Dokument ta' sessjoni

 

A7-0000/2012

25.6.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Kirgiża

( COM(2011)0925 – C7‑0521/2011 – 2011/0458(COD) )

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Vital Moreira

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

PROĊEDURA  7

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li tipprovdi għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Kirgiża

( COM(2011)0925 – C7‑0521/2011 – 2011/0458(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0925 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li skonthom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0521/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7-0000/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni se tkun marbuta ma’ kundizzjonijiet tal-politika ekonomika li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet Kirgiżi taħt is-superviżjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri previst mir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-fatt li l-għajnuna hija ta’ ammont massimu limitat jipprovdi għall-ġustifikazzjoni x-xierqa meħtieġa mit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 sabiex l-adozzjoni tal-Memorandum ta’ Ftehim issir permezz tal-proċedura konsultattiva.

(18) L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni se tkun marbuta ma’ kundizzjonijiet tal-politika ekonomika li għandhom jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet mal-awtoritajiet Kirgiżi taħt is-superviżjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri previst mir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Għajnuna makrofinanzjarja lir-Repubblika Kirgiża

Referenzi

COM(2011)0925 – C7-0521/2011 – 2011/0458(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

BUDG

17.1.2012

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

11.1.2012

BUDG

18.1.2012

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Vital Moreira

25.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, John Attard-Montalto, Maria Badia i Cutchet, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, George Sabin Cutaş, Syed Kamall, Maria Eleni Koppa, Elisabeth Köstinger, Marietje Schaake, Konrad Szymański

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Marielle Gallo

Data tat-tressiq

25.6.2012