkalkolat l-AMD:
(a) tagħmel distribuzzjoni b’rabta mal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni;
(b) toħloq obbligu li titħallas remunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni jew ittħallas remunerazzjoni varjabbli jekk l-obbligu li tħallas ikun inħoloq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset li tissodisfa r-rekwiżiti tal-bafer kombinat;
(c) tagħmel pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.
3. Fiż-żmien li istituzzjoni tonqos li tissodisfa jew teċċedi r-rekwiżit tal-bafer kombinat tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxuha milli tiddistribwixxi aktar mill-AMD ikkalkolat skont il-paragrafu 4 permezz ta' kwalunkwe azzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 2.
4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-AMD billi jimmultiplikaw is-somma kalkolata skont il-punt (a) b'fattur iddeterminat skont il-punt (b). L-AMD għandu jitnaqqas bi kwalunkwe mill-azzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2.
(a) Is-somma li tkun immultiplikata għandha tikkonsisti fi:
(i) il-profitti interim mhux inklużi fil-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament [inserted by OP] iġġenerati wara l-aktar deċiżjoni reċenti dwar id-distribuzzjoni tal-profitti jew kwalunkwe mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2;
plus
(ii) il-profitti fi tmiem is-sena mhux inklużi fil-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont l-Artikolu 24(4) tar-Regolament [inserted by OP] iġġenerati wara l-aktar deċiżjoni reċenti dwar id-distribuzzjoni tal-profitti jew kwalunkwe mill-azzjonijiet imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2;
minus
(iii) l-ammonti li jkunu pagabbli bit-taxxa li kieku l-entrati speċifikati f'(i) u (ii) kellhom jinżammu.
(b) Il-fatturi għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:
(i) fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji skont l-Artikolu 87(1)(c) tar-Regolament [inserted by OP], espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3) ta’ dak ir-Regolament, ikun fl-ewwel (jiġifieri, fl-aktar baxx) kwart tar-rekwiżit tal-bafer kombinat, il-fattur ikun 0;
(ii) fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji skont l-Artikolu 87(1)(c) tar-Regolament [inserted by OP], espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3) ta’ dak ir-Regolament, ikun fit-tieni kwart tar-rekwiżit tal-bafer kombinat, il-fattur ikun 0.2;
(iii) fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji skont l-Artikolu 87(1)(c) tar-Regolament [inserted by OP], espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3) ta’ dak ir-Regolament, ikun fit-tielet kwart tar-rekwiżit tal-bafer kombinat, il-fattur ikun 0.4;
(iv) fejn il-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum mill-istituzzjoni li ma jintużax biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji skont l-Artikolu 87(1)(c) tar-Regolament [inserted by OP], espress bħala persentaġġ tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju skont it-tifsira tal-Artikolu 87(3) ta’ dak ir-Regolament, ikun fir-raba' (jiġifieri, fl-ogħla) kwart tar-rekwiżit tal-bafer kombinat, il-fattur ikun 0.6.
Il-limitu minimu u massimu ta’ kull kwart tar-rekwiżit tal-bafer kombinat għandu jkun ikkalkolat kif ġej:
Il-limitu minimu ta' kwart
Il-limitu massimu ta’ kwart
"ISCCB" tfisser "bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni" u "Qn" tindika n-numru ordinali tal-kwar konċernat.
5. Ir-restrizzjonijiet imposti minn dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss għall-pagamenti li jirriżultaw fi tnaqqisa fil-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni jew fi tnaqqisa tal-profitti, u fejn sospensjoni tal-ħlas jew in-nuqqas li jsir il-ħlas ma tikkostitwixxix avveniment ta’ inadempjenza jew kundizzjoni għall-ftuħ ta’ proċedimenti taħt ir-reġim tal-insolvenza applikabbli għall-istituzzjoni.
6. Fejn istituzzjoni tonqos milli tissodisfa r-rekwiżit tal-bafer kombinat u jkollha l-intenzjoni li tiddistribwixxi kwalunkwe mill-profitti distribwibbli tagħha jew tidħol f'azzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 2, hi għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti u tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-ammont tal-kapital miżmum mill-istituzzjoni, subdiviż kif ġej:
(i) kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni,
(ii) kapital tal-Grad 1 Addizzjonali,
(iii) kapital tal-Grad 2,
(b) l-ammont tal-profitti tagħha interim u fi tmiem is-sena;
(c) l-AMD ikkalkolat skont il-paragrafu 4;
(d) l-ammont tal-profitti distribwibbli li jkollha l-intenzjoni talloka fost li ġej:
(i) pagamenti f'dividendi,
(ii) riakkwist tal-ishma,
(iii) pagamenti fuq strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali.
(iv) il-ħlas ta’ remunerazzjoni varjabbli jew benefiċċji diskrezzjonarji tal-pensjoni, kemm jekk permezz ta’ ħolqien ta’ obbligazzjoni ġdida għall-ħlas, jew pagament b'segwitu għal obbligu ta’ ħlas maħluq fi żmien meta l-istituzzjoni tkun naqset li tissodisfa r-rekwiżiti tal-bafer kombinat tagħha.
7. L-istituzzjonijiet għandhom iżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-ammont tal-profitti distribwibbli u l-AMD jkunu kkalkolati akkuratement, u għandhom ikunu f'qagħda li juru dik l-akkuratezza lill-awtorità kompetenti fuq talba.
8. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, distribuzzjoni b'rabta mal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni għandha tinkludi li ġej:
(a) ħlas ta’ dividendi fi flus;
(b) distribuzzjoni ta’ ishma bonus imħallsa totalment jew parzjalment jew strumenti kapitali oħra msemmija fl-Artikolu 24(1)(a) tar-Regolament [inserted by OP];
(c) tifdija jew xiri minn istituzzjoni tal-ishma tagħha stess jew strumenti kapitali oħra msemmija fl-Artikolu 24(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;
(d) ripagament tal-ammonti żburżati b'rabta ma' strumenti kapitali msemmija fl-Artikolu 24(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;
(e) distribuzzjoni ta’ entrati msemmija fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 24(1) ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 132
Pjan ta’ Konservazzjoni Kapitali
1. Fejn tonqos li tissodisfa r-Rekwiżit tal-Bafer Kombinat tagħha, istituzzjoni għandha tipprepara pjan ta' konservazzjoni kapitali u tissottomettih lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn 5 ijiem tax-xogħol wara li tkun identifikat li kienet qed tonqos li tissodisfa dak ir-rekwiżit, sakemm l-awtorità kompetenti ma tawtorizzax dewmien itwal.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu biss tali awtorizzazzjonijiet skont is-sitwazzjoni individwali tal-istituzzjoni ta' kreditu u b'kunsiderazzjoni tal-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-istituzzjoni.
2. Il-pjan ta’ konservazzjoni kapitali għandu jinkludi li ġej:
(a) stimi tal-introjtu u n-nefqa u karta bilanċjali previżjonarja;
(b) provvedimenti biex jiżdiedu l-proporzjonijiet kapitali tal-istituzzjoni;
(c) pjan u skeda taż-żmien għaż-żieda fil-fondi proprji bl-objettiv li jiġi ssodisfat bis-sħiħ ir-rekwiżit tal-bafer kombinat;
(d) kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis neċessarja biex titwettaq il-valutazzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3.
3. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-pjan ta’ konservazzjoni kapitali, u għandha tapprova l-pjan biss jekk tqis li l-pjan, jekk implimentat, raġonevolment wisq probabbli jikkonserva u jakkumula kapital suffiċjenti biex jippermetti lill-istituzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-bafer kombinat fi żmien li l-awtorità kompetenti tqis xieraq.
4. Jekk ma tapprovax il-pjan ta’ konservazzjoni kapitali skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha timponi waħda jew aktar mill-provvedimenti segwenti:
(a) tirrikjedi lill-istituzzjoni żżid il-fondi proprji sa livelli speċifikati f'perjodi speċifikati;
(b) l-eżerċizzju tas-setgħat skont l-Artikolu 99 li timponi restrizzjonijiet aktar strinġenti fuq id-distribuzzjonijiet minn dawk rikjesti skont l-Artikolu 131.
Taqsima IIIa
Identifikazzjoni ta' Istituzzjonijiet Sistemiċi u l-Issettjar ta' Rekwiżit ta' Bafer Sistemiku Addizzjonali Applikabbli
Artikolu 132a
Identifikazzjoni ta' Istituzzjonijiet Sistemiċi
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw Istituzzjonijiet Sistemiċi fil-ġurisdizzjoni tagħhom lill-ABE. Fil-każ ta' gruppi bankarji jew sussidjarji individwali ta' grupp bankarju, din id-deżinjazzjoni għandha tkun ibbażata fuq deċiżjoni konġunta meħuda skont l-Artikolu 108 mis-superviżur ta' konsolidazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji kkonċernati. Istituzzjonijiet finanzjarji ta' importanza sistemika jistgħu wkoll jiġu identifikati mill-BERS. Din l-identifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi kwantitattiva u kwalitattiva fuq livell globali, tal-Unjoni jew domestiku, bil-kunsiderazzjoni b'mod partikolari:
(a) tal-attività transġuriżdizzjonali tagħhom fis-suq uniku u ma' pajjiżi terzi;
(b) tad-daqs tagħhom;
(c) tal-interkonnettività tagħhom mas-sistema finanzjarja tal-istituzzjoni;
(d) tan-nuqqas ta' sostitwibilità tas-servizzi jew l-infrastruttura finanzjarja pprovduti mill-istituzzjoni;
(e) tal-kumplessità;
(f) tal-karta tal-bilanċ;
(g) tad-daqs tal-portafoll ta' negozjar;
(h) tal-pożizzjonijiet fis-suq tad-derivati.
2. Fl-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet sistemiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom b'mod partikolari jikkunsidraw ir-riskju sistemiku potenzjali fl-Istat Membru tagħhom mill-operazzjonijiet domestiċi tagħhom u minn kwalunkwe operazzjoni transkonfinali li fl-aħħar minn l-aħħar hija responsabbli għaliha l-istituzzjoni sistemika.
3. Meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom skont il-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa u miżmuma mill-BERS skont il-paragrafu 5.
4. L-ABE għandha tfassal lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji ta' importanza sistemika f'livell globali, tal-Unjoni u domestiku. Il-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji ta' importanza sistemika għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti, lill-BERS u lill-Kummissjoni.
5. Il-BERS għandu jerġa' jeżamina l-kriterji u l-proċess ta' identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistemiċi fil-paragrafi 1 u 2. Għandu joħroġ rakkomandazzjonijiet li jinkludu:
(a) l-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet sistemiċi f'livell globali, Ewropew u domestiku u tal-prinċipji biex jiggwidaw lill-awtoritajiet kompetenti meta jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom dwar l-identifikazzjoni ta' tali istituzzjonijiet sistemiċi skont l-Artikolu 132(a);
(b) prinċipji biex jiggwidaw l-issettjar xieraq ta' rata tal-Bafer Sistemiku.
Il-BERS għandu jżomm ir-rakkomandazzjoni tiegħu taħt rieżami u jaġġornaha meta jkun meħtieġ, fid-dawl tal-esperjenza tal-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet sistemiċi globali jew domestiċi jew l-issettjar tal-bafers skont din id-Direttiva jew fid-dawl tal-iżviluppi fl-istandards jew prattiki miftiehma internazzjonalment.
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadatta l-kriterji għall-identifikazzjoni ta' istituzzjonijiet sistemiċi u l-issettjar tal-bafer sistemiku skont dan.
Artikolu 132b
Rekwiżit li Jinżamm Bafer Sistemiku
1. Abbażi tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 132a, istituzzjonijiet sistemiċi f'livell globali jew tal-Unjoni kif ukoll istituzzjonijiet sistemiċi domestiċi għandhom jiġu assenjati għal waħda minn ħames kategoriji ta' rilevanza sistemika rigward ir-rilevanza tagħhom għas-suq finanzjarju Ewropew jew għal suq domestiku individwali rispettivament. Fil-kategorija l-aktar baxxa, l-istituzzjonijiet finanzjarji sistemiċi għandhom jinħtieġu jżommu bafer ta' kapital ta' Grad 1 supplementari ta' 1.0% tal-ammont totali ta' esponiment għal riskju kkalkulat skont l-Artikolu 87(3) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment] li jiżdied b'0.5% ma' kull waħda mill-kategoriji li ġejjin.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-istituzzjonijiet sistemiċi fl-ogħal kategorija ta' rilevanza sistemika jżommu bafer ta' kapital ta' Grad 1 supplementari ta' sa 10% tal-ammont totali ta' esponiment għal riskju kkalkulat skont l-Artikolu 87(3) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment], jekk dan ikun iġġustifikat minn ċirkostanzi eċċezzjonali bħal pereżempju d-daqs tal-grupp bankarju fir-rigward tal-ekonomija tal-pajjiż domiċiljari jew il-livell ta' konċentrazzjoni fis-suq finanzjarju domestiku.
3. L-istituzzjonijiet sistemiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit impost mill-paragrafu 1 b'kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, li għandu jkun supplementari għal kwalunkwe kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni miżmum biex jissodisfa r-rekwiżit ta' fondi proprji impost bl-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet u d-ditti tal-investiment], ir-rekwiżit li jinżamm Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni skont l-Artikolu 123, ir-rekwiżit li jinżamm bafer kapitali kontroċikliku speċifiku għall-istituzzjoni skont l-Artikolu 124 u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 100.
4. Il-bafer sistemiku tal-gruppi bankarji li huma identifikati bħala sistemikament importanti fuq livell globali jew Ewropew għandhom jinżammu fuq livell konsolidat jew subkonsolidat fis-Suq Uniku anke jekk sussidjarji ta' dak il-grupp ġew identifikati bħala sistemikament rilevanti fuq il-livell domestiku f'wieħed jew diversi Stati Membri.
5. Il-bafer sistemiku għall-entitajiet li huma identifikati bħala sistemikament rilevanti fi Stat Membru wieħed biss għandhom jinżammu fuq livell ta' entità unika jew subkonsolidat f'dak l-Istat Membru.
6. B'deroga mis-subparagrafu 4, il-bafer sistemiku jista' wkoll jinżamm fuq livell ta' entità unika jew subkonsolidat fi Stat Membru jekk l-awtorità kompetenti turi lill-ABE li f'sitwazzjoni ta' kriżi ikun hemm ostakli sostantivi legali jew prattiċi għall-fluss ħieles tal-kapital f'dan il-grupp. L-ABE għandha tinforma u toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex tiżgura ġestjoni tal-kriżi transkonfinali effettiva u riżoluzzjoni fis-Suq Uniku.
7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħżlu li jiżvelaw il-bafer sistemiku meħtieġ skont il-paragrafu 1.
8. Meta istituzzjoni sistemika tonqos milli tissodisfa kompletament ir-rekwiżit taħt il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jillimitaw id-distribuzzjonijiet konnessi mal-kapital ta' bażi tal-Grad 1 tal-Ekwità, jillimitaw il-ħlas ta' strumenti Addizzjonali tal-Grad 1 u jillimitaw ir-rimunerazzjoni varjabbli u l-benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji.
9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu lill-istituzzjonijiet sistemiċi jippreparaw u jissottomettu pjan għar-riżoluzzjoni tagħhom bi qbil mal-linji gwida provduti għall-Banek Globali ta' Importanza Sistemika mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja.
Titolu VIII
Divulgazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 133
Rekwiżiti ġenerali
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja;
(a) it-testi tal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom fil-qasam tar-regolamenti prudenzjali;
(b) il-mod tal-eżerċitar tal-alternattivi u d-diskrezzjonijiet disponibbli fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(c) il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji li jużaw fir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 92;
(d) mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stabiliti fit-Titolu VII, il-Kapitolu 1, it-Taqsima II ta’ din id-Direttiva u l-Artikoli 54 u 58 tad-Direttiva 2004/39/KE, id-dejta statistika aggregata dwar l-aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali f’kull Stat Membru, inkluż l-għadd u n-natura tal-provvedimenti superviżorji meħuda skont l-Artikolu 99;
(da) in-natura ta' kwalunkwe provvediment superviżorju meħuda minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 95, inklużi l-ismijiet tal-istituzzjonijiet li għalihom tapplika kwalunkwe tali provvediment.
2. L-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tkun suffiċjenti biex ikun jista’ jsir paragun bis-sens rigward l-approċċi adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. Id-divulgazzjonijiet għandu jkun ippubblikat b’format komuni, u aġġornat regolarment. Id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli f’post elettroniku waħdieni.
3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex tiddetermina l-format, l-istruttura, il-lista tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1.
L-ABE għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni qed tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 134
Rekwiżiti speċifiċi ta’ divulgazzjoni
1. Għall-finijiet tal-Parti Sitta tar-Regolament [inserted by OP], l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja:
(a) il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji adottati għar-rieżami tal-konformità mal-Artikolu 394 tar-Regolament [inserted by OP];
(b) mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stabiliti fit-Titolu VII, il-Kapitolu 1, it-Taqsima II, deskrizzjoni fil-qosor tal-eżitu tar-rieżami superviżorju u d-deskrizzjoni tal-provvedimenti imposti fil-każijiet ta’ nonkonformità mal-Artikolu 394 tar-Regolament [inserted by OP] identifikati fuq bażi annwali.
2. L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri li teżerċita d-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament [inserted by OP] għandha tippubblika dawn kollha li ġejjin:
(a) il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkun hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali kurrenti jew previst għat-trasferiment rapidu tal-fondi proprji jew għar-ripagament tal-obbligazzjonijiet;
(b) l-għadd tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament [insterted by OP] u l-għadd ta’ dawn li jinkorporaw sussidjarji f’pajjiż terz;
(c) fuq bażi aggregata għall-Istat Membru:
(i) l-ammont totali ta’ fondi proprji fuq il-bażi konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzu tad-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament, li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;
(ii) il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji fuq il-bażi konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzu tad-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 6(3) ta’ dak ir-Regolament, irrappreżentati mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;
(iii) il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 87 tar-Regolament [inserted by OP] fuq il-bażi konsolidata tal-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, li tibbenefika mill-eżerċizzu tad-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament [inserted by OP], irrappreżentati mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.
3. L-awtorità kompetenti li teżerċita d-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament [inserted by OP] għandha tiddivulga pubblikament dan kollu li ġej:
(a) il-kriterji li tapplika biex tiddetermina li ma jkun hemm l-ebda impediment materjali prattiku jew legali kurrenti jew previst għat-trasferiment rapidu tal-fondi proprji jew għar-ripagament tal-obbligazzjonijiet;
(b) l-għadd tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament [insterted by OP] u l-għadd ta’ dawn li jinkorporaw sussidjarji f’pajjiż terz;
(c) fuq bażi aggregata għall-Istat Membru:
(i) l-ammont totali tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament [insterted by OP] li jkunu miżmuma f’pajjiż terz;
(ii) il-persentaġġ tat-total tal-fondi proprji tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament [insterted by OP] irrappreżentati mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz;
(iii) il-perċentwal tat-total tal-fondi proprji meħtieġa skont l-Artikolu 87 tar-Regolament [inserted by OP] tal-istituzzjonijiet prinċipali li jibbenefikaw mill-eżerċizzu tad-diskrezzjoni stabilita fl-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament irrappreżentati mill-fondi proprji li jkunu miżmuma f’sussidjarji f’pajjiż terz.
Artikolu 134a
Rekwiżiti addizzjonali ta' divulgazzjoni għall-istituzzjonijiet
Għall-finijiet li tissaħħaħ id-dixxipplina tas-suq u li jiġi żgurat il-provvediment xieraq tal-informazzjoni lis-suq sabiex titnaqqas l-inċertezza, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li l-istituzzjonijiet jew ċerti tipi ta' istituzzjonijiet, jiddivulgaw, fuq bażi ad hoc jew regolari, xi informazzjoni li ġejja barra dik stipulata fil-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment]:
(a) informazzjoni rrappurtata lill-awtorità kompetenti skont l-Artikoli 95 u 96 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment];
(b) dejta speċifikata dwar l-elementi tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a), bħal pereżempju kejl massimu, minimu u medju, għall-perjodu bejn id-dati ta' rappurtar;
(c) valur ta' assi peżati għar-riskju maqsum skont kategoriji speċifikati bħal pereżempju, pajjiż, tip ta' assi u, fejn xieraq, l-ixpruni ewlenin tar-riskju, bħal pereżempju proporzjon self-dħul jew proporżjon salf-valur;
(d) spjegazzjonijiet dettaljati dwar il-bidliet materjali u t-tendenzi fil-proporzjonijiet tal-kapital u assi peżati għar-riskju; kif ukoll
(e) rekwiżiti tal-kapital ibbażati fuq il-livelli minimi ta' Basel I (jiġifieri piżijiet ta' riskju ta' Basel I) biex jippermettu paraguni ta' skoperturi bejn id-ditti fuq miżura standard.
Titolu IX
Atti delegali u ta’ implimentazzjoni
Artikolu 135
Atti Delegati
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 138 rigward l-aspetti li ġejjin:
(a) il-kjarifika tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 122 biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva;
(b) il-kjarifika tad-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 122 sabiex jitqiesu, fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;
(ba) adattament tal-kriterji għall-identifikazzjoni ta' Istituzzjonijiet Sistemiċi u l-issettjar tal-bafer sistemiku kif stipulat fl-Artikolu 132a u fl-Artikolu 132b abbażi tar-rakkomandazzjonijiet mill-BERS;
(c) l-allinjament tat-terminoloġija dwar, u t-tfassil tad-definizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4 skont l-atti sussegwenti dwar l-istituzzjonijiet u l-kwistjonijiet relatati;
(d) l-espansjoni tal-kontenut tal-lista msemmija fl-Artikoli 33 u 34 u stabilita fl-Anness I għal din id-Direttiva jew l-adattament tat-terminoloġija użata f’dik il-lista biex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji;
(e) l-oqsma li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiskambjaw l-infomazzjoni kif elenkata fl-Artikolu 51;
(f) l-aġġustament tad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 75 sa 86 u 94 sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji (b’mod partikolari l-prodotti finanzjarji ġodda) jew fl-istandards kontabilistiċi jew fir-rekwiżiti li jqisu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew fir-rigward tal-konverġenza tal-prattiki superviżorji;
(g) aġġustamenti tal-kriterji stabiliti fl-Artikolu 23(1), sabiex jitqiesu l-iżviluppi futuri u biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 136
Atti ta’ Implimentazzjoni
Il-provvedimenti li ġejjin għandhom ikunu adottati bħala atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 137(2):
(a) aġġustamenti tekniċi għal-lista fl-Artikolu 2;
(b) bidla tal-ammont tal-kapital inizjali preskritt fl-Artikolu 12 u t-Titolu IV biex jitqiesu l-iżviluppi fl-oqsma ekonomiċi u monetarji.
Artikolu 137
Kumitat Bankarju Ewropew
1. Għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Bankarju Ewropew stabilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu jkun applikabbli l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 138
Eżerċizzju tad-delega
1. Is-setgħa biex ikunu adottati atti delegati qed tiġi kkonferita lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabiliti f’dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 135 għandha tiġi kkonferita għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 153.
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 135 tista’ tkun irrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew data aktar tard speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.
4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 135 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien 3 xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż bi 3 xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Titolu X
Emendi tad-Direttiva 2002/87/KE
Artikolu 139
Emenda tad-Direttiva 2002/87/KE
1. Fl-Artikolu 21a(2), il-punt (a) jitħassar.
2. Wara l-Artikolu 21a(2), jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"(3) "(3) Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti tal-metodi tal-kalkolu elenkati fl-Anness I il-parti II flimkien mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament [inserted by OP] u l-Artikolu 228(1) tad-Direttiva 2009/138/KE, imma mingħajr ħsara għall-Artikolu 6(4), l-ABE, AEAPX, u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-Artikolu 6(2).
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.
Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet paragrafu skont il-proċedura stabilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Titolu XI
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
Kapitolu 1
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jeżerċitaw il-libertà tal-istabiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi
Artikolu 140
Ambitu
1. Id-dispożizzjonijiet f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu applikabbli minflokk l-Artikolu 40, 41, 43, 51 u 52 sal-1 ta’ Jannar 2015 u, fejn il-Kummissjoni tkun adottat att delegat skont il-paragrafu 2, għal perjodu addizzjonali sa sentejn 2.
2. Sabiex tiġi żgurata li l-introduzzjoni progressiva tal-arranġamenti superviżorji għal-likwidità tkun totalment allinjata mal-iżvilupp ta’ regoli uniformi tal-likwidità, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 135 biex tipposponi d-data msemmija fil-paragrafu 1 b'sentejn (2), fejn regoli uniformi tal-likwidità ma jkunux għadhom ġew introdotti fl-Unjoni minħabba li standards internazzjonali dwar is-superviżjoni tal-likwidità ikun għadu ma ntlaħaqx qbil dwarhom fid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.
Artikolu 141
Rekwiżiti ta’ rapportar
L-Istati Membri ospitanti, għall-finijiet statistiċi, jistgħu jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li jkollhom fergħat fit-territorji tagħhom, jirrapportaw perjodikament dwar l-attivitajiet f’dawk l-Istati Membri ospitanti lill-awtoritajiet kompetenti f'dawk l-Istati Membri ospitanti.
Fit-twettiq tar-responsabilitajiet imposti fuqhom bl-Artikolu 145 ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri ospitanti jistgħu jirrikjedu li l-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu minn Stati Membri oħra jipprovdu l-istess informazzjoni li jkunu jeħtieġu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu nazzjonali għal dak il-fini.
Artikolu 142
Provvedimenti li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fl-Istat Membru ospitanti
1. Fejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jaċċerta li istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha fergħa jew li tipprovdi servizzi fit-territorju tagħha ma tkunx qed tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ġuridiċi adottati f'dak l-Istat skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jinvolvu s-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, dawk l-awtoritajiet għandhom jirrikjedu li l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata ġġib fi tmiemha dik is-sitwazzjoni irregolari.
2. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu konċernata tonqos li tieħu passi neċessarji, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari b'dan.
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom, fl-ewwel okkażjoni, jieħdu l-provvedimenti kollha xierqa biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata ġġib fi tmiem dik is-sitwazzjoni irregolari. Dawn il-provvedimenti għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
4. Jekk, minkejja l-provvedimenti meħuda mill-Istat Membru domiċiljari jew minħabba li tali provvedimenti jirriżultaw inadegwati jew ma jkunux disponibbli fl-Istat Membru inkwistjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu tippersisti fil-vjolazzjoni tar-regoli legali msemmija fil-paragrafu 1 fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-Istat tal-aħħar jista, wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, jieħu l-provvedimenti xierqa biex jipprevjeni jew jippenalizza aktar irregolaritajiet u, sa fejn ikun neċessarju, jipprevjeni lill-istituzzjoni ta' kreditu milli tibda aktar tranżazzjonijiet fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorji tagħhom ikun possibbli li jiġu nnotifikati d-dokumenti legali neċessarji għal dawn il-provvedimenti lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
Artikolu 143
Provvedimenti prekawzjonarji
Qabel ma tiġi segwita l-proċedura li hemm dispost għaliha fl-Artikolu 143, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jista, f'emerġenzi, jieħu kwalunkwe miżura prekawzjonarja neċessarja biex jipproteġi l-interessi tad-depożitanti, l-investituri u oħrajn li lilhom jiġu pprovduti servizzi. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra konċernati għandhom ikunu informati b'tali provvedimenti mingħajr dewmien bla bżonn.
Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati, tiddeċiedi li l-Istat Membru inkwistjoni għandu jemenda jew jabolixxi dawk il-provvedimenti.
Artikolu 144
Responsabilità
1. Is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, inkluża dik tal-attivitajiet imwettqa minnha skont l-Artikoli 33 u 34, għandha tkun ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari, mingħajr ħsara għal dawk id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jagħtu r-responsabilità lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni s-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont din id-Direttiva.
3. L-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru għandhom, fl-eżerċitar tad-dmirijiet ġenerali tagħhom, debitament jikkunsidraw l-impatt potenzjali tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri l-oħra kollha kkonċernati u, b’mod partikolari, f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien relevanti.
Artikolu 145
Superviżjoni tal-likwidità
L-Istati Membri ospitanti għandhom, prevja aktar koordinazzjoni, iżżommu r-responsabilità b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għas-superviżjoni tal-likwidità tal-fergħat tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu.
Mingħajr ħsara għall-provvedimenti neċessarji għar-rinfurzar tas-Sistema Monetarja Ewropea, l-Istati Membri ospitanti għandhom iżommu r-responsabilità sħiħa għall-provvedimenti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-politiki monetarji tagħhom.
Tali provvedimenti ma jistgħux jiddisponu għal trattament diskriminatorju jew restrittiv li jkun ibbażat fuq il-fatt li istituzzjoni ta’ kreditu tkun awtorizzata fi Stat Membru ieħor.
Artikolu 146
Kollaborazzjoni rigward is-superviżjoni
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati għandhom jikkollaboraw mill-qrib sabiex issir superviżjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw, partikolarment permezz ta’ fergħa, fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom. Għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-amministrazzjoni u s-sjieda ta’ tali istituzzjonijiet ta’ kreditu li aktarx tiffaċilita s-superviżjoni tagħhom u l-eżaminar tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tagħhom, u l-informazzjoni kollha li tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ tali istituzzjonijiet, partikolarment fir-rigward tal-likwidità, is-solvenza, il-garanziji ta’ depożitu, il-limitar ta’ skoperturi kbar, il-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi u l-mekkaniżmi tal-kontroll intern.
Artikolu 147
Fergħat sinifikanti
1. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jistgħu jitolbu lis-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 107(1) jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, biex fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu titqies sinifikanti.
2. Dik it-talba għandha tipprovdi r-raġunijiet li għalihom il-fergħa għandha titqies sinifikanti b’attenzjoni partikolari għal dan li ġej:
(a) jekk is-sehem tas-suq tal-fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu f’termini ta’ depożitu jaqbiżx it-2 % fl-Istat Membru ospitanti;
(b) l-impatt probabbli ta’ sospensjoni jew għeluq tal-operazzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu fuq il-likwidità sistemika u s-sistemi ta’ pagament u kklerjar u saldu fl-Istat Membru ospitanti;
(c) il-qies u l-importanza tal-fergħa f’termini ta’ għadd ta’ klijenti fil-kuntest tas-sistema bankarja jew finanzjarja tal-Istat Membru ospitanti.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u tal-Istat Membru ospitanti, u s-superviżur konsolidanti fejn ikun applikabbli l-Artikolu 107(1), għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar in-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti.
Jekk ma tittiħidx deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta tasal it-talba taħt l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu d-deċiżjoni huma stess fi żmien perjodu ieħor ta’ xahrejn dwar jekk il-fergħa tkunx sinifikanti. Fit-teħid tad-deċiżjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jikkunsidraw kwalunkwe fehma u riżerva tas-superviżur konsolidanti jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari.
Id-deċiżjonijiet imsemmija fit-tielet u r-raba' subparagrafi għandhom ikunu stabiliti f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni mmotivata bis-sħiħ u mibgħut lill-awtoritajiet kompetenti konċernati, u għandu jkun rikonoxxut bħala determinanti u applikat mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri konċernati.
In-nomina ta’ fergħa bħala sinifikanti m’għandhiex taffettwa d-drittijiet u r-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti taħt din id-Direttiva.
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti fejn tkun stabilita fergħa sinifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 112(1)(c) u (d) u jwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 107(1)(c) f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
4. Jekk awtorità kompetenti ta’ Stat Membru domiċiljari ssir taf b’sitwazzjoni ta’ emerġenza f’istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 109(1), din għandha twissi fl-iqsar żmien prattikabbli lill-awtoritajiet imsemmija fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 59 u fl-Artikolu 60.
5. Meta l-Artikolu 111 ma jkunx applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu qegħdin jissupervizzaw istituzzjoni ta’ kreditu b’fergħat sinifikanti fi Stati Membri oħrajn għandhom jistabilixxu u jippresjedu kulleġġ ta’ superviżuri sabiex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 61. L-istabiliment u l-funzjonament tal-kulleġġ għandhom ikunu bbażati fuq arranġamenti bil-miktub stabiliti, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti konċernati, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tiddeċiedi liema awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat jew l-attivitajiet tal-kulleġġ.
6. Id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tikkunsidra r-rilevanza tal-attività superviżorja li għandha tkun ippjanata jew ikkoordinata għal dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari l-impatt potenzjali fuq l-istabilità tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri konċernati msemmija fl-Artikolu 144(3) u l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
7. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha żżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ kompletament informati, bil-quddiem, dwar l-organizzazzjoni ta’ tali laqgħat, il-kwistjonijiet ewlenin li jkunu sejrin jiġu diskussi u l-attivitajiet ikkunsidrati. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha wkoll iżżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ kompletament informati, fil-ħin, dwar l-azzjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew il-provvedimenti eżegwiti.
Artikolu 148
Verifiki fuq il-post
1. L-Istati Membri ospitanti għandhom jipprovdu li, meta istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor twettaq l-attivitajiet tagħha permezz ta’ fergħa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jkunu jistgħu, wara li jkunu informaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, iwettqu huma stess jew permezz ta’ persuni li jaħtru għal dak il-għan verifika fuq il-post tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 52.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari jistgħu ukoll, għall-finijiet tal-verifika tal-fergħat, jużaw xi waħda mill-proċeduri l-oħrajn stabiliti fl-Artikolu 113.
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti milli jwettqu, fil-qadi tar-responsablitajiet tagħhom skont din id-Direttiva, verifiki fuq il-post tal-fergħat stabiliti fit-territorju tagħhom.
Kapitolu 2
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar il-bafers kapitali
Artikolu 149
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar il-bafers kapitali
1. Dan l-Artikolu jimmodifika r-rekwiżiti tal-Artikoli 122 u 123 għal perjodu tranżizzjonali bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2018.
2. Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016:
(a) il-Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni għandu jikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ewkivalenti għal 0.625% tat-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkolati skont l-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP];
(b) il-Bafer Kapitali Kontroċikliku speċifiku għall-istutizzjoni għandu jkun mhux aktar minn 0.625 % ta' dak it-totali, bir-riżultat li r-rekwiżit tal-bafer kombinat ikun bejn 0.625 % u 1,250 % tat-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjonijiet.
3. Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2017:
(a) il-Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni għandu jikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ewkivalenti għal 1.25% tat-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkolati skont l-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP];
(b) il-Bafer Kapitali Kontroċikliku speċifiku għall-istutizzjoni għandu jkun mhux aktar minn 1.25 % ta' dak it-totali, bir-riżultat li r-rekwiżit tal-bafer kombinat ikun bejn 1.25 % u 2.50 % tat-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjonijiet.
4. Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2018:
(a) il-Bafer Kapitali ta’ Konservazzjoni għandu jikkonsisti f'kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ewkivalenti għal 1.875% tat-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjoni kkalkolati skont l-Artikolu 87(3) tar-Regolament [inserted by OP];
(b) il-Bafer Kapitali Kontroċikliku speċifiku għall-istutizzjoni għandu jkun mhux aktar minn 1.875 % ta' dak it-totali, bir-riżultat li r-rekwiżit tal-bafer kombinat ikun bejn 1.875 % u 3.750 % tat-ammonti totali tal-iskoperturi peżati għar-riskju tal-istituzzjonijiet.
5. Ir-rekwiżit għal pjan ta’ konservazzjoni kapitali u r-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 131 u l-Artikolu 132 għandu jkun applikabbli matul il-perjodu tranżizzjonali bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2018 fejn l-istituzzjonijiet jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti modifikati stipulati fil-paragrafi 2 sa 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jimponu perjodi tranżizzjonali iqsar minn dak speċifikat fil-paragrafu 1 fejn dak ikun iġġustifikat mit-tkabbir eċċessiv fil-kreditu jew fi kwalunkwe klassi oħra ta' assi fi kwalunkwe żmien matul dak il-perjodu. Fejn Stat Membru jagħmel dan, il-perjodu iqsar jista' jiġi rikonoxxut minn Stati Membri oħra.
Kapitolu 3
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 150
Rieżami
1. Sal-1 ta’ April 2014 il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'din id-Direttiva u r-Regolament [inserted by OP], partikolarment rigward l-effiċjenza, l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom, filwaqt li tqis l-iżviluppi internazzjonali. Dak ir-rieżami għandu jidentifika kwalunkwe lakuna li toriġina mill-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawk id-dispożizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u, fejn xieraq, proposta leġiżlattiva.
Ir-rieżami perjodiku tal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jiżgura li l-mod kif tkun applikata ma jirriżultax f’diskriminazzjoni evidenti bejn l-istituzzjonijiet fuq il-bażi tal-istruttura ġuridika jew il-mudell tas-sjieda tagħhom.
2. Mill-2014 'il quddiem, l-ABE għandha, b'kooperazzjoni mal-AEAPX u l-AETS, darbtejn fis-sena tippubblika rapport dwar l-estent li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tirreferi għall-klassifikazzjonijiet esterni u dwar passi meħuda mill-Istati Membri biex jitnaqqsu tali referenzi. Dan ir-rapport għandu wkoll jispjega kif l-awtoritajiet kompetenti jaqdu l-obbligi tagħhom stipulati fl-Artikolu 76(1) u (2) u fl-Artikolu 77(1)(b). Dan ir-rapport għandu wkoll jispjega l-grad tal-konverġenza superviżorja f'dan ir-rigward.
L-ABE f'kooperazzjoni mal-AEAPX u l-AETS għandha tiżgura tnaqqis effettiv tad-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet esterni u għandha tipprevedi gradwalment it-tneħħija tal-effetti mekkanistiċi u awtomatiċi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna li għadhom jeżistu fil-liġi tal-Unjoni.
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 103 u 104 u għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u fejn xieraq, proposta leġiżlattiva.
4. Sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar ir-riżultati miksuba skont l-Artikolu 87(4), inkluża l-idoneità tad-diversità tal-prattiki tal-paramentri referenzjarji, u, għandha tissottometti dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u fejn xieraq, proposta leġiżlattiva.
4a. Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-ASE, lis-SEBĊ, lill-BERS u lil partijiet rilevanti oħra sabiex terġa' teżamina l-effettività tal-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni skont din id-Direttiva, partikolarment skont it-Titolu VII, Kapitolu 1, Taqsima 2 u se tfassal proposti, kif xieraq, biex tiżviluppa iktar dawk id-dispożizzjonijiet u/jew arranġamenti, partikolarment bil-kunsiderazzjoni tas-sinerġiji sinifikanti relatati mal-informazzjoni bejn il-funzjonijiet bankarji ċentrali u l-funzjonijiet superviżorji prudenzjali, kemm fi żminijiet normali kif ukoll fi żmien ta' stress.
4b. Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni Ewropea, wara li tikkonsulta lill-ABE u lill-BERS, għandha terġa' teżamina l-Artikolu 130a dwar l-issettjar tar-rati tal-bafer sistemiku, b'kunsiderazzjoni tal-istandards miftiehma internazzjonalment għall-istituzzjonijiet sistemiċi u, jekk ikun xieraq, tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
4c. Sal-31 ta' Diċembru 2014, l-ABE għandha terġa' teżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment], dwar il-kooperazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri ma' pajjiżi terzi. Dan ir-rieżami għandu jidentifika kull lakuna u jivvaluta l-oqsma li jirrikjedu aktar żvilupp rigward tal-kooperazzjoni, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-arranġamenti ta' reċiproċità, inkluż l-infurzar ta' regoli superviżorji f'pajjiżi terzi.
L-ABE għandha tivvaluta wkoll il-ħtieġa li tiżviluppa aktar l-arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-ABE minn naħa u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew korpi bħall-FMI jew il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja min-naħa l-oħra.
4d. Malli tirċievi mandat mill-Kummissjoni, l-ABE għandha tesplora jekk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li jiddikjaraw li jwettqu l-attivitajiet tagħhom skont il-prinċipji bankarji Islamiċi humiex koperti b'mod xieraq mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u r-Regolament (UE) Nru .../2012 ta' ... [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment].
Il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina r-rapport ippreparat mill-ABE u jekk xieraq tissottometti proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 151
Traspożizzjoni
1. Sal-31 ta’ Diċembru 2013 l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolament u d-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw bla dewmien lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2014.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, it-Titolu VI, il-Kapitolu 4 għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2016.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom jinkludu dikjarazzjoni li referenzi f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttivi rrevokati minn din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu kif issir tali referenza u kif tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 152
Revoka
Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE flimkien mal-emendi suċċessivi tagħhom, huma rrevokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.
Ir-referenzi għad-Direttivi rrevokati għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 153
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 154
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Anness I
Lista tal-attivitajiet soġġetti għar-rikonoxximent reċiproku
1. Aċċettazzjoni ta’ depożiti u fondi ripagabbli oħra.
2. Għoti ta’ self li jinkludi, inter alia: kreditu tal-konsumaturi, ftehimiet ta’ kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli, fatturaġġ riversibbli u irriversibbli (recourse u non-recourse factoring), il-finanzjament ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali (inkluż il-forfeting).
3. Kiri finanzjarju.
4. Servizzi ta’ pagament kif iddefiniti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern[28].
5. Il-ħruġ u l-amministrazzjoni ta’ mezzi oħra ta’ ħlas (pereżempju travellers' cheques u bankers' drafts) sa fejn din l-attività ma tkunx koperta mill-punt 4.
6. Garanziji u impenji.
7. Negozju għall-kont proprju jew f’isem il-klijenti fi kwalunkwe milli ġejjin:
(a) strumenti tas-suq tal-flus (ċekkijiet, kambjali, ċertifikati ta’ depożiti, eċċ.);
(b) kambju (tal-valuti);
(c) futuri u opzjonijiet finanzjarji;
(d) strumenti tal-kambju u tar-rata tal-imgħax;
(e) titoli trasferibbli.
8. Parteċipazzjoni f'ħarġiet ta’ titoli u l-provvediment ta’ servizzi rrelatati ma’ tali kwistjonijiet.
9. Pariri lill-impriżi dwar l-istruttura kapitali, l-istrateġija industrijali u kwistjonijiet u pariri rrelatati kif ukoll servizzi rrelatati mal-fużjonijiet u x-xiri ta’ impriżi.
10. Senserija tal-kambju.
11. Immaniġjar ta’ portafolji u pariri.
12. Żamma sikura u amministrazzjoni ta’ titoli.
13. Servizzi tar-referenza tal-kreditu.
14. Servizzi tal-kustodja sikura.
15. Ħruġ ta’ flus elettroniċi.
Is-servizzi u l-attivitajiet li hemm dispost għalihom fit-Taqsimiet A u B tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji[29], meta ssir referenza għall-istrumenti finanzjarji kif hemm dispost għalihom fit-Taqsima C tal-Anness I ta’ dik id-Direttiva, huma soġġetti għal rikonoxximent reċiproku skont din id-Direttiva.
Anness II
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Din id-Direttiva | Id-Direttiva 2006/48/KE | Id-Direttiva 2006/49/KE |
L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1(1) |
|
L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 1(2) |
|
L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 1(3) |
|
L-Artikolu 2(3) | L-Artikolu 2 |
|
L-Artikolu 3 | L-Artikolu 5 |
|
L-Artikolu 4(1) |
|
|
L-Artikolu 4(2)(a) | L-Artikolu 4(20) |
|
L-Artikolu 4(2)(b) |
|
|
L-Artikolu 4(2)(c) |
|
|
L-Artikolu 5(1) |
| L-Artikolu 36(1) |
L-Artikolu 5(2) |
| L-Artikolu 36(2) |
L-Artikolu 5(3) |
|
|
L-Artikolu 5(4) |
|
|
L-Artikolu 6 | L-Artikolu 128 |
|
L-Artikolu 7 | L-Artikolu 42b(1) |
|
L-Artikolu 8 | L-Artikolu 40(3) |
|
L-Artikolu 9(1) | L-Artikolu 6(1) |
|
L-Artikolu 9(2) | L-Artikolu 6(2) |
|
L-Artikolu 9(3) | L-Artikolu 6(3) 1. subparagrafu |
|
L-Artikolu 9(4) | L-Artikolu 6(3) 2. subparagrafu |
|
L-Artikolu 10 | L-Artikolu 7 |
|
L-Artikolu 11 | L-Artikolu 8 |
|
L-Artikolu 12(1) | L-Artikolu 9(1) 1. subparagrafu |
|
L-Artikolu 12(2) | L-Artikolu 9(1) 2. subparagrafu |
|
L-Artikolu 12(3) | L-Artikolu 9(1) 3. subparagrafu |
|
L-Artikolu 12(4) | L-Artikolu 9(2) |
|
L-Artikolu 13(1) | Articel 11(1) |
|
L-Artikolu 13(2) | Articel 11(2) |
|
L-Artikolu 14(1) | L-Artikolu 12(1) |
|
L-Artikolu 14(2) | L-Artikolu 12(2) |
|
L-Artikolu 14(3) | L-Artikolu 12(3) |
|
L-Artikolu 15 | L-Artikolu 13 |
|
L-Artikolu 16(1) | L-Artikolu 15(1) |
|
L-Artikolu 16(2) | L-Artikolu 15(2) |
|
L-Artikolu 16(3) | L-Artikolu 15(3) |
|
L-Artikolu 17 | L-Artikolu 16 |
|
L-Artikolu 18 | L-Artikolu 17(1) |
|
L-Artikolu 19 | L-Artikolu 18 |
|
L-Artikolu 20 | L-Artikolu 14, l-Artikolu 9(4)c u l-Artikolu 17(2) |
|
L-Artikolu 21 |
|
|
L-Artikolu 22(1) | L-Artikolu 19(1) |
|
L-Artikolu 22(2) | L-Artikolu 19(2) |
|
L-Artikolu 22(3) | L-Artikolu 19(3) |
|
L-Artikolu 22(4) | L-Artikolu 19(4) |
|
L-Artikolu 22(5) | L-Artikolu 19(5) |
|
L-Artikolu 22(6) | L-Artikolu 19(6) |
|
L-Artikolu 22(7) | L-Artikolu 19(7) |
|
L-Artikolu 22(8) | L-Artikolu 19(8) |
|
L-Artikolu 22(9) | L-Artikolu 19(9) |
|
L-Artikolu 23(1) | L-Artikolu 19a(1) |
|
L-Artikolu 23(2) | L-Artikolu 19a(2) |
|
L-Artikolu 23(3) | L-Artikolu 19a(3) |
|
L-Artikolu 23(4) | L-Artikolu 19a(4) |
|
L-Artikolu 23(5) | L-Artikolu 19a(5) |
|
L-Artikolu 24(1) | L-Artikolu 19b(1) |
|
L-Artikolu 24(2) | L-Artikolu 19b(2) |
|
L-Artikolu 25 | L-Artikolu 20 |
|
L-Artikolu 26(1) | L-Artikolu 21(1) |
|
L-Artikolu 26(2) | L-Artikolu 21(2) |
|
L-Artikolu 27 | L-Artikolu 21(3) |
|
L-Artikolu 28(1) |
| L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 28(2) |
| L-Artikolu 9 |
L-Artikolu 29(1) |
| L-Artikolu 5(1) |
L-Artikolu 29(2) |
| L-Artikolu 5(2) |
L-Artikolu 29(3) |
| L-Artikolu 5(3) |
L-Artikolu 29(4) |
| L-Artikolu 5(2) |
L-Artikolu 30 |
| L-Artikolu 6 |
L-Artikolu 31(1) |
| L-Artikolu 7 |
L-Artikolu 31(2) |
| L-Artikolu 8 |
L-Artikolu 32(1) |
| L-Artikolu 10(1) |
L-Artikolu 32(2) |
| L-Artikolu 10(2) |
L-Artikolu 33 | L-Artikolu 23 |
|
L-Artikolu 34(1) | L-Artikolu 24(1) |
|
L-Artikolu 34(2) | L-Artikolu 24(2) |
|
L-Artikolu 34(3) | L-Artikolu 24(3) |
|
L-Artikolu 35(1) | L-Artikolu 25(1) |
|
L-Artikolu 35(2) | L-Artikolu 25(2) |
|
L-Artikolu 35(3) | L-Artikolu 25(3) |
|
L-Artikolu 35(4) | L-Artikolu 25(4) |
|
L-Artikolu 35(5) | L-Artikolu 25(5) |
|
L-Artikolu 36(1) | L-Artikolu 26(1) |
|
L-Artikolu 36(2) | L-Artikolu 26(2) |
|
L-Artikolu 36(3) | L-Artikolu 26(3) |
|
L-Artikolu 36(4) | L-Artikolu 26(4) |
|
L-Artikolu 36(5) | L-Artikolu 26(5) |
|
L-Artikolu 37 | L-Artikolu 36 |
|
L-Artikolu 38 | L-Artikolu 27 |
|
L-Artikolu 39(1) | L-Artikolu 28(1) |
|
L-Artikolu 39(2) | L-Artikolu 28(2) |
|
L-Artikolu 39(3) | L-Artikolu 28(3) |
|
L-Artikolu 39(4) | L-Artikolu 28(4) |
|
L-Artikolu 40 | L-Artikolu 29(1) |
|
L-Artikolu 41(1) | L-Artikolu 30(1) |
|
L-Artikolu 41(2) |
|
|
L-Artikolu 42 | L-Artikolu 32 |
|
L-Artikolu 43(1) | L-Artikolu 33(1) |
|
L-Artikolu 43(2) |
|
|
L-Artikolu 43(3) |
|
|
L-Artikolu 43(4) |
|
|
L-Artikolu 43(5) |
|
|
L-Artikolu 43(6) | L-Artikolu 33(2) |
|
L-Artikolu 44(1) | L-Artikolu 34 |
|
L-Artikolu 44(2) | L-Artikolu 31 |
|
L-Artikolu 45 | L-Artikolu 35 |
|
L-Artikolu 46 | L-Artikolu 37 |
|
L-Artikolu 47(1) | L-Artikolu 38(1) |
|
L-Artikolu 47(2) | L-Artikolu 38(2) |
|
L-Artikolu 47(3) | L-Artikolu 38(3) |
|
L-Artikolu 48(1) | L-Artikolu 39(1) |
|
L-Artikolu 48(2) | L-Artikolu 39(2) |
|
L-Artikolu 48(3) | L-Artikolu 39(3) |
|
L-Artikolu 48(4) | L-Artikolu 39(4) |
|
L-Artikolu 49(1) | L-Artikolu 40(1) |
|
L-Artikolu 49(2) | L-Artikolu 40(2) |
|
L-Artikolu 50 | L-Artikolu 41(3) |
|
L-Artikolu 51(1) | L-Artikolu 42(1) |
|
L-Artikolu 51(2) |
|
|
L-Artikolu 51(3) |
|
|
L-Artikolu 51(4) |
|
|
L-Artikolu 51(5) | L-Artikolu 42(2) u (3) |
|
L-Artikolu 51(6) | L-Artikolu 42(4) u (5) |
|
L-Artikolu 51(7) | L-Artikolu 42(6) u (7) |
|
L-Artikolu 52(1) | L-Artikolu 42a(1) |
|
L-Artikolu 52(2) | L-Artikolu 42a(2) |
|
L-Artikolu 52(3) | L-Artikolu 42a(3) |
|
L-Artikolu 52(4) |
|
|
L-Artikolu 52(5) |
|
|
L-Artikolu 53(1) | L-Artikolu 43(1) |
|
L-Artikolu 53(2) | L-Artikolu 43(2) |
|
L-Artikolu 54(1) | L-Artikolu 44(1) |
|
L-Artikolu 54(2) | L-Artikolu 44(2) |
|
L-Artikolu 54(3) |
|
|
L-Artikolu 55 | L-Artikolu 45 |
|
L-Artikolu 56 | L-Artikolu 46 |
|
L-Artikolu 57 | L-Artikolu 47 |
|
L-Artikolu 58(1) | L-Artikolu 48(1) |
|
L-Artikolu 58(2) | L-Artikolu 48(1) |
|
L-Artikolu 58(3) | L-Artikolu 48(2) |
|
L-Artikolu 59 | L-Artikolu 49 |
|
L-Artikolu 60(1) | L-Artikolu 50 |
|
L-Artikolu 60(2) |
|
|
L-Artikolu 61 | L-Artikolu 51 |
|
L-Artikolu 62 | L-Artikolu 52 |
|
L-Artikolu 63(1) | L-Artikolu 53(1) |
|
L-Artikolu 63(2) | L-Artikolu 53(2) |
|
L-Artikolu 64 | L-Artikolu 136(2) |
|
L-Artikolu 64(3) |
|
|
L-Artikolu 65 |
|
|
L-Artikolu 66(1) |
|
|
L-Artikolu 66(2) |
|
|
L-Artikolu 67(1) |
|
|
L-Artikolu 67(2) |
|
|
L-Artikolu 68(1) |
|
|
L-Artikolu 68(2) |
|
|
L-Artikolu 69 |
|
|
L-Artikolu 70(1) |
|
|
L-Artikolu 70(2) |
|
|
L-Artikolu 70(3) |
|
|
L-Artikolu 71 | L-Artikolu 55 |
|
L-Artikolu 72(1) | L-Artikolu 123 |
|
L-Artikolu 72(2) |
|
|
L-Artikolu 72(3) |
| L-Anness I il-punt 38 |
L-Artikolu 73(1) | L-Artikolu 22(1) |
|
L-Artikolu 73(2) | L-Artikolu 22(2) |
|
L-Artikolu 73(3) | L-Artikolu 22(3) (2010/78) |
|
L-Artikolu 74(1) | L-Artikolu 22(3) (2010/76) |
|
L-Artikolu 74(2) | L-Artikolu 22(4) |
|
L-Artikolu 74(3) | L-Artikolu 22(5) |
|
L-Artikolu 75(1) | L-Anness V il-punt 2 |
|
L-Artikolu 75(2) |
|
|
L-Artikolu 75(3) |
|
|
L-Artikolu 75(4) |
|
|
L-Artikolu 75(5) |
|
|
L-Artikolu 76(1) |
|
|
L-Artikolu 76(2) |
|
|
L-Artikolu 76(3) |
|
|
L-Artikolu 77(1) | L-Anness V il-punt 3 |
|
L-Artikolu 77(2) | L-Anness V il-punt 4 |
|
L-Artikolu 77(3) | L-Anness V il-punt 5 |
|
L-Artikolu 78 | L-Anness V il-punt 6 |
|
L-Artikolu 79 | L-Anness V il-punt 7 |
|
L-Artikolu 80(1) | L-Anness V il-punt 8 |
|
L-Artikolu 80(2) | L-Anness V il-punt 9 |
|
L-Artikolu 81 | L-Anness V il-punt 10 | L-Anness IV il-punt 5 |
L-Artikolu 82 | L-Anness V il-punt 11 |
|
L-Artikolu 83(1) | L-Anness V il-punt 12 |
|
L-Artikolu 83(2) | L-Anness V il-punt 13 |
|
L-Artikolu 84(1) | L-Anness V il-punt 14 |
|
L-Artikolu 84(2) | L-Anness V il-punt 14a |
|
L-Artikolu 84(3) | L-Anness V il-punt 15 |
|
L-Artikolu 84(4) | L-Anness V il-punt 16 |
|
L-Artikolu 84(5) | L-Anness V il-punt 17 |
|
L-Artikolu 84(6) | L-Anness V il-punt 18 |
|
L-Artikolu 84(7) | L-Anness V il-punt 19 |
|
L-Artikolu 84(8) | L-Anness V il-punt 20 |
|
L-Artikolu 84(9) | L-Anness V il-punt 21 |
|
L-Artikolu 84(10) | L-Anness V il-punt 22 |
|
L-Artikolu 85(1) |
|
|
L-Artikolu 85(2) |
|
|
L-Artikolu 86(1) |
|
|
L-Artikolu 86(2) |
|
|
L-Artikolu 87(1) |
|
|
L-Artikolu 87(2) |
|
|
L-Artikolu 87(3) |
|
|
L-Artikolu 87(4) |
|
|
L-Artikolu 87(5) |
|
|
L-Artikolu 88(1) | L-Anness V il-punt 23, l-aħħar subparagrafu |
|
L-Artikolu 88(2) | L-Anness V il-punti 23a sa f u l-ewwel subparagrafu |
|
L-Artikolu 89 | L-Anness V il-punt 23k |
|
L-Artikolu 90(1) | L-Anness V il-punti 23g sa t |
|
L-Artikolu 90(2) | L-Artikolu 150(3)b |
|
L-Artikolu 91(1) | L-Anness V il-punt 24 |
|
L-Artikolu 91(2) | L-Anness V il-punt 24 |
|
L-Artikolu 92(1) | L-Artikolu 124(1) |
|
L-Artikolu 92(2) | L-Artikolu 124(2) |
|
L-Artikolu 92(3) | L-Artikolu 124(3) |
|
L-Artikolu 92(4) | L-Artikolu 124(4) |
|
L-Artikolu 92(5) | L-Artikolu 124(5) |
|
L-Artikolu 92(6) |
|
|
L-Artikolu 92(7) |
|
|
L-Artikolu 92(8) |
|
|
L-Artikolu 92(9) |
|
|
L-Artikolu 93 |
|
|
L-Artikolu 94(1) | L-Anness XI il-punt 1 |
|
L-Artikolu 94(2) | L-Anness XI il-punt 1a |
|
L-Artikolu 94(3) | L-Anness XI il-punt 2 |
|
L-Artikolu 94(4) | L-Anness XI il-punt 3 |
|
L-Artikolu 95 |
|
|
L-Artikolu 96(1) |
|
|
L-Artikolu 96(2) |
|
|
L-Artikolu 96(3) |
|
|
L-Artikolu 97(1) |
|
|
L-Artikolu 97(2) |
|
|
L-Artikolu 98(1) |
|
|
L-Artikolu 98(2) |
|
|
L-Artikolu 98(3) |
|
|
L-Artikolu 98(4) |
|
|
L-Artikolu 98(5) |
|
|
L-Artikolu 99(1) | L-Artikolu 136(1) |
|
L-Artikolu 99(2) |
|
|
L-Artikolu 100(1) | L-Artikolu 136(2) 1. subparagrafu |
|
L-Artikolu 100(2) | L-Artikolu 136(2) 2. subparagrafu |
|
L-Artikolu 101 | L-Artikolu 149 |
|
L-Artikolu 102 |
|
|
L-Artikolu 103(1) | L-Artikolu 68(2) |
|
L-Artikolu 103(1) | L-Artikolu 3 |
|
L-Artikolu 103(1) | L-Artikolu 123 |
|
L-Artikolu 103(2) | L-Artikolu 71(1) |
|
L-Artikolu 103(3) | L-Artikolu 71(2) |
|
L-Artikolu 103(4) | L-Artikolu 73(2) |
|
L-Artikolu 103(5) |
|
|
L-Artikolu 104(1) | L-Artikolu 68(1) |
|
L-Artikolu 104(2) | L-Artikolu 73(3) |
|
L-Artikolu 104(3) |
|
|
L-Artikolu 105(1) | L-Artikolu 124(2) |
|
L-Artikolu 105(2) | L-Artikolu 23 |
|
L-Artikolu 106(1) | L-Artikolu 125(1) | L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 106(2) | L-Artikolu 125(2) | L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 106(3) | L-Artikolu 126(1) |
|
L-Artikolu 106(4) | L-Artikolu 126(2) |
|
L-Artikolu 106(5) | L-Artikolu 126(3) |
|
L-Artikolu 106(6) | L-Artikolu 126(4) |
|
L-Artikolu 107(1) | L-Artikolu 129(1) 1. subparagrafu |
|
L-Artikolu 107(2) | L-Artikolu 129(1) 2. subparagrafu |
|
L-Artikolu 107(3) | L-Artikolu 129(1) 3. subparagrafu |
|
L-Artikolu 108(1)a | L-Artikolu 129(3) 1. subparagrafu |
|
L-Artikolu 108(1)b |
|
|
L-Artikolu 108(2)a | L-Artikolu 129(3) 2. subparagrafu |
|
L-Artikolu 108(2)b |
|
|
L-Artikolu 108(3) | L-Artikolu 129(3) 4.-7. subparagrafu |
|
L-Artikolu 108(4) | L-Artikolu 129(3) 8. subparagrafu |
|
L-Artikolu 108(5) | L-Artikolu 129(3) 9. subparagrafu |
|
L-Artikolu 108(6) | L-Artikolu 129(3) 10. subparagrafu |
|
L-Artikolu 109(1) | L-Artikolu 130(1) |
|
L-Artikolu 109(2) | L-Artikolu 130(2) |
|
L-Artikolu 110 | L-Artikolu 131 |
|
L-Artikolu 111(1) | L-Artikolu 131a(1) |
|
L-Artikolu 111(2) | L-Artikolu 131a(2) |
|
L-Artikolu 112(1) | L-Artikolu 132(1) |
|
L-Artikolu 112(2) | L-Artikolu 132(2) |
|
L-Artikolu 112(3) | L-Artikolu 132(3) |
|
L-Artikolu 112(4) | ??? |
|
L-Artikolu 113 | L-Artikolu 141 |
|
L-Artikolu 114(1) | L-Artikolu 127(1) |
|
L-Artikolu 114(2) | L-Artikolu 127(2) |
|
L-Artikolu 114(3) | L-Artikolu 127(3) |
|
L-Artikolu 115 | L-Artikolu 135 |
|
L-Artikolu 116(1) | L-Artikolu 137(1) |
|
L-Artikolu 116(2) | L-Artikolu 137(2) |
|
L-Artikolu 117(1) | L-Artikolu 138(1) |
|
L-Artikolu 117(2) | L-Artikolu 138(2) |
|
L-Artikolu 118(1) | L-Artikolu 139(1) |
|
L-Artikolu 118(2) | L-Artikolu 139(2) |
|
L-Artikolu 118(3) | L-Artikolu 139(3) |
|
L-Artikolu 119(1) | L-Artikolu 140(1) | L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 119(2) | L-Artikolu 140(2) | L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 119(3) | L-Artikolu 140(3) | L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 120 | L-Artikolu 142 |
|
L-Artikolu 121(1) | L-Artikolu 143(1) |
|
L-Artikolu 121(2) | L-Artikolu 143(2) |
|
L-Artikolu 121(3) | L-Artikolu 143(3) |
|
L-Artikolu 122 |
|
|
L-Artikolu 123 |
|
|
L-Artikolu 124 |
|
|
L-Artikolu 125 |
|
|
L-Artikolu 126 |
|
|
L-Artikolu 127 |
|
|
L-Artikolu 128 |
|
|
L-Artikolu 129 |
|
|
L-Artikolu 130 |
|
|
L-Artikolu 131 |
|
|
L-Artikolu 133(1) | L-Artikolu 144 |
|
L-Artikolu 133(2) |
|
|
L-Artikolu 133(3) |
|
|
L-Artikolu 134(1) | L-Artikolu 122a.9 |
|
L-Artikolu 134(2) | L-Artikolu 69(4) |
|
L-Artikolu 134(3) | L-Artikolu 70(4) |
|
L-Artikolu 135 | L-Artikolu 150(1) |
|
L-Artikolu 136(1) | L-Artikolu 150(1)(a) |
|
L-Artikolu 136(2) | L-Artikolu 150(2) |
|
L-Artikolu 137(1) | L-Artikolu 151(1) |
|
L-Artikolu 137(2) | L-Artikolu 151(2) |
|
L-Artikolu 138(1) | Articles 151a,b,c |
|
L-Artikolu 138(2) | Articles 151a,b,c |
|
L-Artikolu 138(3) | Articles 151a,b,c |
|
L-Artikolu 138(4) | Articles 151a,b,c |
|
L-Artikolu 138(5) | Articles 151a,b,c |
|
L-Artikolu 139 |
|
|
L-Artikolu 140 |
|
|
L-Artikolu 141 | L-Artikolu 29 |
|
L-Artikolu 142 | L-Artikolu 30 |
|
L-Artikolu 143 | L-Artikolu 33 |
|
L-Artikolu 144 | L-Artikolu 40 |
|
L-Artikolu 145 | L-Artikolu 41 |
|
L-Artikolu 146 | L-Artikolu 42 |
|
L-Artikolu 147 | L-Artikolu 42a |
|
L-Artikolu 148 | L-Artikolu 43 |
|
L-Artikolu 149 |
|
|
L-Artikolu 150(1) | L-Artikolu 156(4) |
|
L-Artikolu 150(2) |
|
|
L-Artikolu 151(1) | L-Artikolu 157(1) |
|
L-Artikolu 151(2) |
|
|
L-Artikolu 151(3) | L-Artikolu 157(2) |
|
L-Artikolu 151(4) | L-Artikolu 157(2) |
|
L-Artikolu 152 | L-Artikolu 158 |
|
L-Artikolu 153 | L-Artikolu 159 |
|
L-Artikolu 154 | L-Artikolu 160 |
|
L-Anness I | L-Anness I |
|
PROĊEDURA
Titolu | L-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment (emenda tad-Direttiva 2002/87/KE) | |||
Referenzi | COM(2011)0453 – C7-0210/2011 – 2011/0203(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 20.7.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 13.9.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 13.9.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | JURI 21.11.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Othmar Karas 20.10.2009 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 26.9.2011 | 4.10.2011 | 24.1.2012 | 13.2.2012 |
| 27.3.2012 | 12.4.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 14.5.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 43 1 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Vicky Ford, Roberto Gualtieri, Carl Haglund, Mario Mauro, Gianni Pittella, Andreas Schwab, Catherine Stihler | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Martin Callanan, Timothy Kirkhope, Marisa Matias, Jutta Steinruck | |||
Data tat-tressiq | 22.5.2012 | |||