Dokument ta' sessjoni
14.6.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali
( COM(2011)0560 – C7‑0248/2011 – 2011/0242(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Renate Weber
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta' approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)
|
Emendi għal abbozz ta' att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b'tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta' att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta' kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta' att ma jkunx emenda, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 26
PROĊEDURA 28
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali
( COM(2011)0560 – C7‑0248/2011 – 2011/0242(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0560 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0248/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża, is-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kamra tad-Deputati tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Parlament Portugiż, is-Senat Rumen, il-Parlament Slovakk u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern ( A7-0200/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Il-ħolqien ta' żona li fiha l-moviment ħieles tal-persuni bejn il-fruntieri interni huwa żgurat, hija waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea. F'tali żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, huwa neċessarju li jkun hemm rispons komuni għal sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod serju l-politika pubblika jew is-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar billi jippermetti l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali, mingħajr ma jipperikola l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-persuni. Huwa għalhekk meħtieġ rispons komuni tal-Unjoni, minħabba l-impatt li tali miżuri aħħarija jista' jkollhom fuq il-persuni kollha li għandhom id-dritt li jiċċirkolaw fi ħdan din iż-żona mingħajr il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. | (1) Il-ħolqien ta' żona li fiha l-moviment ħieles tal-persuni bejn il-fruntieri interni huwa żgurat, hija waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea. F'tali żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, huwa neċessarju li jkun hemm rispons komuni għal sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod serju l-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar billi jippermetti l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali, mingħajr ma jipperikola l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-persuni. Huwa għalhekk meħtieġ rispons ikkoordinat, minħabba l-impatt li tali miżuri aħħarija jista' jkollhom fuq il-persuni kollha li għandhom id-dritt li jiċċirkolaw fi ħdan din iż-żona mingħajr il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Il-moviment ħieles fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huwa kisba ewlenija tal-Unjoni. Minħabba li l-moviment ħieles huwa affettwat mill-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, kull deċiżjoni li jsir dan għandha tittieħed fil-livell tal-Unjoni. F'kwalunkwe każ, l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni għandha tkun l-aħħar għażla, għal skop u perjodu ta' żmien strettament limitati, bażata fuq kriterji oġġettivi speċifiċi u fuq valutazzjoni tan-neċessità tagħha li għandha ssir fil-livell tal-Unjoni. F'każijiet fejn theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna jeħtieġ azzjoni immedjata, Stat Membru għandu jkun jista' jintroduċi mill-ġdid il-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni tiegħu għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħamest ijiem, fejn kull estensjoni ta' dan il-perjodu għandha tiġi deċiża fil-livell tal-Unjoni. | (2) Il-moviment ħieles fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huwa kisba ewlenija tal-Unjoni. Minħabba li l-moviment ħieles huwa affettwat mill-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, kull deċiżjoni li jsir dan għandha tkun ikkoordinata. Fi kwalunkwe każ, l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni għandha tkun l-aħħar għażla, għal skop u perjodu ta' żmien strettament limitati, bażata fuq kriterji oġġettivi speċifiċi u fuq valutazzjoni tan-neċessità tagħha li għandha ssir b'mod ikkoordinat. F'każijiet fejn theddid serju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna jeħtieġ azzjoni immedjata, Stat Membru għandu jkun jista' jintroduċi mill-ġdid il-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni tiegħu għal perjodu li ma jaqbiżx l-għaxart ijiem, fejn kull estensjoni ta' dan il-perjodu għandha tiġi deċiża b'mod ikkoordinat. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiż terz jaqsmu l-fruntiera esterna ta' Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn jistgħu jwasslu għal movimenti sekondarji mhux mistennija u sinifikanti ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jinstabu joqogħdu b'mod irregolari fit-territorju ta' Stat Membru ieħor wieħed jew aktar. Meta wieħed iqis in-numru ta' Stati Membri affettwati minn żieda tant sinifikanti u mhux mistennija f'movimenti sekondarji, u l-impatt ġenerali ta' din iż-żieda fuq is-sitwazzjoni migratorja fl-Unjoni jew fi Stat Membru individwali, jista' jitqies neċessarju li temporanjament jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni fejn iċ-ċirkostanzi jkunu tali li jikkostitwixxu theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali. Il-qsim tal-fruntiera esterna minn numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiż terz jista, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġġustifika l-introduzzjoni mill-ġdid immedjata ta' uħud mill-kontrolli fil-fruntieri interni, jekk tali miżura hija meħtieġa biex tissalvagwardja l-politika pubblika jew is-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali minn theddida serja u urġenti. | (5) Il-migrazzjoni u l-qsim ta' fruntieri esterni minn numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bħala tali ma għandux jitqies bħala theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Il-moviment ħieles totali fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni għandu jkun garantit u għandha tkun evitata l-introduzzjoni mill-ġdid min-naħa tal-Istati Membri tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni minħabba raġunijiet politiċi. Abbażi tal-esperjenza miksuba sal-lum fir-rigward tal-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, kemm f'każijiet li jeħtieġ tali miżura bħala reazzjoni temporanja kif ukoll f'każijiet li fihom hija neċessarja azzjoni immedjata. Il-Kummissjoni għandha tfassal tali linji gwida sabiex tiżgura l-implimentazzjoni koerenti tar-regoli ta' Schengen. Dawn il-linji gwida għandhom jagħtu indikaturi ċari biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tat-theddid għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà interna. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) L-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' ċerti kontrolli fil-fruntieri interni tista' tkun ukoll tweġiba għal defiċjenzi serji identifikati fl-evalwazzjonijiet ta' Schengen skont l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, fejn iċ-ċirkostanzi jkunu tali li jikkostitwixxu theddida serja u urġenti għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali. | (6) L-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' ċerti kontrolli fil-fruntieri interni tista' tkun ukoll tweġiba għal nuqqasijiet serji misjuba fil-qafas ta' proċess ta' evalwazzjoni, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen], iżda għandha tkun biss miżura tal-aħħar riżorsa. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) Qabel ma tittieħed xi deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' ċerti kontrolli fil-fruntieri interni, għandha ssir analiżi tal-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal miżuri mmirati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni, inkluż għajnuna mill-korpi tal-Unjoni bħall-Frontex jew il-Europol, u miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju fil-livell nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Barra minn hekk, kull deċiżjoni biex jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni għandha tkun bażata fuq informazzjoni sostanzjata, li tista' tiġi provduta mill-Istat Membru li jitlob l-introduzzjoni, jew li tiġi minn sorsi oħra, inklużi żjarat ta' spezzjoni. | (7) Qabel ma tittieħed xi deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' ċerti kontrolli fil-fruntieri interni, għandha ssir analiżi f'waqtha tal-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal miżuri mmirati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni, inkluż għajnuna mill-korpi tal-Unjoni bħall-Frontex jew il-Europol, u miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju fil-livell nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Barra minn hekk, kull deċiżjoni biex jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni għandha tkun bażata fuq informazzjoni sostanzjata, li tista' tiġi provduta mill-Istati Membri, jew li tiġi minn sorsi oħra, inklużi żjarat ta' spezzjoni. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) F'żona li fiha l-persuni jistgħu jiċċirkolaw liberament, l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni għandha tibqa' l-eċċezzjoni. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7b) Huwa neċessarju li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-inqas darba fis-sena, rapport dwar il-funzjonament taż-żona Schengen. Tali rapport għandu jservi ta' bażi għal dibattitu annwali fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill u għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-gwida u l-kooperazzjoni politika fiż-żona Schengen. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Ħlief f'każijiet ta' urġenza, u fid-dawl tat-termini tal-Artikolu 2(2)(b) (iii) ta' dak ir-Regolament, il-proċedura ta' analiżi hija applikabbli. | (8) Għall-każijiet ta' nuqqasijiet serji identifikati persistenti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen] u sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi u skrutinju demokratiku, għandu jitwaqqaf mekkaniżmu Ewropew għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli temporanji u eċċezzjonali fuq il-frontieri interni. B'dan il-mekkaniżmu, il-Kummisjsoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rakkomandazzjoni li tivvaluta n-neċessità tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni bħala miżura tal-aħħar riżorsa. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom fi żmien xahar wieħed wara li tkun waslitilhom r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, u wara l-Kummissjoni għandha tkun tista' tiddeċiedi fuq l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontroll fuq il-fruntieri interni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Fid-dawl tat-termini tal-Artikolu 2(2)(b)(iii) ta' dak ir-Regolament, il-proċedura ta' analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) Il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet ġustifikati sewwa relatati ma' theddid imminenti għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, dan ikun meħtieġ fuq raġunijiet ta' urġenza. | imħassar |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn f'żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jkun hemm theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid b'eċċezzjoni fil-fruntieri interni kollha jew f'partijiet speċifiċi ta' Stat Membru wieħed jew aktar għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn 30 ġurnata jew għall-perjodu prevedibbli ta' theddid serju jekk il-perjodu jaqbeż it-30 ġurnata. Il-kamp ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li hu strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja. | 1. Fejn f'żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jkun hemm theddid serju u imminenti għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid b'eċċezzjoni fil-fruntieri interni kollha jew f'partijiet speċifiċi ta' Stat Membru wieħed jew aktar għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn 30 ġurnata jew għall-perjodu prevedibbli ta' theddid serju u imminenti jekk il-perjodu jaqbeż it-30 ġurnata. Il-kamp ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni m'għandux jaqbeż dak li hu strettament neċessarju b'risposta għat-theddida serja. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-kontroll fil-fruntieri fil-fruntieri interni jista' jiġi introdott mill-ġdid biss f'konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikoli 24, 25 u 26 ta' dan ir-Regolament. Il-kriterji elenkati fl-Artikolu 23a jridu jiġu kkunsidrati f'kull każ fejn tiġi kontemplata deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. | 2. Il-kontroll fil-fruntieri fil-fruntieri interni jista' jiġi introdott mill-ġdid biss bħala l-aħħar riżorsa, suġġett għal u f'konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikoli 24, 25 u 26. Il-kriterji elenkati fl-Artikolu 23a japplikaw f'kull każ fejn tiġi kontemplata deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Jekk it-theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali tkompli lilhinn mill-perjodu li hu provdut għalih fil-paragrafu 1, il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jistgħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji elenkati fl-Artikolu 23a, jiġu estiżi fuq l-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u, filwaqt li jittieħed kont ta' xi elementi ġodda, għal perjodi sa massimu ta' 30 ġurnata li jistgħu jiġu mġedda. | 3. Jekk it-theddid serju u imminenti għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali tkompli lilhinn mill-perjodu li hu provdut għalih fil-paragrafu 1, il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni jistgħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji elenkati fl-Artikolu 23a u skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 24, jiġu estiżi fuq l-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u, filwaqt li jittieħed kont ta' xi elementi ġodda, għal perjodi sa massimu ta' 30 ġurnata li jistgħu jiġu mġedda. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-perjodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, fuq il-bażi tal-perjodu inizjali skont il-paragrafu 1 u l-estensjonijiet skont il-paragrafu 3, m'għandux jaqbeż is-sitt xhur. F'każijiet fejn ikun hemm nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-kontroll tal-fruntieri esterni jew mal-proċeduri tar-ritorn identifikati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi dan il-perjodu. | 4. Il-perjodu totali li matulu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, fuq il-bażi tal-perjodu inizjali skont il-paragrafu 1 u l-estensjonijiet skont il-paragrafu 3, m'għandux jaqbeż is-sitt xhur. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 26, dan il-perjodu totali jista' jiġi estiż għaż-żmien massimu previst f'dan l-Artikolu. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23a – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Meta tiddeċiedi dwar l-introduzzjoni mill-ġdid b'mod temporanju tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni jew partijiet minnhom, il-Kummissjoni, jew l-Istat Membru konċernat f'każijiet imsemmija fl-Artikolu 25 paragrafu 1, għandhom jevalwaw sa liema grad tali miżura x'aktar li se tirrimedja t-theddid għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, u għandhom jevalwaw il-proporzjonalità ta' dik il-miżura ma' dik it-theddida. Din il-valutazzjoni għandha tkun bażata fuq informazzjoni dettaljata sottomessa mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i) u kull informazzjoni relevanti oħra, inkluż kull informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 2. Fit-tfassil ta' tali valutazzjoni, il-konsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari: | 1. Qabel tieħu deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid b'mod temporanju tal-kontroll tal-fruntieri, u fi kwalunkwe każ esklużivament bħala l-aħħar riżorsa, ma' fruntiera interna waħda jew aktar jew ma' partijiet minnhom, il-Kummissjoni, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 26, jew l-Istat Membru konċernat fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 23 u fl-Artikolu 25(1), għandhom jevalwaw sa liema grad tali miżura x'aktar li se tirrimedja t-theddid għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, u għandhom jevalwaw il-proporzjonalità ta' dik il-miżura ma' dik it-theddida. Din il-valutazzjoni għandha tkun bażata fuq informazzjoni dettaljata sottomessa mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i) u kull informazzjoni relevanti oħra, inkluż kull informazzjoni miksuba skont il-paragrafu 2. Fit-tfassil ta' tali valutazzjoni, il-konsiderazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari: |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23a – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddid għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż wara aċċidenti terroristiċi jew theddid li jkun ġej minn kriminalità organizzata; | (a) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 23 u fl-Artikolu 25(1): |
| (i) l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddid imminenti għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż wara aċċidenti terroristiċi jew theddid li jkun ġej minn kriminalità organizzata; |
| (ii) l-impatt probabbli ta' tali miżura fuq il-moviment ħieles fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni; |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23a – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) id-disponibbiltà ta' miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju li setgħu jiġu jew ġew invokati fil-livell nazzjonali u/jew fil-livell Ewropew, inkluż assistenza minn korpi tal-Unjoni bħall-Frontex, l-EASO jew l-Europol, u safejn tali miżuri x'aktarx se jirrimedjaw b'mod xieraq it-theddid għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali; | (b) fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 26: |
| (i) id-disponibbiltà ta' miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju li setgħu jiġu jew ġew invokati fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali, inkluż assistenza minn korpi tal-Unjoni bħall-Frontex, l-EASO jew l-Europol, u safejn tali miżuri x'aktarx se jirrimedjaw b'mod xieraq it-theddid għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni; |
(c) l-impatt attwali u dak futur probabbli ta' kwalunkwe defiċjenzi serji relatati mal-kontroll tal-fruntieri esterni jew mal-proċeduri tar-ritorn identifikati permezz tal-valutazzjonijiet ta' Schengen f'konformità mar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen; | (ii) l-impatt attwali u dak futur probabbli ta' kwalunkwe nuqqasijiet serji relatati mal-kontroll tal-fruntieri esterni identifikati permezz tal-valutazzjonijiet ta' Schengen f'konformità mar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen; |
| (iii) l-impatt probabbli ta' kwalunkwe theddida imminenti għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna fiż-żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni; |
(d) l-impatt probabbli ta' tali miżura fuq il-moviment ħieles fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni. | (iv) l-impatt probabbli ta' tali miżura fuq il-moviment ħieles fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Qabel ma tieħu deċiżjoni, il-Kummissjoni tista': | 2. Qabel ma tiġi trażmessa rakkomandazzjoni skont l-Artikolu 26, il-Kummissjoni tista': |
(a) titlob lill-Istati Membri, lill-Frontex, lill-Europol, lill-Eurojust, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali jew lil xi korp ieħor tal-Unjoni biex jipprovdulha aktar informazzjoni. | (a) titlob lill-Istati Membri, lill-Frontex, lill-Europol, lill-Eurojust, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali jew lil xi korp ieħor tal-Unjoni biex jipprovdulha aktar informazzjoni. |
(b) twettaq żjarat ta' spezzjoni, bl-appoġġ ta' esperti mill-Istati Membri, u mill-Frontex, il-Europol, jew xi korp relevanti Ewropew, sabiex tikseb jew tivverifika informazzjoni relevanti biex jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. | (b) twettaq żjarat ta' spezzjoni, bl-appoġġ ta' esperti mill-Istati Membri, u mill-Frontex, il-Europol, jew xi korp relevanti Ewropew, sabiex tikseb jew tivverifika informazzjoni relevanti għal rakkomandazzjoni biex jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23a – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Abbażi tal-esperjenza fir-rigward tal-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri, il-Kummissjoni toħroġ linji gwida dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni, kemm fil-każijiet li tinħtieġ tali miżura fuq bażi temporanja kif ukoll fil-każijiet li fihom hija neċessarja azzjoni immedjata. |
| Il-Kummissjoni tfassal tali linji gwida sabiex tiżgura l-implimentazzjoni koerenti tar-regoli ta' Schengen. |
| Dawn il-linji gwida jagħtu indikaturi ċari biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tat-theddid għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà interna. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 23a – paragrafu 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 258 tat-TFUE, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar il-valutazzjoni ex post tal-introduzzjoni mill-ġdid fuq bażi temporanja tal-kontrolli fil-fruntiera ma' fruntiera interna waħda jew aktar jew partijiet minnhom. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn Stat Membru jqis li l-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni għandu jiġi introdott mill-ġdid taħt l-Artikolu 23(1), huwa għandu jissottometti talba lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel l-introduzzjoni pjanata, jew fi żmien perjodu anqas fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn li jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni ma jkunux magħrufa sa qabel sitt ġimgħat qabel l-introduzzjoni pjanata, u għandu jipprovdi l-informazzjoni segwenti: | 1. Fejn Stat Membru jqis li l-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni għandu jiġi introdott mill-ġdid taħt l-Artikolu 23(1), dan jinnotifika lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni f'dan is-sens mhux aktar tard minn sitt ġimgħat qabel l-introduzzjoni pjanata, jew fi żmien perjodu anqas fejn iċ-ċirkostanzi li jwasslu għall-bżonn li jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni ma jkunux magħrufa sa qabel sitt ġimgħat qabel l-introduzzjoni pjanata, u għandu jipprovdi l-informazzjoni segwenti: |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Tali talba tista' tiġi sottomessa wkoll b'mod konġunt minn żewġ Stati Membri jew aktar. | Tali notifiki jistgħu jsiru wkoll b'mod konġunt minn żewġ Stati Membri jew aktar. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 24 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa wkoll lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew fl-istess ħin li ssir it-talba. | 2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa lill-Parlament Ewropew fl-istess ħin. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tista' titlob tagħrif addizzjonali mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i). |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 24 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Wara talba minn Stat Membru skont il-paragrafu 1, jew fuq iniżjattiva tiegħu stess bażata fuq l-informazzjoni speċifikata fit-taqsimiet (a) sa (e) ta' dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 33a (2). | 3. Wara notifika mill-Istat(i) Membru/i li qed jippjana(w) li jintroduċi/u mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri u għall-fini tal-konsultazzjoni prevista fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni toħroġ opinjoni mingħajr ħsara għall-Artikolu 72 tat-TFUE. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 24 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 33a (2). | 4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll l-opinjoni li l-Kummissjoni tista' tagħti skont il-paragrafu 3, ikunu s-suġġett ta' konsultazzjoni, inklużi laqgħat konġunti, bejn l-Istat Membru li jkun qed jippjana li jerġa' jintroduċi l-kontrolli fil-fruntieri interni, l-Istati Membri li x'aktarx jintlaqtu mill-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri, u l-Kummissjoni, bil-ħsieb li tiġi garantita l-kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri u tiġi eżaminata l-proporzjonalità tal-miżuri mal-avvenimenti li jkunu taw lok għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri u t-theddid għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 24 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikati tajjeb ta' urġenza, relatati ma' sitwazzjoni fejn iċ-ċirkostanzi jagħtu lok għall-bżonn li jiġu estiżi il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, f'konformità mal-paragrafu 4, fejn ma jsirux magħrufa sa qabel 10 ijiem qabel l-estensjoni pjanata, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33a (3). | 5. Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 sseħħ mill-inqas 15-il jum qabel id-data li fiha jkun ippjanat li jerġgħu jiġu introdotti l-kontrolli fil-fruntieri interni. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 25 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn ikun hemm theddid serju għall-politika pubblika jew sigurtà interna ta' Stat Membru li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti, l-Istat Membru konċernat jista' b'mod eċċezzjonali u immedjatament jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntiera fil-fruntieri interni għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn ħamest ijiem. | 1. Fejn ikun hemm theddid serju għall-ordni pubbliku jew sigurtà interna ta' Stat Membru li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti, l-Istat Membru konċernat jista' b'mod eċċezzjonali u immedjatament jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntiera fil-fruntieri interni għal perjodu limitat ta' mhux aktar minn għaxart ijiem. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 25 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istat Membru li jerġa' jintroduċi l-kontrolli tal-fruntiera fil-fruntieri interni tiegħu għandu fl-istess ħin jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar dan, u għandu jagħti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 (1) u r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu ta' din il-proċedura. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-Istati Membri l-oħra immedjatament wara li tirċievi n-notifika. | 2. L-Istat Membru li jerġa' jintroduċi l-kontrolli tal-fruntiera fil-fruntieri interni tiegħu għandu fl-istess ħin jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar dan, u għandu jagħti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 24 (1) u r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-użu ta' din il-proċedura. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 25 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Jekk it-theddid serju għall-politika pubblika jew sigurtà nazzjonali interna jdum aktar mill-perjodu li hu provdut għalih fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-estenjoni tal-kontroll tal-fruntiera fil-fruntieri interni. Minħabba l-bżonn li tittieħed azzjoni immedjata wara l-iskadenza tal-perjodu previst fil-paragrafu 1, li jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 33a (3). | 3. Jekk it-theddid serju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna jdum aktar mill-perjodu li hu provdut għalih fil-paragrafu 1, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-kontroll tal-fruntiera fil-fruntieri interni b'kunsiderazzjoni għall-kriterji elenkati fl-Artikolu 23a, inkluża valutazzjoni riveduta tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-miżura u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe elementi ġodda li jistgħu jinqalgħu. |
| L-Artikolu 24(2) u (4) japplikaw f'dan is-sens u l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(4) issir immedjatament wara n-notifika. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 25 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 23(4), il-perjodu totali li matulu jerġgħu jiġu introdotti l-kontrolli fil-fruntieri interni, abbażi tal-perjodu inizjali skont il-paragrafu 1 u l-estensjonijiet skont il-paragrafu 3, ma jaqbiżx ix-xahrejn. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 26 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. F'każijiet fejn il-Kummissjoni ssib li hemm nuqqasijiet serji persisteni relatati mal-kontroll tal-fruntieri esterni jew il-proċeduri tar-ritorn identifikati skont l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, u fejn dawn in-nuqqasijiet jikkostitwixxu theddida serja għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, il-kontroll tal-fruntieri jista' jiġi introdott mill-ġdid għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dan il-perjodu jista' jiġi estiz b'perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur jekk in-nuqqasijiet serji ma jiġux rimedjati. Mhux possibli li jsiru aktar minn tliet estensjonijiet. | 1. F'każijiet fejn il-Kummissjoni ssib li hemm nuqqasijiet serji persisteni relatati mal-kontroll tal-fruntieri esterni identifikati fil-qafas ta' proċess ta' valutazzjoni rigoruż, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen], bħala miżura tal-aħħar riżorsa, u fejn dawn in-nuqqasijiet jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, il-kontroll tal-fruntieri jista' jiġi introdott mill-ġdid għal perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'perjodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur jekk tali nuqqasijiet serji ma jiġux rimedjati. Mhux possibli li jsiru aktar minn tliet estensjonijiet. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 26 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontroll tal-fruntiera fil-fruntieri interni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 33a (2). | 2. Fejn l-ebda miżuri oħra ma huma kapaċi jtaffu b'mod effikaċi t-theddida serja identifikata, il-Kummissjoni tittrażmetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rakkomandazzjoni li tivvaluta l-ħtieġa tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni, bħala l-aħħar riżorsa, biex jitħarsu l-interessi komuni fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom fi żmien xahar wieħed wara li tkun waslitilhom ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, u wara l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi fuq l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Tali att ta' implimentazzjoni jiġi adottat skont il-proċedura tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 33a (2). |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 26 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 33a (2). | 3. Il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda estensjoni suġġetta għall-istess kundizzjonijiet u skont l-istess proċeduri preskritti fil-paragrafi 1 u 2. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 1
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 26 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikati tajjeb ta' urġenza, relatati ma' sitwazzjoni fejn iċ-ċirkostanzi jagħtu lok għall-bżonn li jiġu estiżi il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, f'konformità mal-paragrafu 3, fejn ma jsirux magħrufa sa qabel 10 ijiem qabel l-estensjoni pjanata, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33a (3). | 4. Jekk ikun hemm raġunijiet ġustifikati tajjeb ta' urġenza, relatati ma' sitwazzjoni fejn iċ-ċirkostanzi jagħtu lok għall-bżonn li jiġu estiżi il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, f'konformità mal-paragrafu 3, fejn ma jsirux magħrufa sa qabel 10 ijiem qabel it-tmiem tal-perjodu ta' introduzzjoni mill-ġdid preċedenti, il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33a (3)." |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 29 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rapport dwar l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli tal-fruntiera fil-fruntieri interni | Obbligu ta' rendikont |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 29 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mill-anqas erba' xhur wara t-tneħħija tal- kontrolli tal-fruntiera fil-fruntieri interni, l-Istati Membri li wettqu l-kontrolli tal-fruntiera fil-fruntieri interni għandhom jippreżentaw rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, fejn jissottolineaw, b'mod partikolari, l-operazzjoni tal-verifiki u l-effettività tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. | 1. Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex ikunu żgurati aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont, l-Istati Membri li wettqu l-kontrolli fil-fruntieri, mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara t-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni, għandhom jippreżentaw rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, fejn jissottolineaw, b'mod partikolari, l-operazzjoni tal-verifiki, l-effettività tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni u l-proporzjonalità tal-miżuri meħuda. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-inqas darba fis-sena, rapport dwar il-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Ir-rapport jinkludi lista tad-deċiżjonijiet kollha meħuda biex jerġgħu jiġu introdotti kontrolli fil-fruntieri interni matul is-sena rilevanti. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 562/2006
Artikolu 29 – paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jerġgħu introduċew il-kontrolli fil-fruntieri interni msemmija fil-paragrafu 1 jiġu mistiedna għall-preżentazzjoni tal-Kummissjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1a. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-moviment liberu huwa prinċipju bażi tal-Unjoni Ewropea u l-possibbiltà ta' moviment fi ħdan l-Unjoni Ewropea mingħajr ma wieħed ikollu jħabbat wiċċu ma' kontrolli fil-fruntieri interni hi waħda mill-kisbiet bl-akbar suċċess tal-UE. Ħafna persuni jużaw din il-libertà u l-opinjoni pubblika ripetutament tqis il-libertà li tivvjaġġa bħala waħda mill-aktar benefiċċji sinifikanti li ġabet magħha l-Unjoni.
Il-punti fundamentali tal-kooperazzjoni ta' Schengen huma relattivament sodi. Madankollu żviluppi reċenti mminaw il-fiduċja fl-abilità ta' xi Stati Membri li jiġġestixxu l-fruntieri b'tali mod li ma jkunx ta' ħsara għall-moviment liberu tal-persuni fiż-żona Schengen. Dawn l-avvenimenti ħolqu sfidi għall-bilanċ li jrid jinstab bejn is-sigurtà u l-libertà ta' moviment.
Ir-Rapporteur tinsisti fuq il-fatt li l-migrazzjoni bħala tali mhijiex theddida għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà nazzjonali. Għaldaqstant topponi kategorikament kull tentattiv li jiddaħħlu mottivi oħra bħall-flussi migratorji biex jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni. Il-kawża prinċipali tal-problemi mhijiex esterna iżda interna. Fil-fatt dawn l-avvenimenti reċenti huma sintomi li juru li s-sistema Schengen preżenti, li tistrieħ fuq sistema intergovernattiva ta' rieżami bejn il-pari, mhijiex b'saħħitha biżżejjed biex tirrimedja għad-dgħufijiet ta' wħud mill-Membri tagħha u tevita abbużi potenzjali. L-Unjoni Ewropea issa trid taġixxi sabiex tiżgura li r-ripetizzjoni ta' dawn l-avvenimenti ma tkunx possibbli u li l-proporzjonalità ta' kull miżura ta' introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni tkun valutata sew, kif ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju tas-sena l-oħra li talab ukoll għall-valutazzjoni.
Ir-Rapporteur tappoġġa l-prinċipju ta' proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet aktar ikkoordinat u kollettiv f'każ ta' introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Dritt tal-EU bħall-moviment liberu, li qed ikun ta' benefiċċju għal għadd kbir ta' ċittadini tal-UE, ma għandux jiġi modifikat bid-deċiżjoni ta' Stat Membru individwali wieħed. Għaldaqstant l-inizjattivi nazzjonali unilaterali għandhom ikunu kemm jista' jkun evitati, u għandhom jitqiesu l-interessi Ewropej kollha fl-iżgurar taż-żona Schengen.
Ir-Rapporteur konvinta li jista' jinstab bilanċ sod li jħalli biżżejjed spazju ta' manuvra lill-Istati Membri f'avvenimenti imprevedibbli kif ukoll f'avvenimenti li jistgħu jiġu previsti, waqt li jkun żgurat proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet aktar kollettiv. Għaldaqstant tissuġġerixxi li kull Stat Membru li jixtieq jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati biex jiddiskutu din il-miżura.
Fil-każ li nuqqasijiet serji jiġu identifikati fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri interni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, l-Istat Membru valutat jista' jiġi mitlub jieħu miżuri speċifiċi, inkluż l-għeluq tal-punt ta' qsim tal-fruntiera. Għal dan il-każ speċifiku, ir-Rapporteur hi tal-opinjoni li għandha tapplika l-komitoloġija.
Meta jitqies li hemm fehmiet differenti dwar l-interpretazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, ir-Rapporteur tipproponi li jkunu adottati l-linji gwida tal-Kummissjoni, skont il-Kumunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2011 fuq il-ġestjoni ta' Schengen ( COM(2011)561 ) fejn issemmew dawn il-linji gwida. Il-linji gwida għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni koerenti tar-regoli ta' Schengen u jipprovdu indikaturi ċari dwar kif tkun valutata theddida għall-ordni pubbliku u s-sigurtà nazzjonali b'mod koerenti.
Ir-Rapporteur tappoġġa l-idea li jiġu adottati dawn il-linji gwida u tistieden lill-Kummissjoni tipproċedi mingħajr dewmien. Ir-Rapporteur tħoss ukoll li l-Kummissjoni għandha tkun mistiedna tippreżenta dawn il-linji gwida lill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta' dibattitu usa' dwar il-governanza ta' Schengen.
Fl-aħħar nett ir-Rapporteur konvinta li l-bilanċ it-tajjeb bejn il-kompetenzi ta' kull istituzzjoni jista' jinkiseb faċilment fl-indirizzar ta' din il-proposta. Tfakkar li l-Parlament Ewropew huwa parteċipant sħiħ fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, u tressaq xi proposti konkreti sabiex issaħħaħ l-obbligu ta' rendikont ġenerali tal-Kummissjoni u l-Kunsill fil-konfront tal-Parlament Ewropew.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali | |||
Referenzi | COM(2011)0560 – C7-0248/2011 – 2011/0242(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 16.9.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 27.9.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AFET 27.9.2011 | DEVE 27.9.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | AFET 5.10.2011 | DEVE 11.10.2011 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Renate Weber 11.10.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 21.3.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 11.6.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 45 5 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in 't Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Claude Moraes, Jan Mulder, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Kyriacos Triantaphyllides, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Alexander Alvaro, Anna Maria Corazza Bildt, Silvia Costa, Evelyne Gebhardt, Franziska Keller, Ádám Kósa, Mariya Nedelcheva, Hubert Pirker, Jens Rohde | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Marina Yannakoudakis | |||
Data tat-tressiq | 14.6.2012 | |||