Dokument ta' sessjoni
26.6.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali
( COM(2011)0456 – C7‑0212/2011 – 2011/0197(COD) )
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Malcolm Harbour
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 35
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel 39
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu 44
PROĊEDURA 55
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali
( COM(2011)0456 – C7‑0212/2011 – 2011/0197(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0456 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0212/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2011[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ( A7‑0213/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tipprovdi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, l-oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati, ir-regoli għall-marki CE, ir-rekwiżiti għall-entitajiet li jivvalutaw il-konformità u l-proċeduri ta’ notifika kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċeduri marbuta ma’ prodotti ta’ riskju għandhom jiġu armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni. | (6) Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tipprovdi prinċipji komuni u dispożizzjonijiet ta’ referenza għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni bbażati fuq il-prinċipji tal-Approċċ il-Ġdid. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġiżlazzjoni settorjali oħra dwar il-prodotti, jixraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni, sakemm l-ispeċifitajiet settorjali ma jirrikjedux soluzzjoni differenti. Għalhekk, ċerti definizzjonijiet, l-obbligi ġenerali tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-marki CE, ir-rekwiżiti għall-entitajiet li jivvalutaw il-konformità u l-proċeduri ta’ notifika kif ukoll dispożizzjonijiet dwar proċeduri marbuta ma’ prodotti ta’ riskju għandhom jiġu armonizzati ma’ dik id-Deċiżjoni. Ir-Regolament (UE) Nru [.../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'...dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea1* jipprevedi proċedura għal oġġezzjonijiet għall-istandards armonizzati, fejn dawk l-istandards ma jissodisfawx kompletament ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. |
| _____________ |
| 1 ĠU L .... |
| * ĠU: Jekk jogħġbok niżżel in-numru, id-data u r-referenza tal-ĠU ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Biex tinqara flimkien mal-emendi ppreżentati minn Malcolm Harbour li bihom jitħassru l-Artikolu 15 u l-Artikolu 33.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Jixraq ukoll li jkun hemm definizzjonijiet ta' "inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali" u ta' "importatur privat" li huma speċifiċi għal dan is-settur sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva. | (8) Jixraq ukoll li jkun hemm definizzjonijiet ta' "inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali" u ta' "importatur privat" li jkunu speċifiċi għal dan is-settur sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva. Huwa neċessarju li tiġi estiża d-definizzjoni attwali ta' "magni ta' propulsjoni" biex tkopri wkoll is-soluzzjonijiet ta' propulsjoni innovattivi. |
Ġustifikazzjoni
Huwa neċessarju li jiġu introdotti bidliet għad-definizzjoni ta' "magni ta' propulsjoni" li jirriżultaw mill-introduzzjoni ta' sistemi ibridi ġodda u sistemi oħrajn li jistgħu jitressqu fis-suq fil-futur.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a) Għall-magni adatti għall-użu fil-baħar, fejn il-magna ta' oriġini diġà jkollha l-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' sostanzi li jniġġsu f'għamla ta' gass jew f'għamla ta' partikuli minn magni ta' kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux tat-triq1 jew id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi2, il-manifatturi għandhom ikunu jistgħu joqogħdu fuq il-prova ta' konformità maħruġa mill-manifattur oriġinali tal-magna meta dawn l-adattamenti ma jkunux bidlu il-karatteristiċi tal-emissjoni tal-egżost. B'konsegwenza, id-definizzjoni tal-manifattur stipulata f'din id-Direttiva għandha tkun adattata biex tikkjarifika dak li huwa kopert fil-kamp ta' applikazzjoni ta' attività ta' "manifattura". |
| ______________ |
| 1 ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1. |
| 2 ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1. |
Ġustifikazzjoni
Għandha tinqara flimkien mal-emenda ppreżentata minn Malcolm Harbour għall-Artikolu 3, paragrafu 1, punt 13. Il-manifatturi li jadattaw magni għall-użu fil-baħar, magħrufa kollokjalment bħala 'marinisers' preċedentement ħabbtu wiċċhom ma' inċertezza legali dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-magni. L-adattament tad-definizzjoni ta' manifattur f'din id-Direttiva jiżgura li l-ambigwità attwali li jħabbtu wiċċhom magħha l-marinisers li ma jalterawx il-karatteristiċi ta' emissjoni tal-magna, issa jistgħu joqogħdu fuq l-użu tal-prova ta' konformità oriġinali tal-manifattur tal-magna.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) L-alternattivi biex ikomplu jitnaqqsu l-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost tal-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni ġew ivvalutati fir-Rapport dwar il-Possibilitajiet ta' aktar titjib fil-karatteristiċi ambjentali tal-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni, imressaq skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/44/KE, li temenda d-Direttiva 94/25/KE li għandha x’taqsam mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni. Dan ir-rapport ikkonkluda li huwa xieraq li jkun hemm limiti aktar stretti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 2003/44/KE. Dawn il-limiti għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jirrifletti l-iżvilupp tekniku ta' teknoloġiji tal-magni tal-baħar u li jippermetti żvilupp lejn l-armonizzazzjoni ta' limiti għall-emissjonijiet tal-egżost madwar id-dinja kollha. Il-limiti tas-CO, madankollu, għandhom jiżdiedu sabiex jippermettu li jkun hemm tnaqqis sinifikanti ta' inkwinanti tal-arja oħra filwaqt li jiżguraw li l-kosti tal-konformità għall-industrija jibqgħu proporzjonati. | (21) L-alternattivi biex ikomplu jitnaqqsu l-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost tal-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni ġew ivvalutati fir-Rapport dwar il-Possibilitajiet ta' aktar titjib fil-karatteristiċi ambjentali tal-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni, imressaq skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/44/KE, li temenda d-Direttiva 94/25/KE li għandha x’taqsam mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni. Dan ir-rapport ikkonkluda li huwa xieraq li jkun hemm limiti aktar stretti minn dawk stabbiliti fid-Direttiva 2003/44/KE. Dawn il-limiti għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jirrifletti l-iżvilupp tekniku ta' teknoloġiji tal-magni tal-baħar u li jippermetti żvilupp lejn l-armonizzazzjoni ta' limiti għall-emissjonijiet tal-egżost madwar id-dinja kollha. Il-limiti tas-CO, madankollu, għandhom jiżdiedu sabiex jippermettu li jkun hemm tnaqqis sinifikanti ta' inkwinanti tal-arja oħra filwaqt li jiżguraw li l-kosti tal-konformità għall-industrija jibqgħu proporzjonati. Il-limiti proposti tas-CO huma parti minn strateġija biex jintlaħaq it-tnaqqis l-aktar riġidu tal-emissjonijiet globali, biex tiġi riflessa l-fattibilità teknoloġika u tintlaħaq l-aktar implimentazzjoni mgħaġġla possibbli filwaqt li jiġi żgurat li l-impatt soċjoekonomiku fuq dan is-settur ekonomiku jkun aċċettabbli. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni għamlet konsultazzjonijiet estensivi qabel ma jiġu determinati l-limiti tal-emissjoni tal-egżost li jidhru fil-proposta tagħha, li huma aċċettati b'mod wiesa' mill-partijiet interessati ewlenin kollha bħala l-aħjar kompromess biex jiġi mminimizzat it-tniġġis.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Għandhom jintużaw iċ-ċikli tat-test għall-magni f'applikazzjonijiet tal-baħar deskritti fl-istandard ISO rilevanti, skont il-fjuwil u l-kategorija ta' qawwa tagħhom. | (22) Għandhom jintużaw iċ-ċikli tat-test għall-magni f'applikazzjonijiet tal-baħar deskritti fl-istandard ISO rilevanti, skont il-fjuwil u l-kategorija ta' qawwa tagħhom. Iċ-ċikli tat-test għandhom jiġu żviluppati għall-magni kollha ta' kombustjoni li jkunu parti mis-sistema ta' propulsjoni, inklużi l-impjanti ibridi. |
Ġustifikazzjoni
Din timmodifika t-test tal-PR 4 (abbozz ta' rapport) u wkoll tkopri l-PR 3, li r-rapporteur għandu l-ħsieb, b'konsegwenza, li jirtira, u meta tinqara flimkien mal-PR 10, li tiċċara kif xieraq li l-magni ta' ċċarġarjar użati fl-impjanti ibridi b'serje tabilħaqq huma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jistabilixxu tali rekwiżiti li huma jqisu meħtieġa għan-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet għall-iskop tal-ħarsien tal-ambjent, tal-istruttura tal-passaġġi tal-ilma, u l-assigurazzjoni tas-sikurezza fil-passaġġi tal-ilma, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux jeħtieġu modifika għall-inġenju tal-ilma li tkun konformi ma' din id-Direttiva. | (26) Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu tali rekwiżiti li huma jqisu meħtieġa għan-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet għall-iskop tal-ħarsien tal-ambjent, tal-istruttura tal-passaġġi tal-ilma, u l-assigurazzjoni tas-sikurezza fil-passaġġi tal-ilma, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux jeħtieġu modifika għall-inġenju tal-ilma li tkun konformi ma' din id-Direttiva u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġġustifikati u proporzjonati għall-objettiv li jrid jintlaħaq. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva billi twaqqaf sistema adegwata għal tali skambju. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li skambju ta' opinjonijiet dwar l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5 jista' jgħin biex jiġu evitati miżuri sproporzjonati u għandu jitħeġġeġ mill-Kummissjoni.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 26a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26a) M'hemm l-ebda armonizzazzjoni jew kundizzjoni ta' ugwaljanza fir-rigward tal-liċenzji tal-inġenji tal-baħar jew il-kontrolli tekniċi, u l-evażjoni fiskali xorta tista' ssir permezz tal-użu ta' diżil agrikolu. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tqis li tressaq proposti biex tarmonizza l-liċenzji tal-inġenji tal-baħar fil-livell tal-UE, biex tħeġġeġ il-kontrolli tekniċi regolari u biex tevita l-evażjoni fiskali billi jiġi skuraġġit l-użu ta' diżil agrikolu. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Huwa kruċjali li kemm il-manifatturi kif ukoll l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE mal-prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha applikabbli u jieħu r-responsabbiltà kollha tal-prodott. | (28) Huwa kruċjali li kemm il-manifatturi kif ukoll l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE ma' prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha applikabbli u jieħu r-responsabbiltà kollha tal-prodott. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali għandhom jagħmlu kontrolli sistematiċi ta' konformità. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 31a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (31a) Sabiex tingħata informazzjoni ċara dwar l-ambjent operazzjonali aċċettabbli tal-inġenji tal-ilma, it-titli tal-kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes, li setgħu kienu qed jiżgwidaw lill-utenti, issa għandhom ikunu bbażati fuq il-kundizzjonijiet ambjentali essenzjali għan-navigazzjoni, jiġifieri l-forza tar-riħ u l-għoli tal-mewġ, minflok tiġi indikata ż-żona u t-tip ta' navigazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Premessa dwar il-kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes li tiċċara l-kwistjoni.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 31b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (31b) Il-kundizzjonijiet ambjentali msemmija fil-kategorija tad-disinn A jistgħu jkunu preżenti waqt vjaġġi estiżi, pereżempju fl-oċeani, jew qrib ix-xatt meta ma jkunx hemm ilqugħ mir-riħ u l-mewġ għal diversi mijiet ta' mili nawtiċi. Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-kategorija ta' disinn B jistgħu jkunu preżenti waqt vjaġġi fil-baħar miftuħ ta' tul suffiċjenti jew ma' xtut fejn l-ilqugħ jaf mhux dejjem ikun immedjatament disponibbli. Tali kundizzjonijiet jafu wkoll ikunu preżenti f'ibħra interni ta' daqs suffiċjenti biex jiġi ġġenerat l-għoli tal-mewġ. Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-kategorija ta' disinn C jafu wkoll ikunu preżenti f'ibħra interni esposti, f'estwarji, u f'ilmijiet ta' max-xtut b'kundizzjonijiet ta' temp moderati. Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-kategorija ta' disinn D jafu jkunu preżenti f'ilmijiet interni kennija, u f'ilmijiet max-xtut b'temp sabiħ. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija spjegazzjoni ddettaljata dwar il-kategoriji aġġustati (proposti ġodda) tad-disinn tad-dgħajjes fil-PR.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u evidenza xjentifika ġdida, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar it-Tħaddim tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda t-Taqsima 2 tal-Parti B u t-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness I, ħlief fil-każ ta' modifiki diretti jew indiretti fil-valuri għall-emissjoni tal-ħsejjes u fil-valuri tal-proporzjon Froude u P/D, u l-Annessi V, VII u IX. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, inkluż dak fil-livell ta' esperti. | (39) Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u evidenza xjentifika ġdida, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar it-Tħaddim tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda t-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness I, b'mod partikolari biex jiġu inklużi ċikli ta' ttestjar għal magni ibridi u biex jiddaħħlu l-fjuwils għall-ittestjar imħallta mal-bijofjuwils fit-tabella tal-fjuwils għall-ittestjar ladarba dawn il-fjuwils għall-ittestjar ikunu internazzjonalment aċċettati, u t-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness I, ħlief fil-każ ta' modifiki diretti jew indiretti fil-valuri għall-emissjoni tal-ħsejjes u fil-valuri tal-proporzjon Froude u P/D, u l-Annessi V, VII u IX. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, inkluż dak fil-livell ta' esperti. |
Ġustifikazzjoni
L-emenda hija aġġustament tekniku għall-PR 6, li se jiġi rtirat. Din l-emenda għadha tirrifletti l-bidliet neċessarji li jirriżultaw minn taħlitiet ġodda tal-bijofjuwil u l-introduzzjoni ta' sistemi ibridi.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 44
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(44) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. | (44) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati minn servizzi maħluqa b’mod ċar għal dan l-iskop jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi, u għandhom jiġu applikati mingħajr dewmien mhux ġustifikat. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-fatt li l-istess inġenji tal-ilma jistgħu jintużaw għall-kiri jew għat-taħriġ fl-użu tad-dgħajjes għar-rikreazzjoni ma għandux iżommhom milli jkunu koperti minn din id-Direttiva meta jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni għal finijiet ta' rikreazzjoni. | 3. Inġenji tal-ilma użati wkoll għall-kiri jew għat-taħriġ fl-użu tad-dgħajjes għar-rikreazzjoni għandhom ikunu koperti minn din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni
Il-Linji Gwida RCD tal-2008 jiddikjaraw li inġenji rekreattivi mikrija huma koperti mid-Direttiva, kif inhuma l-inġenji rekreattivi użati għal taħriġ fl-użu tad-dgħajjes għar-rikreazzjoni. Din il-kjarifika tiżgura interpretazzjoni komuni mal-Istati Membri kollha li barra minn hekk għandha relevanza partikolari għall-applikazzjoni tal-konvenzjoni IMO MARPOL.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. "inġenji għar-rikreazzjoni" tfisser kwalunkwe dgħajsa ta' kwalunkwe tip maħsuba għal finijiet ta' sports u divertiment, li l-buq tagħha jkun twil bejn 2,5 m u 24 m, imkejjel skont l-istandard armonizzat, irrispettivament mill-mezzi ta' propulsjoni; | 2. "inġenji għar-rikreazzjoni" tfisser kwalunkwe bastiment ta' kwalunkwe tip maħsuba għal finijiet ta' sports u divertiment, li l-buq tagħha jkun twil bejn 2,5 m u 24 m, imkejjel skont l-istandard armonizzat, irrispettivament mill-mezzi ta' propulsjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda taġġusta l-PR 8 u tallinja d-definizzjoni ta' inġenji għar-rikreazzjoni mal-istandard internazzjonali "bastiment". Hija tallinja wkoll id-definizzjoni ta' "inġenji għar-rikreazzjoni" f'dan ir-rigward mar-referenza għal "bastiment" fil-PR 9 li jiddefinxxi l-inġenji tal-baħar personali. M'hemm l-ebda definizzjoni ta' "dgħajsa" f'din il-proposta għal Direttiva. B'konsegwenza, il-PR 8 se jiġi rtirat.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. "inġenji tal-ilma personali" tfisser inġenji tal-ilma maħsuba għal finijiet ta' sports u divertiment b'tul ta' inqas minn 4 m li jużaw magna ta' kombustjoni interna li għandha pompa bil-ġett tal-ilma bħala s-sors ta' propulsjoni primarju tagħha u maħsuba biex titħaddem minn persuna jew persuni bilqiegħda, bilwieqfa jew għarkopptejhom fuq il-buq, minflok ġewwa fih; | 3. "inġenji tal-ilma personali" tfisser bastiment inqas minn 4 m fit-tul li juża magna ta' kombustjoni interna li għandha pompa bil-ġett tal-ilma bħala s-sors ta' propulsjoni primarju tagħha u maħsuba biex titħaddem minn persuna jew persuni bilqiegħda, bilwieqfa jew għarkopptejhom fuq il-buq, minflok ġewwa fih; |
Ġustifikazzjoni
Din tbiddel id-definizzjoni proposta ma' dik fid-Direttiva 2003/44/KE li hija d-definizzjoni internazzjonali li tinkludi l-istandard ISO relevanti.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. "magna ta' propulsjoni" tfisser kwalunkwe magna ta' kombustjoni interna, li taqbad bl-ispark jew bil-kompressjoni, użata għal finijiet ta' propulsjoni; | 5. "magna ta' propulsjoni" tfisser kwalunkwe magna ta' kombustjoni interna, li taqbad bl-ispark jew bil-kompressjoni, użata direttament jew indirettament għal finijiet ta' propulsjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tiżgura li kull tip ta' stallazzjoni ibrida trid tikkonforma mar-rekwiżiti tal-emissjoni tal-egżost tal-Anness I.B.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. "konverżjoni kbira tal-inġenju" tfisser konverżjoni ta' inġenju tal-ilma li tbiddel il-mezz ta' propulsjoni tal-inġenju tal-ilma, tinvolvi modifika kbira tal-magna, jew tbiddel l-inġenju tal-ilma sa tali punt li dan jitqies inġenju tal-ilma ġdid; | 7. "konverżjoni kbira tal-inġenju" tfisser konverżjoni ta' inġenju tal-ilma li tbiddel il-mezz ta' propulsjoni tal-inġenju tal-ilma, tinvolvi modifika kbira tal-magna, jew tbiddel l-inġenju tal-ilma sa tali punt li jiġu affettwati r-rekwiżiti essenzjali, li japplikaw, tas-sikurezza u tal-ambjent, stipulati f'din id-Direttiva; |
Ġustifikazzjoni
'Konverżjoni kbira tal-inġenju' tibbenefika minn definizzjoni aktar preċiża għax it-test oriġinali huwa miftuħ għall-interpretazzjoni. 'Modifika kbira tal-magna' hija definita f'din id-Direttiva u l-kliem użat huwa bbilanċjat b'attenzjoni ħalli jiġi evitat li kwalunkwe bidla għall-attributi tal-magni tikkwalifika b'mod mhux intenzjonat bħala konverżjoni ewlenija.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
13. "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha tali prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha; | 13. "manifattur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha tali prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkumerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha; din għandha tinkludi kull persuna fiżika jew ġuridika li tadatta magni għall-użu fil-baħar, fejn il-magna ta' oriġini diġà jkollha l-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE jew id-Direttiva 2005/55/KE mingħajr ma jkunu ġew alterati l-karatteristiċi tal-emissjoni tal-egżost tal-magna; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tindirizza l-ambigwità attwali li jħabbtu wiċċhom magħha l-manifatturi li jadattaw magni għall-użu fil-baħar u ma jalterawx il-karatteristiċi ta' emissjoni tal-magna, biex b'hekk jiġi żgurat li dawn jistgħu biċ-ċar jużaw il-prova ta' konformità oriġinali tal-manifattur tal-magna.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet dwar in-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet bl-għan li jitħarsu l-ambjent u l-istruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, u jiżguraw is-sikurezza tal-passaġġi fuq l-ilma, bil-kundizzjoni li dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux il-modifika tal-inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. | Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet dwar in-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet bl-għan li jitħarsu l-ambjent, inkluż it-tniġġis tal-istorbju, l-istruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, u jiżguraw is-sikurezza tal-passaġġi fuq l-ilma, bil-kundizzjoni li dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux il-modifika tal-inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma' din id-Direttiva u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġustifikati u proporzjonati. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u twaqqaf sistema adegwata għal tali skambju. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li skambju ta' opinjonijiet dwar l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5 jista' jgħin biex jiġu evitati miżuri sproporzjonati u għandu jitħeġġeġ mill-Kummissjoni.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-ebda wieħed mill-prodotti li ġejjin: | 4. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta' magni ta' propulsjoni, kemm jekk installati fuq inġenji tal-ilma kemm jekk le, li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. |
(a) il-magni ta' propulsjoni, kemm jekk installati fl-inġenji tal-ilma kemm jekk le, li jikkonformaw ma' din id-Direttiva; |
|
(b) magni tat-tip approvat skont id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma konformi mal-istadju IIIA, IIIB jew l-istadju IV li jirregolaw il-limiti ta' emissjoni għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni użati f'applikazzjonijiet oħra għajr il-propulsjoni ta' lokomottivi, vaguni tal-ferrovija u bastimenti tal-passaġġ fuq l-ilma intern, kif previst fil-punt 4.1.2. tal-Anness I ta' dik id-Direttiva; |
|
(c) magni tat-tip approvat skont id-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn il-manifattur jiddikjara skont il-punt 9 tal-Anness IV li l-magna se tissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost ta' din id-Direttiva meta tiġi installata f'inġenju tal-ilma skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur. |
|
Ġustifikazzjoni
Din tikkoreġi żball fl-ifformattjar fil-proposta tal-Kummissjoni u tiżgura li din id-dispożizzjoni mid-direttiva RCD 1994/25 attwali tittieħed b'effettività u b'mod ċar. Il-kontenut tal-punt a) fil-fatt ma tħassarx imma tmexxa għall-emenda ppreżentata minn Malcolm Harbour għall-Artikolu 6, paragrafu 4, parti introduttorja. Il-kontenut tal-punt b) fil-fatt ma tħassarx imma tmexxa għall-emenda ppreżentata minn Malcolm Harbour għall-Artikolu 6, paragrafu 4a (ġdid) punt a). Il-kontenut tal-ewwel parti tal-punt c) fil-fatt ma tħassarx imma tmexxa għall-emenda ppreżentata minn Malcolm Harbour għall-Artikolu 6, paragrafu 4a (ġdid) punt b). "fejn il-manifattur jiddikjara" 'l quddiem huwa l-iżball fl-ifformattjar u tmexxa għat-tieni subparagrafu għax kien maħsub li japplika għaż-żewġ punti.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Il-paragrafu 4 għandu japplika wkoll għal: |
| (a) magni b'approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 97/68/KE li jkunu konformi mal-istadju IIIA, IIIB jew IV li jirregolaw il-limiti ta' emissjoni għall-magni bi tqabbid bil-kompressjoni użati f'applikazzjonijiet oħra għajr il-propulsjoni ta' bastimenti tal-passaġġ fuq l-ilma intern, lokomottivi u vaguni tal-ferrovija, kif previst fil-punt 4.1.2. tal-Anness I ta' dik id-Direttiva; kif ukoll |
| (b) magni b'approvazzjoni tat-tip b'konformità mad-Direttiva 2005/55/KE, |
| meta l-manifattur jiddikjara skont il-punt 9 tal-Anness IV li l-magna se tissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost ta' din id-Direttiva meta tiġi installata f'inġenju tal-ilma skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-manifattur. |
Ġustifikazzjoni
Din tikkoreġi żball fl-ifformattjar fil-proposta tal-Kummissjoni u tiżgura li din id-dispożizzjoni mid-direttiva RCD 1994/25 attwali tittieħed b'effettività u b'mod aktar ċar mill-proposta tal-Kummissjoni.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza pprovduti b’lingwa jew b'lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru kkonċernat. | 7. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza pprovduti b’lingwa jew b'lingwi li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u minn utenti aħħarija oħra fl-Istati Membri li fihom iqiegħdu l-prodott tagħhom fis-suq. Dik il-lingwa għandha tiġi ddeterminata mill-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Obbligi ta' importaturi privati | Obbligi ta' importaturi privati fejn tapplika valutazzjoni ta' wara l-kostruzzjoni |
Ġustifikazzjoni
It-titlu oriġinali tal-Artikolu 12 jaf iqarraq għax mhuwiex ċar li t-tliet paragrafi kollha jirrelataw għall-Valutazzjoni ta' wara l-Kostruzzjoni. Jekk it-titlu ma jispeċifikax dan, allura dan l-Artikolu japplika għall-importazzjonijiet privati kollha, irrelevanti jekk l-importatur qed jimporta dgħajsa li teħtieġ PCA jew jekk l-importatur qed jimporta dgħajsa li diġà għandha marka CE.
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 15 | imħassar |
Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati |
|
1. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni tqis li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti li jkopri u li huma stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fl-Anness I, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, u jippreżenta l-każ tiegħu. Il-Kumitat, wara li jkun ikkonsulta mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni rilevanti, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien. |
|
2. Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tippubblika, li ma tippubblikax, li tippubblika b'mod ristrett, li żżomm, li żżomm b'mod ristrett jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minnu. |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-korp Ewropew ta’ standardizzazzjoni kkonċernat u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jkunu riveduti l-istandards armonizzati kkonċernati. |
|
Ġustifikazzjoni
Attwalment qed titwettaq reviżjoni leġiżlattiva tas-sistema ta' standardizzazzjoni tal-UE ( 2011/0150(COD) ) li tkopri din id-dispożizzjoni ġenerali dwar oġġezzjonijiet għall-istandards, li tispjega r-raġuni li għaliha għandha titħassar din il-proposta għal Direttiva settorjali. Emenda korrispondenti għall-premessa 6 tirreferi għar-Regolament ta' Standardizzazzjoni.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) magni interni u magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Partijiet B u C tal-Anness I. | (d) magni interni u magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat li jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-emissjonijiet tal-egżost stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I. |
Ġustifikazzjoni
L-Anness C jikkonċerna valuri ta' limitu tal-emissjonijiet u mhuwiex applikabbli hawnhekk. Il-marka CE għal magni interni u magni li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat tkopri biss l-emissjonijiet tal-egżost u mhux l-istorbju għax it-testijiet tal-istorbju għal dawn it-tipi ta' magni jsiru (u jridu jsiru) mill-bennej tad-dgħajjes ladarba l-magna tiġi mgħammra fil-buq.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b – punt ii – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– fejn ikun hemm konformità mal-istandards armonizzati marbuta mal-punti 3.2 u 3.3 tal-Parti A tal-Anness I: Il-modulu A1 (kontroll intern tal-produzzjoni flimkien ma' ttestjar b'superviżjoni tal-prodott), il-modulu B (eżaminazzjoni tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F, il-modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità); jew il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa); | – fejn ikun hemm konformità mal-istandards armonizzati marbuta mal-punti 3.2 u 3.3 tal-Parti A tal-Anness I: il-modulu B (eżami tat-tip tal-UE) flimkien mal-modulu C, D, E jew F, il-modulu G (konformità abbażi tal-verifika tal-unità); jew il-modulu H. (konformità abbażi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa); |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda terġa' ddaħħal fit-test ta' din id-Direttiva regoli li ilhom fis-seħħ mill-1994. Mhuwiex xieraq li l-inġenji tal-ilma tal-Kategorija C 'il fuq minn 12m jbaħħru fl-ilma meta d-disinn ma jkunx ġie kkontrollat minn korp notifikat. L-ittestjar propost minn din l-emenda tiddupplika l-ittestjar għall-istabilità u l-kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma imma jinkludi ttestjar addizzjonali xieraq.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-tip ta' produzzjoni msemmi fil-Modulu B jista' jkopri diversi verżjonijiet tal-prodott b'kundizzjoni li d-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jaffettwawx il-livell ta' sikurezza u r-rekwiżiti l-oħra rigward il-prestazzjoni tal-prodott. | It-tip ta' produzzjoni msemmi fil-Modulu B jista' jkopri diversi verżjonijiet tal-prodott b'kundizzjoni li: |
| a) id-differenzi bejn il-verżjonijiet ma jaffettwawx il-livell ta' sikurezza u r-rekwiżiti l-oħra rigward il-prestazzjoni tal-prodott; kif ukoll |
| b) il-verżjonijiet ta' prodott huma msemmija fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE korrispondenti permezz ta' emendi għaċ-ċertifikat oriġinali. |
Ġustifikazzjoni
Jaf jiġri li dak il-prodott huwa mqiegħed fis-suq b'tip differenti ta' disinn barra dak iddikjarat fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE. Dan iwassal għal konfużjoni dwar jekk il-prodott huwiex kopert miċ-ċertifikat jew le. Din l-emenda tagħlaq din il-possibilità minn fejn wieħed jista' jaħrab.
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 33
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 33 | imħassar |
Oġġezzjoni formali kontra standards armonizzati |
|
Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jkollha oġġezzjoni formali kontra l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 32, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15. |
|
Ġustifikazzjoni
Attwalment qed titwettaq reviżjoni leġiżlattiva tas-sistema ta' standardizzazzjoni tal-UE ( 2011/0150(COD) ) li tkopri din id-dispożizzjoni ġenerali dwar oġġezzjonijiet għall-istandards, li tispjega r-raġuni li għaliha għandha titħassar din il-proposta għal Direttiva settorjali. Emenda korrispondenti għall-premessa 6 tirreferi għar-Regolament ta' Standardizzazzjoni.
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 49 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-emendi msemmija fil-punt (a) jistgħu jinkludu emendi għall-fjuwils ta' referenza u għar-rekwiżiti għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-istorbju u għall-kriterji ta' durabbiltà. | L-emendi msemmija fil-punt (a) jistgħu jinkludu emendi għall-fjuwils ta' referenza u għar-rekwiżiti għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-istorbju u għall-kriterji ta' durabbiltà. B'mod partikulari dawn l-emendi jistgħu jinkludu ċikli tat-test għall-magni ibridi u jintroduċu fjuwils esperimentali mħallta ma' bijofjuwils fit-tabella ta' fjuwils esperimentali stipulata fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness I ladarba ikun hemm qbil dwar dawn il-fjuwils esperimentali f'forma ta' standards aċċettati f'livell internazzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Din tissostitwixxi l-PR 17 u l-PR 18 li se jiġu rtirati, u tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tad-delega tas-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni.
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 50 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 għandha tkun konferita għal perjodu indeterminat ta' żmien mid-data speċifikata fl-Artikolu 60. | 2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 49 għandha tkun konferita għal seba’ snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 60. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ seba' snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 53 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Mhux aktar tard minn ...* u filwaqt li titqies kwalunkwe inizjattiva ewlenija tas-suq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-fattibilità teknika li jitnaqqsu aktar l-emissjonijiet ta' magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni filwaqt li titqies il-kosteffettività ta' teknoloġiji u l-bżonn li jkun hemm qbil mal-valuri globalment armonizzati għas-settur. Dak ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva għal dak il-għan. |
| __________________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data ħames snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1). |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tipproponi li titqies l-introduzzjoni ta' stadju tal-emissjonijiet futuri (Stadju 3). Il-kliem użat fl-ewwel klawsola jiżgura approċċ flessibbli mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li jipparteċipaw kmieni f'kwalunkwe inizjattiva mill-Aġenzija tal-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti dwar regoli ġodda għal magni tal-baħar SI (petrol) u CI (diżil) li jintużaw għar-rikreazzjoni.
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 53a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 53a |
| Reviżjoni |
| Sa' ...*, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt tal-kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes imniżżla fl-Anness I, li huma bbażati fuq ir-reżistenza għall-forza tar-riħ u l-għoli tal-mewġ, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi fl-istandardizzazzjoni internazzjonali. Dak ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk il-kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes jeħtiġux speċifikazzjonijiet jew suddiviżjonijiet addizzjonali sabiex tiġi pprovduta informazzjoni aħjar dwar l-użu attwali għall-konsumaturi. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll evalwazzjoni tal-impatt għall-industrija tal-manifattura tad-dgħajjes. Fejn ikun xieraq, ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. |
| _____________ |
| * ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1). |
Ġustifikazzjoni
Bħala alternattiva għall-kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes proposti mir-rapporteur fil-PR u kif aġġustata fl-emendi għal dan l-abbozz ta' rapport, din l-emenda tħalli f'idejn il-Kummissjoni li twettaq konsultazzjoni bir-reqqa mal-partijiet interessati dwar dan is-suġġett u li tirrapporta lura fi żmien raġonevoli. Il-koordinaturi tal-IMCO qablu li jikkummissjonaw dokument informattiv biex jivvalutaw il-merti relattivi tal-kategoriji riveduti tad-disinn tad-dgħajjes, sabiex il-membri tal-IMCO jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjoni ta' vot infurmata bejn iż-żewġ għażliet.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 58 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu d-disponibbiltà fis-suq jew il-bidu ta' servizz ta' prodotti koperti mid-Direttiva 94/25/KE li huma konformi ma' dik id-Direttiva u li tqiegħdu fis-suq jew bdew is-servizz tagħhom qabel il-[jj/xx/ssss](sena wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57). | 1. L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu d-disponibbiltà fis-suq jew il-bidu ta' servizz ta' prodotti koperti mid-Direttiva 94/25/KE li huma konformi ma' dik id-Direttiva u li tqiegħdu fis-suq jew bdew is-servizz tagħhom qabel ...*. |
| _____________ |
| * ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1), jew il-31 Diċembru 2014, skont liema jiġi l-aħħar. |
Ġustifikazzjoni
Din tikkoreġi żball li sar fil-PR 20, li se jiġi rtirat, filwaqt li l-intenzjoni tibqa' l-istess: Apparti għal magni SI (petrol li jaqbad bi spark) koperti minn dispożizzjoni speċjali stipulata fl-Artikolu 58.2, il-manifatturi tal-magni ta' tipi oħra ta' magni se jkunu kapaċi jikkonformaw mad-Direttiva minn tmiem l-2014, għalhekk din l-emenda tipproponi li dan jiġi ċċarat fid-Direttiva.
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 1 – tabella – kolonna 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kategorija tad-disinn | Kategorija tad-disinn |
A – ’Fl-Oċean’ | A |
B – ’Fil-Baħar Miftuħ’ | B |
C – ’Qrib ix-xatt’ | C |
D – ’Fl-ilmijiet imkenna’ | D |
Ġustifikazzjoni
Trid tinqara flimkien mal-kategoriji tad-disinn emendati hawn taħt. Din l-emenda tiddikjara l-limiti massimi għall-kategorija A tad-disinn kemm għal forza tar-riħ kif ukoll għall-għoli tal-mewġa (konsistenti ma' dawk fl-istandard). Il-kategorija A tad-disinn teskludi "kundizzjonijiet abnormali", madankollu l-Gwida tal-Applikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biss tagħti eżempji ta' x'jikkostitwixxi tali kundizzjonijiet. Inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni b'tul sa 24m ma jistgħux jiġu soġġetti għal kundizzjonijiet aktar ebsin minn dawk iddikjarati f'din l-emenda.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 1 – punt A
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
A. FL-OCEAN: Maħsub għal vjaġġi estiżi fejn il-kundizzjonijiet jistgħu jaqbżu r-riħ forza 8 (skala Beaufort) u għoli sinifikanti tal-mewġ ta' 4 m u aktar imma esklużi kundizzjonijiet anormali, u dgħajjes fil-biċċa l-kbira awtosuffiċjenti. | A. Dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni li tingħata l-kategorija tad-disinn A titqies li tkun iddisinjata għall-irjieħ li jistgħu jaqbżu r-riħ forza 8 (skala Beaufort) u għoli sinifikanti tal-mewġ ta' 4 m u aktar imma esklużi kundizzjonijiet anormali bħal tempesta, tempesta qawwija, uragan, tromba u kundizzjonijiet tal-baħar estremi jew mewġiet anomali. |
Ġustifikazzjoni
Wara konsultazzjoni ulterjuri mal-partijiet interessati biex jiġu aġġustati d-definizzjonijiet, din id-definizzjoni ġdida żżomm il-kategorija eżistenti ta' disinn A, iżda tħassar iż-żona jew it-tip ta' navigazzjoni ("Oċean") minħabba li l-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jitqiesu mill-utent huma l-forza tar-riħ u l-għoli tal-mewġ. Hija żżomm ukoll il-limiti attwali f'termini tal-forza tar-riħ u l-għoli sinifikanti tal-mewġ, iżda tagħti ċertezza legali billi tiddeskrivi l-kundizzjonijiet anormali. B'konsegwenza l-PR 22, 23 u 24 se jiġu rtirati.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 1 – punt B
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
B. FIL-BAĦAR MIFTUĦ: Iddisinjati għal vjaġġi xi ftit 'il bogħod mill-kosta fejn jista' jkun hemm kundizzjonjiet tar-riħ, sa u li tinkludi, forza 8 u għoli sinifikattiv tal-mewġ sa u li jinkludi 4m. | B. Dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni li tingħata l-kategorija tad-disinn B titqies li hija ddisinjata għall-forza tar-riħ sa, u li tinkludi, forza 8, u għoli sinifikattiv tal-mewġ sa, u li jinkludi, 4 m. |
Ġustifikazzjoni
Wara konsultazzjoni ulterjuri mal-partijiet interessati biex jiġu aġġustati d-definizzjonijiet, din id-definizzjoni ġdida żżomm il-kategorija eżistenti ta' disinn B, iżda tħassar iż-żona jew it-tip ta' navigazzjoni ("Fil-Baħar Miftuħ") minħabba li l-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jitqiesu mill-utent huma l-forza tar-riħ u l-għoli tal-mewġ. B'konsegwena l-PR 25 se jiġi rtirat.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 1 – punt C
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
C. QRIB IX-XATT: Iddisinjati għal vjaġġi f'ilmijiet qrib il-kosta, f'bajjiet kbar, f'estwarji, f'lagi u fi xmajjar fejn jista' jkun hemm kundizzjonijiet tar-riħ, sa u li tinkludi, forza 6 u għoli sinifikattiv tal-mewġ sa li jinkludi 2 m. | C. Inġenju tal-baħar li jingħata l-kategorija tad-disinn C jitqies li huwa ddisinjat għall-forza tar-riħ sa, u li tinkludi, forza 6, u għoli sinifikattiv tal-mewġ sa, u li jinkludi, 2 m. |
Ġustifikazzjoni
Wara konsultazzjoni ulterjuri mal-partijiet interessati biex jiġu aġġustati d-definizzjonijiet, din id-definizzjoni ġdida żżomm il-kategorija eżistenti ta' disinn C, iżda tħassar iż-żona jew it-tip ta' navigazzjoni ("Qrib ix-Xatt") minħabba li l-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jitqiesu mill-utent huma l-forza tar-riħ u l-għoli tal-mewġ. B'konsegwena l-PR 26 se jiġi rtirat.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 1 – punt D
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
D. FL-ILMIJIET IMKENNA: Iddisinjati għal vjaġġi f'ilmijiet kostali kennija, bajjiet żgħar, lagi żgħar, xmajjar u kanali fejn jista' jkun hemm kundizzjonijiet tar-riħ, sa u li jinkludu, forza 4 u għoli sinifikanti tal-mewġ sa u li jinkludi 0,3 m, b'mewġ okkażjonali ta' għoli massimu ta' 0,5 m, pereżempju minn dgħajjes oħra li jkunu għaddejjin. | D. Inġenju tal-baħar li jingħata l-kategorija tad-disinn D jitqies li huwa ddisinjat għall-forza tar-riħ sa, u li tinkludi, forza 4, u għoli sinifikanti tal-mewġ sa, u li jinkludi, 0.3 m, b'mewġ okkażjonali ta' għoli massimu ta' 0,5 m. |
Ġustifikazzjoni
Wara konsultazzjoni ulterjuri mal-partijiet interessati biex jiġu aġġustati d-definizzjonijiet, din id-definizzjoni ġdida żżomm il-kategorija eżistenti ta' disinn D, iżda tħassar iż-żona jew it-tip ta' navigazzjoni ("Fl-Ilmijiet kennija") minħabba li l-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jitqiesu mill-utent huma l-forza tar-riħ u l-għoli tal-mewġ. B'konsegwena l-PR 27 se jiġi rtirat.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni f'kull Kategorija għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew sabiex jifilħu dawn il-parametri fir-rigward tal-istabbilità, u l-kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma, u rekwiżiti essenzjali oħra rilevanti elenkati fl-Anness I, u li jkollhom karatteristiċi tajbin tal-immaniġġjar. | L-inġenji tal-baħar f'kull Kategorija għandhom jiġu ddisinjati u jinbnew sabiex jifilħu dawn il-parametri fir-rigward tal-istabbilità, u l-kapaċità li jżommu f'wiċċ l-ilma, u rekwiżiti essenzjali oħra rilevanti elenkati fl-Anness I, u li jkollhom karatteristiċi tajbin tal-immaniġġjar. |
Ġustifikazzjoni
Il-"kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes" għandhom japplikaw ukoll għal "inġenji tal-baħar personali" u mhux biss għal "dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni" billi jirreferu għad-definizzjoni ta' "inġenju tal-baħar" fl-Artikolu 3, punt 1 li tinkludi kwalunkwe inġenju li jintuża għar-rikreazzjoni kif ukoll l-inġenji tal-baħar personali.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Anness 1 – parti A – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1 – punt 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) il-pajjiż tal-manifattura, | (30) il-kodiċi tal-pajjiż tal-awtorità li toħroġ il-kodiċi tal-manifattur, |
Ġustifikazzjoni
Biex ittejjeb it-traċċabilità, din l-emenda tiċċara li l-post tal-uffiċċju prinċipali legali tal-manifattur għandu bżonn jidher fl-14-il numru ta' identifikazzjoni flimkien mal-kodiċi tal-manifattur (MIC) (ara punt 29). Ir-rapporteur qies ukoll is-sistema tas-settur tal-karozzi, imma din mhijiex xierqa għax in-Numri ta' Identifikazzjoni tal-Vettura magħmula minn kodiċi tal-manifattur u kodiċi tal-impjant ikunu jeħtieġu bidla fis-sistema internazzjonali stabbilita għan-numri ta' identifikazzjoni tal-inġenji tal-ilma.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Fil-każ ta' importazzjoni privata, id-dettalji tal-kuntatt u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (d) u (e) għandhom jinkludu dawk tal-korp innotifikat li jkun wettaq il-valutazzjoni tal-konformità. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Dan ir-rekwiżit mhuwiex bżonnjuż għax in-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Inġenju (CIN) diġà juri l-identità tal-Korp Notifikat allura t-traċċabilità hija diġà prevista u l-Korp Notifikat dejjem iżomm rapporti dwar il-konformità.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 2 – punt 2.2 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2.2a. Il-plakka tal-importatur |
| Kull inġenju tal-ilma għandu jġorr plakka mwaħħla b'mod permanenti li tkun separata min-numru tal-identifikazzjoni tal-buq, li tinkludi isem l-importatur, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata, u l-indirizz sħiħ. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rekwiżiti tal-informazzjoni tal-Artikolu 9 paragrafu 3 fir-rigward tad-dettalji tal-importatur huma sodisfatti bl-aħjar mod billi tiġi inkluża din l-informazzjoni fuq "plakka tal-importatur" u din l-emenda tirrepeti d-dettalji ta' x'informazzjoni għandu jkollha din il-plakka.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 3 – punt 3.3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-inġenju tal-ilma għandu jinbena b'mod li jiġi żgurat li għandu karatteristiċi tal-kapaċità li żżomm f'wiċċ l-ilma skont il-kategorija tad-disinn tiegħu skont il-punt 1.1, u t-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-Taqsima 3.6. Kull inġenju abitabbli li jkollu aktar minn buq wieħed għandu jkun iddisinjat sabiex ma jkunx suxxettibbli li jinqaleb jew ikun jista' jibqa' f'wiċċ l-ilma jekk jinqaleb. | L-inġenju tal-ilma għandu jinbena b'mod li jiġi żgurat li għandu karatteristiċi tal-kapaċità li żżomm f'wiċċ l-ilma skont il-kategorija tad-disinn tiegħu skont il-punt 1.1, u t-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur skont it-Taqsima 3.6. L-inġenju abitabbli li jkollu aktar minn buq wieħed li huwa suxxettibbli li jinqaleb il-buq għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jkun jista' jibqa' f'wiċċ l-ilma jekk jinqaleb. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tintroduċi n-nozzjoni ta' riskju li jinqaleb li jvarja ħafna minn inġenju għal ieħor.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 3 – punt 3.7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-inġenji tal-ilma kollha tal-kategoriji A u B, u l-inġenji tal-ilma tal-kategoriji C u D itwal minn sitt metri għandu jkollhom wieħed jew aktar postijiet għall-istivar ta' ċattra tas-salvataġġ (ċattri tas-salvataġġ) kbira biżżejjed biex tesa' n-numru ta' persuni rakkomandat mill-manifattur li d-dgħajsa tkun ġiet iddisinjata ġġorr. Il-post(ijiet) tal-istivar għandu(hom) jkun(u) dejjem aċċessibbli fil-pront. | L-inġenji kollha tal-kategoriji A u B li jintużaw għar-rikreazzjoni, u l-inġenji tal-kategoriji C u D li jintużaw għar-rikreazzjoni itwal minn sitt metri għandu jkollhom wieħed jew aktar postijiet għall-istivar ta' ċattra tas-salvataġġ (ċattri tas-salvataġġ) kbira biżżejjed biex tesa' n-numru ta' persuni rakkomandat mill-manifattur li d-dgħajsa tkun ġiet iddisinjata ġġorr. Il-post(ijiet) tal-istivar għandu(hom) jkun(u) dejjem aċċessibbli fil-pront. |
Ġustifikazzjoni
Ma hija prattika xejn li inġenju tal-baħar personali jiġi mgħammar b'ċattra/i tas-salvataġġ jew li jkollu post(ijiet) tal-istivar.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Anness 1 – parti A – punt 5 – punt 5.1 – punt 5.1.5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5.1.5a. Magni fuq barra kkontrollati permezz tal-laċċ tat-tmun |
| Il-magni fuq barra kkontrollati permezz tal-laċċ tat-tmun għandhom ikunu mgħammra b'tagħmir li jitfi l-magna f'emerġenza li jkun kollegat mat-tmunier (swiċċ li f'emerġenza jitfi l-magna permezz ta' ċinga). |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.2 – paragrafu 1 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-ispazji tat-tankijiet tal-petrol għandhom ikunu ventilati. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda ssemmi r-rekwiżit tal-ventilazzjoni biex jiġu evitati l-iżbalji fit-traspożizzjoni. Terġa' ddaħħal il-kliem tad-Direttiva 1994/25 imma tillimita r-rekwiżit għall-ispazji tat-tankijiet tal-petrol biss għax ma hemm l-ebda kwistjoni ta' sikurezza bil-fjuwil tad-diżil li jkun jirrikjedi ventilazzjoni.
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 5 – punt 5.3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandha tingħata attenzjoni lill-provvista tal-protezzjoni kontra t-tagħbija żejda u x-short circuits fiċ-ċirkuwiti elettiriċi kollha li jistgħu jittieħdu minn batteriji, minbarra ċ-ċirkuwiti li jqabbdu l-magna. | Għandha tingħata attenzjoni lill-provvista tal-protezzjoni adegwata kontra t-tagħbija żejda u x-short circuits fiċ-ċirkuwiti elettiriċi kollha li jistgħu jittieħdu minn batteriji, minbarra ċ-ċirkuwiti li jqabbdu l-magna. Iċ-ċirkuwiti ta' propulsjoni elettriċi għandhom ikunu ddisinjati u mgħammra biex jevitaw kwalunkwe interazzjoni mhux mixtieqa maċ-ċirkuwiti l-oħrajn kollha. L-istallazzjoni għandha tiżgura li t-tagħmir li jaħżen l-enerġija elettrika ma jaqbiżx il-limiti ta' temperaturi massimi rakkomandati mill-manifattur. |
Ġustifikazzjoni
Jekk l-istallazzjonijiet ta' propulsjoni ibridi ma jkunux iżolati minn ċirkuwiti oħrajn, jistgħu jintroduċu riskji ġodda għad-dgħajsa f'termini ta' tisħin żejjed tal-batteriji b'riżultati potenzjalment katastrofiċi u żidiet f'daqqa ta' voltaġġ mill-mutur elettriku ibridu b'saħħtu billi jibblukkaw it-tagħmir elettroniku kollu fuq id-dgħajsa inkluż il-kontrolli tal-magna. Il-virgola qabel il-kliem "minn batteriji" biex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina.
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 5 – punt 5.3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandu jkun hemm ventilazzjoni sabiex ma jakkumulawx il-gassijiet li jistgħu joħorġu mill batteriji. Il-batteriji għandhom ikunu mwaħħla sod u protetti mid-dħul tal-ilma. | Għandu jkun hemm ventilazzjoni sabiex ma jakkumulawx il-gassijiet li jistgħu jisplodu. Il-batteriji għandhom ikunu mwaħħla sod u protetti mid-dħul tal-ilma. |
Ġustifikazzjoni
Dan jaġġusta l-PR 36. L-isplużjonijiet tal-gass huma l-akbar perikolu u fattur importanti ta' tħassib fuq id-dgħajjes. Din l-emenda twessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-miżura ta' sikurezza.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Anness I – parti A – punt 5 – punt 5.5 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-inġenji tal-ilma kollha li jkollhom is-sistema tal-gass installata b'mod permanenti għandhom ikollhom spazju magħluq fejn jinżammu ċ-ċilindri tal-gass kollha. L-ispazju għandu jkun separat mill-kwartieri fejn joqgħodu n-nies, għandu jkun aċċessibbli minn barra biss u jkun ivventilat lejn in-naħa ta' barra sabiex il-gass li jnixxi jista' jinżel barra mid-dgħajsa. | L-inġenji tal-ilma kollha li jkollhom is-sistema tal-gass installata b'mod permanenti għandhom ikollhom spazju magħluq fejn jinżammu ċ-ċilindri tal-gass kollha. L-ispazju għandu jkun separat mill-kwartieri fejn joqgħodu n-nies, għandu jkun aċċessibbli minn barra biss u jkun ivventilat lejn in-naħa ta' barra sabiex il-gass li jnixxi jista' jinżel barra mid-dgħajsa. Kull sistema permanenti tal-gass għandha tiġi ttestjata wara li tiġi installata. |
Ġustifikazzjoni
Din tiċċara r-rekwiżit tas-sikurezza li jidher fid-Direttiva 1994/25 Anness I A paragrafu 5.5 li kien meqjus wisq iddettaljat għal rekwiżit essenzjali f'din il-proposta għal direttiva fil-prinċipji tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid. L-ittestjar ta' wara l-istallazzjoni tas-sistema tal-gass għandu bżonn ikun espliċitu għax dan hu tħassib ewlieni tas-sikurezza fuq id-dgħajjes. Din l-emenda tiżgura li l-istallazzjoni sħiħa tal-gass tkun ittestjata u mhux biss l-apparat waħdu.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Anness I – parti B – punt 2 – punt 2.3 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2.3. Ċikli ta' prova u fjuwils ta' referenza: | 2.3. Ċikli ta' prova: |
Ġustifikazzjoni
Il-fjuwils ta' referenza huma koperti f'2.5
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Anness I – parti C – punt 1 – punt 1 a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. ĦTIĠIJIET DETTALJATI |
| Il-ħtiġijiet dettaljati għall-ittestjar tal-livelli tal-emissjonijiet tal-istorbju tal-inġenju tal-ilma huma stabbiliti fl-istandard armonizzat rilevanti. |
Ġustifikazzjoni
Id-Direttiva 2003/44/KE tgħid li l-emissjonijiet tal-istorbju huma kkalkulati bi qbil ma' testijiet definiti fl-istandard armonizzat. Dan kien tneħħa fil-proposta attwali għax ir-referenzi speċifiċi kollha għal standards armonizzati kienu tneħħew skont il-prinċipji tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid. Livell ta' ċertezza għall-użu tal-istandard armonizzat għall-ittestjar tal-istorbju huwa definit fl-għażliet modulari fl-Artikolu 23. Madankollu biex jiġi żgurat li l-istandard armonizzat huwa fil-fatt użat, dan it-test ġie riprodott mill-Anness A 2.1.
NOTA SPJEGATTIVA
Mezzi ta' kejl ewlenin tal-industrija u l-ambitu intenzjonat
Il-proposta għal direttiva ġdida dwar inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni u inġenji tal-ilma personali timmodernizza b'mod sostanzjali r-regoli eżistenti tal-UE dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni ambjentali għal 'inġenji tal-ilma' maħsuba għal attivitajiet ta' użu personali, jiġifieri divertiment, attivitajiet ta' sport u taħriġ inkluż meta jkunu mikrija bl-ekwipaġġ jew mingħajru.
'Inġenji tal-ilma' f'din id-Direttiva tfisser dgħajjes b'tul minn 2.5m sa 24m u tkopri 'inġenji li jintużaw għar-rikreazzjoni' (dgħajjes bil-mutur u jottijiet bil-qlugħ inklużi dawk mgħammra b'magni interni jew esterni) u 'inġenji tal-ilma personali', essenzjalment l-iskuters tal-ilma, li tiċċara li dawn huma issa wkoll koperti mir-regoli.
Distinzjoni importanti li wieħed għandu jżomm f'moħħu, id-Direttiva tapplika għal inġenji tal-ilma li jintużaw għar-rikreazzjoni u dawk personali kemm jekk huma magħmula għall-użu fuq il-baħar jew għal passaġġi fuq l-ilma interni imma ma tikkonċernax dawk il-vetturi magħmula u użati għat-trasport tal-passiġġieri kummerċjali (li huma rregolati mid-Direttiva 2009/45/KE dwar vapuri tal-passiġġieri u/jew id-Direttiva 2006/87/KE dwar il-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni).
Fil-qosor, id-Direttiva tkopri kollox, minn dgħajjes żgħar li jintnefħu b'magna fuq barra li wieħed jaf juża f'għadira biex imur jistad għal dawk tat-tip ta' jottijiet kbar bil-mutur li wieħed isib fir-"Riviera" Taljana.
Ir-rekwiżiti essenzjali ewlenin li għandhom bżonn jissodisfaw il-bastimenti kkonċernati jinkludu l-istabilità u l-flotazzjoni, is-sikurezza tal-magni u dik elettrika, l-emissjonijiet tal-egżost u tal-istorbju. L-elementi prinċipali tal-proposta huma:
1) Eżerċizzju ta' modernizzazzjoni biex ir-regoli eżistenti jiġu allinjati mal-prinċipji tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ). Barra minn hekk, se tiżdied klawsola ġenerali tas-sikurezza, li tfisser li prodotti koperti minn din id-Direttiva jistgħu jitqiegħdu biss fis-suq jekk ir-rekwiżiti tas-sikurezza ġenerali tal-annessi tad-Direttiva jkunu sodisfatti.
2) Kjarifika ulterjuri dwar l-ambitu u d-definizzjonijiet
3) Allinjament ma' standards armonizzati (ara aktar 'l isfel)
4) Il-limiti tal-emissjonijiet tal-istorbju jinżammu, bil-possibilità li l-miżuri nazzjonali jmorru lil hinn f'żoni ġeografikament sensittivi (b'mod tipiku r-regolamenti dwar il-veloċità jew id-distanzi minimi mill-kosta).
5) L-istallazzjoni obbligatorja ta' tankijiet għal raġunijiet ta' ħżin jew sistemi għat-trattament tal-ilma fuq l-inġenji tal-ilma mgħammra b'toilets għall-ħarsien ambjentali tal-baħar aħjar.
6) Regoli dwar valutazzjonijiet ta' wara l-kostruzzjoni li jitwettqu minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika fil-Komunità li tqiegħed il-prodott kopert mid-Direttiva fis-suq f'każijiet fejn la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentanti awtorizzati tagħha ma jissodisfaw ir-responsabilità għall-evalwazzjoni tal-konformità tal-prodott. Din tkompli mir-regoli eżistenti imma issa l-inġenji tal-ilma personali se jkunu espliċitament koperti; l-istatus u l-obbligi tal-importaturi privati issa wkoll se jkunu ċċarati.
7) Fir-rigward tal-obbligi biex titwaħħal it-tikketta KE, din issa se testendi għall-magni kollha interni u li jinsaqu mill-poppa mingħajr egżost integrat.
8) Regoli aġġornati dwar l-emissjonijiet tal-egżost u tal-istorbju (ara aktar 'l isfel).
9) Regoli ġodda dwar ir-rappurtar. Fi żmien 5 snin, l-Istati Membri tal-UE jridu jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-infurzar tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.
10) Allinjament mar-regoli orizzontali dwar l-akkreditazzjoni, it-tikketti KE, is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti mqiegħda fis-suq fl-UE.
11) Introduzzjoni ta' proċeduri aktar flessibbli tal-valutazzjoni tal-konformità.
Il-Kummissjoni Ewropea kellha konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet interessati ewlenin inklużi l-Istati Membri, il-korpi notifikati, l-industrija Ewropea tad-dgħajjes (iddominata bil-kbir mill-SMEs), il-manifatturi tal-magni, u l-assoċjazzjonijiet tad-dgħajjes (utenti).
Fil-preparazzjoni ta' dan l-Abbozz ta' Rapport, ir-Rapporteur tagħkom qies l-opinjonijiet f'sens wiesa' tal-partijiet ewlenin u jidher li hemm kunsens ġenerali li l-proposta tal-Kummissjoni hija bbilanċjata sew. Dan jispjega wkoll għaliex ir-Rapporteur tagħkom ippropona biss numru limitat ta' aġġustamenti u kjarifiki essenzjalment tekniċi f'dan l-Abbozz ta' Rapport.
Ir-Rapporteur tagħkom iffoka l-emendi tiegħu fuq l-aġġustament tad-definizzjonijiet biex isiru aktar preċiżi, u fuq l-iċċarar tal-ambitu ta' applikazzjoni preċiż ta' numru ta' dispożizzjonijiet speċifiċi. Barra minn hekk, ir-Rapporteur tagħkom fittex li jiċċara r-responsabilitajiet tal-importatur fir-rigward tal-Valutazzjoni ta' Wara l-Kostruzzjoni; huwa introduċa proposti biex titjieb it-traċċabilità tal-prodott, biex jiġi speċifikat fejn hi neċessarja t-tikketta KE, u huwa żgura wkoll li jinżammu l-kontrolli eżistenti mill-Korpi Notifikati għal bastimenti akbar li potenzjalment jistgħu joħorġu fl-ibħra. Ir-Rapporteur tagħkom qies ukoll bżonnjuż li jiġi provdut aktar dettall dwar l-applikazzjoni eżatta ta' numru ta' rekwiżiti importanti tas-sikurezza (flotazzjoni, elettriku, gass, u ventilazzjoni tat-tank tal-fjuwil).
Ir-Rapporteur tagħkom iddeċieda wkoll li jressaq sistema aġġornata li tiddefinixxi l-kategoriji tad-disinn tad-dgħajjes li tneħħi r-rabta eżistenti bejn il-kategorija tad-disinn u l-użu intenzjonat skont il-post ġeografiku (per eżempju xi ftit 'il bogħod mill-kosta jew ilmijiet imkenna) biex minflok jibqgħu bħala ż-żewġ parametri ewlenin, il-forza tar-riħ u l-għoli tal-mewġ, li huwa aktar preċiż u xieraq. Din il-bidla suġġerita tirrifletti aktar it-termini użati fl-istandard armonizzat internazzjonali rilevanti. Ir-Rapporteur madankollu għandu riżervi dwar dan jekk il-proposta tispiċċa tkun għalja wisq biex il-manifatturi jadattaw rwieħhom għaliha. Ir-Rapporteur tagħkom se jqis li jitlob lill-kollegi l-MPE għall-approvazzjoni biex tiġi kkumissjonata Valutazzjoni tal-Impatt Limitat tal-Kumitat IMCO qabel ma jinżammu jew jiġu rtirati dawn l-emendi, għax dawn il-bidliet suġġeriti lis-sistema ma kinux koperti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta.
Allinjament globali
Il-proposta tal-Kummissjoni tallinja l-UE mal-aħħar regolamenti tal-Aġenzija tal-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti kemm għall-magni SI kif ukoll dawk CI. Dan ifisser li l-Istati Uniti, il-Kanada, l-UE u l-Ġappun se jkollhom limiti komuni tal-emissjonijiet tal-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni li għandu jipprovdi motivazzjoni qawwija għal ġurisdizzjonijiet oħrajn bħall-Awstralja - li qed tqis li tirregola dan is-settur - biex jadottaw dan l-approċċ.
Is-settur tal-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni huwa żgħir. Anki l-akbar segment tal-magni (magni fuq barra), kellu biss bejgħ globali totali fl-2009 ta' 457,000 biċċa mifruxin fost 105 kumpaniji tal-magni. Il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' inġenji tal-ilma personali bil-magni fuq barra u l-magni CI tad-diżil li jużaw post trattament bi żviluppi u spejjeż tal-manifattura għoljin ħafna se jitolbu approċċ globali biex wieħed ikun jista' jaffordjahom. Il-proposta tal-Kummissjoni tibda dan il-proċess u l-Emenda 19 hija maħsuba biex tiżgura dan l-approċċ globali jinżamm fl-istadju li jmiss tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-egżost.
Emissjonijiet tal-egżost
Huwa meqjus f'sens wiesa' li dan is-settur għandu impatt limitat fuq l-ambjent minħabba n-numru baxx ta' inġenji tal-ilma fiċ-ċirkolazzjoni meta mqabbel mal-vetturi l-oħra bil-magni, flimkien mal-volumi dejjem jonqsu ta' bejgħ sa mill-2007 (niżlu bin-nofs) u l-użu limitat għal kull siegħa fis-sena. F'dan il-kuntest, is-settur tal-manifattura ressaq kunsiderazzjonijiet ambjentali safejn huwa possibbli bit-teknoloġiji applikati attwali u appoġġja l-implimentazzjoni l-aktar bikrija possibbli bi spiża aċċettabbli għall-industrija. Ir-Rapporteur jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha li l-limiti proposti għall-emissjonijiet tal-egżost jirriflettu l-aktar tnaqqis riġidu imma fattibbli fiż-żmien mogħti.
Il-proposta tintroduċi tnaqqis fil-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet tas-CO għal ċerti kategoriji ta' magni li jaqbdu bl-ispark interni u li jinsaqu mill-poppa u l-ebda bidla għall-magni diżil li f'kwalunkwe każ jipproduċu livelli baxxi tas-CO. Tnaqqis aktar sinifikanti tat-tliet inkwinanti (HC, NOx u CO) tal-magni SI huwa biss possibbli permezz ta' gass tal-egżost ta' wara t-trattament li jintroduċi t-teknoloġija tal-katalist 'three-way', imma li sfortunatament għadha mhijiex żviluppata biżżejjed fuq magni tal-inġenji tal-ilma fuq barra u personali. Bħalissa hemm restrizzjonijiet fiżiċi u l-investiment meħtieġ mhuwiex finanzjarjament aċċessibbli għall-industrija.
Il-proposta tnaqqas l-emissjonijiet globali ta' HC u NOx għal magni tal-inġenji tal-ilma fuq barra u personali b'tal-anqas 25% imma biex jintlaħaq dan jitlob żieda fis-CO. Jinstab kompromess dirett ta' kombustjoni hawnhekk. Jekk l-emissjonijiet HC u NOx jitnaqqsu, dan ifisser żieda fl-emissjonijiet CO. Ir-Rapporteur iħeġġeġ lill-kollegi l-MPE biex iqisu dan u jappoġġjaw il-proposti tal-Kummissjoni dwar dan il-punt ewlieni tal-emissjonijiet ambjentali.
Ir-Rapporteur innota madankollu l-isforzi tal-industrija biex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-emissjonijiet imsemmija qabel u jappoġġja t-taqsir tal-perjodu tranżitorju oriġinarjament propost mill-Kummissjoni, u jeżistu regoli effiċjenti mfassla għal tmiem l-2014 għall-maġġoranza tal-magni (ara Emenda 20). Il-perjodu tranżitorju itwal se jkun illimitat għal magni fuq barra li jaqbdu bl-ispark plug (SI) b'qawwa taħt il-15-il kilowatt u li huma prodotti mill-SMEs biss, fejn hemm bżonn ta' aktar żmien, ara l-proposta tal-Kummissjoni Artikolu 58 paragrafu 2.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur tagħkom ressaq emenda li tħeġġeġ l-użu tal-bijofjuwils, u ppropona wkoll li l-Kummissjoni tinvestiga fi żmien 5 snin, il-possibilità li toħroġ stadju ulterjuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-magni.
Emissjonijiet tal-istorbju
Id-diskussjonijiet preliminari fil-Kumitat jissuġġerixxu li l-MPE se jħarsu aktar fid-dettall lejn il-livelli tal-emissjonijiet tal-istorbju ambjentali. Dwar dan il-punt, ir-Rapporteur tagħkom jixtieq li l-kollegi jżommu f'moħħhom ir-restrizzjonijiet fiżiċi fir-rigward ta' kwalunkwe titjib fuq ir-rekwiżiti proposti mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati.
Skont l-isfond, wara ttestjar estensiv tal-istorbju min-naħa tal-industrija fuq id-dgħajjes, inġabar sett ta' data komprensiva dwar l-istorbju tad-dgħajjes biex jiġu żviluppati kemm il-valuri ta' limitu tad-Direttiva kif ukoll standard ISO ta' ttestjar. Ir-riżultati kienu kkonfermati b'mod indipendenti minn proġett FP6. L-irmunkar ta' speedboat tipiku ta' 5.5m b'veloċità ta' 70km/h wera li l-istorbju li joħroġ mill-buq fl-ilma = 72db b'distanza ta' 25m mill-mikrofonu. Il-manifatturi tal-magni qablu li l-magni tagħhom ma għandhomx ikunu aktar storbjużi mill-buq tad-dgħajsa u saru ċerti tibdiliet fid-disinn biex ma jinqabiżx dan il-limitu. Kif meħtieġ, l-istorbju tal-buq u tal-magna ta' 72db kull wieħed, jingħaqad f'valur ta' 75db li huwa r-rekwiżit stipulat fid-Direttiva. Ġew żviluppati valuri aktar baxxi għal dgħajjes u magni iżgħar u kien neċessarju li jiġu permessi b'mod addizzjonali 3db għall-istallazzjonijiet ta' magni multipli.
Illum il-metodu tal-ittestjar huwa stipulat fi standard armonizzat EN ISO 14509 Parti 1. Il-limiti stipulati f'din il-proposta jirrappreżentaw x'jista' jintlaħaq bid-disinn attwali tad-dgħajjes. Hija l-pożizzjoni tar-Rapporteur tagħkom li l-istorbju tal-magni ma jista' jagħmel l-ebda kontribut sinifikanti ulterjuri biex jitnaqqas aktar l-istorbju tad-dgħajsa. Per eżempju, jekk mira biex jitnaqqas aktar l-istorbju tal-magna hija proposta bħala 10db (li ma tistax tintlaħaq), din tnaqqas biss il-livelli globali tal-istorbju tad-dgħajsa b'3db. Hija l-konklużjoni tar-Rapporteur tagħkom li kwalunkwe miżura riġida b'mod sinifikanti fuq l-istorbju tkun teħtieġ disinnjar mill-ġdid tad-dgħajsa sħiħa li jkollu impatt negattiv fuq l-ispazju għall-akkomodazzjoni u aktar importanti fuq is-sikurezza (is-saħħa tal-buq, l-istabilità tad-dgħajsa u kemm tkun tajba d-dgħajsa għat-tbaħħir).
Finalment, ladarba d-dgħajjes, fil-parti l-kbira tagħhom, ma jimxux fuq wiċċ ċatt, il-mewġ huwa komponent ewlieni tal-istorbju tad-dgħajjes meta dan jagħmel impatt mal-buq. L-istorbju jaf ikun problema għal għadajjar iżgħar jew kalmi jew ċerti xmajjar u kanali, imma jidher b'mod ċar li mhux fil-maġġoranza tas-sitwazzjonijiet tal-ħajja reali. Il-perċezzjoni pubblika taf ukoll tiġi affettwata mill-ħafna dgħajjes fl-ilma li ħarġu qabel l-introduzzjoni tal-limiti tal-istorbju tal-UE. Barra minn hekk, l-istorbju huwa prinċipalment marbut mal-imġiba tal-utent aktar milli t-teknoloġija, għalhekk l-istorbju xorta waħda huwa l-aħjar li jitnaqqas billi jkun hemm limiti tal-veloċità u għassa xierqa. Ir-Rapporteur tagħkom jixtieq jagħti parir lill-kollegi l-MPE biex ma jemendawx il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-emissjonijiet tal-istorbju.
25.4.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali
( COM(2011)0456 – C7‑0212/2011 – 2011/0197(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Salvatore Tatarella
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sfond
L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali huwa li tiġi riveduta direttiva adottata fl-1994 – id-Direttiva 94/25/KE – li stipulat standards bażiċi tas-sikurezza għall-inġenji tal-ilma mqiegħda fis-suq. Id-Direttiva 94/25/KE diġà ġiet emendata mid-Direttiva 2003/44/KE, li introduċiet sett ta' valuri ta' limitu għall-emissjonijiet tal-egżost u l-livelli tal-istorbju għall-inġenji tal-ilma. Din il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni timponi limiti tal-emissjonijiet aktar riġidi li jirriflettu l-progress teknoloġiku tal-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni; din se jkollha l-effett li tarmonizza l-limiti mad-dinja kollha u, b'mod partikolari, tagħmilhom konformi mal-limiti imposti mill-Istati Uniti. Is-settur tad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni għandu impatt limitat fuq l-ambjent, minħabba n-numru żgħir ta' inġenji tal-ilma meta mqabbel mal-vetturi bil-muturi in ġenerali u l-fatt li huma jintużaw biss għal ftit xhur fis-sena.
Id-direttiva tistipula livelli massimi tal-emissjonijiet tal-egżost għal sustanzi niġġiesa bħal partikulati, ossidi tan-nitroġenu u idrokarburi. Hi ma tindirizzax is-CO2.
Qabel ma ġie finalizzat l-abbozz tad-direttiva, il-Kummissjoni għamlet konsultazzjonijiet wiesgħa ma' partijiet interessati: l-industriji nawtiċi, il-produtturi tal-magni, l-assoċjazzjonijiet nawtiċi u l-Istati Membri. Kien hemm kunsens ġenerali fost il-partijiet interessati kollha dwar il-proposta. L-abbozz tad-direttiva tistipula regoli ġodda għal settur li jimpjega 270 000 persuna u jinkludi 37 000 negozju. Is-settur nawtiku jikkonsisti primarjament minn SMEs (li jammontaw għal 95% tan-negozji kkonċernati). Għalhekk il-Kummissjoni kienet attenta li tqis b'mod partikolari l-SMEs fis-settur tal-inġenji u l-magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni, filwaqt li qieset li ċerti produtturi ta' magni b'volum żgħir ifornu biss lis-suq Ewropew. Sa mill-2007, is-settur ġie serjament affettwat mill-kriżi ekonomika, bil-bejgħ totali ta' inġenji illi jintużaw għar-rikreazzjoni li naqas bin-nofs.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, u b'mod partikolari jappoġġa l-objettiv tagħha li tarmonizza l-leġiżlazzjoni eżistenti. Huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li d-direttiva l-ġdida, filwaqt li jiġu ssikkati xi dispożizzjonijiet biex jikkonformaw mal-kriterji ambjentali, tgħin biex titħeġġeġ il-kompetittività tas-settur billi jiġi konformi mas-setturi l-aktar avvanzati tas-suq fil-livell dinji. Dan għandu jippermetti lill-industrija li tegħleb il-kompetizzjoni iebsa mill-Istati Uniti u lill-Unjoni Ewropea li jkollha rwol ewlieni fis-settur.
Element ewlieni wieħed tad-direttiva huwa li jiġi permess perjodu tranżitorju li jippermetti lill-produtturi jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda tal-emissjonijiet. Ir-rapporteur jilqa' l-estensjoni tal-perjodu tranżitorju għal tliet snin għall-produtturi ta' magni b'daqs żgħir u medju li jqiegħdu fis-suq tal-UE magni fuq barra taħt 15-il kW. Fil-każ tat-tniġġis tal-istorbju, madankollu, ma hemm propost l-ebda bidla għall-valuri ta' limitu attwali għax l-emissjonijiet tal-istorbju jirrelataw mhux biss għall-istorbju tal-magni, imma wkoll għall-kundizzjonijiet ambjentali esterni: dawn iż-żewġ fatturi jagħmluha diffiċli ħafna li jiġu emendati r-regoli eżistenti.
Ir-rapporteur tagħkom jemmen bis-sħiħ li l-emissjonijiet tal-istorbju għandhom ikunu kkontrollati fil-livell lokali minn miżuri li jissikkaw ir-restrizzjonijiet tal-veloċità. Il-livelli tal-istorbju huma kkorrelati mill-qrib mal-imġiba tal-utenti tal-inġenji tal-baħar u l-konformità mar-regoli li japplikaw għall-użu rikreattiv ta' tali inġenji. Ir-rapporteur tagħkom jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina, fil-ħames snin li ġejjin, il-fattibbiltà ta' stadju ulterjuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-magni tal-baħar filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u inkluża l-problema tat-tixrid tal-fjuwil fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni. Finalment, ir-rapporteur tagħkom iqis li l-proposta għandha tkun adottata bħala kwistjoni tal-akbar urġenza biex jiġi żgurat li d-direttiva tiġi trasposta u implimentata mill-Istati Membri kemm jista' jkun malajr.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni rapporti tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 22
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(22) Għandhom jintużaw iċ-ċikli tat-test għall-magni f'applikazzjonijiet tal-baħar deskritti fl-istandard ISO rilevanti, skont il-fjuwil u l-kategorija ta' qawwa tagħhom. | (22) Għandhom jintużaw iċ-ċikli tat-test għall-magni f'applikazzjonijiet tal-baħar deskritti fl-istandard ISO rilevanti, skont il-fjuwil u l-kategorija ta' qawwa tagħhom. Għal stallazzjonijiet ta' enerġija ibrida li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti mill-magni standard tal-kombustjoni interna, jeħtieġ jiġi żviluppat ċiklu ta' ttestjar speċjali għall-istallazzjonijiet ta' enerġija ibrida marina. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 26a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26a) L-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk hux qed jieħdu miżuri nazzjonali speċifiċi skont ir-reġjun, bħall-introduzzjoni jew l-aġġustament tal-limiti ta’ veloċità, sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun l-emissjonijiet ta’ ħsejjes. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) Huwa kruċjali li kemm il-manifatturi kif ukoll l-utenti jkunu jafu b’mod ċar li bit-twaħħil tal-marka CE mal-prodott, il-manifattur ikun qed jiddikjara li l-prodott huwa konformi mar-rekwiżiti kollha applikabbli u jieħu r-responsabbiltà kollha tal-prodott. | (28) Bit-twaħħil tal-marka CE mal-prodott, il-manifatturi għandhom jerfgħu r-responsabbiltà kollha tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti applikabbli. Il-manifatturi u l-utenti għandhom jingħataw iktar informazzjoni dwar dan sabiex jinkisbu l-objettivi tal-marka CE. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Artikolu 53 – paragrafi 2a u 2b (ġodda)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(1), u filwaqt li titqies kwalunkwe inizjattiva tas-swieq ewlenin, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar: |
| - il-fattibbiltà teknika li jitnaqqsu b'mod ulterjuri l-emissjonijiet tal-magni tal-baħar illi jintużaw għar-rikreazzjoni, filwaqt li titqies il-kosteffettività tat-teknoloġiji u l-bżonn li jkun hemm qbil mal-valuri globalment armonizzati għas-settur; kif ukoll |
| - il-bżonn li jitnaqqas it-tixrid tal-fjuwil. |
| Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta leġiżlattiva għal dak il-għan. |
PROĊEDURA
Titolu | Id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali | |||
Referenzi | COM(2011)0456 – C7-0212/2011 – 2011/0197(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 13.9.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 13.9.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Salvatore Tatarella 28.9.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 20.3.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 25.4.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 56 0 6 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Vicky Ford, Jacqueline Foster, Julie Girling, Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, Vittorio Prodi, Michèle Rivasi, Renate Sommer, Struan Stevenson, Anna Záborská, Andrea Zanoni | |||
24.4.2012
OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali
( COM(2011)0456 – C7‑0212/2011 – 2011/0197(COD) )
Rapporteur: Roberts Zīle
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal reviżjoni tad-Direttiva dwar id-Dgħajjes illi jintużaw għar-Rikreazzjoni (94/25/KE) (RCD) tfittex li ttejjeb ir-rendiment ambjentali tad-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali billi tqis ir-reviżjoni tal-limiti għall-emissjonijiet tal-egżost minn magni tal-baħar u l-limiti tal-istorbju u billi timmodernizza sostanzjalment ir-rekwiżiti tas-sikurezza eżistenti. L-objettiv addizzjonali tal-inizjattiva huwa li jiġu żgurati kundizzjonijiet regolatorji ugwali mas-sħab kummerċjali ewlenin tal-UE u t-tħaddim bla xkiel tas-suq intern għall-inġenji tal-ilma. Hija tkopri dgħajjes bil-mutur, dgħajjes bil-qlugħ, inġenji tal-ilma personali (jet skis), il-magni u l-komponenti tagħhom li mhumiex użati għal raġunijiet kummerċjali. Il-leġiżlazzjoni l-ġdida hija mistennija tidħol fis-seħħ sa nofs l-2015.
Emissjonijiet tal-egżost
Bit-twaqqif ta' limiti aktar riġidi għall-NOx u l-idrokarburi (HC), id-Direttiva riveduta tikkonforma l-emissjonijiet tal-egżost ta' magni tal-baħar li jintużaw għar-rikreazzjoni mar-regoli tal-Istati Uniti, li huma aktar riġidi. L-istess limiti tal-emissjonijiet għas-swieq tal-UE u l-Istati Uniti, il-Kanada u l-Ġappun, jiffrankaw il-kostijiet għall-manifatturi tal-UE fir-rigward tal-iżvilupp, il-manifattura u ċ-ċertifikazzjoni tal-linji tal-prodotti tagħhom. Ir-rapporteur tagħkom jaqbel mal-Kummissjoni u r-rapporteur tal-kumitat ewlieni dwar dawn li ġejjin: Il-limiti proposti għall-emissjonijiet tal-egżost jirriflettu l-aktar tnaqqis riġidu imma fattibbli fiż-żmien mogħti. Tnaqqis aktar sinifikanti tat-tliet inkwinanti (HC, NOx u CO) fil-magni SI huwa biss possibbli permezz tal-post-trattament tal-gass tal-egżost li jintroduċi t-teknoloġija tal-katalist 'three-way'. Madankollu, it-teknoloġija meħtieġa għadha mhijiex żviluppata b'mod suffiċjenti u tkun teħtieġ investiment li bħalissa mhuwiex finanzjarjament aċċessibbli għall-industrija. Barra minn hekk, ir-rapporteur tagħkom jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni għal perjodu tranżitorju ta' 3 snin għall-manifatturi kollha tal-magni u 3 snin addizzjonali għall-impriżi żgħar u medji li jimmanifatturaw magni SI li jitpoġġew fuq barra ta' dgħajsa b'saħħa tal-magna < 15 kW sabiex jiġi żgurat telf minimu f'sens ekonomiku u soċjali.
Il-proposta tal-Kummissjoni għal rekwiżit ġdid biex tiddaħħal installazzjoni obbligatorja ta' tankijiet kontenituri jew sistemi għat-trattament tal-ilma fuq id-dgħajjes trid tintlaqa' għall-ġid tal-protezzjoni ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni tat-tfigħ ta' dranaġġ fil-baħar.
Emissjonijiet tal-istorbju
Ir-rapporteur tagħkom jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex jinżammu l-limiti attwali għall-emissjonijiet tal-istorbju għax kwalunkwe tnaqqis ulterjuri jkun jeħtieġ li l-magni jiġu ddisinjati mill-ġdid b'mod sinifikanti. Wieħed irid iżomm f'moħħu li l-istorbju li joħroġ mid-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni huwa affettwat minn numru ta' fatturi bħal ma huma l-magna, il-buq, il-konċentrazzjoni ta' dgħajjes, il-veloċità, l-imġiba tas-sewwieq, il-ġeografija u l-kundizzjonijiet tat-temp. Huwa għalhekk li d-Direttiva tippermetti li jittieħdu miżuri nazzjonali sabiex jiġu ffissati limiti aktar riġidi bħal ma huma l-limiti tal-veloċità, id-distanza minima mix-xatt jew il-projbizzjoni fuq dgħajjes f'żoni speċifiċi. Ir-rapporteur tagħkom iqis li skambju ta' opinjonijiet dwar l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri jħeġġeġ il-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti u jgħin biex jittieħdu miżuri xierqa. F'dan il-kuntest, ir-rapporteur tagħkom jirreferi għal ħafna kawżi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (b'mod partikolari dwar il-kawżi C-142/05 u C-433/05). L-emendi Nru 2 u 5 għandhom l-għan li jistiednu lill-Kummissjoni tiffaċilita dan il-proċess.
Rekwiżiti tas-sikurezza
Ir-Rapporteur tagħkom jisħaq fuq l-importanza tal-klawżola l-ġdida tas-sikurezza ġenerali li toffri l-bażi legali biex tneħħi mis-suq inġenji tal-baħar mhux sikuri jekk il-prodott ma jissodisfax ir-rekwiżiti tas-sikurezza tad-Direttiva jew jekk il-prodott jirrappreżenta, f'termini ġenerali, periklu għas-sikurezza u s-saħħa tal-persuni, għall-proprjetà jew għall-ambjent.
Ir-rapporteur tagħkom jilqa' obbligi aktar riġidi għall-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri biex jippruvaw il-konformità tal-prodotti tagħhom (per eżempju t-tikketta KE) permezz ta' proċeduri xierqa għall-valutazzjoni tal-konformità. Billi l-maġġoranza tad-dgħajjes importati b'mod privat huma importati minn pajjiżi terzi, huwa pożittiv il-fatt li l-importaturi privati jkunu issa inklużi b'mod espliċitu taħt l-obbligi tad-Direttiva tal-Valutazzjoni ta' Wara l-Kostruzzjoni. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li dawn id-dgħajjes jikkorrispondu mar-rekwiżiti msaħħa ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom bżonn jiżguraw li l-kontrolli adegwati u effiċjenti jsiru kemm mal-fruntieri esterni tal-UE kif ukoll ġewwa l-Unjoni nnifisha.
Teknoloġiji ibridi
Ir-Rapporteur tagħkom huwa tal-opinjoni li l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-magni ibridi għall-inġenji illi jintużaw għar-rikreazzjoni għandu jitqies - fi ħdan id-Direttiva - bħala soluzzjoni innovattiva għas-sistemi ta' propulsjoni. L-emendi tar-rapporteur Nri 1, 3, 6 u 7 jiżguraw li s-soluzzjonijiet ta' propulsjoni innovattivi u ċ-ċikli tal-ittestjar għall-magni ibridi jkunu koperti mid-Direttiva.
EMENDI
Il-Kumitat għat-Transport u t-Turiżmu jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) Għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa fil-ġejjieni biex tinġabar dejta dwar l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) minn magni fuq dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali. |
Ġustifikazzjoni
L-impatt tal-karbonju ta' sitt miljun dgħajsa li tintuża għar-rikreazzjoni u inġenju tal-ilma personali għandu jiġi kkalkulat sabiex l-ewwel tiġi vvalutata l-iskala tal-problema u mbagħad tiġi ttrattata. Skont il-Kummissjoni, għad m'hemmx inventarju tal-emissjonijiet tal-karbonju mid-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali.
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Jixraq ukoll li jkun hemm definizzjonijiet ta' "inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali" u ta' "importatur privat" li huma speċifiċi għal dan is-settur sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva. | (8) Jixraq ukoll li jkun hemm definizzjonijiet ta' "inġenju tal-ilma mibni għall-użu personali" u ta' "importatur privat" li jkunu speċifiċi għal dan is-settur sabiex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni uniformi tad-Direttiva. Huwa neċessarju li tiġi estiża d-definizzjoni ta' "magni ta' propulsjoni" stipulata fid-Direttiva 94/25/KEE sabiex tkopri wkoll is-soluzzjonijiet ta' propulsjoni innovattivi. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tfittex li twessa' d-definizzjoni ta' "magni ta' propulsjoni" għax it-teknoloġiji l-ġodda tal-magni ibridi, li qed jintużaw attwalment u li jistgħu jespandu fil-futur, ma kinux tqiesu f'din id-Direttiva.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 12a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (12a) Wara li kkunsidra n-natura speċifika tan-negozju li jsir mill-SMEs li jipproduċu dgħajjes għar-rikreazzjoni u inġenji tal-ilma personali, tali SMEs għandhom ikunu suġġetti għal forma speċjali ta’ appoġġ fid-dawl tal-piż sinifikanti ta’ investiment assoċjat ma’ negozju bħal dan. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Meta jqiegħdu prodott kopert minn din id-Direttiva fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-prodott isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura ta' komponent ma jippermettux din l-identifikazzjoni. | (15) Meta jqiegħdu prodott kopert minn din id-Direttiva fis-suq, l-importaturi għandhom jindikaw fuq il-prodott isimhom u l-indirizz fejn ikun jista’ jsir kuntatt magħhom. Fejn id-daqs jew in-natura ta' komponent ma jippermettux din l-indikazzjoni, l-importaturi għandhom jipprovdu dokumentazzjoni xierqa li biha ikun jista' jiġi identifikat tali komponent. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jistabilixxu tali rekwiżiti li huma jqisu meħtieġa għan-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet għall-iskop tal-ħarsien tal-ambjent, tal-istruttura tal-passaġġi tal-ilma, u l-assigurazzjoni tas-sikurezza fil-passaġġi tal-ilma, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux jeħtieġu modifika għall-inġenju tal-ilma li tkun konformi ma' din id-Direttiva. | (26) Skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw id-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu tali rekwiżiti li huma jqisu meħtieġa għan-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet għall-iskop tal-ħarsien tal-ambjent, tal-istruttura tal-passaġġi tal-ilma, u l-assigurazzjoni tas-sikurezza fil-passaġġi tal-ilma, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet ma jkunux jeħtieġu modifika għall-inġenju tal-ilma li tkun konformi ma' din id-Direttiva u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġġustifikati u proporzjonati għall-objettiv li jrid jintlaħaq. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva billi twaqqaf sistema adegwata għal tali skambju. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li skambju ta' opinjonijiet dwar l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5 jista' jgħin biex jiġu evitati miżuri sproporzjonati u għandu jitħeġġeġ mill-Kummissjoni.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 39
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(39) Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u evidenza xjentifika ġdida, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar it-Tħaddim tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda t-Taqsima 2 tal-Parti B u t-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness I, ħlief fil-każ ta' modifiki diretti jew indiretti fil-valuri għall-emissjoni tal-ħsejjes u fil-valuri tal-proporzjon Froude u P/D, u l-Annessi V, VII u IX. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, inkluż dak fil-livell ta' esperti. | (39) Sabiex jitqies il-progress tal-għarfien tekniku u evidenza xjentifika ġdida, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar it-Tħaddim tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda t-Taqsima 2 tal-Parti B u t-Taqsima 1 tal-Parti C tal-Anness I, ħlief fil-każ ta' modifiki diretti jew indiretti fil-valuri għall-emissjoni tal-ħsejjes u fil-valuri tal-proporzjon Froude u P/D, biex jiġu inklużi ċikli ta' ttestjar għal magni ibridi, biex jiddaħħlu l-fjuwils għall-ittestjar imħallta mal-bijofjuwils fit-tabella tal-fjuwils għall-ittestjar ladarba dawn il-fjuwils għall-ittestjar ikunu internazzjonalment aċċettati u biex jiġu emendati l-Annessi V, VII u IX. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, inkluż dak fil-livell ta' esperti. |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tintroduċi s-sistemi ibridi fid-Direttiva li ma kinux tqiesu mill-Kummissjoni meta l-proposta għad-Direttiva kienet ġiet iffinalizzata minħabba nuqqas ta' informazzjoni f'dak il-mument.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 44
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(44) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi. | (44) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur ta’ din id-Direttiva u jiżguraw li jiġu implimentati minn servizzi maħluqa b’mod ċar għal dan l-iskop jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disważivi, u għandhom jiġu applikati mingħajr dewmien mhux ġustifikat. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a – punt xiii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(xiii) inġenji anfibji; | (xiii) inġenji anfibji li kapaċi joperaw kemm fuq l-ilma u fuq art niexfa; |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. "magna ta' propulsjoni" tfisser kwalunkwe magna ta' kombustjoni interna, li taqbad bl-ispark jew bil-kompressjoni, użata għal finijiet ta' propulsjoni; | 5. "magna ta' propulsjoni" tfisser kwalunkwe magna ta' kombustjoni interna, li taqbad bl-ispark jew bil-kompressjoni, użata direttament jew indirettament għal finijiet ta' propulsjoni; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda maħsuba biex tiżgura li t-tipi kollha ta' installazzjonijiet ibridi se jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-emissjonijiet tal-egżost tal-Anness I.B għax it-teknoloġija tal-ibridi ma kinetx tqieset f'din id-Direttiva.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet dwar in-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet bl-għan li jitħarsu l-ambjent u l-istruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, u jiżguraw is-sikurezza tal-passaġġi fuq l-ilma, bil-kundizzjoni li dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux il-modifika tal-inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. | Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx iżommu lill-Istati Membri milli jadottaw dispożizzjonijiet dwar in-navigazzjoni f'ċerti ilmijiet bl-għan li jitħarsu l-ambjent, inkluż it-tniġġis tal-istorbju, l-istruttura tal-passaġġi fuq l-ilma, u jiżguraw is-sikurezza tal-passaġġi fuq l-ilma, bil-kundizzjoni li dawk id-dispożizzjonijiet ma jeħtiġux il-modifika tal-inġenji tal-ilma li jikkonformaw ma' din id-Direttiva u li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu ġustifikati u proporzjonati. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u twaqqaf sistema adegwata għal tali skambju. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li skambju ta' opinjonijiet dwar l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5 jista' jgħin biex jiġu evitati miżuri sproporzjonati u għandu jitħeġġeġ mill-Kummissjoni.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) il-punt 2.3.1 ta' Parti B tal-Anness I, biex jiġu inklużi ċ-ċikli ta' ttestjar għal magni tal-propulsjoni ibridi; |
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda tipproponi li żżid, taħt is-setgħat iddelegati tal-Kummissjoni, ċikli ta' ttestjar ibridi ladarba jkun hemm qbil internazzjonali dwar tali ċikli ta' ttestjar.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 50 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 59 għandha tkun konferita għal perjodu indeterminat ta' żmien mid-data speċifikata fl-Artikolu 60. | 2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 49 għandha tkun konferita għal seba’ snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 60. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' seba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Anness 1 – punt A – punt 2.3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-inġenju tal-ilma għandu jkun iddisinjat sabiex jiminimizza r-riskji li wieħed jaqa' għal ġo l-ilma u biex jiffaċilita t-tlugħ lura. | L-inġenju tal-ilma għandu jkun iddisinjat sabiex jiminimizza r-riskji li wieħed jaqa' għal ġo l-ilma u biex jiffaċilita t-tlugħ lura. Il-mezzi ta’ tlugħ lura għandhom ikunu aċċessibbli jew ikunu jistgħu jintużaw minn persuna fl-ilma mingħajr għajnuna esterna. |
Ġustifikazzjoni
Id-disinn tal-inġenju tal-ilma għandu jippermetti lil dak li jkun li jitla’ lura fuqu mingħajr għajnuna, għal raġunijiet ta’ sikurezza, partikolarment f’kundizzjonijiet ta’ ilma kiesaħ. Din l-emenda tallinja t-test ukoll ma’ rekwiżiti eżistenti fl-Istati Uniti.
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Anness 1 – parti A – punt 5 – punt 5.3 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Għandha tingħata attenzjoni lill-provvista tal-protezzjoni kontra t-tagħbija żejda u x-short circuits fiċ-ċirkuwiti elettiriċi kollha li jistgħu jittieħdu minn batteriji, minbarra ċ-ċirkuwiti li jqabbdu l-magna. Għandu jkun hemm ventilazzjoni sabiex ma jakkumulawx il-gassijiet li jistgħu joħorġu mill batteriji. Il-batteriji għandhom ikunu mwaħħla fis-sod u protetti mid-dħul tal-ilma. | Għandha tingħata attenzjoni lill-provvista tal-protezzjoni adegwata kontra t-tagħbija żejda u x-short circuits fiċ-ċirkuwiti elettiriċi kollha li jistgħu jittieħdu minn batteriji, minbarra ċ-ċirkuwiti li jqabbdu l-magna. Iċ-ċirkuwiti ta' propulsjoni elettriċi għandhom ikunu ddisinjati u installati biex jevitaw kwalunkwe interazzjoni mhux mixtieqa maċ-ċirkuwiti l-oħrajn kollha. L-istallazzjoni għandha tiżgura li t-tagħmir li jaħżen l-enerġija elettrika ma jaqbiżx il-limiti ta' temperaturi massimi rakkomandati mill-produttur. Għandu jkun hemm ventilazzjoni sabiex ma jakkumulawx il-gassijiet esplussivi li jistgħu joħorġu. Il-batteriji għandhom ikunu mwaħħla fis-sod u protetti mid-dħul tal-ilma. |
Ġustifikazzjoni
Jekk l-installazzjonijiet ta' propulsjoni ibridi ma jkunux iżolati minn ċirkuwiti oħrajn, jistgħu jintroduċu riskji ġodda għad-dgħajsa f'termini ta' tisħin żejjed tal-batteriji b'riżultati potenzjalment katastrofiċi u żidiet f'daqqa ta' voltaġġ mill-mutur elettriku ibridu b'saħħtu li jibblukkaw it-tagħmir elettroniku kollu fuq id-dgħajsa inkluż il-kontrolli tal-magna. Fejn it-tagħmir tar-radju/tas-sikurezza għandu bżonn jibqa' operattiv, ċirkuwit elettriku separat huwa bżonnjuż anki jekk jinqata' l-elettriku fiċ-ċirkuwit ta' propulsjoni elettrika.
PROĊEDURA
Titolu | Id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali | |||
Referenzi | COM(2011)0456 – C7-0212/2011 – 2011/0197(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 13.9.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 13.9.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Roberts Zīle 17.10.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 26.3.2012 | 23.4.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 24.4.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 35 0 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Magdi Cristiano Allam, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Jörg Leichtfried, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Artur Zasada, Roberts Zīle | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Spyros Danellis, Eider Gardiazábal Rubial, Dominique Riquet, Anna Rosbach, Alfreds Rubiks, Sabine Wils, Tatjana Ždanoka | |||
PROĊEDURA
Titolu | Id-dgħajjes illi jintużaw għar-rikreazzjoni u l-inġenji tal-ilma personali | |||
Referenzi | COM(2011)0456 – C7-0212/2011 – 2011/0197(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 20.7.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 13.9.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 13.9.2011 | TRAN 13.9.2011 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Malcolm Harbour 27.9.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 24.1.2012 | 28.2.2012 | 25.4.2012 | 21.6.2012 |
Data tal-adozzjoni | 21.6.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 30 1 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Simon Busuttil, Pier Antonio Panzeri, Laurence J.A.J. Stassen, Marc Tarabella, Kyriacos Triantaphyllides, Anja Weisgerber, Kerstin Westphal | |||
Data tat-tressiq | 26.6.2012 | |||