Dokument ta' sessjoni

 

A7-0191/2012

6.6.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni

( COM(2011)0789 – C7‑0433/2011 – 2011/0372(COD) )

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Bas Eickhout

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni  

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b' tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta' att ma jkunx emenda, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  35

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp  37

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija  44

PROĊEDURA  56

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni

( COM(2011)0789 – C7‑0433/2011 – 2011/0372(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0789 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0433/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ( A7-0191/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-Deċiżjoni 1/CP.15 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ('Deċiżjoni 1/CP.15' jew il-'Qbil ta’ Kopenħagen') u d-Deċiżjoni 1/CP.16 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ('Deċiżjoni 1/CP.16' jew il-'Ftehimiet ta’ Cancún') ikkontribwixxew b’mod sinifikanti għall-progress fl-indirizzar tal-isfidi mqajma mit-tibdil fil-klima b’mod bilanċjat. Dawk id-deċiżjonijiet introduċew rekwiżiti ġodda ta’ monitoraġġ u ta' rapportar li japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kienu taw l-impenn tagħhom għaliha, u pprovdew appoġġ lill-pajjiżi li qegħdin fil-fażi tal-iżvilupp. Dawk id-deċiżjonijiet irrikonoxxew ukoll l-importanza li l-adattament jiġi indirizzat bl-istess prijorità bħall-mitigazzjoni. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tesiġi wkoll li l-pajjiżi żviluppati jelaboraw l-istrateġiji jew il-pjanijiet ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju. Dawn l-istrateġiji jew pjanijiet huma mistennija li jikkontribwixxu lejn il-bini ta’ soċjetà b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u li jiżguraw tkabbir għoli u żvilupp sostenibbli kontinwi. Dan ir-Regolament għandu jiffaċilita, permezz tal-atti ddelegati tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar, kif ukoll dawk futuri, li joħorġu minn deċiżjonijiet ulterjuri jew mill-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali skont il-UNFCCC.

(4) Id-Deċiżjoni 1/CP.15 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ('Deċiżjoni 1/CP.15' jew il-'Qbil ta’ Kopenħagen') u d-Deċiżjoni 1/CP.16 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ('Deċiżjoni 1/CP.16' jew il-'Ftehimiet ta’ Cancún') ikkontribwixxew b’mod sinifikanti għall-progress fl-indirizzar tal-isfidi mqajma mit-tibdil fil-klima b’mod bilanċjat. Dawk id-deċiżjonijiet introduċew rekwiżiti ġodda ta’ monitoraġġ u ta' rapportar li japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kienu taw l-impenn tagħhom għaliha, u pprovdew appoġġ lill-pajjiżi li qegħdin fil-fażi tal-iżvilupp. Dawk id-deċiżjonijiet irrikonoxxew ukoll l-importanza li l-adattament jiġi indirizzat bl-istess prijorità bħall-mitigazzjoni. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tesiġi wkoll li l-pajjiżi żviluppati jelaboraw l-istrateġiji jew il-pjanijiet ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju. Dawn l-istrateġiji jew pjanijiet huma mistennija li jikkontribwixxu lejn il-bini ta’ soċjetà b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u li jiżguraw tkabbir għoli u żvilupp sostenibbli kontinwi, u għandu jkollhom riżoluzzjoni/speċifikazzjoni spazjali u għandhom ikunu wkoll konsistenti ma' perkors kosteffiċjenti lejn il-mira fit-tul rigward il-klima, i.e. tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' mill-inqas 40% sal-2030 u ta' 60% sal-2040 meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Dan ir-Regolament għandu jiffaċilita, permezz tal-atti ddelegati tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar, kif ukoll dawk futuri, li joħorġu minn deċiżjonijiet ulterjuri jew mill-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali skont il-UNFCCC.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija adottat fl-2009, b’mod partikolari d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra sal-2020 u d-Direttiva 2009/29/KE tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jikkostitwixxi impenn qawwi ieħor mill-Unjoni u l-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mod sinjifikanti. Is-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet għandha tiġi aġġornata wkoll fid-dawl tar-rekwiżiti l-ġodda skont dik il-leġiżlazzjoni.

(5) Il-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija adottat fl-2009, b’mod partikolari d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra sal-2020, id-Direttiva 2009/29/KE tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jikkostitwixxi impenn qawwi ieħor mill-Unjoni u l-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mod sinjifikanti. Is-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet għandha tiġi aġġornata wkoll fid-dawl tar-rekwiżiti l-ġodda skont dik il-leġiżlazzjoni. Ir-rapportar f'dan ir-Regolament għandu jislet ukoll mill-informazzjoni li jirċievu l-Istati Membri abbażi tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli1 u d-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar l-effiċjenza enerġetika]2.

 

______________

 

1 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

 

2 ĠU L ...

 

 

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Ċipru u Malta huma inklużi fl-Anness I tal-Protokoll ta’ Kjoto taħt id-Deċiżjoni CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013 jew data aktar tard) u d-Deċiżjoni 3/CP15 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (b'seħħ mis-26 ta' Ottubru 2010) rispettivament.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Biex tkun żgurata l-effikaċja tal-arranġamenti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, jeħtieġ li nevitaw li jkomplu jiżdiedu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi li diġà qed jerfgħu l-Istati Membri.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu informazzjoni l-aktar aġġornata dwar l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, b’mod partikolari skont il-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u t-termini ta’ żmien speċifikati tagħha. Dan ir-Regolament għandu jippermetti li dawn l-estimi jitħejjew fl-iqsar perjodi ta’ żmien possibbli billi tintuża informazzjoni statistika u informazzjoni oħra.

(12) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu l-informazzjoni l-aktar aġġornata dwar l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, b’mod partikolari skont il-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u t-termini ta’ żmien speċifikati tagħha u fil-qafas tal-istrateġija u l-politika spazjali Ewropea, li tindirizza sfidi importanti bħad-diżastri naturali, ir-riżorsi u l-monitoraġġ tal-klima, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, id-dejta spazjali għandha tiġi kkunsidrata bħala għodda ta' monitoraġġ ewlenija għall-Unjoni u l-Istati Membri minħabba l-kapaċità tagħha li ttejjeb l-istampa ġenerali tal-emissjonijiet ta' CO2 u CH4 kif ukoll tal-LULUCF. Għal dan il-għan, għandu jsir użu massimu mill-programm Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) u minn sistemi satellitari oħra biex jista' jkun hemm rapportar fil-ħin tal-emissjonijiet (kejl globali ta' kuljum ta' emissjonijiet rurali u magħmula mill-bniedem ta' CO2 u CH4 kif ukoll ta' bjar ta' CO2) u verifiki indipendenti tar-rapporti dwar l-emissjonijiet ikkalkolati. Dan ir-Regolament għandu jippermetti li dawn l-estimi jitħejjew fl-iqsar perjodi ta’ żmien possibbli billi tintuża informazzjoni statistika u informazzjoni oħra.

 

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu mill-Istati Membri għandhom jiġu adottati b’mod li jkun komplementari u konsistenti ma’ kwalunkwe rekwiżiti miftiehma fil-UNFCCC jew, safejn ikun possibbli, mar-rekwiżiti applikati għall-bastimenti kif stabbilit fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ('IMO') jew permezz ta’ miżura tal-Unjoni li tindirizza l-emissjonijiet ta’ GHG mit-trasport marittimu. Tali monitoraġġ u rapportar għandhom jippermettu li dawn l-emissjonijiet jinftiehmu aħjar u għandhom jappoġġjaw l-implimentazzjoni effettiva tal-politika.

(13) Sabiex tittejjeb id-dejta dwar it-tniġġis mill-bastimenti u biex jingħelbu l-ineffiċjenzi b'riżultat tan-nuqqas ta' trasparenza tal-informazzjoni, ir-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar mis-sidien u l-operaturi tal-bastimenti ta' informazzjoni dwar il-klima relatata mat-trasport marittimu għandhom jiġu adottati b’mod li jkun komplementari u konsistenti ma’ kwalunkwe rekwiżit miftiehem fil-UNFCCC jew, safejn ikun possibbli, mar-rekwiżiti applikati għall-bastimenti kif stabbilit fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ('IMO') jew permezz ta’ miżura tal-Unjoni li tindirizza l-emissjonijiet ta’ GHG mit-trasport marittimu. Tali monitoraġġ u rapportar għandhom jippermettu li dawn l-emissjonijiet jinftiehmu aħjar u għandhom jappoġġjaw l-implimentazzjoni effettiva tal-politika.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-Artikolu 6 tal-Protokoll ta' Kjoto jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-użu tal-mekkaniżmi flessibbli ta' Kjoto jkun supplementari għall-azzjoni nazzjonali, bl-għan li jitnaqqsu d-differenzi per capita fl-emissjonijiet bejn il-pajjiżi żviluppati u dawk fil-fażi ta' żvilupp. Għall-inqas nofs it-tnaqqis assolut li jkun aktar baxx mill-emissjonijiet bażi storiċi għandu jsir fl-Unjoni. Il-liġi tal-Unjoni fiha wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ċerti tipi ta' krediti għall-proġett Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif li għandhom jiġu identifikati speċifikament fir-reġistri u r-rapportar tal-Istati Membri.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Huwa importanti wkoll li jsir rapportar dwar sorsi privati ta' finanzjament għall-klima fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvlupp, li jkun differenti mill-finanzjament ta' proġetti skont mekkaniżmi flessibbli fejn il-krediti jintużaw għall-konformità mal-obbligi ta' tnaqqsis tal-gassijiet b'effett ta' serra fil-pajjiżi industrijalizzati.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-finanzjament internazzjonali għall-klima fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp għandha tkun allokata dejjem aktar permezz tal-baġit tal-Unjoni. Kull dħul minn miżuri biex jinkludu l-emissjonijiet tat-trasport internazzjonali fil-mira tal-Unjoni dwar il-klima għandu jinġabar ċentralment u għandu jiġi allokat lill-finanzjament internazzjonali għall-klima permezz tal-Fond Globali għall-Klima u l-Bijodiversità propost mill-Kummissjoni.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta fi kwalunkwe reviżjoni li se ssir tad-Direttiva 2003/87/KE, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward l-użu u r-rapportar tad-dħul mill-irkanti u għandha tqis li tassenja parti minn dak id-dħul lill-Fond Globali għall-Klima u l-Bijodiversità u lill-azzjoni dwar il-klima fl-Unjoni.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Il-linji gwida attwali tal-UNFCCC rigward ir-rapportar dwar il-gassijiet b'effett ta' serra jirrakkomandaw ir-rapportar ta' emissjonijiet tal-metan fuq perjodu ta' żmien ta' 100 sena. Minħabba l-GWP għoli u l-ħajja atmosferika relattivament qasira tiegħu, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri tal-adozzjoni ta' perjodu ta' żmien ta' 20 sena għall-metan fir-rigward tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima fuq perjodu medju u twil ta' żmien.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-avjazzjoni għandha impatt fuq il-klima globali minħabba d-diossidu tal-karbonju (CO2) li jiġi rilaxxat, iżda wkoll minħabba emissjonijiet u mekkaniżmi oħrajn, inklużi l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu u l-formazzjoni ta’ sħab taċ-ċirru. Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku li qiegħed jiżviluppa b’mod rapidu dwar dawn l-impatti, għandha ssir valutazzjoni aġġornata regolari tal-impatti tal-avjazzjoni mhux relatati mas-CO2 fuq il-klima globali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

(22) L-avjazzjoni għandha impatt fuq il-klima globali minħabba d-diossidu tal-karbonju (CO2) li jiġi rilaxxat, iżda wkoll minħabba emissjonijiet u mekkaniżmi oħrajn, inklużi l-emissjonijiet ta’ ossidi tan-nitroġenu u l-formazzjoni ta’ sħab taċ-ċirru. Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku li qiegħed jiżviluppa b’mod rapidu dwar dawn l-impatti, għandha ssir valutazzjoni aġġornata regolari tal-impatti tal-avjazzjoni mhux relatati mas-CO2 fuq il-klima globali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, u għandhom isiru rakkomandazzjonijiet dwar possibilitajiet politiċi fattibli biex jiġu indirizzati.

 

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 20(5) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ rapportar armonizzati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u informazzjoni oħra rilevanti għall-politika dwar it-tibdil fil-klima, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ir-rapportar tal-Istati Membri dwar l-LULUCF u t-trasport marittimu, is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, ir-reviżjoni esperta tad-dejta tal-inventarji tal-Istati Membri, ir-rekwiżiti dettaljati fuq il-kontenut, l-istruttura, il-format u l-proċessi tal-preżentazzjoni tar-rapportar tal-Istati Membri, kif ukoll ir-revoka u l-emendar ta’ ċerti obbligi skont dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(25) Sabiex tiżgura kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 20(5) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni1.

 

(25a) Sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti ta’ rapportar armonizzati għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u informazzjoni oħra rilevanti għall-politika dwar it-tibdil fil-klima, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-reviżjoni tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, ir-rapportar tal-Istati Membri dwar l-LULUCF u t-trasport marittimu, is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, ir-reviżjoni esperta tad-dejta tal-inventarji tal-Istati Membri, ir-rekwiżiti dettaljati fuq il-kontenut, l-istruttura, il-format u l-proċessi tal-preżentazzjoni tar-rapportar tal-Istati Membri, kif ukoll ir-revoka u l-emendar ta’ ċerti obbligi skont dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

__________________

 

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) monitoraġġ u rapportar ta' emissjonijiet tal-karbonju iswed, filwaqt li titqies ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv għall-emissjonijiet antropoġeniċi mhux ta' CO2 li jaffettwaw lill-klima1;

 

__________________

 

1 P7_TA(2011)0384

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu;

(e) ir-rapportar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra mit-trasport marittimu;

 

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sabiex jadattaw għall-konsegwenzi inevitabbli tat-tibdil fil-klima;

(g) il-monitoraġġ u r-rapportar dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sabiex jadattaw għall-konsegwenzi inevitabbli tat-tibdil fil-klima b'mod kosteffikaċi;

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istrateġiji tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha dwar strateġiji ta' żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom skont id-Deċiżjoni 1/CP.16;

(a) il-miri kwantifikati fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-oqsma ekonomiċi kollha, l-istrateġiji ta' żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u kwalunkwe aġġornament tagħhom tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha skont id-Deċiżjoni 1/CP.16;

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn bastimenti tal-baħar li jidħlu fil-portijiet tal-Istati Membri;

(d) l-informazzjoni relatata mal-klima rigward bastimenti li jidħlu fil-portijiet tal-Istati Membri;

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi mhux ta' CO2 rilevanti għall-klima, filwaqt li titqies ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv għall-emissjonijiet antropoġeniċi mhux ta' CO2 li jaffettwaw lill-klima1;

 

__________________

 

1 P7_TA(2011)0384

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri, u l-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, għandhom ifasslu u jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju li tikkontribwixxi biex:

1. L-Istati Membri, u l-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, għandhom ifasslu u jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju bi qbil ma' kwalunkwe dispożizzjoni ta' rapportar miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC li tikkontribwixxi biex:

(a) il-monitoraġġ trasparenti u preċiż tal-progress attwali u dak projettat magħmul mill-Istati Membri, inkluż il-kontribut magħmul permezz tal-miżuri tal-Unjoni, sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra;

(a) il-monitoraġġ trasparenti u preċiż tal-progress attwali u dak projettat magħmul mill-Istati Membri, inkluż il-kontribut magħmul permezz tal-miżuri tal-Unjoni, sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra;

(b) l-issodisfar tal-impenji tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-kisba tat-tnaqqis u t-titjib fit-tul tal-assorbiment minn bjar tal-emissjonijiet fis-setturi kollha b’konformità mal-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet bi 80 sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, fil-kuntest tat-tnaqqis neċessarju, skont l-IPCC, mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp.

(b) l-issodisfar tal-impenji tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-kisba tat-tnaqqis u t-titjib fit-tul tal-assorbiment minn bjar tal-emissjonijiet fis-setturi kollha b’konformità mal-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet bi 80 sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, u b'perkors kosteffiċjenti inklużi l-miri għal tnaqqis nazzjonali għall-2030 u l-2040, fil-kuntest tat-tnaqqis neċessarju, skont l-IPCC, mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp.

2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġija tagħhom ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew b’konformità ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġija tagħhom ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju b'riżoluzzjoni spazjali 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew b’konformità ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

 

2a. L-Istati Membri, u l-Kummissjoni f'isem l-Unjoni, għandhom jirrieżaminaw u jaġġornaw l-istrateġiji rispettivi tagħhom ta' żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, kif meħtieġ, tal-anqas kull ħames snin.

 

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament sistemi ta’ inventarju nazzjonali għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, joperaw u jfittxu li jtejbu kontinwament sistemi ta’ inventarju nazzjonali bi qbil mar-rekwiżiti tal-UNFCCC rigward sistemi nazzjonali għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, filwaqt li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jagħmlu użu mis-sistemi ta’ rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 sabiex itejbu l-valutazzjoni tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji tal-gassijiet b’effett ta’ serra;

(a) jagħmlu użu mis-sistemi ta’ rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 sabiex itejbu l-valutazzjoni tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji tal-gassijiet b’effett ta’ serra, fejn relevanti;

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt n

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidliet fis-sistema tal-inventarju nazzjonali tagħhom;

(n) deskrizzjoni ta’ bidliet fis-sistema tal-inventarju nazzjonali tagħhom;

 

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt o

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) deskrizzjoni ta’ kwalunkwe bidliet fir-reġistru nazzjonali;

(o) deskrizzjoni ta’ bidliet fir-reġistru nazzjonali;

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lis-Segretarjat tal-UNFCCC, sal-15 ta’ April ta’ kull sena, inventarji nazzjonali li jkun fihom informazzjoni identika għal dik ippreżentata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lis-Segretarjat tal-UNFCCC, sal-15 ta’ April ta’ kull sena, inventarji nazzjonali li jkun fihom informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

 

 

 

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iżżid jew tħassar sustanzi fi jew mil-lista ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

(a) iżżid jew tħassar sustanzi fi jew mil-lista ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-Anness I għal dan ir-Regolament, abbażi tad-deċiżjonijiet adottati skont il-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, jew abbażi tas-sinifikat tal-gassijiet b'effett ta' serra konċernati;

 

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tistabbilixxi rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar fuq l-LULUCF, skont kwalunkwe ftehim internazzjonali ġdid jew att leġiżlattiv adottat f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.

(b) tistabbilixxi rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar fuq l-LULUCF, skont kwalunkwe ftehim internazzjonali ġdid jew att leġiżlattiv adottat f'konformità mal-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE bl-għan li tiġi żgurata l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Unjoni.

 

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha twettaq verifika inizjali tad-dejta ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kompletezza u l-problemi potenzjali. Hija għandha tibgħat ir-riżultati lill-Istati Membri fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni. L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal kwalunkwe mistoqsija mqajma mill-verifika inizjali sal-15 ta’ Marzu, flimkien mal-preżentazzjoni finali tal-inventarju għas-sena X-2.

1. Il-Kummissjoni għandha twettaq verifika inizjali tad-dejta ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament għall-kompletezza u l-problemi potenzjali. Hija għandha tibgħat ir-riżultati lill-Istati Membri fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni. L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal kwalunkwe mistoqsija relevanti mqajma mill-verifika inizjali sal-15 ta’ Marzu, flimkien mal-preżentazzjoni finali tal-inventarju għas-sena X-2.

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta Stat Membru ma jweġibx għall-mistoqsijiet imqajma mill-Kummissjoni jew ma jippreżentax l-estimi sħaħ tal-inventarju li huma meħtieġa għall-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni sal-15 ta’ Marzu, il-Kummissjoni għandha tħejji l-estimi li jridu jintużaw minflok l-estimi rilevanti fl-inventarju tal-Istat Membru. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tuża metodi konsistenti mal-linji gwida applikabbli għat-tfassil tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

2. Meta Stat Membru ma jippreżentax l-estimi sħaħ tal-inventarju li huma meħtieġa għall-ġbir tal-inventarju tal-Unjoni sal-15 ta’ Marzu, il-Kummissjoni għandha tħejji l-estimi li jridu jintużaw minflok l-estimi rilevanti fl-inventarju tal-Istat Membru f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru konċernat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tuża metodi konsistenti mal-linji gwida applikabbli għat-tfassil tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

 

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapportar dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu

Rapportar ta' informazzjoni relatata mal-klima rigward it-trasport marittimu

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament sabiex tispeċifika r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu fir-rigward ta’ bastimenti tal-baħar li jidħlu fil-portijiet tal-Istati Membri. Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar adottati għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti miftiehma fil-UNFCCC u, safejn ikun possibbli, mar-rekwiżiti applikati għall-bastimenti fil-kuntest tal-IMO jew permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tindirizza l-emissjonijiet ta’ GHG mit-trasport marittimu. Safejn ikun possibbli, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar għandhom jimminimizzaw il-piż tax-xogħol tal-Istati Membri, inkluż permezz tal-użu tal-ġbir u l-manutenzjoni ta’ dejta ċentralizzata.

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament sad-data msemmija fil-Premessa 3 tad-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex tittejjeb u tiġi estiża l-iskema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emisssjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra1 sabiex tispeċifika r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-informazzjoni relatata mal-klima rigward it-trasport marittimu fir-rigward ta’ bastimenti tal-baħar li jidħlu fil-portijiet tal-Istati Membri. Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar adottati għandhom ikunu konsistenti mal-metodoloġiji miftiehma fil-UNFCCC u mal-metodoloġiji applikati għall-bastimenti fil-kuntest tal-IMO jew ta' rekwiżiti permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tindirizza l-emissjonijiet ta’ GHG mit-trasport marittimu. Safejn ikun possibbli, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar għandhom jimminimizzaw il-piż tax-xogħol tal-Istati Membri, inkluż permezz tal-użu tal-ġbir, iż-żamma u l-pubblikazzjoni ta’ dejta ċentralizzata.

 

Ir-rekwiżiti għandhom ikopru l-bastimenti responsabbli għal emissjonijiet sinifikanti, inklużi tal-anqas it-tankers, il-bastimenti li jġorru merkanzija mhux ippakkjata (bulkers), il-bastimenti tal-merkanzija ġenerali u l-bastimenti li jġorru l-kontejners, skont limiti minimi xierqa fir-rigward tad-daqs u t-traffiku.

2. Meta att ikun ġie adottat skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena ('sena X') għas-sena X-2, l-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu skont dak l-att.

2. Wara l-adozzjoni ta' att iddelegat skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jiġbru għall-Kummissjoni u għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena ('sena X') għas-sena X-2, l-informazzjoni relatata mal-klima rigward it-trasport marittimu, u għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli b'mod li jkun utli għall-kerrejja jew l-utenti ta' bastimenti bħal dawn.

 

2a. L-EMSA għandha tipprovdi analiżi, inter alia, tal-impatt ġenerali tat-trasport marittimu fuq il-klima globali, abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2, fosthom dwar l-impatti mhux marbuta mas-CO2 bħal dawk mill-karbonju iswed, u l-effetti tal-aerosols, u għandha tistabbilixxi previżjonijiet anke permezz tat-tfassil ta' mudelli u tad-dejta dwar it-traffiku meta jkun rilevanti. L-EMSA għandha teżamina regolarment it-tfassil ta' mudelli b'referenza għall-avvanzi xjentifiċi.

 

L-EMSA għandha tippreżenta wkoll għażliet għall-istabbiliment ta' marka li turi l-prestazzjoni.

 

_______

 

1 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63.

 

 

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Huma għandhom jimmiraw li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u l-projezzjonijiet ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-użu u l-applikazzjoni tad-dejta, tal-metodi u tal-mudelli, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità, kif ukoll l-analiżi tas-sensittività.

2. Huma għandhom jimmiraw li jiżguraw il-puntwalità, it-trasparenza, il-preċiżjoni, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rrapportata dwar il-politiki u l-miżuri u l-projezzjonijiet ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, kif imsemmi fl-Artikoli 14 u 15 ta’ dan ir-Regolament, inklużi, fejn relevanti, l-użu u l-applikazzjoni tad-dejta, tal-metodi u tal-mudelli, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità, kif ukoll l-analiżi tas-sensittività.

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, u dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, ippreżentata fuq bażi settorjali għal kull gassijiet b'effett ta' serra msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tagħmel referenzi għall-politiki nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli, partikolarment dawk dwar il-kwalità tal-arja, u għandha tinkludi:

(c) informazzjoni dwar il-politiki u l-miżuri nazzjonali, u dwar l-implimentazzjoni ta’ politiki u miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi, li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, li jżidu s-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, jew li jnaqqsu l-konsum finali gross ta' enerġija, ippreżentata fuq bażi settorjali għal kull gassijiet b'effett ta' serra msemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tagħmel referenzi għall-politiki nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli, partikolarment dawk dwar il-kwalità tal-arja, u għandha tinkludi:

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c – punt vi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi) estimi tal-ispejjeż projettati tal-politiki u l-miżuri, kif ukoll estimi, kif ikun xieraq, tal-ispejjeż realizzati tal-politiki u l-miżuri;

(vi) estimi tal-ispejjeż u l-benefiċċji projettati tal-politiki u l-miżuri, kif ukoll estimi, kif ikun xieraq, tal-ispejjeż u l-benefiċċji realizzati tal-politiki u l-miżuri;

 

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) informazzjoni dwar kemm fil-fatt l-azzjoni tal-Istat Membru tkun konformi ma' perkors kosteffikaċi lejn il-mira fit-tul tal-Unjoni rigward il-klima.

 

 

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f’forma elettronika, kwalunkwe valutazzjoni tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, u kwalunkwe informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, flimkien ma’ kwalunkwe rapport tekniku li jsostni dawn il-valutazzjonijiet. Dawn għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti.

2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f’forma elettronika, kwalunkwe valutazzjoni tal-ispejjeż u l-effetti tal-politiki u l-miżuri nazzjonali, meta disponibbli, u kwalunkwe informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri tal-Unjoni li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi jew li jsaħħu l-assorbiment minn bjar, flimkien ma’ kwalunkwe rapport tekniku eżistenti li jsostni dawn il-valutazzjonijiet. Dawn għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tal-mudelli u l-approċċi metodoloġiċi użati, definizzjonijiet u suppożizzjonijiet sottostanti.

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta Stat Membru ma jippreżentax estimi kompleti tal-projezzjoni sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-Kummissjoni tista’ tħejji l-estimi meħtieġa sabiex jinġabru l-projezzjonijiet tal-Unjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-aktar projezzjonijiet aġġornati disponibbli. Meta Stat Membru ma jippreżentax estimi kompleti tal-projezzjoni jew meta l-projezzjonijiet ma jkunux konformi mal-paragrafu 1 sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-Kummissjoni tista’ tħejji l-estimi meħtieġa sabiex jinġabru l-projezzjonijiet tal-Unjoni.

 

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, informazzjoni dwar l-azzjonijiet implimentati jew ippjanati tagħhom sabiex jadattaw għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari, dwar l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali ta’ adattament u dwar il-miżuri ta’ adattament. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-allokazzjoni baġitarja skont is-settur tal-politika u, għal kull miżura ta’ adattament, l-objettiv prinċipali, it-tip ta’ strument, l-istatus tal-implimentazzjoni u l-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (bħal għargħar, żieda fil-livell tal-baħar, temperaturi estremi, nixfiet u avvenimenti ta’ temp estremi).

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sentejn, informazzjoni dwar l-azzjonijiet implimentati jew ippjanati tagħhom sabiex jadattaw għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari, dwar l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali ta’ adattament u dwar il-miżuri ta’ adattament. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-allokazzjoni baġitarja skont is-settur tal-politika u, għal kull miżura ta’ adattament, l-objettiv prinċipali, it-tip ta’ strument, l-istatus tal-implimentazzjoni u l-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (bħal għargħar, żieda fil-livell tal-baħar, temperaturi estremi, nixfiet, maltempati, uragani, u avvenimenti oħra ta’ temp estremi).

 

 

Emenda Konsolidata    38

Proposta għal regolament

Artikolu 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi tal-aħjar dejta disponibbli, jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena ('sena X'):

L-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi tal-aħjar dejta disponibbli u billi jużaw mudell komuni, preferibbilment li jkun hemm qbil dwaru fil-UNFCCC, jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena ('sena X'):

(a) informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju impenjat u mogħti lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC għas-sena X-1, dwar l-appoġġ finanzjarju impenjat għas-sena X u dwar l-għoti ta’ appoġġ ippjanat. L-informazzjoni rrappurtata għandha tinkludi:

(a) informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju impenjat u mogħti lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC għas-sena X-1, dwar l-appoġġ finanzjarju impenjat għas-sena X u dwar l-għoti ta’ appoġġ ippjanat. L-informazzjoni rrappurtata għandha tinkludi:

(i) informazzjoni jekk ir-riżorsi finanzjarji pprovduti mill-Istat Membru lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp humiex ġodda u addizzjonali fil-kuntest tal-UNFCCC u kif dan ġie kkalkolat;

(i) informazzjoni dwar jekk ir-riżorsi finanzjarji pprovduti mill-Istat Membru lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp humiex ġodda u addizzjonali bl-għan li l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp tiżdied għal 0.7% tad-Dħul Nazzjonali Gross, skont il-UNFCCC, u kif dan ġie kkalkolat;

(ii) informazzjoni dwar kwalunkwe riżorsi finanzjarji allokati mill-Istat Membru relatati mal-implimentazzjoni tal-UNFCCC skont it-tip ta’ mezz, bħal mezzi bilaterali, reġjonali jew multilaterali oħrajn;

(ii) informazzjoni dwar kwalunkwe riżorsi finanzjarji allokati mill-Istat Membru, skont il-UNFCCC, skont it-tip ta' strument finanzjarju u ta’ mezz, bħal mezzi bilaterali, reġjonali jew multilaterali oħrajn;

(iii) informazzjoni kwantitattiva dwar il-flussi finanzjarji abbażi tal-hekk imsejħa "Markaturi ta’ Rio [Rio markers] għall-għajnuna relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-għajnuna relatata mal-adattament għat-tibdil fil-klima" (il-‘markaturi ta’ Rio’) introdotti mill-Grupp ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD u informazzjoni metodoloġika dwar l-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-markaturi ta’ Rio għat-tibdil fil-klima;

(iii) informazzjoni kwantitattiva dwar il-flussi finanzjarji, permezz ta' appoġġ għall-proġetti jew appoġġ baġitarju, abbażi tal-hekk imsejħa "Markaturi ta’ Rio [Rio markers] għall-għajnuna relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-għajnuna relatata mal-adattament għat-tibdil fil-klima" (il-‘markaturi ta’ Rio’) introdotti mill-Grupp ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD u informazzjoni metodoloġika dwar l-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-markaturi ta’ Rio għat-tibdil fil-klima, filwaqt li l-finanzjament għall-attivitajiet ta' Tnaqqis ta' Emissjonijiet mid-Deforestazzjoni u d-Degradazzjoni tal-Foresti fil-Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (REDD+) jitqies b'mod differenti minn flussi finanzjarji oħra;

(iv) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima sabiex jadattaw għal dawk l-effetti tat-tibdil fil-klima;

(iv) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima sabiex jadattaw għal dawk l-effetti tat-tibdil fil-klima, filwaqt li jiġu speċifikati l-pajjiż benefiċjarju, is-settur u t-tip ta' attività;

(v) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra;

(v) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, filwaqt li jiġu speċifikati l-pajjiż benefiċjarju, is-settur u t-tip ta' attività;

 

(va) informazzjoni dettaljata dwar flussi finanzjarji privati ġodda u addizzjonali megħjuna minn finanzjament bilaterali dwar il-klima favur attivitajiet ta' mitigazzjoni u adattament fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp u dwar politiki u miżuri li jippromwovu ż-żieda tal-investiment privat f'attivitajiet ta' mitigazzjoni u adattament fil-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li huma Partijiet għall-UNFCCC, inkluża informazzjoni dwar ammonti, l-użu ta' dan il-finanzjament għall-adattament, il-mitigazzjoni jew REDD+, il-pajjiż benefiċjarju, is-settur u t-tip ta' attività u t-tip ta' finanzjament jew strumenti li jimmobilizzaw jew jgħinu dan il-finanzjament;

(b) informazzjoni dwar l-attivitajiet mill-Istat Membru relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC u dwar it-teknoloġiji trasferiti għas-sena X-1, informazzjoni dwar l-attivitajiet ippjanati relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC u dwar it-teknoloġiji li għandhom jiġu trasferiti għas-sena X u għas-snin sussegwenti. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar jekk it-teknoloġija ttrasferita ntużatx għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, il-pajjiż riċevitur, l-ammont ta’ appoġġ ipprovdut, u t-tip ta’ teknoloġija trasferita.

(b) informazzjoni dwar l-attivitajiet mill-Istat Membru relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC u dwar it-teknoloġiji trasferiti għas-sena X-1, informazzjoni dwar l-attivitajiet ippjanati relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp u dwar it-teknoloġiji li għandhom jiġu trasferiti għas-sena X u għas-snin sussegwenti. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar jekk it-teknoloġija ttrasferita ntużatx għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, il-pajjiż riċevitur, l-ammont ta’ appoġġ ipprovdut, is-sors ta' finanzjament mis-settur pubbliku jew mis-settur privat, is-settur u t-tip ta’ teknoloġija trasferita, u għandha tiddistingwi bejn l-attivitajiet imwettqa mis-settur pubbliku u mis-settur privat.

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Rapportar tal-Kummissjoni dwar l-appoġġ finanzjarju u t-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp

 

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina linji gwida u tadotta mudell komuni f'format tabulari, skont ir-rekwiżiti tar-rapportar stipulati fil-qafas tal-UNFCCC, sabiex tiżgura l-komparabbiltà tar-rapportar skont dan l-Artikolu.

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-15 ta' Marzu kull sena ('sena X'), bl-użu tal-mudell komuni, dwar l-appoġġ finanzjarju u t-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp permezz tal-baġit, l-istrumenti u l-fondi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond għall-Klima u l-Bijodiversità.

 

Biex tkun żgurata t-trasparenza tal-impenn tal-finanzjament aggregat tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku sal-15 ta' Ġunju ta' kull sena, l-informazzjoni aggregata tal-Unjoni għas-sena X-1 fuq pjattaforma komuni tal-internet.

 

 

 

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ġustifikazzjoni dettaljata kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

(a) l-ammont ta' krediti użati skont l-Artikolu 6(2) u ġustifikazzjoni dettaljata kif meħtieġ bl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE;

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u informazzjoni dwar kif il-politika tax-xiri tagħhom issaħħaħ il-kisba ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.

(d) l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-evidenza ta' konformità mal-Artikolu 11(b)(6) tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta' attivitajiet ta' proġett għall-ġenerazzjoni ta' enerġija idroelettrika b'kapaċità ta' ġenerazzjoni ta' aktar minn 20 MW u informazzjoni dwar kif il-politika tax-xiri tagħhom issaħħaħ il-kisba ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-informazzjoni dwar kif l-użu tal-krediti huwa supplementari għall-isforzi nazzjonali ta' tnaqqis, li jwassal għal livelli aktar baxxi mill-emissjonijiet bażi storiċi.

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta mudelli komuni għar-rapportar skont il-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu, sabiex ikunu żgurati t-trasparenza sħiħa u l-komparabbiltà tar-rapportar.

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu.

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-rapporti ppreżentati lill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni aggregata tal-Unjoni disponibbli għall-pubbliku f'forma faċilment aċċessibbli.

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Billi tibda bid-dejta rrappurtata għas-sena 2013, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni esperta annwali tad-dejta tal-inventarju nazzjonali ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament bil-għan li timmonitorja l-kisba mill-Istati Membri tat-tnaqqis jew il-limitazzjoni tagħhom tal-gassijiet b’effett ta’ serra skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, u kwalunkwe miri oħrajn ta’ tnaqqis jew limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

2. Billi tibda bid-dejta rrappurtata għas-sena 2013, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni esperta annwali tad-dejta tal-inventarju nazzjonali ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament bil-għan li timmonitorja l-kisba mill-Istati Membri tat-tnaqqis jew il-limitazzjoni tagħhom tal-gassijiet b’effett ta’ serra skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, u kwalunkwe miri oħrajn ta’ tnaqqis jew limitazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ f'dak il-proċess.

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn xieraq, kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw.

(c) fejn xieraq, kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw f'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina s-somma totali ta’ emissjonijiet għas-sena rilevanti li jirriżultaw mid-dejta tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru mat-tlestija tar-reviżjoni annwali rilevanti.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina s-somma totali ta’ emissjonijiet għas-sena rilevanti li jirriżultaw mid-dejta tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru mat-tlestija tar-reviżjoni annwali rilevanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena, abbażi tal-informazzjoni rrapportata fl-Artikoli 7, 8, 11 u 15 sa 18 ta’ dan ir-Regolament, u b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-progress magħmul mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha sabiex jiġu ssodisfati dawn li ġejjin, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk sarx biżżejjed progress:

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena, abbażi tal-informazzjoni rrapportata fl-Artikoli 7, 8, 11, 14 u 15 sa 18 ta’ dan ir-Regolament, u b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, il-progress magħmul mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha sabiex jiġu ssodisfati dawn li ġejjin, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk sarx biżżejjed progress:

 

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-mira klimatika fit-tul u perkors kosteffiċjenti ta' tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali inklużi l-miri għall-2030 u l-2040.

 

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni kull sentejn għandha tevalwa l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima globali, inkluż permezz ta’ emissjonijiet mhux tas-CO2, bħal emissjonijiet minn ossidi tan-nitroġenu, u l-effetti, bħall-formazzjoni ta’ sħab taċ-ċirru, abbażi tad-dejta dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, u ttejjeb din il-kwantifikazzjoni permezz ta’ referenza għall-avvanzi xjentifiċi u d-dejta dwar it-traffiku tal-ajru, kif ikun xieraq.

2. Il-Kummissjoni kull sentejn għandha tevalwa l-impatt ġenerali tal-avjazzjoni fuq il-klima globali, inkluż permezz ta’ emissjonijiet mhux tas-CO2, bħal emissjonijiet minn ossidi tan-nitroġenu, u l-effetti, bħall-formazzjoni ta’ sħab taċ-ċirru, abbażi tad-dejta dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, u ttejjeb din il-kwantifikazzjoni permezz tat-tfassil ta' mudelli u d-dejta dwar it-traffiku tal-ajru. Il-Kummissjoni għandha tadatta regolarment it-tfassil ta' mudelli b'referenza partikolari għall-progress xjentifiku.

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tipppreżenta rapport li jiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena.

3. Il-Kummissjoni għandha tipppreżenta rapport li jiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Ottubru ta’ kull sena. Fl-ewwel rapport, u f'rapporti sussegwenti kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri tal-adozzjoni ta' perjodu ta' żmien ta' 20 sena għall-metan fir-rigward tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima fuq perjodu medju u twil ta' żmien.

 

 

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Tħassir jew emendar tal-obbligi

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament sabiex tħassar l-Artikoli 4 sa 7, 10 sa 12, 14, 15, 17 u 19 ta’ dan ir-Regolament, jew kwalunkwe parti tiegħu, jew sabiex temenda dawk l-istess Artikoli, jekk hija tikkonkludi li l-iżviluppi internazzjonali jew żviluppi oħrajn iwasslu għal sitwazzjoni fejn l-obbligi skont dawk l-Artikoli ma jibqgħux neċessarji aktar, ma jkunux proporzjonati għall-benefiċċji korrispondenti jew ma jkunux konsistenti ma’ jew duplikattivi tar-rekwiżiti ta’ rapportar skont il-UNFCCC. Kwalunkwe att adottat skont dan l-Artikolu ma għandux jagħmel l-obbligi ta’ rapportar internazzjonali u tal-Unjoni, b’mod ġenerali, aktar onerużi għall-Istati Membri.

 

 

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda    54

Proposta għal regolament

Anness 1 – titolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Emissjonijiet tal-karbonju iswed

 

 

 

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Dejta eżatta, affidabbli u f'waqtha dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra hija vitali biex inkunu nafu jekk l-UE u l-Istati Membri tagħha humiex se jirnexxilhom jilħqu l-miri tagħhom u biex jiġu żviluppati politiki sodi ġodda li jindirizzaw l-isfida tal-klima. Ir-Regolament dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (MMR) jieħu post il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet fl-MMR huma simili għar-rekwiżiti fid-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE, il-Kummissjoni pproponiet xi titjib. Il-proposta tal-Kummissjoni stabbiliet ir-rekwiżiti ta' rapportar fil-livell nazzjonali u ma tirrikjedix ġbir ta' dejta addizzjonali mill-SMEs jew l-industrija.

 

L-għanijiet tar-reviżjoni proposta, fost affarijiet oħra, huma:

-li l-Istati Membri jiġu megħjuna fl-implimentazzjoni tal-pakkett dwar il-klima u l-enerġija;

-li jittejbu l-puntwalità, it-trasparenza u l-komparabbiltà tad-dejta rapportata;

-li jkun żgurat li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jikkonformaw ma' obbligi internazzjonali ta' monitoraġġ u rapportar, inkluż ir-rapportar dwar l-appoġġ mogħti lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp;

-li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' strumenti ġodda tal-Unjoni għat-tibdil fil-klima.

 

Ir-Rapporteur jappoġġja bis-sħiħ it-titjib propost biex jiġu integrati u mtejba r-regoli tal-UE għar-rapportar u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u biex tiżdied il-kredibbiltà tal-UE vis-à-vis l-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp billi tingħata informazzjoni trasparenti u komprensiva dwar it-tip u l-ammont ta' appoġġ mogħti.

 

Ir-Rapporteur jipproponi t-tisħiħ tal-proposta tal-Kummissjoni f'diversi oqsma:

 

-Sabiex tkun żgurata l-koerenza bejn l-objettivi differenti tal-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija, id-dispożizzjonijiet ta' monitoraġġ u rapportar jiġu estiżi biex jinkludu wkoll is-sehem ta' enerġija mis-sorsi rinnovabbli u l-konsum gross finali ta' enerġija.

-Il-Ftehimiet ta' Cancun (Id-Deċiżjoni 1/CP.16) jesiġu li l-pajjiżi żviluppati jelaboraw strateġiji ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju (LCDSs). Dan ġie inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni li titlob li l-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw tali strateġiji sabiex tintlaħaq il-mira tagħna fit-tul rigward il-klima. Dawn l-istrateġiji għandhom ikunu konformi ma' perkors kosteffiċjenti lejn il-mira fit-tul rigward il-klima kif imsemmi fil-Pjan direzzjonali tal-UE dwar Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju, i.e. tnaqqis nazzjonali ta' 25% sal-2020, 40% sal-2030 u 60% sal-2040 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

-It-trasport marittimu huwa qasam ta' sinifikat kbir f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra globalment. Il-leġiżlaturi impenjaw ruħhom li jdaħħlu fis-settur miri ta' tnaqqis tal-UE fin-nuqqas ta' miżuri internazzjonali, iżda d-dejta miġbura attwalment mhijiex biżżejjed biex tagħti għarfien ċar tal-impatt tas-settur fuq il-klima.

B'konformità mal-pożizzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew rigward l-użu ta' dħul mill-irkanti tal-ETS, ir-Rapporteur jipproponi li jibqa' jsir eżami sew tad-dispożizzjonijiet rigward l-allokazzjoni tar-riżorsi.

 

 

24.4.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza fl-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni

( COM(2011)0789 – C7‑0433/2011 – 2011/0372(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Åsa Westlund

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-definizzjoni tal-addizzjonalità finanzjarja mogħtija mill-gvernijiet donaturi teħtieġ attenzjoni partikolari sabiex jiġi żgurat li jkun hemm finanzjament suffiċjenti li jindirizza l-bżonnijiet tat-tibdil fil-klima mingħajr ma jitħallew barra l-impenji lejn l-iżvilupp. Ladarba tkun żgurata l-addizzjonalità finanzjarja, tiġi eliminata l-ħtieġa li wieħed iserraħ fuq l-ODA bħala sors ta' finanzjament ewlieni. Fid-dawl ta' dan, hu importanti li l-Istati Membri jispeċifikaw jekk hemmx risorsi ġodda u addizzjonali li qed jaqbżu l-objettiv ta' 0.7% tal-GINI/ODA, filwaqt li jindikaw is-sors finanzjarju tar-riżorsi. Barra minn hekk, appoġġ finanzjarju programmatiku jista' jagħmilha aktar diffiċli li jiġu segwiti l-flussi finanzjari dwar il-klima minħabba li r-riżorsi jmorru direttament fis-sistema finanzjarja nazzjonali tal-pajjiż benefiċjarju. Din hi r-raġuni li għaliha hu importanti li jkun hemm sors ta' finanzjament ġdid u addizzjonali għall-bidla fil-klima li jkun faċli li jiġi segwi u indirizzat flimkien ma' flussi ta' żvilupp finanzjarju programmatiku. Għalhekk hu ferm importanti li jiġi segwit il-mod li bih il-gvernijiet li jirċievu qed jallokaw l-infiq tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Skont id-Deċiżjoni 1/CP.15, l-Unjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jipprovdu finanzjament sostanzjali tal-klima sabiex jappoġġjaw l-azzjonijiet ta’ adattament u mitigazzjoni fil-pajjiżi li qegħdin fil-fażi ta' żvilupp. Skont il-paragrafu 40 tad-Deċiżjoni 1/CP.16, kull pajjiż żviluppat li huwa Parti għall-UNFCCC għandu jtejjeb ir-rapportar dwar l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u għall-bini tal-kapaċità lill-Partijiet li huma pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp. Ir-rapportar imtejjeb huwa essenzjali sabiex jiġu rikonoxxuti l-isforzi tal-Unjoni u tal-Istati Membri sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 stabbilixxiet ukoll Mekkaniżmu ġdid ta’ Teknoloġija sabiex jittejjeb it-trasferiment tat-teknoloġija internazzjonali. Dan ir-Regolament għandu jiżgura li tkun disponibbli informazzjoni aġġornata soda dwar l-attivitajiet ta’ trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp.

(16) Skont id-Deċiżjoni 1/CP.15, l-Unjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jipprovdu finanzjament sostanzjali tal-klima sabiex jappoġġjaw l-azzjonijiet ta’ adattament u mitigazzjoni fil-pajjiżi li qegħdin fil-fażi ta' żvilupp. Skont il-paragrafu 40 tad-Deċiżjoni 1/CP.16, kull pajjiż żviluppat li huwa Parti għall-UNFCCC għandu jtejjeb ir-rapportar dwar l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, teknoloġiku u għall-bini tal-kapaċità lill-Partijiet li huma pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp. Ir-rapportar imtejjeb huwa essenzjali sabiex jiġu rikonoxxuti l-isforzi tal-Unjoni u tal-Istati Membri sabiex jissodisfaw l-impenji tagħhom, b'mod partikolari l-impenji fir-rigward tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp bi qbil mal-Artikolu 208 TFUE. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 stabbilixxiet ukoll Mekkaniżmu ġdid ta’ Teknoloġija sabiex jittejjeb it-trasferiment tat-teknoloġija internazzjonali. Dan ir-Regolament għandu jiżgura li tkun disponibbli informazzjoni aġġornata soda dwar l-attivitajiet ta’ trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 17 − punt a − punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) informazzjoni dwar jekk ir-riżorsi finanzjarji pprovduti mill-Istat Membru lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp humiex ġodda u addizzjonali fil-kuntest tal-UNFCCC u kif dan ġie kkalkolat;

(i) informazzjoni dwar jekk ir-riżorsi finanzjarji pprovduti mill-Istat Membru lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp humiex ġodda u addizzjonali sabiex tiżdied l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp għal 0.7% ta' Dħul Nazzjonali Gross fil-kuntest tal-UNFCCC u kif dan ġie kkalkolat;

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal 0.7% ODA/GINI hi meħtieġa biex tiżgura li l-impenji finanzjarji għall-bidla fil-klima jintlaħqu u jkunu żgurati b'mod li l-fondi pubbliċi internazzjonali ma jiġux devjati mill-impenji biex jappoġġaw l-iżvilupp f'pajjiżi fqar fuq perjodu twil ta' żmien.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 17 − punt a − punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) informazzjoni dwar kwalunkwe riżorsi finanzjarji allokati mill-Istat Membru relatati mal-implimentazzjoni tal-UNFCCC skont it-tip ta’ mezz, bħal mezzi bilaterali, reġjonali jew multilaterali oħrajn;

(ii) informazzjoni dwar kwalunkwe riżorsi finanzjarji allokati mill-Istat Membru relatati mal-implimentazzjoni tal-UNFCCC skont it-tip ta' strument finanzjarju u ta’ mezz, bħal mezzi bilaterali, reġjonali jew multilaterali oħrajn;

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-addizzjonalità għal 0.7% GINI/ODA qed tiġi msaħħa mit-talba li tiġi pprovduta informazzjoni fuq it-tip ta' strument finanzjarju li permezz tiegħu l-għajnuna qed tiġi indirizzata. Din tippermetti identifikazzjoni aħjar tas-sors ta' finanzjament, kemm jekk hu baġit ta' żvilupp u jekk mod ieħor.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 17 − punt a − punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

informazzjoni kwantitattiva dwar il-flussi finanzjarji abbażi tal-hekk imsejħa "Markaturi ta’ Rio [Rio markers] għall-għajnuna relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-għajnuna relatata mal-adattament għat-tibdil fil-klima" (il-‘markaturi ta’ Rio’) introdotti mill-Grupp ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD u informazzjoni metodoloġika dwar l-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-markaturi ta’ Rio għat-tibdil fil-klima;

informazzjoni kwantitattiva dwar il-flussi finanzjarji, jew permezz ta' appoġġ ta' proġett jew ta' baġit, abbażi tal-hekk imsejħa "Markaturi ta’ Rio [Rio markers] għall-għajnuna relatata mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u mal-għajnuna relatata mal-adattament għat-tibdil fil-klima" (il-‘markaturi ta’ Rio’) introdotti mill-Grupp ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD u informazzjoni metodoloġika dwar l-implimentazzjoni tal-metodoloġija tal-markaturi ta’ Rio għat-tibdil fil-klima;

Ġustifikazzjoni

L-appoġġ finanzjarju pubbliku internazzjonali għal pajjiżi li qed jiżviluppaw miexi lejn forom ta' 'programmar' tal-għotjiet finanzjarji, li jinvolvu bidliet lejn appoġġ baġitarju u lil hinn minn għajnuna bbażata fuq il-proġett. Il-Kumitat OECD/Assistenza għall-Iżvilupp jippermetti biss li jiġu segwiti flussi relatai ma' proġetti jew setturi tat-tibdil fil-klima; dawn il-flussi ma jistgħux ikunu segwiti permezz tal-appoġġ tal-baġit ġenerali. Dan jista' jsir aktar prominenti fil-futur minħabba li l-appoġġ għal żvilupp relatat mal-klima jkompli jimxi lejn forom programmatiċi.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 17 − punt a − punt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima sabiex jadattaw għal dawk l-effetti tat-tibdil fil-klima;

(iv) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima sabiex jadattaw għal dawk l-effetti tat-tibdil fil-klima, li tispeċifika l-pajjiż benefiċjarju, is-settur u t-tip ta' attività;

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 17 − punt a − punt v

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra;

(v) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, li tispeċifika l-pajjiż benefiċjarju, is-settur u t-tip ta' attività;

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) informazzjoni dwar l-attivitajiet mill-Istat Membru relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC u dwar it-teknoloġiji trasferiti għas-sena X-1, informazzjoni dwar l-attivitajiet ippjanati relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC u dwar it-teknoloġiji li għandhom jiġu trasferiti għas-sena X u għas-snin sussegwenti. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar jekk it-teknoloġija ttrasferita ntużatx għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, il-pajjiż riċevitur, l-ammont ta’ appoġġ ipprovdut, u t-tip ta’ teknoloġija trasferita.

(b) informazzjoni dwar l-attivitajiet mill-Istat Membru relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC u dwar it-teknoloġiji trasferiti għas-sena X-1, informazzjoni dwar l-attivitajiet ippjanati relatati mat-trasferiment tat-teknoloġija lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp skont il-UNFCCC u dwar it-teknoloġiji li għandhom jiġu trasferiti għas-sena X u għas-snin sussegwenti. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar jekk it-teknoloġija ttrasferita ntużatx għall-mitigazzjoni jew għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, il-pajjiż riċevitur, l-ammont ta’ appoġġ ipprovdut, is-sors ta' finanzjament, u t-tip ta’ teknoloġija trasferita.

Ġustifikazzjoni

 

Dan jerġa' jippermetti li jiġi identifikat jekk is-sors ta' flus ikunx ġej mill-ODA tal-baġit.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) informazzjoni dwar l-użu tad-dħul matul is-sena X-1 iġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta’ kwoti skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Din l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll informazzjoni speċifika u dettaljata dwar l-użu ta’ 50 % tad-dħul, u l-azzjoni meħuda li tirriżulta, li tispeċifika l-kategorija ta’ tali azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u li tindika l-pajjiż jew reġjun benefiċjarju rilevanti;

(b) informazzjoni dwar l-użu tad-dħul matul is-sena X-1 iġġenerat mill-Istat Membru permezz tal-irkant ta’ kwoti skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. Din l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll informazzjoni speċifika u dettaljata dwar l-użu ta’ 50 % tad-dħul, u l-azzjoni meħuda li tirriżulta, li tispeċifika l-kategorija u l-addizzjonalità ta’ tali azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/87/KE u li tindika l-pajjiż jew reġjun benefiċjarju rilevanti;

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u informazzjoni dwar kif il-politika tax-xiri tagħhom issaħħaħ il-kisba ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.

(d) l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u informazzjoni dwar kif il-politika tax-xiri tagħhom issaħħaħ il-kisba ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima. Fil-każ ta' attivitajiet ta' proġetti għall-produzzjoni ta' enerġija idroelettrika b'kapaċità ta' ġenerazzjoni li taqbeż l-20MW, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, meta jiġu biex japprovaw tali attivitajiet ta' proġetti, li l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Protokoll għall-Valutazzjoni tas-Sostenibilità tal-Idroenerġija ppubblikat mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Idroenerġija f'Novembru 2010, jiġu rispettati matul l-iżvilupp ta' tali attivitajiet ta' proġetti.

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni

Referenzi

COM(2011)0789 – C7-0433/2011 – 2011/0372(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

19.1.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Åsa Westlund

5.12.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.3.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Michael Cashman, Ricardo Cortés Lastra, Véronique De Keyser, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Catherine Grèze, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Eleni Theocharous, Ivo Vajgl, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Santiago Fisas Ayxela, Judith Sargentini

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gutiérrez Prieto, Emilio Menéndez del Valle, Katarína Neveďalová, Claudiu Ciprian Tănăsescu

 

 

 

9.5.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni

( COM(2011)0789 – C7‑0433/2011 – 2011/0372(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Takis Hadjigeorgiou

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1.  Jirrimarka li l-proposta tal-Kummissjoni li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 280/2004/KE b'regolament tista' tiffaċilita l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha billi ttejjeb il-monitoraġġ u l-proċeduri ta' implimentazzjoni eżistenti. L-esperjenza wriet il-ħtieġa ta' titjib fil-proċeduri tal-UE għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet.

2.  Skont il-UNFCCC, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom l-obbligu li jfasslu, jaġġornaw minn żmien għall-ieħor, jippubblikaw u jirrappurtaw lill-Konferenza tal-Partijiet l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra kollha mhux ikkontrollati taħt il-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, bl-użu ta’ metodoloġiji komparabbli maqbula mill-Konferenza tal-Partijiet.

3.  Jirrimarka li l-għan aħħari tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 94/69/KE, huwa li l-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera jinżammu stabbli f’livell li jevita interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima. Sabiex jintlaħaq dak il-għan, iż-żieda annwali globali kumplessiva tat-temperatura medja tal-wiċċ ma għandhiex taqbeż 2°C aktar mil-livelli preindustrijali. Dan jimplika li l-Komunità tintensifika l-isforzi tagħha, li l-pajjiżi industrijalizzati jiġu involuti malajr u li jittieħdu miżuri li jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi żviluppati fil-proċess ta' tnaqqis tal-emissjonijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Undustrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-Deċiżjoni 1/CP.15 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ('Deċiżjoni 1/CP.15' jew il-'Qbil ta’ Kopenħagen') u d-Deċiżjoni 1/CP.16 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ('Deċiżjoni 1/CP.16' jew il-'Ftehimiet ta’ Cancún') ikkontribwixxew b’mod sinjifikanti għall-progress fl-indirizzar tal-isfidi mqajma mit-tibdil fil-klima b’mod bilanċjat. Dawk id-deċiżjonijiet introduċew rekwiżiti ġodda ta’ monitoraġġ u ta' rapportar li japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kienu taw l-impenn tagħhom għaliha, u pprovdew appoġġ lill-pajjiżi li qegħdin fil-fażi tal-iżvilupp. Dawk id-deċiżjonijiet irrikonoxxew ukoll l-importanza li l-adattament jiġi indirizzat bl-istess prijorità bħall-mitigazzjoni. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tesiġi wkoll li l-pajjiżi żviluppati jelaboraw l-istrateġiji jew il-pjanijiet ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju. Dawn l-istrateġiji jew pjanijiet huma mistennija li jikkontribwixxu lejn il-bini ta’ soċjetà b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u li jiżguraw tkabbir għoli u żvilupp sostenibbli kontinwi. Dan ir-Regolament għandu jiffaċilita, permezz tal-atti ddelegati tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar, kif ukoll dawk futuri, li joħorġu minn deċiżjonijiet ulterjuri jew mill-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali skont il-UNFCCC.

(4) Id-Deċiżjoni 1/CP.15 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ('Deċiżjoni 1/CP.15' jew il-'Qbil ta’ Kopenħagen') u d-Deċiżjoni 1/CP.16 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC ('Deċiżjoni 1/CP.16' jew il-'Ftehimiet ta’ Cancún') ikkontribwixxew b’mod sinjifikanti għall-progress fl-indirizzar tal-isfidi mqajma mit-tibdil fil-klima b’mod bilanċjat. Dawk id-deċiżjonijiet introduċew rekwiżiti ġodda ta’ monitoraġġ u ta' rapportar li japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ tnaqqis ambizzjuż fl-emissjonijiet, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha kienu taw l-impenn tagħhom għaliha, u pprovdew appoġġ lill-pajjiżi li qegħdin fil-fażi tal-iżvilupp. Dawk id-deċiżjonijiet irrikonoxxew ukoll l-importanza li l-adattament jiġi indirizzat bl-istess prijorità bħall-mitigazzjoni. Id-Deċiżjoni 1/CP.16 tesiġi wkoll li l-pajjiżi żviluppati jelaboraw l-istrateġiji jew il-pjanijiet ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju. Dawn l-istrateġiji jew pjanijiet huma mistennija li jikkontribwixxu lejn il-bini ta’ soċjetà b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u li jiżguraw tkabbir għoli u żvilupp sostenibbli kontinwi b’mod kosteffikaċi. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2011 bl-isem “'Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050”, tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ madwar 40% u 60% taħt il-livelli tal-1990 ikun triq kosteffikaċi sal-2030 u 2040. Dan ir-Regolament għandu jiffaċilita, permezz tal-atti ddelegati tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta' rapportar, kif ukoll dawk futuri, li joħorġu minn deċiżjonijiet ulterjuri jew mill-approvazzjoni ta’ ftehim internazzjonali skont il-UNFCCC.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija adottat fl-2009, b’mod partikolari d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra sal-2020 u d-Direttiva 2009/29/KE tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, jikkostitwixxi impenn qawwi ieħor mill-Unjoni u l-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mod sinjifikanti. Is-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet għandha tiġi aġġornata wkoll fid-dawl tar-rekwiżiti l-ġodda skont dik il-leġiżlazzjoni.

(5) Il-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija adottat fl-2009, b’mod partikolari d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gass serra sal-2020, id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, u d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli1, jikkostitwixxi impenn qawwi ieħor mill-Unjoni u l-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra b’mod sinifikanti. Is-sistema tal-Unjoni għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet għandha tiġi aġġornata wkoll fid-dawl tar-rekwiżiti l-ġodda skont dik il-leġiżlazzjoni.

 

_____________

 

1 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Ċipru u Malta huma inklużi bl-Anness I tal-Protokoll ta’ Kjotot taħt id-Deċiżjoni CP.17 (b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013 jew data sussegwenti) u d-Deċiżjoni 3/CP15 (b'seħ mis-26 ta' Ottubru 2010) rispettivament.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Biex l-effikaċja tal-arranġamenti għall-monitoraġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tkun żgurata, jeħtieġ li nevitaw li jkomplu jiżdiedu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi li diġà qed jerfgħu l-Istati Membri.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu informazzjoni l-aktar aġġornata dwar l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, b’mod partikolari skont il-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u t-termini ta’ żmien speċifikati tagħha. Dan ir-Regolament għandu jippermetti li dawn l-estimi jitħejjew fl-iqsar perjodi ta’ żmien possibbli billi tintuża informazzjoni statistika u informazzjoni oħra.

(12) L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu informazzjoni l-aktar aġġornata dwar l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra, b’mod partikolari skont il-qafas tal-istrateġija Ewropa 2020 u t-termini ta’ żmien speċifikati tagħha, u fil-qafas tal-istrateġija u l-politika spazjali Ewropea, li tindirizza sfidi importanti bħal diżastri naturali, monitoraġġ ta' riżorsi u tal-klima, għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-Unjoni. F'dak ir-rigward, id-data spazjali għandha tiġi kkunsidrata bħala għodda ta' monitoraġġ essenzjali għall-Unjoni u l-Istati Membri minħabba l-kapaċità tagħha li ttejjeb l-istampa kumplessiva tal-emissjonijiet tas-CO2 u s-CH4 kif ukoll tal-LULUCF. Għal dak il-għan, għandu jsir użu massimu tal-Monitoraġġ Globali għall-programm tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) u ta' sistemi oħra satellitari biex jista' jkun hemm rappurtar fil-ħin tal-emissjonijiet (kejl globali ta' kuljum tas-CO2 u s-CH4 ta' emissjonijiet mill-bniedem u dawk rurali kif ukoll ta' assorbiment tas-CO2) u verifiki indipendenti ta' rapporti tal-emissjonijiiet ikkalkolati. Dan ir-Regolament għandu jippermetti li dawn l-estimi jitħejjew fl-iqsar perjodi ta’ żmien possibbli billi tintuża informazzjoni statistika u informazzjoni oħra.

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Is-setgħat tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati sabiex iżżid jew tneħħi sustanzi elenkati fil-lista ta' gassijiet serra stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu konformi mal-ftehimiet internazzjonali ġodda kollha.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri, u l-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, għandhom ifasslu u jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju li tikkontribwixxi biex:

1. L-Istati Membri, u l-Kummissjoni f’isem l-Unjoni, għandhom ifasslu u jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju li tikkontribwixxi biex:

(a) il-monitoraġġ trasparenti u preċiż tal-progress attwali u dak projettat magħmul mill-Istati Membri, inkluż il-kontribut magħmul permezz tal-miżuri tal-Unjoni, sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra;

(a) il-monitoraġġ trasparenti u preċiż tal-progress attwali u dak projettat magħmul mill-Istati Membri, inkluż il-kontribut magħmul permezz tal-miżuri tal-Unjoni, sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCCC li jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra;

(b) l-issodisfar tal-impenji tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-kisba tat-tnaqqis u t-titjib fit-tul tal-assorbiment minn bjar tal-emissjonijiet fis-setturi kollha b’konformità mal-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet bi 80 sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990, fil-kuntest tat-tnaqqis neċessarju, skont l-IPCC, mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp.

(b) l-issodisfar tal-impenji tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u l-kisba tat-tnaqqis u t-titjib fit-tul tal-assorbiment minn bjar tal-emissjonijiet fis-setturi kollha b’konformità mal-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet domestiċi bi 80 sa 95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u bi trajettorja kosteffikaċi, inklużi stadji għal tnaqqis nazzjonali għall-2030 u l-2040, fil-kuntest tat-tnaqqis neċessarju, skont l-IPCC, mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp.

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġija tagħhom ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew b’konformità ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-istrateġija tagħhom ta’ żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew b’konformità ma’ kwalunkwe skeda ta’ żmien miftiehma internazzjonalment fil-kuntest tal-proċess tal-UNFCCC.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom, wara t-tlestija tar-reviżjoni tal-inventarji nazzjonali tagħhom skont il-Protokoll ta’ Kjoto għal kull sena tal-ewwel perjodu ta’ impenn skont il-Protokoll ta’ Kjoto, inkluż ir-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni ta’ implimentazzjoni, jirtiraw mir-reġistru l-AAUs, l-RMUs, l-ERUs u s-CERs ekwivalenti għall-emissjonijiet netti tagħhom matul dik is-sena.

1. L-Istati Membri għandhom, wara t-tlestija tar-reviżjoni tal-inventarji nazzjonali tagħhom skont il-Protokoll ta’ Kjoto għal kull sena tal-ewwel perjodu ta’ impenn skont il-Protokoll ta’ Kjoto, inkluż ir-riżoluzzjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni ta’ implimentazzjoni, jirtiraw mir-reġistru l-AAUs, l-RMUs, l-ERUs u s-CERs utilizzati ekwivalenti għall-emissjonijiet netti tagħhom matul dik is-sena.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-rigward tal-aħħar sena tal-perjodu ta’ impenn skont il-Protokoll ta’ Kjoto, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-unitajiet mir-reġistru qabel it-tmiem tal-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji stabbiliti fid-Deċiżjoni 11/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto.

2. Fir-rigward tal-aħħar sena tal-perjodu ta’ impenn skont il-Protokoll ta’ Kjoto, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-unitajiet utilizzati mir-reġistru qabel it-tmiem tal-perjodu addizzjonali għall-issodisfar tal-impenji stabbiliti fid-Deċiżjoni 11/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena (‘is-sena X’), b’dawn li ġejjin:

1. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena (‘is-sena X’), dawn li ġejjin:

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena ('sena X'), il-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, organizzati skont it-tip ta’ gass u skont is-settur. Dawk il-projezzjonijiet għandhom jinkludu estimi kwantitattivi għal sekwenza ta’ 4 snin futuri li jintemmu b’0 jew 5 immedjatament wara s-sena X. Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe politiki u miżuri adottati fil-livell tal-Unjoni u jkunu jinkludu:

1. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw darba kull sentejn lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu tas-sena relevanti ('sena X'), il-projezzjonijiet nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra minn sorsi u tal-assorbiment minn bjar, organizzati skont it-tip ta’ gass u skont is-settur. Dawk il-projezzjonijiet għandhom jinkludu estimi kwantitattivi għal sekwenza ta’ 4 snin futuri li jintemmu b’0 jew 5 immedjatament wara s-sena X. Il-projezzjonijiet nazzjonali għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni kwalunkwe politiki u miżuri adottati fil-livell tal-Unjoni u jkunu jinkludu:

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, informazzjoni dwar l-azzjonijiet implimentati jew ippjanati tagħhom sabiex jadattaw għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari, dwar l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali ta’ adattament u dwar il-miżuri ta’ adattament. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-allokazzjoni baġitarja skont is-settur tal-politika u, għal kull miżura ta’ adattament, l-objettiv prinċipali, it-tip ta’ strument, l-istatus tal-implimentazzjoni u l-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (bħal għargħar, żieda fil-livell tal-baħar, temperaturi estremi, nixfiet u avvenimenti ta’ temp estremi).

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw darba kull sentejn lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu tas-sena relevanti, informazzjoni dwar l-azzjonijiet implimentati jew ippjanati tagħhom sabiex jadattaw għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari, dwar l-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali ta’ adattament u dwar il-miżuri ta’ adattament. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-allokazzjoni baġitarja skont is-settur tal-politika u, għal kull miżura ta’ adattament, l-objettiv prinċipali, it-tip ta’ strument, l-istatus tal-implimentazzjoni u l-kategorija tal-impatt tat-tibdil fil-klima (bħal għargħar, żieda fil-livell tal-baħar, temperaturi estremi, nixfiet u avvenimenti ta’ temp estremi).

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi tal-aħjar dejta disponibbli, jirrapportaw lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena ('sena X'):

L-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi tal-aħjar dejta disponibbli, jirrapportaw darba kull sentejn lill-Kummissjoni, sal-15 ta’ Marzu tas-sena relevanti ('sena X'):

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - punt a - punt iv

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima sabiex jadattaw għal dawk l-effetti tat-tibdil fil-klima;

(iv) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp li huma partikolarment vulnerabbli għall-effetti tat-tibdil fil-klima sabiex jadattaw għal dawk l-effetti tat-tibdil fil-klima, li tispeċifika l-pajjiż benefiċjarju, is-settur u t-tip ta' attività;

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - punt a - punt v

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra;

(v) informazzjoni dettaljata dwar l-għajnuna pprovduta kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mis-settur privat, skont kif xieraq, lill-pajjiżi fil-fażi ta' żvilupp sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, li tispeċifika l-pajjiż benefiċjarju, is-settur u t-tip ta' attività;

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u informazzjoni dwar kif il-politika tax-xiri tagħhom issaħħaħ il-kisba ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima.

(d) l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u informazzjoni dwar kif il-politika tax-xiri tagħhom issaħħaħ il-kisba ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima. Fil-każ ta' attivitajiet ta' proġetti għall-produzzjoni ta' enerġija idroelettrika b'kapaċità ta' ġenerazzjoni li taqbeż l-20MW, l-Istati Membri għandhom iressqu informazzjoni dwar kif, meta jiġu biex japprovaw tali attivitajiet ta' proġetti, ikunu żguraw li l-kriterji u l-linji gwida internazzjonali relevanti, b'mod partikolari l-Protokoll għall-valutazzjoni tas-Sostenibilità tal-Idroenerġija tal-2010, se jiġu rispettati matul l-iżvilupp ta' tali attivitajiet marbutin mal-proġetti.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-mira klimatika fit-tul u trajettorju kosteffikaċi, inklużi stadji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali għall-2030 u l-2040;

 

 

 

 

PROĊEDURA

 

Titolu

Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni

Referenzi

COM(2011)0789 – C7-0433/2011 – 2011/0372(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

30.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Takis Hadjigeorgiou

15.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Vicky Ford, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Philippe Lamberts, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu, Françoise Grossetête, Takis Hadjigeorgiou, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Bernd Lange, Werner Langen, Zofija Mazej Kukovič, Silvia-Adriana Ţicău, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anne E. Jensen, Nicole Kiil-Nielsen, Norica Nicolai

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni

Referenzi

COM(2011)0789 – C7-0433/2011 – 2011/0372(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

19.1.2012

ITRE

30.11.2011

TRAN

30.11.2011

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

TRAN

19.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Bas Eickhout

25.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.3.2012

25.4.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Martin Callanan, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Gaston Franco, James Nicholson, Eva Ortiz Vilella, Vittorio Prodi, Britta Reimers, Michèle Rivasi, Alda Sousa, Bart Staes, Marita Ulvskog, Andrea Zanoni

Data tat-tressiq

6.6.2012

 

 

[1]   Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
[2]   ĠU …