Dokument ta' sessjoni

 

A7-0209/2012

25.6.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta' delegazzjoni u implimentazzjoni li ser jingħataw lill-Kummissjoni

( COM(2011)0918 – C7‑0005/2012 – 2011/0453(COD) )

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur għal opinjoni: Vital Moreira

PR_COD_1amCom

 

 

Simboli għall-proċeduri

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ kunsens

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  (III)  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz tal-att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi mill-Parlament, emendi għal abbozzi ta’ atti huma indikati b’ tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att li l-Parlament jixtieq jemenda. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn att eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. Kull tħassir li l-Parlament jixtieq jagħmel f’dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  17

PROĊEDURA  19

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta’ importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta' delegazzjoni u implimentazzjoni li ser jingħataw lill-Kummissjoni

( COM(2011)0918 – C7‑0005/2012 – 2011/0453(COD) )

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0918 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0005/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7-0209/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dak ir-Regolament, sabiex tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness V sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' adattament fil-ġejjieni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dak ir-Regolament, sabiex tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness V sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' adattament fil-ġejjieni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura, trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament ikun involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mat-Trade Omnibus I u II, ir-rapporteur qed jipproponi li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li l-Parlament Ewropew ikun involut sew fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-atti delegati. Dan jiffaċilita l-iskrutinju tal-atti delegati u jiżgura eżerċizzju effiċjenti tad-delega tas-setgħa billi jevita oġġezzjonijiet mill-Parlament Ewropew.

 

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Artikolu 1, punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2008/97

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Tiddaħħal il-premessa li ġejja:

 

"Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi biex jiġu adottati ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.

 

____________________

 

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma indirizzatx il-premessi tar-Regolamenti emendati. Ir-Rapporteur hu tal-fehma li jeħtieġ jiġu emendati l-premessi tal-atti bażiċi sabiex jiġi spjegat l-użu tal-atti ta' implimentazzjoni.

 

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2008/97

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Il-Premessa 6 tinbidel b’dan li ġej:

 

"Billi, sabiex jiġu suplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adozzjoni tal-emendi meħtieġa li jirriżultaw għal dan ir-Regolament, meta l-kundizzjonijiet attwali tal-arranġamenti speċjali previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiġu emendati, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti delegati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew ikun involut kif xieraq, billi tibni fuq l-aħjar prattika miksuba minn esperjenza preċedenti f'oqsma ta' politiki oħra sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew."

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni ma indirizzatx il-premessi tar-Regolamenti emendati. Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li jeħtieġ jiġu emendati l-premessi tal-atti bażiċi biex jiġi spjegat l-użu tal-atti ddelegati u biex jiġu definiti b’mod preċiż l-objettiv, il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-delega.

 

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2008/97

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli ta’ applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 7a(2).

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tirreferi fil-każ tat-tliet Regolamenti għall-proċedura tal-kumitat ipprovduta għar-Regolament futur allinjat li jistabbilixxi organizzazzjoni tas-swieq komuni għall-prodotti agrikoli. Ir-Rapporteur jipproponi li jitħassru dawn ir-referenzi u tiddaħħal dispożizzjoni dwar il-proċedura tal-Kumitat f'kull Regolament emendat. B'dan il-mod, l-applikazzjoni modifikata tal-proċedura bil-miktub, li tirriżulta mit-Trade Omnibuses, tista' tiġi żgurata. Barra minn hekk, din il-bidla tiżgura l-involviment futur tal-Kumitat INTA fl-eżerċizzju tad-Dritt ta' Skrutinju.

 

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2008/97

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7a

 

Proċedura ta' kumitat

 

1. Il-Kummissjoni se tkun assistita minn ... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill... . [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.

 

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3. Meta l-opinjoni tal-kumitat teħtieġ tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura tintemm mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

 

_____________

 

* ĠU L …, …, p....

 

** ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."

Ġustifikazzjoni

Il-president tal-kumitat konsultattiv jew ta' eżami jista', f'każijiet sempliċi, jordna proċedura bil-miktub skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Ir-Regolament jipprevedi li, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor, il-proċedura bil-miktub ma tistax tiġi applikata jekk Stat Membru jopponi. Bi qbil mar-rapporti kummerċjali Omnibus I u II, ir-rapporteur jipproponi li l-proċedura bil-miktub għandha tintemm mingħajr eżitu biss jekk maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri jitolbu dan. Huwa importanti li jiġi nkoraġġit l-użu tal-proċedura bil-miktub, li tiswa ħafna inqas flus u hija iktar effiċjenti.

 

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2008/97

Artikolu 8a – paragrafu 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ta' emenda].

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ... *. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

–––––––––––––––––

 

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur iqis li hu xieraq li l-għoti tas-setgħat lill-Kummissjoni jiġi limitat fiż-żmien. Limitazzjoni bħal din twassal għal aktar kontroll parlamentari, b’mod li tobbliga lill-Kummissjoni tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu stabbilit. Min-naħa l-oħra, l-estensjoni taċita tad-delega għal perjodu ta’ żmien identiku tevita li l-leġiżlaturi jiġu mgħobbija żżejjed u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni. Dan jirrifletti l-bidliet li ġabu ż-żewġ Trade Omnibuses.

 

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2008/97

Artikolu 8a – paragrafu 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 8 jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu qajmu oġġezzjoni sat-terminu ta' xahrejn mid-data li fih l-att ġielhom innotifikat jew jekk, qabel l-iskadenza ta' tali terminu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill għarrfu lill-Kummissjoni li mhux biħsiebhom iqajmu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'erba' xhur b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed jikkunsidra d-dinamika tax-xogħol Parlamentari, il-proċeduri interni u l-iskadenzi, jeħtieġ li jiġi assigurat li l-leġiżlatur jingħata żmien biżżejjed biex jiskrutinja sew att delegat. Dan jirrifletti l-bidliet li ġabu ż-żewġ Trade Omnibuses.

 

Emenda   8

Proposta għal Regolament

Artikolu 2, punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 779/98

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Tiddaħħal il-premessa li ġejja:

 

"Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi biex jiġu adottati ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni*.

 

_____________________

 

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."

 

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 779/98

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni għal prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joriġinaw mit-Turkija u li jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 2a(2).

 

 

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 779/98

Artikolu 2a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 2a

 

Proċedura ta' kumitat

 

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn ... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ... [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.

 

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3. Meta l-opinjoni tal-kumitat teħtieġ tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura tintemm mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

 

_____________

 

* ĠU L …, …, p.

 

** ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."

 

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Artikolu 3, punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1506/98

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Qed tiddaħħal il-premessa li ġejja:

 

"Billi, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi biex jiġu adottati ċerti miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

 

__________________

 

* ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."

 

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1506/98

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tikkonferma t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 2 meta jitneħħew l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu [323(2)] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/ssss] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tikkonferma t-tmiem tas-sospensjoni msemmija fl-Artikolu 2 meta jitneħħew l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija. Dak l-att implimentattiv għandu jiġi adottat bi qbil mal-proċedura ta' analiżi msemmija fl-Artikolu 3a(2).

 

 

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1506/98

Artikolu 3a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 3a

 

Proċedura ta' kumitat

 

1. Il-Kummissjoni se tkun assistita minn ... Kumitat imwaqqaf mill-Artikolu [xx] tar-Regolament (UE) Nru [xxxx/yyyy] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill... [Regolament allinjat dwar l-OKS Unika]*. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011**.

 

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3. Meta l-opinjoni tal-kumitat teħtieġ tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura tintemm mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

 

_______________

 

* ĠU L …, …, p.

 

** ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni hu li jallinja tliet Regolamenti tal-Kunsill fil-qasam tal-importazzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa u ta' prodotti agrikoli oħra mit-Turkija mar-reġim ta' wara Lisbona fir-rigward ta' atti ta' implimentazzjoni u ta' atti delegati (Artikoli 290 u 291 TFUE).

 

Qed jiġi propost li l-Kummissjoni tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 2008/97, b’mod partikolari fir-rigward tal-ammonti ta’ tnaqqis ta’ dazju, jew meta jiġi konkluż ftehim ġdid mat-Turkija.

 

Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97 jikkonferixxu setgħat lill-Kummissjoni li jippermettulha tadotta miżuri meħtieġa biex timplimenta r-regoli għall-applikazzjoni tal-arranġamenti speċjali għall-importazzjonijiet ta’ żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħrajn li joriġinaw mit-Turkija. Jikkonferixxi wkoll lill-Kummissjoni setgħat biex tadotta emendi għal dan ir-Regolament, jekk ir-regoli dettaljati previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni rilevanti jiġu emendati.

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/98 tas-7 ta’ April 1998 fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti agrikoli li ġejjin mit-Turkija jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni li jippermettulha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ importazzjoni ta’ prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat li joriġinaw mit-Turkija u li jitħallew jiġu importati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni KE-Turkija.

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1506/98 tat-13 ta’ Lulju 1998 li jistabbilixxi konċessjoni fil-għamla ta' kwota Komunitarja tat-tariffa għat-Turkija fis-sena 1998 rigward il-ġellewż u li jissospendi konċessjonijiet oħra jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni li jippermettulha li tirrevoka l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, meta l-ostakli għall-esportazzjonijiet preferenzjali mill-Unjoni għat-Turkija jkunu tneħħew.

 

Parti kbira tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-Politika Kummerċjali Komuni attwalment qed tiġi allinjata mal-Artikoli 290 u 291 TFUE permezz ta' żewġ Trade Omnibuses, i.e. Trade Omnibus I - Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, (COD 2011/0039) u Trade Omnibus II - Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat delegati għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (COD 2011/0153). Iż-żewġ dossiers għadhom fil-proċess u se jkunu suġġetti għan-negozjati bejn iż-żewġ koleġiżlaturi.

Għal raġunijiet ta' konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-kummerċ, ir-Rapporteur jipproponi emendi għall-proposta tal-Kummissjoni li jirriflettu l-bidliet li ġabu ż-żewġ Trade Omnibuses, fosthom rigward dan li ġej:

·iż-żieda ta' premessi ġodda dwar l-atti ta' implimentazzjoni/l-atti delegati fl-atti legali bażiċi;

·l-involviment tal-Parlament Ewropew matul it-tħejjija tal-atti delegati;

·il-limitazzjoni tal-għoti tas-setgħat ta' delega lill-Kummissjoni għal perjodu ta'

5 snin, li jiġi estiż taċitament għal perjodu ta' tul identiku;

·il-possibilità li l-perjodu ta' estensjoni biex issir oġġezzjoni għal abbozz ta' att delegat jiżdied minn xahrejn għal erba' xhur, b'hekk jiġi estiż il-perjodu ta' skrutinju minn erba' xhur (2+2) għal

sitt xhur (2+4);

·il-bidla fil-modalitajiet tal-applikazzjoni tal-proċedura bil-miktub fejn din il-proċedura tintemm mingħajr riżultat biss jekk il-maġġoranza tal-Istati Membri hekk jitolbu (kuntrarju għall-prassi normali fejn oġġezzjoni minn Stat Membru wieħed biss hi biżżejjed).

Il-proposta tal-Kummissjoni tirreferi, fil-każ tat-tliet Regolamenti, għall-proċedura ta' kumitat prevista fir-Regolament allinjat futur li jistabbilixxi organizzazzjoni Komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli. (“Ir-Regolament dwar l-OKS Unika”). Ir-Rapporteur jipproponi li jitħassru dawn ir-referenzi u tiddaħħal dispożizzjoni dwar il-proċedura tal-Kumitat f'kull Regolament emendat. B'dan il-mod, l-applikazzjoni modifikata tal-proċedura bil-miktub, li tirriżulta mit-Trade Omnibuses, tista' tiġi żgurata.

Barra minn hekk, it-tliet Regolamenti emendati u mhux ir-Regolament dwar l-OKS Unika se jsiru atti bażiċi għall-atti ta' implimentazzjoni futuri. Konsegwentement id-Dritt għal Skrutinju dwar dawn l-atti ta' implimentazzjoni se jibqgħu mal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u mhux mal-Kumitat għall-Agrikoltura. Ir-Rapporteur jinsab ferm konvint li dan hu l-mod ta' segwitu korrett tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-Politika Kummerċjali Komuni, bl-Artikolu 207 TFUE bħala l-bażi legali.

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Emendar tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2008/97, (KE) Nru 779/98 u (KE) Nru 1506/98 fil-qasam ta' importazzjonijiet ta' żejt taż-żebbuġa u prodotti agrikoli oħra mit-Turkija fir-rigward tas-setgħat ta' delegazzjoni u implimentazzjoni li se jingħataw lill-Kummissjoni

Referenzi

COM(2011)0918 – C7-0005/2012 – 2011/0453(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI 297

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

AGRI 297

12.1.2012

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Vital Moreira

25.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, John Attard-Montalto, Maria Badia i Cutchet, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, George Sabin Cutaş, Albert Deß, Salvatore Iacolino, Syed Kamall, Maria Eleni Koppa, Elisabeth Köstinger, Marietje Schaake, Konrad Szymański

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Marielle Gallo

Data tat-tressiq

25.6.2012