Dokument ta' sessjoni
6.6.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( COM(2011)0451 – C7‑0205/2011 – 2011/0196(COD) )
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 78
PROĊEDURA 82
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( COM(2011)0451 – C7‑0205/2011 – 2011/0196(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0451 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0205/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011[1],
– wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A7‑0195/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| - wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-5 ta’ Ottubru 20111, |
| __________________ |
| 1 Għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-eżenzjonijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, u jonqos il-piż amministrattiv fuq l-impriżi tat-trasport filwaqt li jiġu rispettati l-għanijiet ta’ dak ir-Regolament, id-distanzi massimi permissibbli stabbiliti fl-Artikoli 13(d), (f) u (p) tiegħu għandhom jiġu riveduti. | (4) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-eżenzjonijiet differenti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006, biex jonqos il-piż amministrattiv fuq l-impriżi tat-trasport, biex jiġi żgurat li l-apparat ta' reġistrazzjoni jiżviluppa skont il-prattika fil-qasam, filwaqt li jiġu rispettati l-għanijiet ta’ dak ir-Regolament, id-distanzi massimi permissibbli stabbiliti fl-Artikoli 13(d), (f) u (p) tiegħu għandhom jiġu riveduti. |
Ġustifikazzjoni
B'din l-emenda għandhom jerġgħu jiġu ċċarati l-għanijiet ta' din ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-apparat ta' reġistrazzjoni. F'dan ir-rigward huwa partikolarment importanti li l-iżvilupp ulterjuri tal-apparat ta' reġistrazzjoni iżomm il-pass mal-prattika fil-qasam.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tat-trasport bit-triq u jingħata messaġġ ċar lis-sewwieqa u lill-impriżi tat-trasport, l-ogħla kategorija ta’ sanzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu imposti fuq ksur ‘serju ħafna’ (kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq), mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. | (16) Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq intern tat-trasport bit-triq u jingħata messaġġ ċar lis-sewwieqa u lill-impriżi tat-trasport, id-definizzjoni ta’ ksur serju ħafna kontra dan ir-Regolament għandha tkun armonizzata u tkun torbot fin-natura tagħha u l-ogħla kategorija ta’ sanzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu imposti fuq ksur ‘serju ħafna’ (kif definit fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/5/KE tat-30 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u (KEE) Nru 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq), mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. Għandhom isiru wkoll sforzi biex jiġi żgurat li l-pieni imposti għal kwalunkwe ksur ikunu dejjem ‘effettivi, proporzjonati u dissważivi’. B'mod partikolari għandhom jittieħdu passi konkreti biex tiġi eliminata l-prattika ta’ multi għoljin wisq għal ksur minuri. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (16a) Regoli differenti għall-kalkolu tal-ħin tas-sewqan ta' kuljum iwasslu għal nuqqas ta' uniformità fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 u joħolqu inċertezza legali għas-sewwieqa u għall-impriżi tat-trasport fit-trasport transkonfinali. Fl-interess ta' implimentazzjoni ċara, effettiva, proporzjonali u uniformi tar-regoli tas-sigurtà soċjali fir-rigward tat-trasport bit-triq huwa indispensabbli li l-awtoritajiet tal-Istati Membri japplikaw ir-regoli b'mod uniformi. |
Ġustifikazzjoni
Bid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tas-7.6.2011 ( COM(2011)3759 ) il-Kummissjoni nnutat ukoll il-problema ta' interpretazzjonijiet differenti għall-kalkoli tal-ħinijiet tas-sewqan ta' kuljum, u għamlet rakkomandazzjoni. L-implimentazzjoni uniformi tar-Regolament dwar il-ħinijiet ta' sewqan u mistrieħ u tal-leġiżlazzjoni għall-apparat ta’ reġistrazzjoni fl-Istati Membri hija l-uniku mod kif tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u kif jingħata benefiċċju għas-suq uniku Ewropew.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Permezz tal-adattamenti tal-ftehim Ewropew li jikkonċerna x-xogħol ta’ ekwipaġġi ta’ vetturi impenjati fit-trasport bit-triq internazzjonali, iffirmat f’Ġinevra fl-1 ta’ Lulju 1970, inklużi s-sitt emendi tiegħu, depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AETR), l-użu tal-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB sar obbligatorju fir-rigward ta’ vetturi rreġistrati f’pajjiżi terzi tal-viċinat. Minħabba li dawn il-pajjiżi huma affettwati direttament mill-bidliet fl-apparat ta’ reġistrazzjoni introdotti mir-Regolament preżenti, dawn għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu dwar kwistjonijiet tekniċi. Għalhekk għandu jiġi stabbilit Forum dwar it-Takografi. | (17) Permezz tal-adattamenti tal-ftehim Ewropew li jikkonċerna x-xogħol ta’ ekwipaġġi ta’ vetturi impenjati fit-trasport bit-triq internazzjonali, iffirmat f’Ġinevra fl-1 ta’ Lulju 1970, inklużi s-sitt emendi tiegħu, depożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AETR), l-użu tat-takografi diġitali sar obbligatorju fir-rigward ta’ vetturi rreġistrati f’pajjiżi terzi tal-viċinat. Minħabba li dawn il-pajjiżi huma affettwati direttament mill-bidliet fl-apparat ta’ reġistrazzjoni introdotti mir-Regolament preżenti, dawn għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu dwar kwistjonijiet tekniċi u dwar it-twaqqif ta’ sistema elettronika unika għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-kards tas-sewwieqa. Għalhekk għandu jiġi stabbilit Forum dwar it-Takografi. |
| (Din l-emenda (“takografu diġitali" tieħu post “apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB”) tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti korrispondenti fit-test kollu.) |
Ġustifikazzjoni
Jekk ċittadin ta’ pajjiż terz japplika għal kard tas-sewwieq, jeħtieġ li jiġi vverifikat li l-persuna kkonċernata ma tkunx diġà rċeviet kard diġitali. Il-kwistjoni tal-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri tal-AETR dwar il-kards tas-sewwieqa għaldaqstant teħtieġ tkun solvuta bil-ħolqien ta’ sistema unika. Bħalissa, f’każijiet li fihom ċittadin ta’ pajjiż terz japplika għal kard tad-takografu diġitali, huwa possibbli li tintalab informazzjoni biss permezz ta’ kuntatti bilaterali mal-pajjiż ikkonċernat, u din hija proċedura li tieħu ammonti kbar ta’ ħin u riżorsi.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| It-trasport ta' passiġġieri u oġġetti jsir taħt klawżoli u kundizzjonijiet differenti ferm. Għaldaqstant, għandha tiġi ppreżentata mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard mill-aħħar tal-2013, reviżjoni tal-obbligu li jsir użu mit-takografu kif ukoll tar-Regolamenti dwar il-ħinijiet tas-sewqan u l-mistrieħ għat-trasport b'kowċis. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21b) Standards u speċifikazzjonijiet għandhom jiġu elaborati bħala standards miftuħin, li jippermettu l-integrazzjoni ta' funzjonalitajiet oħra bħal apparat tar-reġistrazzjoni ta' aċċidenti u sejħa ta’ emerġenza lill-112, wara eżami mill-Kummissjoni, fl-istess apparat. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) It-titolu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej: |
| “Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar takografi għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill” |
| (Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti korrispondenti fit-test kollu.) |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda intiża biex tintroduċi bidla terminoloġika fir-Regolament sabiex l-użu tat-terminu jkun konsistenti kemm ma’ atti oħra diġà fis-seħħ fl-istess qasam, li jużaw il-kelma takografu, u mal-użu komuni tiegħu f’lingwaġġ komuni u tekniku.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Chapter I – title
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Prinċipji u ambitu | Prinċipji, ambitu u rekwiżiti |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur iqis importanti ħafna li fit-test tar-Regolament jiddaħħlu l-prinċipji u r-rekwiżiti essenzjali li t-takografi għandhom jikkonformaw magħhom. Fil-preżent ħafna minnhom huma stabbiliti biss fl-Annessi, li ma tressqux għal kunsiderazzjoni ma’ din il-proposta. L-annessi għandhom jinkludu biss aktar tagħrif dettaljat fir-rigward ta’ dawn il-prinċipji u r-rekwiżiti bażiċi, li għandhom ikunu fit-test tar-Regolament biex il-Parlament ikun jista’ jiddiskutihom matul il-proċedura ta’ kodeċiżjoni.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 1 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Suġġett u prinċipju | Suġġett u prinċipji |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar tal-apparat ta’ reġistrazzjoni użat fit-trasport bit-triq għall-kontroll tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE. | 1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi u r-rekwiżiti fir-rigward tal-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar kif ukoll il-kontroll tat-takografi użati fit-trasport bit-triq għall-kontroll tal-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, id-Direttiva 2002/15/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE. |
Ġustifikazzjoni
Dan ir-Regolament mhux biss jistabbilixxi rekwiżiti iżda wkoll obbligi għall-atturi kollha tas-sistema tat-takografi: impriżi tat-trasport, sewwieqa, ħwienet tax-xogħol, manifatturi, min jinforza, eċċ. Il-kontroll tat-takografu mwettaq minn awtoritajiet ta’ infurzar għandu jkun inkluż fis-suġġett tar-Regolament peress li huwa kapitolu importanti ta’ din il-proposta leġiżlattiva.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li skonthom l-informazzjoni u d-dejta rreġistrata, ipproċessata jew maħżuna bit-takografu kif imsemmi fl-Artikolu 2 jistgħu jintużaw għal skopijiet oħra għajr dawk tal-kontroll tal-konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni
L-użu tat-takografu jinvolvi l-ipproċessar ta’ dejta personali marbuta ma’ sewwieqa professjonali. Skont il-prinċipji li jirregolaw il-qafas legali għall-protezzjoni ta' dejta personali, id-dejta għandha tintuża biss għall-iskop mistqarr u mhux għal skopijiet oħra. Ladarba din il-proposta tippermetti pproċessar ta' dejta bit-takografu li tintuża mill-applikazzjonijiet tal-ITS għal skopijiet oħra għajr dawk tal-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali, din id-dispożizzjoni hija meħtieġa.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) ‘apparat ta’ reġistrazzjoni’ tfisser l-apparat intiż għall-installazzjoni f’vetturi tat-triq għall-wiri, ir-reġistrazzjoni, l-istampar, il-ħżin u l-ħruġ awtomatiku jew semiawtomatiku tad-dettalji tal-moviment ta’ vetturi bħal dawn u ta’ ċerti perjodi tax-xogħol tas-sewwieqa tagħhom; | (a) ‘takografu’ tfisser l-apparat intiż għall-installazzjoni f’vetturi tat-triq għall-wiri, ir-reġistrazzjoni, l-istampar, il-ħżin u l-ħruġ awtomatiku jew semiawtomatiku tad-dettalji tal-moviment ta’ vetturi bħal dawn b’rabta mal-perjodi differenti ta’ żmien li huma parti mill-perjodi ta’ xogħol ta’ kuljum tas-sewwieqa, u ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 30 ta’ dan ir-Regolament; |
Ġustifikazzjoni
Il-takografu mhux biss jirreġistra “ċerti perjodi ta’ xogħol tas-sewwieqa” iżda l-perjodi kollha ta’ attività marbuta mal-istatus tiegħu ta' sewwieq, kif stipulat fl-Artikolu 30 paragrafu 5 tal-proposta. Jirreġistra wkoll dejta marbuta mas-sewwieqa.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) ‘unità ta’ vettura’ tfisser l-apparat ta’ reġistrazzjoni minbarra s-senser tal-moviment u l-kejbils li jikkonnettjaw is-senser tal-moviment. L-unità ta’ vettura tista’ tkun unità waħda jew ħafna unitajiet distribwiti fil-vettura, sakemm din tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ dan ir-Regolament; | (b) ‘unità ta’ vettura’ tfisser it-takografu minbarra s-senser tal-moviment u l-kejbils li jikkonnettjaw is-senser tal-moviment. L-unità ta’ vettura tista’ tkun unità waħda jew ħafna unitajiet distribwiti fil-vettura, sakemm din tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà ta’ dan ir-Regolament; L-unità tal-vettura tinkludi unità tal-ipproċċessar, memorja tad-dejta, arloġġ tal-ħin reali, żewġ mezzi ta' interfaċċja għal smart cards (tas-sewwieq u l-kosewwieq), tagħmir li jistampa, apparat li juri karattri fuq skrin, twissija viżwali, konnettur tal-kalibrazzjoni/downloading, u faċilitajiet għad-dħul tal-inputs tal-utent. |
Ġustifikazzjoni
Dawn huma l-elementi tal-unità tal-vettura skont l-Anness IB. L-inklużi tagħhom fit-test tar-Regolament ittejjeb iċ-ċarezza u l-komprensjoni tat-test tar-Regolament.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) ‘kard tat-takografu’ tfisser kard intelliġenti maħsuba għall-użu mal-apparat ta’ reġistrazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni mit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni tar-rwol tad-detentur tal-kard u t-trasferiment u l-ħżin tad-dejta; | (d) ‘kard tat-takografu’ tfisser kard intelliġenti maħsuba għall-użu mat-takografu li tippermetti l-identifikazzjoni mit-takografu tar-rwol tad-detentur tal-kard, id-drittijiet tiegħu ta’ aċċess għad-dejta u t-trasferiment u l-ħżin tad-dejta; |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(e) ‘formula ta’ reġistrazzjoni’ tfisser formula maħsuba biex taċċetta u żżomm id-dejta reġistrata, li trid titpoġġa fl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I u li fuqha jinkiteb rekord kontinwu tal-informazzjoni li trid tiġi reġistrata; | (e) ‘formula ta’ reġistrazzjoni’ tfisser formula maħsuba biex taċċetta u żżomm id-dejta reġistrata, li trid titpoġġa fit-takografu analogu u li fuqha jinkiteb rekord kontinwu tal-informazzjoni li trid tiġi reġistrata; |
| (Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti korrispondenti fit-test kollu.) |
Ġustifikazzjoni
Referenzi għal “apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness I” għandhom jinftiehmu li huma referenzi għal “takografu analogu”. L-emenda tipproponi li tuża t-terminu takografu flok apparat ta’ reġistrazzjoni sabiex l-użu tat-terminu jsir konsistenti kemm ma’ atti oħra diġà fis-seħħ fil-qasam, li jużaw il-kelma takografu, u mal-użu komuni tiegħu f’lingwaġġ komuni u tekniku.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fa) 'takografu analogu' tfisser takografu li juża formola ta' reġistrazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament; |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fb) 'takografu diġitali' tfisser takografu li juża kard tat-takografu f'konformità ma' dan ir-Regolament; |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) ‘kard tal-kontroll’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil awtorità tal-kontroll nazzjonali kompetenti li tidentifika l-korp tal-kontroll u b’mod mhux obbligatorju l-uffiċjal tal-kontroll u tippermetti aċċess għad-dejta maħżuna fil-memorja tad-dejta jew il-kards personali tas-sewwieq għall-qari, l-istampar u/jew it-tniżżil; | (g) ‘kard tal-kontroll’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil awtorità tal-kontroll nazzjonali kompetenti li tidentifika l-korp tal-kontroll u l-uffiċjal tal-kontroll u tippermetti aċċess għad-dejta maħżuna fil-memorja tad-dejta jew il-kards personali tas-sewwieq u fil-kard tal-ħanut tax-xogħol għall-qari, l-istampar u/jew it-tniżżil; |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jitjieb l-infurzar, l-uffiċjali ta’ kontroll għandu jkollhom aċċess għad-dejta reġistrata u maħżuna mill-kumpaniji u l-ħwienet tax-xogħol.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) ‘kard tal-ħanut tax-xogħol’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil manifattur ta’ apparat tar-reġistrazzjoni, fitter, manifattur tal-vetturi jew ħanut tax-xogħol approvat minn dak l-Istat Membru li tidentifika d-detentur tal-kard u tippermetti l-ittestjar, il-kalibrazzjoni u/jew it-tniżżil tal-apparat ta’ reġistrazzjoni; | (i) ‘kard tal-ħanut tax-xogħol’ tfisser kard tat-takografu maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil persunal maħtur ta' manifattur ta' takografu, fitter, manifattur tal-vetturi jew ħanut tax-xogħol approvat minn dak l-Istat Membru li tidentifika d-detentur tal-kard u tippermetti l-ittestjar, il-kalibrazzjoni u/jew it-tniżżil tat-takografi; |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt j
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(j) ‘perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum’ tfisser il-perjodu li jinkludi l-ħin tas-sewqan, il-perjodi l-oħra kollha tax-xogħol, il-perjodi ta’ disponibbiltà, il-pawżi fix-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ li ma jaqbżux disa’ sigħat. | (j) ‘perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum’ tfisser il-perjodu li jibda fil-ħin li s-sewwieq jattiva t-takografu wara perjodu ta' mistrieħ ta' ġimgħa jew ta' jum, jew, jekk il-perjodu ta’ mistrieħ ta' kuljum jinqasam f'perjodi separati, wara perjodu ta' mistrieħ li jdum mill-inqas disa' sigħat. Huwa jispiċċa fil-bidu ta' perjodu ta' mistrieħ għal jum jew, jekk il-mistrieħ għal jum jinqasam f'perjodi ta’ mistrieħ separati, fil-bidu ta' perjodu ta' mistrieħ li jestendi aktar mill-minimu ta' disa' sigħat konsekuttivi. |
Ġustifikazzjoni
F’konformità mad-definizzjoni ta’ perjodu ta’ xogħol ta’ kuljum skont it-tifsira tar-Regolament 3821/85 ipprovduta mill-qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-394/92.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ja) ‘attivazzjoni’ tfisser fażi fejn it-takografu jsir kompletament operattiv u jimplimenta l-funzjonijiet kollha, inklużi l-funzjonijiet tas-sigurtà; l-attivazzjoni ta' takografu jeħtieġ l-użu ta' kard tal-ħanut tax-xogħol; |
Ġustifikazzjoni
Il-definizzjonijiet tal-proċessi jew l-attivitajiet prinċipali marbuta mal-bini, l-installazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografi, li jiffurmaw parti mis-suġġett ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu definiti fit-test tal-Regolament innifsu u mhux fl-Annessi, sabiex titjieb iċ-ċarezza u l-intelliġibilità tal-grupp ta' obbligi stipulati. L-annessi tar-regolamenti dwar it-takografi, li jammontaw għal aktar minn 200 paġna, għandhom jinkludu biss ir-rekwiżiti dettaljati meħtieġa.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jb) ‘awtentikazzjoni’ tfisser funzjoni maħsuba biex tistabbilixxi u tivverifika l-identità ddikjarata; |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jc (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jc) 'l-awtentiċità' tfisser informazzjoni ġejja minn xi ħadd li l-identità tiegħu tista' tiġi vverifikata; |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jd (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jd) "kalibrazzjoni" tfisser l-aġġornament jew l-ikkonfermar ta' parametri tal-vettura li għandhom jinżammu fil-memorja tad-dejta. Il-parametri tal-vettura jinkludu l-identifikazzjoni u l-karatteristiċi tal-vettura; Il-kalibrazzjoni ta' takografu teħtieġ l-użu ta' kard tal-ħanut tax-xogħol; |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt je (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (je) ‘it-tniżżil tad-dejta’ tfisser l-ikkupjar, flimkien mal-firma diġitali, ta' parti, jew ta' sett komplut ta' fajls tad-dejta li huma maħżuna fil-memorja tad-dejta tal-vettura jew fil-memorja tal-kard tat-takografu, li għalih din id-dejta hija meħtieġa biex tkun stabbilita l-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 561/2006; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jf (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jf) ‘avveniment’ tfisser operazzjoni li nqabdet mit-takografu li tista’ tiġi minn tentattiv ta’ frodi; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jg (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jg) ‘ħsara’ tfisser operazzjoni anormali mikxufa mit-takografu li setgħet irriżultat minħabba li t-tagħmir ħadem ħażin jew ma ħadimx; |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jh (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jh) “installazzjoni” tfisser l-armar tat-takografu ġo vettura; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ji (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ji) "kard mhux valida" tfisser kard li ntgħarfet bħala difettuża, jew li l-awtentikazzjoni inizjali tagħha falliet, jew li l-bidu tad-data tal-validità għadha ma ntlaħqitx, jew li d-data tal-iskadenza għaddiet; |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jj (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jj) “spezzjoni perjodika” tfisser sett ta' operazzjonijiet imwettqa biex ikun hemm kontroll li t-takografu jaħdem kif suppost u li l-issettjar jikkorrispondi mal-parametri tal-vettura; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jk (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jk) “printer”tfisser komponent tat-takografu li jipprovdi kopji stampati tad-dejta maħżuna; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jl (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jl) ‘tiswija’ tfisser kull tiswija ta' sensorju ta' moviment jew ta' unità ta' vettura li jenħtieġ l-iskonnettjar tal-provvista tal-elettriku, jew skonnettjar minn komponenti oħra tat-takografu, jew il-ftuħ tagħha; |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jm (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jm) ‘l-approvazzjoni tat-tip’ tfisser il-proċess biex ikun iċċertifikat, minn Stat Membru, li t-takografu (jew komponent), is-softwer jew il-kard tat-takografiku taħt investigazzjoni jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament; |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jn (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jn) ‘l-identifikazzjoni tal-vettura’ tfisser numri li jiddentifikaw il-vettura: in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura (NRV) bl-indikazzjoni tal-Istat Membru li rreġistraha u n-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura (NIV); |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jo (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jo) ‘interoperabbiltà’ tfisser il-kapaċità tas-sistemi, u tal-proċessi industrijali li dawn is-sistemi jissejsu fuqhom, li jiskambjaw id-dejta u jikkondividu l-informazzjoni u l-konoxxenza; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt jp (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (jp) "interfaċċja" tfisser faċilità bejn sistemi li tipprovdi l-mezzi li bihom jistgħu jikkollegaw u jaġixxu ma' xulxin; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Sal-2020 il-vetturi kollha li mhumiex eżenti mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafi 2 u 3 għandu jkollhom takografu intelliġenti installat skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Madwar 44 % tal-vetturi involuti fit-trasport internazzjonali għandhom ikunu mgħammra b’takografu analoġiku.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3a |
| Rekwiżiti bażiċi |
| 1. It-takografi, il-kards tat-takografi u l-folji ta’ reġistrazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti tekniċi, funzjonali u oħrajn stretti sabiex ikun żgurat li jaqdu l-ħtiġijiet essenzjali stipulati fil-paragrafu 2 u li jiksbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. |
| 2. Biex jippermetti li l-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali applikabbli tkun kontrollata b’mod effiċjenti, it-takografu għandu jkun konformi mar-rekwiżiti essenzjali li ġejjin. Għal dan il-għan għandu: |
| (a) jirreġistra dejta eżatta u affidabbli li hija relatata mal-attività tas-sewwieq u l-vettura; |
| (b) ikun sigur, sabiex tkun garantita l-integrità u l-oriġini tas-sors ta’ dejta rreġistrata u miksuba minn unitajiet tal-vettura, sensuri tal-moviment u kards tat-takografu; |
| (c) ikun interoperabbli; |
| (d) ikun faċli biex jintuża. |
| 3. It-takografu għandu jiġi ddisinjat u użat b'tali mod li jiżgura l-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. |
| 4. It-takografi għandhom jiġu ppożizzjonati fil-vettura b’tali mod li jintlaħqu u jinqraw kompletament mill-pożizzjoni bilqiegħda normali tas-sewwieq, jippermettu lis-sewwieq jaċċessa u jopera b’mod sikur waqt is-sewqan il-funzjonijiet neċessarji mill-pożizzjoni tiegħu bilqiegħda u ma jneħħux l-attenzjoni tas-sewwieq minn fuq it-triq. |
| 5. It-tniżżil tad-dejta għandu jitwettaq b’dewmien minimu għall-intrapriżi tat-trasport jew għas-sewwieqa. |
| 6. It-tniżżil ta’ dejta ma jistax iwassal għal alterazzjoni jew tħassir ta’ dejta. It-tniżżil tal-fajl iddettaljat tal-veloċità mhux bilfors li jkun meħtieġ biex tkun stabbilita l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006, imma madankollu jista' jsir u jintuża għal raġunijiet oħrajn, bħal fl-investigazzjoni ta’ xi inċident. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur iqis importanti ħafna li fit-test tar-Regolament jiddaħħlu l-prinċipji u r-rekwiżiti essenzjali li t-takografi għandhom jikkonformaw magħhom. Fil-preżent ħafna minnhom huma stabbiliti biss fl-Annessi, li ma tressqux għal kunsiderazzjoni ma’ din il-proposta. L-annessi għandhom jinkludu biss aktar tagħrif dettaljat fir-rigward ta’ dawn il-prinċipji u r-rekwiżiti bażiċi, li għandhom ikunu fit-test tar-Regolament biex il-Parlament ikun jista’ jiddiskutihom matul il-proċedura ta’ kodeċiżjoni.
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3b |
| Il-funzjonijiet tat-takografu |
| It-takografu għandu jiżgura l-funzjonijiet li ġejjin: |
| (1) Inserzjoni u rtirar ta' kards ta' monitoraġġ , |
| (2) kejl tal-veloċità u tad-distanza, |
| (3) kejl tal-ħin, |
| (4) monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sewwieq, |
| (5) monitoraġġ tal-istat tas-sewqan, |
| (6) tniżżil manwali tas-sewwieq, |
| (7) tniżżil ta' postijiet fejn jibdew u/jew jispiċċaw perjodi tax-xogħol ta' kuljum , |
| (8) tniżżil manwali tal-attivitajiet tas-sewwieq, |
| (9) tniżżil ta’ kondizzjonijiet speċifiċi, |
| (10) amministrazzjoni tas-serraturi tal-kumpanija, |
| (11) monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontroll, |
| (12) kxif ta' avvenimenti u/jew ħsarat, |
| (13) testijiet mibnija fih u dawk tiegħu stess, |
| (14) qari mill-memorja tad-dejta, |
| (15) reġistrazzjoni u ħżin fil-memorja tad-dejta, |
| (16) qari minn kards tat-takografu, |
| (17) reġistrazzjoni u ħżin fuq kards tat-takografu, |
| (18) it-turija ta' karattri fuq skrin, |
| (19) stampar, |
| (20) twissijiet, |
| (21) tniżżil ta' dejta għal fuq medja esterna, |
| (22) dejta ta' ħruġ għall-apparati esterni addizzjonali, |
| (23) kalibrazzjoni, |
| (24) aġġustament tal-ħin, |
| (25) apparat li juri l-kumplament tal-ħin tas-sewqan, |
| (26) apparat li juri l-ħin tal-pawża li jkun ittieħed. |
Ġustifikazzjoni
Il-funzjonijiet tat-takografu għandhom jiġu stipulati mir-Regolament innifsu. Attwalment jinsabu fl-Annessi, li ma tressqux ma’ din il-Proposta.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 3c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3c |
| Dejta li trid tiġi rreġistrata |
| 1. It-takografu diġitali għandu jirreġistra d-dejta li ġejja: |
| (a) id-distanza vvjaġġata, u l-veloċità tal-vettura; |
| (b) il-kejl tal-ħin; |
| (c) il-pożizzjoni tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta' ħidma ta' kuljum tas-sewwieq u ta’ kull operazzjoni ta’ trasport; |
| (d) l-identità tas-sewwieq; |
| (e) l-attività tas-sewwieq; |
| (f) id-dejta ta' kalibrazzjoni, inkluż l-identità tal-ħanut tax-xogħol; |
| (g) avvenimenti u ħsarat. |
| 2. It-takografu analogu għandu jirreġistra mill-inqas id-dejta msemmija fil-paragrafu 3(a), (b) u (e). |
| 3. L-aċċess għad-dejta miġbura fit-takografu jista’ jingħata f’kull ħin: |
| (a) lill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti għall-verifiki ta’ kontroll, u, |
| (b) lill-impriża tat-trasport rilevanti sabiex tikkonforma mal-obbligi legali tagħha, b’mod partikolari kif stipulat fl-Artikoli 28 u 29. |
| L-aċċess għal dejta li fiha dejta personali għandu jingħata biss wara l-awtorizzazzjoni xierqa f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-ħarsien tad-dejta. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 3d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3d |
| Stampa fuq l-iskrin |
| 1. It-takografu għandu jkun jista’ juri: |
| (a) dejta tal-mankanza, |
| (b) dejta relatata ma' twissijiet, |
| (c) dejta relatata mal-aċċess tal-menu, |
| (d) dejta oħra rikjesta mill-utent f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 3c, |
| (e) informazzjoni relatata mas-sewwieq: |
| - jekk l-attività kurrenti hija QED ISSUQ, il-ħin kurrenti ta' sewqan kontinwu tiegħu u l-ħin kumulattiv kurrenti ta' pawża tiegħu, |
| - jekk l-attività kurrenti tiegħu hija MHUX QED ISSUQ, id-dewmien kurrenti tal-attività (minn meta ntgħażlet) u l-ħin kumulattiv kurrenti ta' pawża tiegħu. |
| 2. Informazzjoni addizzjonali tista' tintwera mit-takografu, basta tingħaraf b'mod ċar mill-informazzjoni meħtieġa hawn fuq. |
| 3. Meta l-ebda informazzjoni oħra ma teħtieġ li tintwera, it-takografu għandu juri, b'mankanza, is-segwenti: |
| - ħin, |
| - mod ta’ tħaddim, |
| - l-attività kurrenti tas-sewwieq u l-attività kurrenti tal-kosewwieq. |
| Il-wiri ta' dejta relatata ma' kull sewwieq għandha tkun ċara, sempliċi u mhux ambigwa. Fil-każ fejn l-informazzjoni relatata mas-sewwieq u mal-kosewwieq ma tistax tintwera fl-istess ħin, it-takografu għandu juri b'mankanza l-informazzjoni relatata mas-sewwieq u għandu jippermetti lill-utent biex juri l-informazzjoni relatata mal-kosewwieq. |
| 4. It-takografu għandu juri informazzjoni ta' twissija skont l-Artikolu 3d. Deskrizzjoni letterali tat-twissija tista' tiżdied ukoll fil-lingwa magħżula tas-sewwieq. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex tkun valutata l-faċilità ta’ użu tat-takografu u r-rwol tiegħu bħala strument li jgħin lis-sewwieqa jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni, l-elementi bażiċi li jridu jintwerew għandhom jiġu inklużi fost ir-rekwiżiti tat-takografu previsti f’dan il-Kapitolu.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 3e (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3e |
| Twissijiet |
| 1. It-takografu għandu jagħti twissija lis-sewwieq meta jinduna b'xi kwalunkwe avveniment u/jew difett. It-takografu għandu jagħti twissija lis-sewwieq 15-il minuta qabel ma jinqabeż il-ħin massimu ta' sewqan kontinwu permess u fil-ħin li dan jinqabeż. |
| 2. It-twissijiet għandhom ikunu viżwali. It-twissijiet viżwali għandhom jintgħarfu b'mod ċar mill-utent, ikunu eżibiti b'mod li s-sewwieq jarahom u għandhom ikunu leġibbli b'mod ċar kemm bi nhar kif ukoll bil-lejl. Twissijiet bis-smigħ jistgħu jingħataw ukoll mat-twissijiet viżwali. |
| 3. Twissijiet għandhom idumu mill-inqas 30 sekonda, sakemm ma jkunx rikonoxxut mill-utent billi jagħfas kwalunkwe buttuna fuq it-takografu. |
| 4. Il-kawża tat-twissija għandha tintwera fuq it-takografu u tibqa' viżibbli sakemm ikun rikonoxxut mill-utent billi juża buttuna jew kmand speċifiku tat-takografu. Twissijiet addizzjonali jistgħu jkunu pprovduti, basta li ma jħawdux lis-sewwieqa fir-relazzjoni ta' dawk definiti qabel. |
Ġustifikazzjoni
Meta titqies l-utilità tat-twissijiet għas-sewwieqa, il-funzjonalitajiet essenzjali tat-twissijiet għandhom jiġu inklużi fit-test tar-Regolament li għandu jiġi diskuss permezz tal-proċedura ta' kodeċiżjoni. Attwalment dawn huma stipulati fl-Anness IB.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 3f (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3f |
| Protezzjoni tad-dejta u privatezza |
| 1. L-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità indipendenti pubblika tal-Istat Membru rilevanti msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE. |
| 2. Id-dejta strettament neċessarja għall-iskop tal-ipproċessar biss għandha tiġi proċessata. |
| 3. L-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-dejta personali reġistrata, proċessata u maħżuna mit-takografu, l-integrità tad-dejta u l-prevenzjoni tal-frodi kif ukoll il-manipulazzjoni illegali ta’ din id-dejta. |
| Miżuri ta’ sigurtà xierqa għandhom jiġu adottati biex jiggarantixxu li d-dejta personali tkun protetta b’mod partikolari fir-rigward ta’: |
| - l-użu ta’ sistema satellitari tan-navigazzjoni globali (GNSS) għar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-lokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4, |
| - l-użu ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 5, |
| - l-użu ta’ takografu b’interfaċċja armonizzata kif imsemmi fl-Artikolu 6, |
| - l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 26, |
| - iż-żamma ta’ rekords mill-impriżi tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 29. |
| 4. Is-sidien tal-vetturi u/jew tal-impriżi tat-trasport għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. |
| 5. Sabiex ikunu promossi l-prattiki tal-protezzjoni tad-dejta tajba, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Artikolu 29 għandhom ikunu parti mill-Forum tat-Takografu previst fl-Artikolu 41 ta’ dan ir-Regolament. |
| 6. Kull skambju ta’ dejta transkonfinali ma’ awtoritajiet ta’ pajjżi terzi fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jeħtieġ l-eżistenza ta’ salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta adegwati biex ikun żgurat li livell adegwat ta’ protezzjoni jkun garantit, f’konformità mal-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva 95/46/KE. |
Ġustifikazzjoni
A reinforced dedicated provision relating to data protection should be included in Chapter I giving the impact that the use of tachographs may have in this field. The proposal lacks clarity and certainty on the modalities of the processing of data, including personal data relating to professional drivers, which are left to a later update of Annex IB of the Regulation. It is important also to include a dedicated paragraph on the level of security to be achieved at all stages of development and use of the tachograph, especially during its use. The Communication from the Commission indicates that a number of third countries apply the principles of the tachograph regulation. In the Proposal there is no indication of any international exchange of tachograph data. This amendment tends to clarify this point.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 3g (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 3g |
| Speċifikazzjonijiet |
| 1. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 39 biex tadotta l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji biex jiġu emendati u ssupplimentati l-Annessi ma’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li t-takografu, il-kards tat-takografu u s-softwer użat mill-uffiċjali tal-kontroll għall-analiżi u l-interpretazzjoni tad-dejta maħżuna fit-takografu jikkonformaw mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fil-Kapitolu I u l-Kapitolu II. |
| 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati msemmija f’paragrafu 1 sentejn wara *. |
| 3. Fejn hu relevanti, u skont il-qasam kopert bl-ispeċifikazzjoni, l-ispeċifikazzjoni tista’ tinkludi waħda jew aktar mit-tipi ta’ dispożizzjonijiet li ġejjin: |
| (a) dispożizzjonijiet funzjonali li jiddeskrivu r-rwoli tad-diversi utenti u l-fluss tal-informazzjoni bejniethom; |
| (b) dispożizzjonijiet tekniċi li jipprevedu li l-mezzi tekniċi jissodisfaw id-dispożizzjonijiet u r-rekwiżiti funzjonali stabbiliti f'dan ir-Regolament; |
| (c) dispożizzjonijiet organizzazzjonali li jiddeskrivu l-obbligi proċedurali tad-diversi partijiet interessati; |
| (d) dispożizzjonijiet ta’ servizz li jiddeskrivu d-diversi livelli ta’ servizzi u l-kontenut tagħhom. |
| 4. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, ikunu bbażati fuq standards u għandhom jiggarantixxu l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà bejn id-diversi verżjonijiet u ġenerazzjonijiet ta’ unitajiet tal-vetturi, kards tat-takografi u tagħmir tal-awtoritajiet tal-infurzar. |
| 5. Fir-rigward tal-prestazzjoni tal-funzjonijiet tat-takografu intelliġenti msemmija fil-Kapitolu II, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinkludu r-rekwiżiti meħtieġa li jiggarantixxu l-akkuratezza u l-affidabilità tad-dejta pprovduta mill-użu ta’ apparti esterni mwaħħal mat-takografu. |
| 6. Kwalunkwe dejta li tista’ tiġi trażmessa jew miġbura ġewwa jew barra mit-takografu, kemm jekk bla fili jew elettronikament, kemm jekk tifforma parti minn rekwiżit legali jew le, għandha tkun fil-forma ta’ protokolli pubblikament disponibbli. |
| 7. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt inkluż analiżi dwar il-benefiċċji tan-nefqa qabel l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-Kapitoli II. |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
The main requirements of the tachograph system should be set out in the text of the Regulation and not in annexes, which should include only more detailed requirements. Their inclusion in the text of the Regulation gives Parliament the opportunity to discuss them during the codecision procedure. The deadline for the specifications is the date given by the Commission in its Communication accompanying the proposal. The Impact Assessment carried out by the Commission lacks precise information about the costs of the new technologies. Therefore a cost benefit analysis prior to the adoption of the specifications is recommended.
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-dejta ta’ lokazzjoni għandha tiġi reġistrata biex tippermetti l-identifikazzjoni tal-post tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum. Għal dak il-fini, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni konness ma’ sistema satellitari tan-navigazzjoni globali (GNSS). | Sabeix tkun faċilitatà l-verifika tal-konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti, il-pożizzjoni tal-post tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu tax-xogħol ta’ kuljum u ta’ kull operazzjoni ta’ trasport għandha tiġi reġistrata b’mod awtomatiku. Għal dak il-fini, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet kif imsemmija f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 3g għandhom ikunu mgħammra b'takografu konness ma’ sistema satelittari tan-navigazzjoni globali (GNSS). |
Ġustifikazzjoni
L-iskop tar-reġistrazzjoni tad-dejta ta' lokazzjoni għandu jitniżżel b'mod espliċitu fl-Artikolu. Ir-reġistrazzjoni għandha ssir awtomatikament biex tiġi evitata kull azzjoni straordinarja speċifika mis-sewwieq. Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta, l-ispeċifikazzjonijiet ikunu lesti sal-31 ta' Diċembru 2014. Wara l-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-industrija teħtieġ tal-anqas sentejn biex tqiegħed il-prodott fis-suq. Għalhekk, il-kummerċjalizzazzjoni tat-takografu ‘intelliġenti’ ġdid tista' sseħħ sal-1 ta’ Jannar 2017.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Fir-rigward tal-konnessjoni tat-takografu ma’ sistema ta’ satellita ta’ navigazzjoni globali (GNSS), kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jsir użu biss minn konnessjonijiet ta’ servizz ta’ lokalizzazzjoni ta’ satellita li jisfruttaw servizz ta’ lokalizzazzjoni bla ħlas. |
| Dejta oħra ta’ lokazzjoni minbarra dik espressa, kull fejn possibbli, f'koordinati ġeografiċi għad-determinazzjoni tal-punti tal-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ ħidma ta’ kuljum skont il-paragrafu 1, m’għandhiex tinħażen fit-takografu. |
Ġustifikazzjoni
Huwa biss l-użu ta' servizz mingħajr ħlas li għandu jkun obbligatorju biex tiġi evitata ż-żieda fil-kost tat-takografu intelliġenti.
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jirrigwardaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati neċessarji li jippermettu l-ipproċessar tad-dejta ta’ lokazzjoni riċevuta mill-GNSS mill-apparat ta’ reġistrazzjoni. | 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jirrigwardaw l-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji li jippermettu l-ipproċessar tad-dejta ta’ lokazzjoni riċevuta mill-GNSS mit-takografu kif stabbilit f'dan l-Artikolu. |
| B'mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin: |
| - għandhom ikunu bbażati fuq l-użu ta' servizz ta' GNSS mingħajr ħlas; |
| - hija biss id-dejta ta' lokazzjoni meħtieġa strettament biex tiġi kkontrollata l-informazzjoni rreġistrata mit-takografu mill-awtoritajiet ta' kontroll li għandha tiġi reġistrata awtomatikament u b'mod obbligatorju; |
| - għandha titwettaq u tkun pubblikament disponibbli valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta qabel l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija f'dan l-Artikolu; |
| - l-użu ta' sinjali awtentikati m'għandux ikun obbligatorju sakemm ma jkunux jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas; |
| L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jistabbilixxu t-tip ta’ avvenimenti li jistgħu jikkawżaw reġistrazzjoni awtomatika ta’ pożizzjoni u s-sitwazzjoni li għaliha għandha tibqa’ possibbli reġistrazzjoni manwali. L-ispeċifikazzjoni għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti differenti għar-riċevitur tal-GNSS dwar jekk huwiex barra t-takografu jew huwiex integrat fih, u jekk ikun barra, kif il-GNSS għandha tiġi kkorrelata ma' dejta oħra dwar il-moviment tal-vettura. |
Ġustifikazzjoni
Il-qafas bażiku tal-użu ta' din it-teknoloġija ġdida għandu jiġi stabbilit bil-proċedura ta' kodeċiżjoni u mhux għalkollox mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Kull użu ieħor tad-dejta ta' lokazzjoni rreġistrata mit-takografu għandu jkun volontarju għal impriżi tat-trasport u għandu jkun konformi mal-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll | Identifikazzjoni mill-bogħod bikrija ta' manipulazzjoni jew użu ħażin possibbli |
Ġustifikazzjoni
Id-dejta li għandha tiġi komunikata għal skopijiet ta’ kontroll għandha tiġi limitata għal dawk il-fatti li jidentifikaw il-manipulazzjoni jew l-użu ħażin tat-takografu.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti, l-apparat ta’ reġistrazzjoni installat fil-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw ma’ dawk l-awtoritajiet waqt li l-vettura tkun miexja. | 1. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti, it-takografu installat fil-vetturi reġistrati għall-ewwel darba 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjonijiet imesmmija f’dan l-Artikolu u l-Artikolu 3g għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw data lil dawk l-awtoritajiet waqt li l-vettura tkun miexja. |
Ġustifikazzjoni
Huwa meqjus li ladarba l-ispeċifikazzjonijiet jiġu ppubblikati, il-manifatturi għandhom bżonn medja ta' sentejn biex iqiegħdu l-prodott il-ġdid fis-suq.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tal-kontroll tagħhom tagħmir ta’ ditezzjoni bikrija mill-bogħod li huwa meħtieġ biex jippermetti l-komunikazzjoni tal-informazzjoni stipulata f’dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni
It-tagħmir tal-awtoritajiet ta' kontroll meħtieġ biex jitwettqu dawn il-kontrolli mill-bogħod għandu jitqies bħala parti mit-tagħmir ta' kontroll xieraq imsemmi fl-Artikolu 39a.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għandha tiġi stabbilita komunikazzjoni mal-apparat ta’ reġistrazzjoni biss meta jkun mitlub mill-apparat tal-awtoritajiet tal-kontroll. Din għandha tkun sigura sabiex jiġu żgurati l-integrità tad-dejta u l-awtentifikazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontroll. | 2. Għandha tiġi stabbilita l-komunikazzjoni tad-dejta, imsemmija fil-paragrafu 1, mat-takografu meta mitlub mill-apparat tal-awtoritajiet ta' kontroll biss. Din għandha tkun sigura sabiex jiġu żgurati l-integrità tad-dejta u l-awtentifikazzjoni tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontroll. L-aċċess għad-dejta kkomunikata għandu jkun ristrett għal dawk awtorizzati biex jinfurzaw biex jiġi kkontrollat il-ksur ta’ dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) 561/2006 u għall-ħwienet tax-xogħol safejn ikun meħtieġ li jiġi vverifikat il-funzjonament tajjeb tat-takografu. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-dejta skambjata matul il-komunikazzjoni għandha tkun limitata għad-dejta neċessarja għall-iskop tal-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq. Id-dejta li tikkonċerna l-identità tas-sewwieq, l-attivitajiet tas-sewwieq u l-veloċità ma għandhiex tiġi komunikata. | 3. Id-dejta skambjata matul il-komunikazzjoni għandha tkun limitata għad-dejta neċessarja għall-iskop tal-kontrolli mmirati fil-ġenb tat-triq. Tali dejta għandha tirrigwarda l-avvenimenti li ġejjin jew dejta rreġistrata mit-takografu: |
| - It-tentattiv ta’ ksur ta’ sigurtà l-aktar riċenti |
| - L-itwal interruzzjoni tal-provvista tal-elettriku |
| - Ħsara fis-senser |
| - Żball f’dejta ta’ moviment |
| - Kunflitt fil-moviment tal-vettura |
| - Sewqan mingħajr kard valida |
| - Introduzzjoni tal-kard waqt is-sewqan |
| - Dejta dwar l-aġġustament tal-ħin |
| - Kalibrazzjoni tad-dejta inkluż id-dati tal-aħħar żewġ kalibrazzjonijiet |
| - Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Vettura |
| Id-dejta li tikkonċerna l-identità u n-nazzjonalità tas-sewwieq ma għandhiex tiġi komunikata. |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta nieqsa miċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali dwar il-modalitajiet tal-ipproċessar tad-dejta. Is-sett ta’ dejta li tista' tiġi kkomunikata għandu jiġi definit fir-Regolament.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Id-dejta skambjata għandha tintuża għall-iskop uniku tal-kontroll tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Din ma għandhiex tiġi trażmessa lil entitajiet minbarra l-awtoritajiet ta’ kontroll. | 4. Id-dejta skambjata għandha tintuża għall-iskop uniku tal-kontroll tal-konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 561/2006. Din ma għandhiex tiġi trażmessa lil entitajiet minbarra l-awtoritajiet ta’ kontroll jew korpi ġudizzjarji matul il-proċedura ġudizzjarja li tkun għadha għaddejja. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Id-dejta tista’ tiġi maħżuna biss mill-awtoritajiet ta’ kontroll għad-dewmien ta’ kontroll fil-ġenb tat-triq, u għandha tiġi mħassra mhux aktar tard minn sagħtejn wara li din tiġi konkluża. | 5. Id-dejta tista’ tiġi maħżuna biss mill-awtoritajiet ta’ kontroll għad-dewmien ta’ kontroll fil-ġenb tat-triq, u għandha tiġi mħassra mhux aktar tard minn sagħtejn wara li tkun ġiet ikkomunikata sakemm id-dejta ma tindikax manipulazzjoni jew użu ħażin possibbli tat-takografu. Jekk matul il-kontroll fil-ġenb tat-triq sussegwenti l-manipulazzjoni jew l-użu ħażin ma jiġix ikkonfermat, id-dejta trażmessa għandha titħassar. Dejta marbuta mal-identifikazzjoni tal-vettura jew ma’ paremtru tekniku li ma fih ebda dejta personali jista’ jintuża mill-awtoritajiet ta’ kontroll għal raġunijiet statistiċi. |
Ġustifikazzjoni
Fil-każ ta’ indikazzjoni ta’ frodi possibbli, l-awtoritajiet ta’ kontroll għandhom ikunu jistgħu jżommu d-dejta kkomunikata bit-takografu sakemmm ikunu jistgħu jwettqu l-kontroll mal-ġenb tat-triq. Jekk il-verifika ma’ tikkonfermax manipulazzjoni jew użu ħażin tat-takografu ma hemm ebda raġuni biex tinżamm id-dejta ladarba l-verifika tkun lesta.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Is-sid jew id-detentur tal-vettura għandu jkun responsabbli li jinforma lis-sewwieq dwar il-possibbiltà ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. | 6. L-impriża tat-trasport li tħaddem il-vettura għandha tkun responsabbli li tinforma lis-sewwieq dwar il-possibbiltà ta’ komunikazzjoni mill-bogħod. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-awtorità tal-kontroll kompetenti, abbażi tad-dejta skambjata, tista’ tiddeċiedi li twettaq kontroll fuq il-vettura u l-apparat ta’ reġistrazzjoni. | 7. F’ebda ċirkostanza l-komunikazzjoni tal-kontroll mill-bogħod tat-tip deskritt f’dan l-Artikolu ma twassal għal multi jew pieni awtomatiċi għas-sewwieq jew l-impriża. L-awtorità tal-kontroll kompetenti, abbażi tad-dejta skambjata, tista’ tiddeċiedi li twettaq kontroll fuq il-vettura u l-apparat ta’ reġistrazzjoni. Ir-riżultat tal-komunikazzjoni mill-bogħod ma għandux iwaqqaf l-awtoritajiet ta’ kontroll mill-jwettqu kontrolli mal-ġenb tat-triq ibbażta fuq is-sistema tal-klassifikazzjoni tar-riskju introdotta mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/22/KE. |
Ġustifikazzjoni
L-għan ta' dan l-artikolu huwa li jippermetti li jitwettqu kontrolli "bażiċi" permezz tal-komunikazzjoni ta' sett limitat ta' parametri sensittivi għal infrastruttura fissa jew mobbli, meta t-trakk ikun miexi. Dan se jgħin biex it-trakkijiet ikunu skrinjati u ffiltrati qabel kontroll, ħaġa li żżid l-effiċjenza tal-kontroll. Anki jekk id-dejta kkomunikata tindika manipulazzjoni possibbli jew użu ħażin tat-takografu se jkun meħtieġ li titwettaq verifika mal-ġenb tat-triq li tikkonferma l-manipulazzjoni jew l-użu ħażin.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 5 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati neċessarji biex jippermettu l-komunikazzjoni mill-bogħod bejn l-apparat ta’ reġistrazzjoni u l-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti stabbiliti f’dan l-Artikolu. | 8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet dettaljati neċessarji biex jippermettu l-komunikazzjoni mill-bogħod bejn it-takografu u l-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti stabbiliti f’dan l-Artikolu. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Hija biss dejta rreġistrata jew prodotta mit-takografu li hi strettament meħtieġa għall-ipproċessar f’applikazzjoni ta’ sistema ta' trasport intelliġenti (ITS) li tista’ tkun aċċessibbli. |
| Dejta rreġistrata jew prodotta mit-takografu tista’ tiġi trasmessa lill-applikazzjonijiet tal-ITS sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati: |
| (a) l-interfaċċja ma taffettwax l-awtentiċità u l-integrità tad-dejta tat-takografu; |
| (b) l-apparat estern konness mal-interfaċċja għandu aċċess għal dejta personali, inkluż dejta ta’ ġeolokalizzazzjoni, wara biss il-kunsens verifikabbli tas-sewwieq li għalih id-dejta hija relatata. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda intiża li tistabbilixxi l-qafas bażiku għall-użu mill-applikazzjonijiet ta' dejta tal-ITS ipproċessata mit-takografu.
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 6 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba [48 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandhom ikunu mgħammra b’apparat ta’ reġistrazzjoni b’interfaċċja armonizzata li tippermetti li d-dejta reġistrata jew prodotta tintuża għall-applikazzjonijiet tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti. | 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi fis-servizz għall-ewwel darba 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-ispeċifikazzjoni tekniċi msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mgħammra b’takografu b’interfaċċja armonizzata li jippermetti li d-dejta reġistrata li għandha tintuża għall-applikazzjonijiet tas-sistemi ta’ trasport intelliġenti. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 6 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw is-supplimentar tal-Anness IB bl-ispeċifikazzjonijiet tal-interfaċċja, id-drittijiet tal-aċċess u l-lista tad-dejta li jista’ jkun hemm aċċess għaliha. | 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 39 li jikkonċernaw l-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet tal-interfaċċja armonizzata, id-drittijiet tal-aċċess u l-lista tad-dejta li jista’ jkun hemm aċċess għaliha. |
| Prijorità għandha tingħata lill-iżvilupp ta’ applikazzjoni tal-ITS armonizzata li tippermetti li s-sewwieqa jinterpretaw id-dejta reġistrata fit-takografu sabiex tgħinhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni soċjali. |
Ġustifikazzjoni
Għandha tkun prijoritarja għall-Kummissjoni li tiżviluppa l-ispeċifikazzjonijiet xierqa biex tippermetti l-użu ta’ applikazzjoni tal-ITS li tipprovdi interpretazzjoni ta’ dejta lis-sewwieqa.
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-manifatturi jew l-aġenti tagħhom għandhom jissottomettu applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip magħżula għal dan l-iskop minn kull Stat Membru. | 1. Il-manifatturi jew l-aġenti tagħhom għandhom jissottomettu applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni, kard tat-takografu, jew softwer li jintuża mill-awtoritajiet tal-kontroll kompetenti biex janalizzaw id-dejta, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip magħżula għal dan l-iskop minn kull Stat Membru, u li l-kundizzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni tagħhom huma rikonoxxuti mill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-ftehim Ewropew ta' għarfien reċiproku SOG-IS. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Kumitat tal-Ġestjoni tal-ftehim SOG-IS qabel ma tittieħed kull deċiżjoni ta’ rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ ċertifikazzjoni ta’ pajjiż terz. |
Ġustifikazzjoni
Is-softwer użat mill-awtoritajiet ta’ kontroll għandhom ikunu tat-tip approvat biex jiggarantixxu l-istess riżultati fl-Ewropa fl-interpretazzjoni tad-dejta biex jinstab ksur tal-leġiżlazzjoni.
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 7 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet magħżula skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet magħżula għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-websajt tagħha. | 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni tal-anqas tliet xhur wara * l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtoritajiet magħżula skont il-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-awtoritajiet magħżula għall-approvazzjoni tat-tip fuq il-websajt tagħha. |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-approvazzjoni tat-tip ta' takografi u ta' kards takografiċi għandhom jinkludu testijiet relatati mas-sigurtà, testijiet funzjonali u testijiet tal-interoperabbiltà. Riżultati pożittivi għal kull wieħed minn dawn it-testijiet għandhom jiġu ċċertifikati kif xieraq. |
Ġustifikazzjoni
L-elementi prinċipali tal-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu stipulati fit-test tar-Regolament u mhux fl-Annessi.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 7 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata mill-ispeċifikazzjonijiet xierqa u miċ-ċertifikati msemmija fit-Taqsima VIII tal-Anness IB. Il-Kummissjoni għandha taħtar l-evalwaturi indipendenti li għandhom jagħtu ċ-ċertifikat tas-sigurtà. | 3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata mill-ispeċifikazzjonijiet xierqa u miċ-ċertifikati tas-sigurtà, funzjonali u tal-interoperabilità. Għandha tipprovdi wkoll tagħrif dwar kif elementi tat-takografu jiġu siġillati. |
Ġustifikazzjoni
Dispożizzjonijiet importanti relatati mal-approvazzjoni tat-tip attwalment stipulati fl-Annessi għar-Regolament għandhom ikunu inklużi fit-test tar-Regolament biex titjieb iċ-ċarezza u ċertezza legali. Informazzjoni dwar is-siġilli hija meħtieġa biex ikun magħruf kif kull element tat-takografu se jkun issiġillat.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà li jiddikjara l-konformità meta mqabbel mal-miri ta' sigurtà għandu jingħata skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Iċ-ċertifikat tas-sigurtà għandu jinħareġ minn korp taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxut mill-Kummissjoni. |
| Ċertifikat funzjonali għandu jinħareġ lill-manifattur biss wara li t-testijiet funzjonali kollha speċifikati skont dan ir-Regolament, li jiċċertifika li l-oġġett ittestjat jissodisfa r-rekwiżiti xierqa f'termini ta' funzjonijiet imwettqa, kejl eżatt u karatteristiċi ambjentali, ikunu għaddew b’suċċess. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ iċ-ċertifikat funzjonali. |
| Ċertifikat tal-interoperabilità jingħata minn laboratorju wieħed bl-awtorità u r-responsabbiltà tal-Kummissjoni. It-testijiet ta’ interoperabilità, li jiċċertifikaw li t-takografi u l-kard tat-takografu huma interoperabbli totalment mat-takografi u mal-mudelli tal-kards tat-tokografi, jitwettqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament . Ebda test ta’ interoperabilità ma għandu jitwettaq mil-laboratorju għal takografu jew kards tat-takografu li ma ngħatawx ċertifikat tas-sigurtà u ċertifikat ta’ funzjonalità, ħlief fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija f'dan ir-Regolament. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 7 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Kull modifika fis-softwer jew ħardwer tat-takografu jew fin-natura tal-materjali użati għall-manifattura tiegħu għandhom, qabel ma jintużaw, jiġu nnotifikati lill-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip għat-tagħmir. Din l-awtorità għandha tikkonferma lill-manifattur l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip, jew tista' tirrikjedi aġġornament jew konferma taċ-ċertifikati rilevanti funzjonali, tas-sigurtà u/jew tal-interoperabilità. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent lil kwalunkwe xorta ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I jew IB, sakemm l-Istat Membru jkun f’pożizzjoni li jikkontrolla li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. | 1. Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-komponent lil kwalunkwe xorta ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu jew softwer għall-interpretazzjoni mill-awtoritajiet ta' kontroll ta' dejta maħżuna mit-takografu li tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f'dan ir-Regolament, sakemm l-Istat Membru jkun f’pożizzjoni li jikkontrolla li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. |
Ġustifikazzjoni
Softwer użat mill-awtoritajiet ta' kontroll fl-Istati Membri għandu jkun tat-tip approvat biex ikunu evitati interpretazzjonijiet differenti ta' dejta li jwasslu għal valutazzjoni differenti dwar il-konformità jew il-ksur.
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 10 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom, fir-rigward ta' kull tip ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formula ta’ reġistrazzjoni jew kard tat-takografu li dawn japprovaw, għandhom jibagħtu fi żmien xahar kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni flimkien ma' kopji tal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra .
| L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandhom, fir-rigward ta' kull tip ta' unità ta’ vettura, senser tal-moviment, mudell tal-formola ta’ reġistrazzjoni, kard tat-takografu jew softwer għall-interpretazzjoni mill-awtoritajiet ta' kontroll ta' dejta maħżuna mit-takografu, li dawn japprovaw, jibagħtu fi żmien xahar kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip flimkien ma' kopji tal-ispeċifikazzjonijiet rilevanti, inkluż informazzjoni dwar is-siġilli, lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra. |
Ġustifikazzjoni
Jidher li, minħabba li s-siġilli għandhom mhumiex standardizzati, hija meħtieġa informazzjoni dwar kif l-elementi tat-takografu għandhom jiġu ssiġillati.
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 15 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-manifatturi għandhom jiddisinjaw, jittestjaw u jirrevedu unitajiet ta’ vettura, sensers tal-moviment jew kards tat-takografu mmanifatturati sabiex jiskopru l-vulnerabbiltajiet li jinqalgħu fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, u jipprevjenu jew jimmitigaw l-isfruttament possibbli tagħhom. | 1. Il-manifatturi għandhom jiddisinjaw, jittestjaw u jirrevedu unitajiet ta’ vettura, sensers tal-moviment jew kards tat-takografu mmanifatturati sabiex jiskopru l-vulnerabbiltajiet li jinqalgħu fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, u jipprevjenu jew jimmitigaw l-isfruttament possibbli tagħhom. Il-frekwenza tat-testijiet għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru li jkun ta ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni, f'limitu ta' żmien li ma għandux jaqbeż is-sentejn. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 15 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Għal dan l-iskop, il-manifatturi għandhom jissottomettu d-dokumentazzjoni xierqa lill-evalwatur indipendenti msemmi fl-Artikolu 7(3) għall-analiżi tal-vulnerabbiltajiet. | 2. Għal dan l-iskop, il-manifatturi għandhom jissottomettu d-dokumentazzjoni xierqa lill-korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3a) għall-analiżi tal-vulnerabbiltajiet. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 15 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Evalwaturi indipendenti għandhom iwettqu testijiet ta’ penetrazzjonijiet fuq l-unitajiet tal-vetturi, is-sensers tal-moviment u l-kards tat-takografi biex jikkonfermaw li l-vulnerabbiltajiet magħrufa ma jistgħux jiġu sfruttati minn individwi fil-pussess ta' għarfien magħruf b'mod pubbliku. | 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-korp taċ-ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3a) għandu jwettaq testijiet ta’ penetrazzjonijiet fuq l-unitajiet tal-vetturi, is-sensers tal-moviment u l-kards tat-takografi biex jikkonfermaw li l-vulnerabbiltajiet magħrufa ma jistgħux jiġu sfruttati minn individwi fil-pussess ta' għarfien magħruf b'mod pubbliku. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Jekk matul it-testijiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 3, jiġu skoperti vulnerabbiltajiet fl-unità tal-vettura, is-sensers tal-moviment jew il-kards tat-takografi, dawn l-elementi ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq. F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip għandu jirtiraha, f'konformità mal-Artikolu 11(2). |
Ġustifikazzjoni
Ir-Rapporteur tqis li dawn id-dispożizzjonijiet jistipulaw obbligi li għandhom jiġu stabbiliti fit-test tar-Regolament u mhux fl-Annessi tiegħu. Dawn isaħħu s-sigurtà tas-sistema tat-takografu billi jistabbilixxu obbligi konkreti għall-manifatturi, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni u l-Istati Membri.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 15 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Meta manifattur jew korp ta’ ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(3a) jidentifika vulnerabilità serja ħafna fl-unità tal-vettura, is-sensers tal-moviment jew il-kards tat-takografi u dawn l-elementi jkunu diġà tqiegħdu fis-suq, il-manifattur jew il-korp ta’ ċertifikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 7(3a) għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru mingħajr dewmien. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 15 – paragrafu 3c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-problema msemmija fil-paragrafu 3b tiġi indirizzata, b'mod partikolari mill-manifattur, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-vulnerabilitajiet misjuba u l-miżuri previsti jew meħuda. |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 17 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-fitters jew il-ħwienet tax-xogħol għandhom jissiġillaw l-apparat ta’ reġistrazzjoni wara li jkunu vverifikaw il-funzjonament tajjeb tiegħu, u b’mod partikolari li l-ebda apparat ta’ manipulazzjoni ma jista’ juża jew ibiddel id-dejta reġistrata. | 2. Il-fitters jew il-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jissiġillaw it-takografu skont l-ispeċifikazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Artikolu 10, wara li jkunu vverifikaw il-funzjonament tajjeb tiegħu, u b’mod partikolari li l-ebda apparat ta’ manipulazzjoni ma jista’ juża jew ibiddel id-dejta reġistrata. |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 17 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Siġill għandu jitneħħa mill-fitters jew mill-ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-paragrafu 1 jew mill-uffiċjali tal-kontroll, jew fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Anness I, it-Taqsima V, il-punt 4 jew fl-Anness IB, it-Taqsima V, il-punt 3. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Artikolu li jindirizza s-siġillar, li jinkorpora dan il-paragrafu, ġie inkluż fl-emenda li ġejja.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 17a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 17a |
| Siġillar |
| 1. Il-parti li ġejja tat-takografu għandha tiġi ssiġillata: |
| – kull konnessjoni li, jekk tkun skonnettjata, tikkawża bidliet li ma jintgħarfux jew telf ta' dejta li ma jkunx jista' jiġi identifikat, |
| – il-plakka tal-installazzjoni, sakemm ma tkunx imwaħħla b'tali mod li ma tkunx tista' titneħħa mingħajr ma l-marki tagħha jinqerdu. |
| 2. Siġill jista’ jitneħħa biss minn fitters jew ħwienet tax-xogħol approvati mill-awtoritajiet kompetenti skont Artikolu 17(1) jew mill-uffiċjali ta' kontroll ċertifikati, jew fiċ-ċirkostanzi deskritti f'dan ir-Regolament. |
| 3. F'kull okkażjoni li dawn is-siġilli jinkisru stqarrija bil-miktub li tagħti r-raġunijiet għal din l-azzjoni għandha tkun ippreparata u ssir disponibbli għall-awtorità kompetenti. |
Ġustifikazzjoni
Is-siġilli huma element importanti ħafna biex jinkixfu każijiet ta' frodi; għaldaqstant dispożizzjoni li tistabbilixxi l-karatteristiċi prinċipali tagħhom għandha tiġi inkluża fit-test tar-Regolament u mhux biss fl-annessi.
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu l-kontrolli minimi li ġejjin: |
| (1) li t-takografu qed jaħdem kif suppost; |
| (2) li t-takografu għandu l-marka tal-approvazzjoni tat-tip; |
| (3) li l-marka tal-installazzjoni hija mwaħħla; |
| (4) li s-siġilli fuq it-takografu u fuq partijiet oħra tal-installazzjoni huma intatti; |
| (5) li ma hemm ebda tagħmir ta’ manipulazzjoni mwaħħal mat-takografu. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-ħsieb li ġġib informazzjoni mhux teknika importanti mill-annessi għat-test tar-Regolament peress li r-Rapporteur tqis li dawn il-kontrolli minimi huma parti mid-definizzjoni ta’ x’għandha tkun ispezzjoni.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 19 – paragrafu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Kontrolli tekniċi mingħajr preavviż tal-fitters jew tal-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu għall-kontroll tal-kalibrazzjonijiet u tal-installazzjonijiet li jkunu twettqu. Dawn il-kontrolli għandhom ikopru mill-anqas 10 % tal-ħwienet tax-xogħol approvati kull sena. | (b) Kontrolli tekniċi mingħajr preavviż tal-fitters jew tal-ħwienet tax-xogħol approvati għandhom jitwettqu għall-kontroll tal-kalibrazzjonijiet u tal-installazzjonijiet li jkunu twettqu. Dawn il-kontrolli għandhom ikopru mill-anqas 20 % tal-ħwienet tax-xogħol approvati kull sena. |
Ġustifikazzjoni
Il-ħwienet tax-xogħol għandhom rwol essenzjali fir-rigward tas-sistema tat-takografi. Peress li jidher li f’ħafna każijiet il-manipulazzjoni tat-takografu mhijiex possibbli mingħajr l-intervent jew il-qbil ta’ ħanut tax-xogħol, il-ħwienet tax-xogħol għandhom jiġu awditjati fi proporzjon akbar.
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 19 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu kunflitti ta’ interess bejn il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol u l-impriżi tat-trasport tat-triq. B’mod partikolari, jekk impriża tat-trasport qed topera wkoll bħala fitter jew ħanut tax-xogħol approvat, din ma għandhiex tkun awtorizzata tinstalla u tikkalibra apparat tar-reġistrazzjoni fil-vetturi tagħha stess. | 4. L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu kunflitti ta’ interess bejn il-fitters u l-ħwienet tax-xogħol u l-impriżi tat-trasport tat-triq. B’mod partikolari, fil-każ ta’ risku serju ta’ kunflitt ta’ interess, għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi addizzjonali biex jiżguraw li l-fitter jew il-ħanut tax-xogħol jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 20 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-kards tal-ħwienet tax-xogħol ma jistgħux jaqbżu aktar minn sena. | 1. Il-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-kards tal-ħwienet tax-xogħol ma jistgħux jaqbżu aktar minn sena. Meta tiġġedded il-kard tal-ħanut tax-xogħol, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-kriterji elenkati fl-Artikolu 19(2) jkunu ssodisfati mill-fitters jew mill-ħanut tax-xogħol. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda għandha l-ħsieb li żżid il-kontrolli fuq l-attivitajiet tal-ħwienet tax-xogħol u, konsegwentament, kemm jistgħu jkunu fdati.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 21 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-kard tas-sewwieq għandha tinħareġ, fuq talba tas-sewwieq, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-sewwieq ikun normalment residenti. Din għandha tinħareġ fi żmien xahar minn meta l-awtorità kompetenti tirċievi t-talba. | 1. Il-kard tas-sewwieq għandha tinħareġ, fuq talba tas-sewwieq, mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn is-sewwieq ikun normalment residenti. Din għandha tinħareġ fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta l-awtorità kompetenti tirċievi t-talba. |
Ġustifikazzjoni
M’hemm l-ebda raġuni għala kwalunkwe kard ta’ sewwieq ma’ tistax tinħareġ fi żmien 15-il ġurnata meta dan jista’ jsir għal tiġdid tal-kards. Id-data ta’ skadenza eżistenti ta’ xahar għall-kards ġodda tirrappreżenta ostakolu mhux neċessarju għad-dritt ta’ sewwieq li jaħdem.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 21 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Kard tas-sewwieq valida ma tistax tiġi rtirata jew sospiża ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jindunaw li l-kard ġiet falsifikata, jew is-sewwieq ikun qiegħed juża kard li huwa mhuwiex id-detentur tagħha, jew li l-kard li jkollu tkun inkisbet bis-saħħa ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti ffalsifikati. Jekk dawn il-miżuri ta' sospensjoni jew ta' rtirar jittieħdu minn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru konċernat, dan tal-ewwel għandu jirritorna l-kard lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha u għandu jindika r-raġunijiet għalfejn qiegħed jirritornaha. | 6. Kard tas-sewwieq valida ma tistax tiġi rtirata jew sospiża ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jindunaw li l-kard ġiet falsifikata, jew is-sewwieq ikun qiegħed juża kard li huwa mhuwiex id-detentur tagħha, jew li l-kard li jkollu tkun inkisbet bis-saħħa ta' dikjarazzjonijiet foloz u/jew dokumenti ffalsifikati. Jekk dawn il-miżuri ta' sospensjoni jew ta' rtirar jittieħdu minn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru konċernat, dan tal-ewwel għandu jirritorna l-kard lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha, mill-aktar fis possibbli, u għandu jindika r-raġunijiet għall-irtirar jew is-sospensjoni. |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 26 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- In-numru tal-liċenzja tas-sewqan u l-pajjiż li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan (jekk applikabbli) | - In-numru tal-liċenzja tas-sewqan validu u l-pajjiż li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan (jekk applikabbli) |
Ġustifikazzjoni
Mhuwiex neċessarju li ssir applikazzjoni għal kard tat-takografu ġdida meta tiskadi l-liċenzja tas-sewqan, għalhekk kultant jista’ jiġri li d-dejta fuq il-kard ma tkunx taqbel man-numru tal-identifikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan attwali.
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 26 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi jkunu interkonnessi u aċċessibbli fl-Unjoni kollha. | 2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw li r-reġistri elettroniċi jkunu interkonnessi u aċċessibbli fl-Unjoni kollha, bl-użu tas-Sistema ta’ Messaġġi TACHOnet jew sistema kompatibbli. |
Ġustifikazzjoni
It-TACHOnet hija s-sistema li diġà qed tintuża.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 26 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-uffiċjali tal-kontroll jista’ jkollhom aċċess għar-reġistru elettroniku sabiex jikkontrollow l-istatus tal-kard tas-sewwieq. | 4. L-uffiċjali tal-kontroll għandu jkollhom aċċess għar-reġistru elettroniku sabiex jikkontrollow l-istatus tal-kard tas-sewwieq. |
Ġustifikazzjoni
L-aċċess mill-uffiċjal tal-kontroll għal dan ir-reġistru biex jikkontrolla l-istatus ta’ kard tas-sewwieq huwa element importanti biex tittejjeb l-effiċjenza tal-kontrolli.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-kards tas-sewwieqa għandhom jinħarġu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu sat-18 ta’ Jannar 2018. B’effett mid-19 ta’ Jannar 2018, il-kards tas-sewwieqa għandhom ikunu inkorporati fil-liċenzji tas-sewqan u maħruġa, mġedda, mibdula u ssostitwiti skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE. | Il-kards tas-sewwieqa għandhom jinħarġu skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu. |
| Fi żmien 24 xahar ta *, il-Kummissjoni għandha twettaq Valutazzjoni tal-Impatt dwar il-fattibilità u l-merti li jkunu amalgamati l-kards kollha użati minn sewwieqa professjonali, b’mod partikolari l-kard tas-sewwieq mal-liċenzja tas-sewwieq, sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ frodi li qed iseħħ bħalissa fir-rigward tal-kards. B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha teżamina s-soluzzjonijiet tekniċi kollha li huma disponibbli, il-problemi ta’ kompatibilità tal-kards u l-kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tad-dejta. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew fi żmien 30 xahar ta’ ...*. |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 28 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-impriża tat-trasport, is-sid tal-vettura u s-sewwieq għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett u l-użu xieraq tal-apparat ta’ reġistrazzjoni u l-kard tas-sewwieq fejn sewwieq ikun meħtieġ isuq vettura armata bl-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB. | 1. L-impriża tat-trasport, is-sid tal-vettura u s-sewwieq għandhom jiżguraw il-funzjonament korrett u l-użu xieraq tat-takografu u l-kard tas-sewwieq fejn sewwieq ikun meħtieġ isuq vettura armata b’takografu diġitali. Kull meta jintuża takografu analogu, l-impriża tat-trasport u s-sewwieq għandhom jiżguraw il-funzjonament tajjeb tiegħu u l-użu xieraq tal-folja ta’ reġistrazzjoni. |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 28 – paragrafu 28a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. It-takografu diġitali m’għandux jiġi stabbilit b’mod li jaqleb awtomatikament għal indikazzjoni speċifika meta l-magna jew l-ignition tal-vettura tintefa. Is-sewwieq għandu jkun jista’ jagħżel manwalment kategorija, skont l-attività jew il-mistrieħ tiegħu wara t-tifi. |
Ġustifikazzjoni
Ir-regolament attwali ma jipprovdix dispożizzjoni legali biex tistipula x’għandu jindika t-takografu meta l-magna tal-vettura tintefa. Il-prattika wiesa’ kurrenti hija li t-takografu jaqleb awtomatikament fuq “ break”, mingħajr ma jinfurma lis-sewwieq dwar dan is-setting awtomatiku.
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 29 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) L-impriża tat-trasport għandha |
| (1) tagħti lis-sewwieqa li timpjega jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha t-taħriġ u l-istruzzjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-funzjonament korrett tat-takografi, |
| (2) twettaq kontrolli regolari biex tiżgura li s-sewwieqa li timpjega jew li huma għad-dispożizzjoni tagħha jagħmlu użu tajjeb mit-takografi u; |
| (3) ma tagħti ebda inċentivi diretti jew indiretti lis-sewwieqa li timpjega jew li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha li jistgħu jinkoraġġixxu l-użu ħażin tal-apparat ta’ reġistrazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Ġiet inkluża emenda biex jiġu ċċarati aħjar uħud mill-obbligi tal-impriża lejn l-impjegati tagħha fir-rigward tal-użu tat-takografu.
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 29 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Is-sewwieqa għandhom iressqu l-kards tagħhom għal spezzjonijiet regolari mill-impriżi tat-trasport sabiex tkun kontrollata l-validità tagħhom u tinstab kwalunkwe manipolazzjoni. |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 29 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Impriża tat-trasport għandha tkun responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament imwettaq mis-sewwieqa tal-impriża. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jżommu l-impriżi tat-trasport kompletament responsabbli, l-Istati Membri jistgħu jqisu kwalunkwe prova li l-impriża tat-trasport ma tistax raġonevolment tinżamm responsabbli għall-ksur li jkun sar. | 3. Sewwieqa u impriżi tat-trasport huma responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament. Impriża tat-trasport għandha tkun responsabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament imwettaq mis-sewwieqa tal-impriża jew minn dawk li jkunu għad-dispożizzjoni tagħha. Waqt li Stati Membri jistgħu jżommu l-impriżi tat-trasport kompletament responsabbli, jekk jagħmlu dan l-Istati Membri jistgħu madankollu jqisu kwalunkwe prova li turi li l-impriża tat-trasport ma tistax raġonevolment tinżamm responsabbli għall-ksur li jkun sar. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ġiet proposta biex tiċċara li l-impriżi tat-trasport għandhom ikunu responsabbli mhux biss għall-ksur imwettaq mill-impjegati tagħhom, iżda wkoll għal dak imwettaq minn dawk is-sewwieqa li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom. Din l-emenda għandha l-ħsieb li tevita s-sitwazzjoni fejn kumpanija tat-trasport ma tkunx tista’ tinżamm responsabbli jew għax ma jkunx hemm kuntratt formali mal-kumpanija jew għax is-sewwieq, għalkemm de facto jkun jaħdem għall-kumpanija, ikollu l-kuntratt tiegħu ma’ kumpanija oħra, li tqiegħed lis-sewwieq għad-dispożizzjoni tal-ewwel kumpanija.
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 30 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għal fini ta’ kontroll, il-perjodi ta’ ħin li matulhom ma tiġix irreġistrata attività għandhom jitqiesu bħala mistrieħ jew pawża. Is-sewwieqa mhumiex obbligati jirreġistraw il-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u ta’ kull ġimgħa meta jkunu 'l bogħod mill-vettura. | Għal fini ta’ kontroll, il-perjodi ta’ ħin li matulhom ma tiġix irreġistrata attività għandhom jitqiesu bħala mistrieħ jew pawża. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu fuq is-sewwieqa l-obbligu li jippreżentaw formoli li jiċċertifikaw l-attivitajiet tagħhom meta ma jkunux fil-vettura. |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 30 – paragrafu 7 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Is-sewwieq għandu jdaħħal fl-apparat ta' reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB is-simboli tal-pajjiżi li fihom jibda u jtemm il-perjodu tax-xogħol tiegħu ta' kuljum. Madankollu, Stat Membru jista' jeħtieġ li s-sewwieqa ta' vetturi involuti f'operazzjonijiet ta' trasport fit-territorju tiegħu jżidu aktar speċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż sakemm l-Istat Membru jkun innotifikahom lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998. | 7. Is-sewwieq għandu jdaħħal fit-takografu diġitali s-simboli tal-pajjiżi li fihom jibda u jtemm il-perjodu tax-xogħol tiegħu ta' kuljum. Madankollu, Stat Membru jista' jeħtieġ li s-sewwieqa ta' vetturi involuti f'operazzjonijiet ta' trasport fit-territorju tiegħu jżidu aktar speċifikazzjonijiet ġeografiċi dettaljati mas-simbolu tal-pajjiż sakemm l-Istat Membru jkun innotifikahom lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 1998. |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 32 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Uffiċjal awtorizzat li jispezzjona jista' jivverifika l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 billi janalizza l-formuli ta’ reġistrazzjoni, tad-dejta murija jew stampata li tkun ġiet irreġistrata mill-apparat ta' reġistrazzjoni jew mill-kard tas-sewwieq jew, fin-nuqqas ta' dan, billi janalizza kwalunkwe dokument ieħor ta' appoġġ illi jiġġustifika n-nuqqas ta' konformità ma’ xi disposizzjoni, bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 24(2) u 33(2) ta’ dan ir-Regolament. | 3. Uffiċjal iċċertifikat li jispezzjona jista' jivverifika l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 billi janalizza l-formuli ta’ reġistrazzjoni, tad-dejta murija, stampata jew imniżżla li tkun ġiet irreġistrata mit-takografu jew mill-kard tas-sewwieq jew, fin-nuqqas ta' dan, billi janalizza kwalunkwe dokument ieħor ta' appoġġ illi jiġġustifika n-nuqqas ta' konformità ma’ xi disposizzjoni, bħal dawk stabbiliti fl-Artikoli 24(2) u 33(2) ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 32 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-Kummissjoni għandha twettaq studju tar-reġimi ta’ infurzar fl-Istati Membri kollha, fi żmien 18-il xahar mill-għoti tal-ewwel Ċertifikati tal-Uffiċjali tal-Infurzar, biex tistabbilixxi kemm hemm uffiċjali ċċertifikati f’kull stat. |
| Minn hemm ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena, jippreċiżaw it-taħriġ li rċevew l-uffiċjali, u n-numru ta’ Uffiċjali tal-Infurzar attivi li kisbu ċ-Ċertifikat Ewropew. |
Ġustifikazzjoni
Hemm nuqqas ta’ informazzjoni dwar ir-reġimi tal-infurzar madwar l-UE. Ċerti stati jikkunsidraw l-uffiċjali tal-pulizija kollha bħala uffiċjali tal-infurzar, anke jekk għandhom ftit jew l-ebda taħriġ dwar magni takografiċi. Fi Stati fejn hemm uffiċjali nnominati speċjali, in-numri jvarjaw ħafna. Mingħajr din l-informazzjoni, l-infurzar ta’ dan ir-regolament ma jkunx uniformi.
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Miżuri meħuda minn Stati Membri skont l-Artikolu 37 jistgħu jagħtu setgħa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jipprojbixxu l-użu tal-vettura f'każijiet fejn ħsara jew operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet irranġata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. | Miżuri meħuda minn Stati Membri skont l-Artikolu 37 għandhom jinkludu s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jipprojbixxu l-użu tal-vettura f'każijiet fejn ħsara jew operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet irranġata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. |
Ġustifikazzjoni
Il-mezz ta’ azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti għandu jkun kemm jista’ jkun armonizzat. Il-possibilità li l-vettura tiġi immobilizzata tkun inċentiv għall-impriżi tat-trasport biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom rigward l-użu xieraq tat-takografi.
Emenda 100
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Miżuri meħuda minn Stati Membri skont l-Artikolu 37 jistgħu jagħtu setgħa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jipprojbixxu l-użu tal-vettura f'każijiet fejn ħsara jew operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet irranġata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. | Miżuri meħuda minn Stati Membri skont l-Artikolu 37 jistgħu jagħtu setgħa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jipprojbixxu l-użu tal-vettura f'każijiet fejn ħsara jew operazzjoni difettuża ma tkunx ġiet irranġata skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi. Hawnhekk, il-Kummissjoni għandha tagħmel verifiki ta’ trattament indaqs bejn vetturi nazzjonali u barranin, sabiex teskludi l-inugwaljanza. |
Ġustifikazzjoni
Fil-passat, sewwieqa barranin ġew iddiskrimanti permezz ta' kontrolli mill-awtoritajiet u s-sewwieqa nazzjonali ngħataw vantaġġ. Għalhekk, dan għandu jiġi evitat.
Emenda 101
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Kapitolu VII – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Protezzjoni tad-dejta, infurzar u sanzjonijiet | Infurzar u sanzjonijiet |
Ġustifikazzjoni
L-artikolu dwar il-protezzjoni tad-dejta ddaħħal fil-Kapitolu I, li jittratta r-rekwiżiti u l-prinċipji.
Emenda 102
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 34
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 34 | imħassar |
Protezzjoni ta’ dejta personali |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament jitwettaq skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u taħt is-superviżjoni tal-awtorità indipendenti pubblika tal-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE. |
|
2. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li d-dejta personali tkun protetta fir-rigward ta’: |
|
- l-użu ta’ sistema satellitari tan-navigazzjoni globali (GNSS) għar-reġistrazzjoni tad-dejta tal-lokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4, |
|
- l-użu ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għal skopijiet ta’ kontroll kif imsemmi fl-Artikolu 5, |
|
- l-użu ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni ma’ interfaċċja armonizzata kif imsemmi fl-Artikolu 6, |
|
- l-iskambju elettroniku ta’ informazzjoni fuq il-kards tas-sewwieqa kif imsemmi fl-Artikolu 26, |
|
- iż-żamma ta’ rekords mill-impriżi tat-trasport kif imsemmi fl-Artikolu 29. |
|
3. L-apparat ta’ reġistrazzjoni msemmi fl-Anness IB għandu jkun magħmul f’mod li jiżgura l-privatezza. Id-dejta strettament neċessarja għall-iskop tal-ipproċessar biss għandha tiġi proċessata. |
|
4. Is-sidien tal-vetturi u/jew tal-impriżi tat-trasport għandhom jikkonformaw, fejn applikabbli, mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. |
|
Ġustifikazzjoni
Meta jitqies l-impatt li dan ir-Regolament jista’ jkollu fir-rigward tad-dejta personali u l-privatezza, għandu jiddaħħal artikolu speċifiku fil-Kapitolu I, li jittratta l-“prinċipji”, biex tiġi enfasizzata l-importanza tagħhom.
Emenda 103
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 34a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 34a |
| L-uffiċjali tal-kontroll |
| 1. Biex tiġi mmonitorjata kif jixraq il-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu disponibbli biżżejjed tagħmir standard u setgħat legali xierqa għall-uffiċjali kollha ċetifikati tal-kontroll biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari: |
| (a) L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom fil-pussess tagħhom kards ta’ kontroll li jippermettulhom aċċess għad-dejta rreġistrata fit-takografu u fil-kards tat-takografi, inkluża l-kard tal-ħanut tax-xogħol. |
| (b) L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom l-għodod armonizzati u standardizzati u s-softwer tat-tip approvat biex iniżżlu l-fajls tad-dejta tal-unità tal-vettura u l-kards tat-takografu u jkunu jistgħu janalizzaw malajr dawn il-fajls tad-dejta u l-kopji stampati mit-takografu diġitali flimkien mal-folji jew ċarts mit-takografu analogu. |
| 2. Jekk wara li jkunu wettqu kontroll, l-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll isibu biżżejjed provi li jqajmu suspett raġonevoli ta’ frodi, għandu jkollhom is-setgħa li jakkumpanjaw il-vettura sa ħanut tax-xogħol awtorizzat biex jitwettqu aktar testijiet biex jiġi kkontrollat, b’mod partikolari, li t-takografu: |
| (a) jaħdem kif suppost; |
| (b) jirreġistra u jaħżen id-dejta korrettament u; |
| li l-parametri tal-kalibrazzjoni huma korretti. |
| 3. L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandu jkollhom is-setgħa li jagħtu istruzzjonijiet lill-ħwienet tax-xogħol awtorizzati biex iwettqu t-test imsemmi fil-paragafu 2 u testijiet speċifiċi mfassla biex jittestjaw il-preżenza ta’ apparat ta’ manipulazzjoni. Jekk jinstab apparat ta’ manipulazzjoni, it-tagħmir, inkluż l-apparat innifsu, l-unità tal-vettura jew il-komponenti tagħha u l-kard tas-sewwieq jistgħu jitneħħew mill-vettura u jintużaw bħala provi f’konformità mar-regoli nazzjonali tal-proċedura relatati mat-trattament ta’ provi bħal dawn. |
| 4. L-uffiċjali ċċertifikati tal-kontroll għandhom jagħmlu użu mill-possibilità li jiċċekkjaw it-takografi u l-kards tas-sewwieqa li jkunu fil-post matul kontroll tal-uffiċċji tal-impriża. |
| 5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 39 biex tiżviluppa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u funzjonali rigward l-apparat imsemmi fil-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tirreaġixxi għall-fehma ġenerali, espressa b’mod konsistenti mill-Parlament Ewropew (rapport Grosch, rapport Markov, rapport Ranner) u mis-sħab soċjali tat-trasport bit-triq, li huwa importanti ħafna li jkun hemm titjib fl-infurzar tad-dritt Komunitarju rigward l-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq fl-Unjoni. Huwa biss meta l-uffiċjali tal-infurzar ikollhom il-mezzi biex jindirizzaw il-problema li kulma jmur qed tiżdied tar-reati kontra r-regoli Komunitarji li l-Komunità tkun tista’ bir-raġun tistenna riżultati.
Emenda 104
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet biex tistabbilixxi sistema komuni ta' taħriġ tal-uffiċjali ta' kontroll fi żmien 12-il xahar minn ...*. |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 35 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet dwar il-metodoloġija għat-taħriġ tal-bidu u kontinwu tal-uffiċjali ta’ kontroll, inkluż dwar tekniki għall-immirar tat-tekniki u għall-iskoperta ta’ apparat ta’ manipulazzjoni u ta’ frodi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 40(2). | 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta metodoloġija għat-taħriġ tal-bidu u kontinwu tal-uffiċjali ta’ kontroll, inkluż dwar tekniki għall-immirar tat-tekniki u għall-iskoperta ta’ apparat ta’ manipulazzjoni u ta’ frodi. Din il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq linji gwida li jipprovdu interpretazzjoni komuni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament 561/2006/KE biex tiġi garantita analiżi uniformi tad-dejta rreġistrata mit-takografu fl-Istati Membri kollha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40(3). |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 35 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. 24 xahar wara *, l-uffiċjali ta' kontroll għandhom jgħaddu minn eżami biex jiksbu Ċertifikat Ewropew tal-Infurzar. Din iċ-ċertifikazzjoni armonizzata għandha tkun prova li għandhom il-ħiliet xierqa biex iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ kontroll b’mod effiċjenti kif definit f’dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 34a. |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 35 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet dwar ir-rekwiżiti u l-kontenut tal-eżami msemmi fil-paragrafu 3a. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 40(3). |
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali ta' kontroll ikunu mħarrġa kif suppost biex iwettqu l-kompiti tagħhom: Illum il-ġurnata d-differenza fil-livell tat-taħriġ u l-għarfien tal-uffiċjali ta' kontroll tidher kbira wisq.
Emenda 108
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 35 – paragrafu 3c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3c. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kull sentejn rigward in-numru ta' uffiċjali ta' kontroll li jkunu qed jitħarrġu f'kull Stat Membru u li jiksbu ċ-Ċertfikat Ewropew ta' Infurzar. |
Emenda 109
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 35a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 35a |
| Ksur serju ħafna |
| Il-ksur li ġej tal-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament, minħabba n-natura speċjalment gravi tiegħu u l-konsegwenzi possibbli għas-sikurezza fit-toroq, għandu jitqies bħala ksur serju ħafna fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri: |
| 1. Fir-rigward tal-obbligi rigward l-installazzjoni tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni: l-installazzjoni u l-użu ta’ takografu mhux tat-tip approvat; |
| 2. Fir-rigward tal-obbligi li jikkonċernaw l-użu tat-takografi, tal-kard tas-sewwieq jew tal-folja ta’ reġistrazzjoni: |
| (a) l-użu ta’ takografu li ma jikkonformax mal-obbligi relatati mal-ispezzjoni msemmija fl-Artikolu 18; |
| (b) l-użu ta’ takografu li ma jkunx ġie spezzjonat, ikkalibrat jew issiġillat kif jixraq; |
| (c) l-użu ta’ kard tas-sewwieq li ma tkunx valida; |
| (d) impriża li ma żżommx folji ta’ reġistrazzjoni, kopji stampati jew imniżżla; |
| (e) sewwieq li jkollu aktar minn kard waħda valida tas-sewwieq; |
| (f) l-użu ta’ kard tas-sewwieq li ma tkunx il-kard valida tas-sewwieq stess; |
| (g) l-użu ta’ kard tas-sewwieq difettuża jew skaduta; |
| (h) id-dejta rreġistrata jew maħżuna ma tkunx disponibbli għal tal-anqas 365 jum; |
| (i) l-użu ta’ folji jew kards tas-sewwieq maħmuġin jew li tkun saritilhom ħsara u dejta li ma tkunx tista’ tinqara; |
| (j) użu mhux korrett tal-folji ta’ reġistrazzjoni/kards tas-sewwieq; |
| (k) il-folja ta' reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq tintuża biex tkopri perjodu itwal minn dak li hija intenzjonata għalih u tintilef id-dejta; |
| (l) ma jsirx tidħil manwali meta dan ikun meħtieġ; |
| (m) ma jintużawx il-folji ta’ reġistrazzjoni jew kards tas-sewwieqa t-tajbin fl-islott it-tajjeb (multipreżenza). |
| 3. Fir-rigward tal-obbligu li tiddaħħal l-informazzjoni: l-isem u l-kunjom ma jkunux imniżżla fil-folja ta’ reġistrazzjoni. |
| 4. Fir-rigward tal-obbligu li tingħata l-informazzjoni: |
| (a) rifjut li jsir il-kontroll; |
| (b) in-nuqqas mhux ġustifikat ta’ rekords għall-jum attwali; |
| (c) in-nuqqas mhux ġustifikat ta’ rekords għat-28 jum preċedenti; |
| (d) in-nuqqas mhux ġustifikat ta’ rekords tal-kard tas-sewwieq jekk is-sewwieq ikollu waħda; |
| (e) in-nuqqas mhux ġustifikat ta’ rekords manwali u kopji stampati magħmula waqt il-ġimgħa attwali u t-28 jum preċedenti; |
| (f) li wieħed ma jkunx jista’ jipproduċi kard tas-sewwieq; |
| (g) li wieħed ma jkunx jista’ jipproduċi kopji stampati magħmula matul dik il-ġimgħa u matul it-28 jum preċedenti. |
| 5. Diżaggregazzjoni: |
| It-takografu ma jkunx issewwa minn fitter jew ħanut tax-xogħol approvat. |
| 6. Tidħil manwali fuq il-kopji stampati: |
| (a) is-sewwieq ma jkunx immarka l-informazzjoni kollha għall-perjodi ta’ żmien li ma jiġux irreġistrati waqt li t-tagħmir ta’ reġistrazzjoni ma jkunx jista’ jitħaddem jew ikun qed jaħdem ħażin; |
| (b) in-numru tal-kard tas-sewwieq u/jew l-isem u/jew in-numru tal-liċenzja tas-sewqan ma jiddaħħlux fuq il-folja temporanja; |
| (c) it-telf jew is-serq tal-kard tas-sewwieq ma jiġux iddikjarati formalment lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun seħħ it-telf jew is-serq. |
| 7. Fir-rigward tal-frodi: |
| (a) li wieħed jiffalsifika, jissopprimi jew jeqred id-dejta rreġistrata fuq il-folji ta’ reġistrazzjoni, maħżuna fit-takografu jew fuq il-kard tas-sewwieq, jew fuq il-kopji stampati li joħorġu mit-takografu li jirreġistra; |
| (b) il-manipulazzjoni tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni, tal-folja ta’ reġistrazzjoni, tal-kard tas-sewwieq jew tal-kard tal-kumpanija, li jirriżulta fil-falsifikazzjoni tad-dejta u/jew tal-informazzjoni fuq il-kopja stampata; |
| (c) fil-vettura jkun hemm preżenti apparat ta’ manipulazzjoni li jista’ jintuża biex jiffalsifika d-dejta u/jew l-informazzjoni fuq il-kopja stampata. |
(Test tal-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE) | |
Ġustifikazzjoni
Dawn huma l-każijiet ta’ ksur serju ħafna ta’ dan ir-Regolament identifikati mill-Kummissjoni fl-Anness III tad-Direttiva 2006/22/KE. Il-problema b’din il-kategorizzazzjoni hija li mhijiex ta’ natura vinkolanti; tingħata biss bħala linja gwida għall-Istati Membri. L-inklużjoni ta’ kategorizzazzjoni vinkolanti fit-test tar-Regolament innifsu jagħti sinjal ċar dwar l-importanza tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u tkun pass importanti wkoll lejn l-iżgurar taċ-ċertezza legali għall-impriżi u kompetizzjoni aktar ġusta bejn l-impriżi.
Emenda 110
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 36 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fi ħdan il-qafas ta’ din l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jibagħtu lil xulxin regolarment l-informazzjoni l-oħra kollha disponibbli dwar il-ksur ta’ dan ir-Regolament minn fitters u ħwienet tax-xogħol, u kwalunkwe pieni imposti għal ksur bħal dan. | Fi ħdan il-qafas ta’ din l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jibagħtu lil xulxin regolarment l-informazzjoni l-oħra kollha disponibbli dwar il-ksur ta’ dan ir-Regolament minn fitters u ħwienet tax-xogħol, tipi ta' prattiki ta' manipulazzjoni u kwalunkwe pieni imposti għal ksur bħal dan. |
Emenda 111
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 36a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 36a |
| Linja telefonika “hotline” |
| Il-Kummissjoni għandha tinstalla website u numru tat-telefon “hotline” fl-UE kollha li s-sewwieqa jew kwalunkwe parti interessata oħra kkonċernata, li jkunu jixtiequ jirrapportaw frodi li jaqa’ fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, ikunu jistgħu jċemplu bla ħlas u anonimament. |
Ġustifikazzjoni
Il-pulizija fl-Istati Membri kollha jirrapportaw li sewwieqa jċemplulhom biex jitolbu kontrolli, b’mod partikolari meta jkunu għejjiena ħafna iżda jkunu rċevew istruzzjonijiet biex ikomplu jsuqu. L-għajnuna biex tiġi evitata tali attività ttejjeb ħafna s-sikurezza tat-toroq.
Emenda 112
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill Nru 3821/85
Artikolu 37 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Is-sanzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri għal ksur serju ħafna kif definit fid-Direttiva 2009/5/KE għandhom ikunu l-ogħla kategoriji applikabbli fl-Istat Membru għall-ksur tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq. | 3. Is-sanzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri għal ksur serju ħafna kif definit fl-Artikolu 35a ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu l-ogħla kategoriji applikabbli fl-Istat Membru għall-ksur tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport bit-triq. |
Emenda 113
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 39 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 38 għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-[id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. | 2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delegazzjoni tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delegazzjoni ta’ setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 114
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 39 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4, 5, 6 u 38 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. | 3. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. |
Emenda 115
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85
Artikolu 39 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 38 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ (2) xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[ (2) xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 40 | 5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 3g, 4, 5, 6 u 34a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ (2) xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[ (2) xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 40 |
Emenda 116
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 561/2006
Artikolu 13 – paragrafu -1 (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Fl-Artikolu 13 jiddaħħal paragrafu ġdid: |
| -1. L-Istati Membri għandhom jippermettu derogi mill-Artikoli 5 sa 9 għal vetturi u kombinazzjonijiet ta' vetturi li jintużaw għat-trasport ta' materjal, tagħmir jew magni għall-użu tas-sewwieq fl-eżerċizzju tax-xogħol tiegħu, u li jintużaw biss f'distanza ta' 150 km mill-bażi tal-impriża u li jintużaw biss bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma tkunx l-attività ewlenija għas-sewwieq. |
Ġustifikazzjoni
Negozji tas-settur tas-snajja', bejjiegħa tas-suq u impriżi oħra żgħar u medji, li l-attività prinċipali tagħhom ma tkunx tikkonsisti fis-sewqan ta' vetturi tqal tal-merkanzija, iżda madankollu xorta waħda jridu jittrasportaw it-tagħmir tagħhom, għandhom, sakemm dawn isuqu f'distanza ta' 150 km, jiġu eżentati minn dan ir-Regolament. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi applikata fl-Istati Membri kollha u għalhekk għandha tipprovdi ċarezza lil dawk kollha kkonċernati.
Emenda 117
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 2b (ġdid)
Regolament (KE) 561/2006
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1b) Fl-Artikolu 13, paragrafu 1, punt (d), subparagrafu 1, iż-żewġ inċiżi huma sostitwiti b'dan li ġej: "- bl-iskop li jitwasslu oġġetti tal-posta." |
Ġustifikazzjoni
Din l-eċċezzjoni tapplika biss għall-fornituri ta’ servizz universali. Huma biss kumpaniji oħra tat-trasport bħalma huma kumpaniji iżgħar tat-trasport, li jimmaniġġjaw il-konsenja ta’ pakketti bħala sottokuntrattur, li huma affettwati bir-rekwiżit li jiġu rreġistrati l-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi tal-mistrieħ. Dan iwassal għal distorsjoni fil-kompetizzjoni għall-fornituri l-oħra kollha tas-servizzi postali.
Emenda 118
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1c (ġdid)
Regolament (KE) 561/2006
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1c) Fl-Artikolu 13, paragrafu 1, punt (h), il-kliem "mal-manutenzjoni u l-kontroll tat-toroq" huma sostitwiti bil-kliem "mal-kostruzzjoni, manutenzjoni u kontroll tat-toroq". |
Ġustifikazzjoni
Dan jippermetti definizzjoni aktar preċiża għall-vetturi li huma eżentati.
Emenda 119
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1d (ġdid)
Regolament (KE) Nru 561/2006
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt l
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1d) L-Artikolu 13, paragrafu 1, punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej: "vetturi użati għall-ġbir tal-ħalib minn irziezet u/jew t-twassil lura fl-irziezet ta' kontenituri tal-ħalib jew ta' prodotti tal-ħalib intiżi bħala għalf għall-annimali". |
Emenda 120
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt 1e (ġdid)
Regolament (KE) Nru 561/2006
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt q (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1e) Fl-Artikolu 13, paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej: |
| ‘(q) vetturi li jintużaw għat-trasport lejn u minn sit ta' kostruzzjoni għall-provvista u kunsinna ta' materjali tal-bini". |
Ġustifikazzjoni
Għat-trasport lejn u minn sit ta' kostruzzjoni, ir-rispett totali tad-dispożizzjonijiet tal-ħinijiet tas-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ xi kultant ma tkunx possibbli mil-lat prattiku (numru kbir ta' waqfiet qosra, il-vettura jkollha tiċċaqlaq matul il-waqfa fis-sewqan, kunsinna ta' "prodotti li jeħżienu" bħal konkrit u asfalt, eċċ.). Din l-emenda tippermetti lill-Istati Membri jqisu ċ-ċirkostanzi prattiċi speċifiċi li jeżistu fil-qasam tat-trasport minn u lejn sit ta' kostruzzjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Mill-1969, l-Unjoni Ewropea (UE) stabbilixxiet leġiżlazzjoni soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq biex ittejjeb is-sikurezza tat-toroq u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa u biex tiżgura kompetizzjoni ġusta fost il-kumpaniji tat-trasport. Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 jistipula l-ħin massimu armonizzat tas-sewqan għal kull ġurnata u kull ġimgħa u l-perjodi ta' mistrieħ fil-ġimgħa għas-sewwieqa. Dawn ir-regoli japplikaw għas-sewwieqa kollha involuti fit-trasport ta’ merkanzija b’vetturi ta’ massa tat-tagħbija ta’ 3.5 tunnellati u iktar u għal sewwieqa involuti fit-trasport ta’ passiġġieri b’vetturi għal 9 persuni jew iktar.
B’mod parallel, l-UE żviluppat politika komprensiva dwar l-ispezzjonar u l-iċċekkjar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni soċjali tat-trasport bit-triq. Din il-politika tistrieħ fuq żewġ pilastri ewlenin:
- id-Direttiva 2006/22/KE, li tistabbilixxi livell minimu ta’ kontroll mal-ġenb tat-triq u fl-uffiċċji tal-impriżi li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.
- ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament tat-Takografu”.
Il-bażi għall-verifiki mwettqa matul il-kontrolli kif meħtieġa bid-Direttiva 2006/22/KE, fil-prattika hija d-dejta dwar il-ħin tas-sewqan, tax-xogħol u tal-mistrieħ irreġistrati mit-takografu, li għal kull operatur u għal kull sewwieq iridu jkunu jistgħu jiġu fdati, affidabbli u verifikabbli mill-uffiċjali tal-infurzar tal-Istati Membri kollha.
Għalissa, qed jintużaw żewġ tipi ta' apparat ta' reġistrazzjoni. It-takografu analogu ilu jintuża mill-1985 u għadu jintuża f’vetturi rreġistrati qabel l-1 ta’ Mejju 2006. Jirreġistra l-attivitajiet tas-sewwieq (sewqan, mistrieħ/pawża, disponibilità, xogħol ieħor) fuq disk magħmul minn karta tax-xemgħa msejjaħ “folja ta’ reġistrazzjoni”.
It-tieni tip – it-takografu diġitali – ġie introdott permezz tal-Anness IB ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85. Huwa obbligatorju għal vetturi rreġistrati wara l-1 ta’ Mejju 2006. L-attivitajiet tas-sewwieq jiġu rreġistrati u d-dejta tinħażen wara kriptaġġ fit-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u fuq “kard intelliġenti tas-sewwieq” personalizzata.
Ir-Regolament tat-Takografu jistabbilixxi standards tekniċi u r-regoli dwar l-użu, l-approvazzjoni tat-tip, l-installazzjoni u l-ispezzjoni tat-takografi. Għalhekk jintroduċi sensiela ta' obbligi legali għall-manifatturi u l-awtoritajiet iżda anke għall-operaturi tat-trasport u s-sewwieqa. Ir-Regolament u l-annessi tiegħu fihom preskrizzjonijiet dettaljati ħafna dwar it-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u b’mod partikolari dwar it-takografu diġitali. Mill-adozzjoni tiegħu, ġie adattat għall-progress tekniku għaxar darbiet, bl-aħħar darba tkun fl-2009.
Il-problemi tas-sistema attwali
Il-Kummissjoni identifikat żewġ problemi li jeħtieġ jiġu trattati fil-livell tal-UE:
Problema 1: Ir-regoli soċjali għadhom jinkisru ta’ spiss wisq
Skont id-dejta pprovduta mill-Kummissjoni, bħala medja 9 % tal-vetturi kkontrollati jinstabu li qed jiksru r-regoli soċjali. Bejn wieħed u ieħor, kwart minnhom instabu li b'mod partikolari qed jiksru r-regoli tar-Regolament tat-Takografu. Bħala medja, fi kwalunkwe ħin, 45 000 vettura jiksru r-regoli tal-UE dwar it-takografu. In-nuqqas ta’ rispett tal-perjodi minimi ta’ pawża u mistrieħ u tal-ħinijiet massimi ta’ sewqan jista' jwassal għal sewwieqa aktar għajjenin b'riskju potenzjali għas-sikurezza fit-toroq.
Is-sewwieqa professjonali u l-kumpaniji tat-trasport joperaw f’suq frammentat ħafna u f’ambjent kompetittiv aħrax. Il-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni jistgħu jiggwadanjaw vantaġġ kompetittiv imdaqqas billi jqaċċtu l-prezzijiet, peress li l-ispejjeż tal-persunal huma responsabbli għal bejn 30 % u 50 % tal-ispejjeż operattivi totali.
Problema 2: Is-sistema tat-takografu mhijiex effiċjenti biżżejjed
Is-sistema tat-takografu tfasslet u ffunzjonat s’issa primarjament bħala għodda ta’ kontroll, iżda mhux bħala strument li jippermetti li jiġu impjegati inqas ħaddiema. F’dan ir-rigward, hemm lok għal titjib fil-faċilità tal-operazzjoni tat-takografu, speċjalment it-takografu diġitali, u l-funzjonalitajiet addizzjonali tiegħu, biex tiġi ffaċilitata l-ħidma tas-sewwieqa u tiġi appoġġata l-effiċjenza tas-sistema ta’ trasport.
Il-proposta tal-Kummissjoni
F’Lulju 2011 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għar-reviżjoni tar-Regolament tat-Takografu, li jmur lura għall-1985. L-għan tar-reviżjoni huwa li tagħmilha aktar diffiċli li titwettaq frodi, li jiġu infurzati aħjar ir-regoli soċjali u li jitnaqqas il-piż amministrattiv billi jsir użu sħiħ minn teknoloġiji ġodda u jiġi introdott għadd ta' miżuri regolatorji ġodda:
1.- Miżuri li jestendu b’mod sostanzjali l-funzjonalitajiet tat-takografu diġitali, b’mod li jkun hemm tip ġdid ta’ takografi diġitali (imsejħa takografi intelliġenti) li jippermettu l-komunikazzjoni mill-bogħod mit-takografu għal skopijiet ta’ kontroll, ir-reġistrazzjoni awtomatika tal-post eżatt permezz tal-GNSS u l-integrazzjoni tat-takografu diġitali ma’ applikazzjonijiet oħra tas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (STI).
2.- l-amalgamazzjoni tal-funzjonalitajiet tal-kard tas-sewwieq mal-liċenzja tas-sewqan.
3.- Miżuri li jsaħħu l-qafas legali għall-approvazzjoni tal-ħwienet tax-xogħol u l-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess.
4.- Livell minimu ta’ armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet.
5.- Obbligu għall-Istati Membri li jipprovdu taħriġ xieraq lill-uffiċjali tal-kontroll tagħhom responsabbli għall-verifika tal-apparat ta’ reġistrazzjoni.
6.- Miżura biex ċerti vetturi jiġu eżentati mill-obbligu li jużaw it-takografu.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur tagħkom u l-emendi ssuġġeriti
Ir-Rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, taqbel mal-objettivi tagħha u tappoġġa l-punti ewlenin tagħha.
Jiddispjaċiha dwar il-fatt li fir-Regolament attwali l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet huma limitati għad-deskrizzjoni tal-unità tal-vettura bħala kaxxa sewda li tirreġistra d-dejta tal-attività tas-sewwieq. Id-disinn tekniku tal-għodda għat-tniżżil u għall-interpretazzjoni titħalla f’idejn l-Istati Membri. It-takografu mhux maħsub biex jivvaluta jekk hemmx ksur tar-regolament dwar is-sigħat ta' xogħol tas-sewwieq. Huwa maħsub biss biex jirreġistra d-dejta, mhux biex jinterpretaha. Il-konsegwenzi ewlenin ta’ dan il-fatt huma d-differenzi kbar fost l-Istati Membri rigward il-kapaċità u l-effiċjenza tal-istrumenti li jkollu min jinforza għall-kontrolli mal-ġenb tat-triq u fil-kumpaniji u l-limitazzjoni tat-takografu f’dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ b’dejta interpretata, għall-benefiċċju tas-sewwieq, tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali.
Filwaqt li jinżamm dan quddiem għajnejna, żewġ miżuri importanti huma proposti mir-Rapporteur:
- li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta’ applikazzjoni li tipprovdi interpretazzjoni u gwida lis-sewwieqa permezz tal-interfaċċja armonizzata tat-takografu. Ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni tipproponi interpretazzjoni armonizzata tar-Regolament 561/2006 u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex it-takografu jsir mhux biss għodda ta’ kontroll iżda wkoll apparat li jgħin lis-sewwieqa u lill-operaturi tat-trasport jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni;
- li tiddaħħal l-approvazzjoni tat-tip tas-softwer użat mill-uffiċjali tal-kontroll biex jinterpretaw id-dejta maħżuna mit-takografu.
L-emendi l-oħra proposti jikkonċernaw il-punti li ġejjin:
1.- Is-suġġett tar-Regolament: Wara l-proposta li fir-Regolament attwali jiddaħħal Kapitolu VII ġdid dwar l-infurzar u s-sanzjonijiet għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, is-suġġett tar-Regolament propost għandu jinkludi wkoll il-kontroll tat-takografi minbarra l-obbligi u r-rekwiżiti rigward il-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu u l-ittestjar tiegħu.
2.- Ir-rekwiżiti: Fil-Kapitolu I “Prinċipji, ambitu u rekwiżiti”, ġew inklużi artikoli li jistipulaw ir-rekwiżiti essenzjali għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni, l-użu, l-ittestjar u l-kontroll tat-takografu, kif ukoll il-funzjonijiet tat-takografu, id-dejta li għandha tiġi rreġistrata, il-prinċipji dwar id-drittijiet ta’ aċċess u l-protezzjoni tad-dejta biex id-dispożittiv tar-Regolament jipprovdi l-bażi għall-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati.
Iddaħħal artikolu speċifiku fil-Kapitolu I rigward l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu abbozzati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikopru kemm l-aġġornament tar-rekwżiti li attwalment jinsabu fl-Annessi kif ukoll l-iżvilupp tar-rekwiżiti relatati mal-introduzzjoni tat-takografu intelliġenti. Meta tkun qed tabbozza l-ispeċifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-istandards eżistenti rilevanti u toqgħod attenta b’mod speċjali biex tiggarantixxi l-interoperabilità u l-kompatibilità bejn il-verżjonijiet differenti tat-takografi diġitali. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu lesti sal-31 ta’ Diċembru 2014, skont l-iskeda stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ppubblikata mal-proposta leġiżlattiva.
3.- Il-protezzjoni tad-dejta: Wara l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ġew introdotti xi emendi biex jiġu ċċarati l-modalitajiet tal-ipproċessar tad-dejta, inkluża d-dejta li għandha tiġi proċessata mit-takografu u l-ipproċessar tad-dejta personali relatata mas-sewwieqa.
4.- It-takografu intelliġenti: Ir-Rapporteur tappoġġa l-introduzzjoni tat-takografu intelliġenti peress li temmen li se jgħin biex itejjeb l-infurzar tal-leġiżlazzjoni u se jkun mezz biex jitnaqqas il-livell tal-piż amministrattiv relatat mal-obbligi tat-takografu għall-kumpaniji tat-trasport konformi fuq perjodu medju u twil. Barra minn hekk, interfaċċja armonizzata mal-applikazzjonijiet tas-STI għandha tiffaċilita l-integrazzjoni tas-sistemi differenti, u tipprevjeni l-multiplikazzjoni li ma tagħmilx sens tat-tagħmir indipendenti abbord.
Ġew proposti xi emendi għall-artikoli rilevanti biex jiġu ċċarati aktar il-funzjonalitajiet ġodda.
5.- Il-ħwienet tax-xogħol għandhom rwol essenzjali fir-rigward tas-sistema tat-takografi. Ir-Rapporteur tappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li l-impriżi tat-trasport ma jitħallewx jinstallaw u jikkalibraw it-takografi fil-vetturi tagħhom stess. F'din il-perspettiva, ġew inklużi xi dispożizzjonijiet ġodda biex tissaħħaħ l-affidabilità tagħhom.
6.- Ir-responsabilità tal-impriża tat-trasport: Ġiet inkluża emenda biex jiġu ċċarati aħjar uħud mill-obbligi tal-impriża lejn l-impjegati tagħha fir-rigward tal-użu tat-takografu.
7.- L-Infurzar
Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li l-ebda wieħed mill-objettivi tal-proposta mhu se jintlaħaq jekk l-Istati Membri ma jimpenjawx ruħhom li jtejbu l-livell tal-infurzar ta’ dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, bosta miżuri huma meqjusa essenzjali mir-Rapporteur:
- Li jiġi armonizzat it-taħriġ li jingħataw l-uffiċjali tal-kontroll fl-Ewropa kollha u li l-kisba tal-ħiliet tekniċi adegwati tiġi ċċertifikata permezz ta’ eżami.
- Li l-uffiċjali tal-kontroll jingħataw it-tagħmir u s-softwer tat-tip approvat adegwati biex jisfruttaw bl-aħjar mod il-possibilitajiet il-ġodda li se joffri t-takografu intelliġenti għat-titjib tal-kontrolli.
- Kategorizzazzjoni vinkolanti ta’ ksur serju ħafna tar-Regolament tat-Takografu
Sanzjonijiet: Pass ulterjuri fl-armonizzazzjoni proposta mill-Kummissjoni, li tistipula t-tipi ta’ sanzjonijiet li għandhom ikunu parti mill-ogħla livell ta’ sanzjonijiet għall-effett dissważiv tagħhom.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u emenda tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 | |||
Referenzi | COM(2011)0451 – C7-0205/2011 – 2011/0196(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 19.7.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 13.9.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 13.9.2011 | ITRE 13.9.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | EMPL 15.9.2011 | ITRE 5.10.2011 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Silvia-Adriana Ţicău 30.8.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 20.12.2011 | 29.2.2012 | 7.5.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 31.5.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 25 3 12 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Bogusław Liberadzki, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Debora Serracchiani, Laurence J.A.J. Stassen, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Artur Zasada, Roberts Zīle | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Spyros Danellis, Isabelle Durant, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Edit Herczog, Anne E. Jensen | |||
Data tat-tressiq | 7.6.2012 | |||