Dokument ta' sessjoni
26.6.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020
( COM(2011)0707 – C7‑0397/2011 – 2011/0340(COD) )
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur għal opinjoni: Robert Rochefort
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta' konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) (III) Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 56
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits 62
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali 75
PROĊEDURA 82
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020
( COM(2011)0707 – C7‑0397/2011– 2011/0340(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0707 ),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0397/2011),
–wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-28 ta' Marzu 2012[1],
–wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
–wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0214/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-MFF li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jirrimarka li anke b'żieda ta' mill-inqas 5% fil-livell tar-riżorsi għall-MFF li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom; |
| ________________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Jenfasizza li l-baġit totali propost tal-Programm tal-Konsumaturi 2014-2020, li jammonta għal EUR 197 miljun (fi prezzijiet attwali) huwa modest u jinnota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm ikun hemm ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi MFF għas-snin 2014-2020; |
Emenda 3
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1c. Iqis li EUR 20.65 miljun għan-nefqa amministrattiva, li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-programm, bħala għolja; |
Ġustifikazzjoni
Peress li l-ammont totali tal-programm huwa ta’ 197 miljun, 20.65 miljun għan-nefqa amministrattiva hija aktar minn 10 fil-mija tal-pakkett totali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Il-programm tal-kosumaturi għall-perjodu 2014-2020 (il-“Programm”) għandu jikkontribwixxi għall-iżgurarta’ livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi jappoġġa bis-sħiħ l-ambizzjonijiet ta’ Ewropa 2000 fir-rigward tat-tkabbir u l-kompetittività billi jiġi integrat it-tħassib speċifiku ta’ Ewropa 2020 dwar l-aġenda diġitali għall-Ewropa sabiex jiġi żgurat li d-diġitalizzazzjoni effettivament twassal għal żieda fil-benessri tal-konsumaturi, dwar it-tkabbir sostenibbli billi nimxu lejn tendenzi ta’ konsum aktar sostenibbli, dwar l-inklużjoni soċjali billi titqies is-sitwazzjoni speċifika ta’ konsumaturi vulnerabbli u l-bżonn ta’ popolazzjoni li qed tixjieħ, u dwar ir-regolamentazzjoni intelliġenti permezz azzjonijiet ta’ monitoraġġ tas-suq tal-konsumatur li jgħinu fit-tfassil ta’ regolamenti intelliġenti u mmirati. |
Il-premessa li qabel kienet 4a, peress li n-numerazzjoni fil-verżjoni Franċiża mhijiex korretta.
Ġustifikazzjoni
Ce programme doit permettre à l'Union de répondre aux nouveaux défis posés par la politique des consommateurs à l'horizon 2020. Il est en ce sens justifié de le tourner davantage vers le futur en rappelant les objectifs de la stratégie Europe2020 pour une croissance intelligente, durable et inclusive qui prenne en compte le développement de l'environnement numérique, la complexité croissante de la prise de décision, la nécessité d'opter pour des habitudes de consommation plus durables et de prendre en compte le vieillissement de la population et l'inclusion des personnes vulnérables.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 2 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2b) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2012 bit-titolu "Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej - Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir", tiddefinixxi qafas strateġiku għall-politika tal-konsumaturi tal-Unjoni għas-snin li ġejjin, billi tappoġġa l-interessi tal-konsumaturi fil-politiki kollha tal-Unjoni. L-Aġenda għall-Konsumaturi hija intiża sabiex toħloq strateġija li permezz tagħha l-azzjoni politika se tappoġġa b'mod effikaċi u effiċjenti l-konsumaturi matul ħajjithom, permezz tas-sikurezza tal-prodotti u s-servizzi mqiegħda għad-dispożizzjonijiet tagħhom, permezz tal-informazzjoni mogħtija lilhom u l-edukazzjoni tagħhom, permezz tal-appoġġ lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, permezz tat-tisħiħ tad-drittijiet tagħhom u tal-aċċess tagħhom għall-ġustizzja u għar-rimedji u permezz tal-osservanza tal-leġiżlazzjoni. |
Il-premessa li qabel kienet 1b, peress li n-numerazzjoni fil-verżjoni Franċiża mhijiex korretta.
Ġustifikazzjoni
Għandha ssir referenza għall-Aġenda tal-Konsumaturi u għandu jiġi żgurat li teżisti koerenza bejn l-istrateġija u l-programm finanzjarju.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 2c (ġdida)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| (2c) It-tnaqqis riċenti fir-ritmu ekonomiku kixef għadd ta' nuqqasijiet u inkonsistenzi fis-suq uniku, li kellhom implikazzjonijiet negattivi fuq il-fiduċja tal-konsumatur u taċ-ċittadin. Filwaqt li jeħtieġ li jkunu rikonoxxuti r-restrizzjonijiet baġitarji li l-Unjoni qiegħda topera bihom fil-mument, l-Unjoni, madankollu, għandha tipprovdi mezzi finanzjarji adegwati biex tappoġġa strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 2d (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2d) L-eliminazzjoni tal-ostakoli diretti u indiretti għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u t-titjib tal-fiduċja u taċ-ċittadini fis-sistema, partikolarment waqt ix-xiri transkonfinali, huma essenzjali għat-twettiq tas-suq intern. L-Unjoni għandha timmira li toħloq kundizzjonijiet tajbin tas-suq billi tagħti s-setgħa lill-konsumaturi permezz ta’ għodod suffiċjenti biex dawn jieħdu deċiżjonijiet meqjusa u infurmati u billi żżid is-sensibilizzazzjoni tal-kosumaturi. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Dan ir-Regolament jikkunsidra l-ambjent ekonomiku, soċjali u tekniku u l-isfidi konkomitanti li qed jixirfu. B’mod partikolari, azzjonijiet finanzjati taħt dan il-programm għandhom ifittxu li jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-bżonn li jsiru passi lejn tendenzi ta' konsum aktar sostenibbli, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-kwistjoni tal-konsumaturi vulnerabbli. L-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-politiki kollha tal-Unjoni, skont l-Artikolu 12 TFUE, għandha tingħata prijorità għolja. Il-koordinazzjoni ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni hija parti prinċipali tal-iżgurar li l-interessi tal-konsumatur jingħataw kunsiderazzjoni sħiħa f’politiki oħra. Sabiex jiġu promossi s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni, fondi u programmi oħra tal-Unjoni għandhom jipprovdu għal appoġġ finanzjarju għall-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumatur fl-oqsma rispettivi tagħhom. | (3) Dan ir-Regolament jikkunsidra l-ambjent ekonomiku, soċjali u tekniku u l-isfidi konkomitanti li qed jixirfu. B’mod partikolari, azzjonijiet finanzjati taħt dan il-programm għandhom ifittxu li jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-livell li dejjem qed jikber tal-kumplessità tad-deċiżjonijiet li għandhom jagħmlu l-konsumaturi, il-bżonn li jsiru passi lejn tendenzi ta' konsum aktar sostenibbli, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-kwistjoni tal-konsumaturi vulnerabbli. L-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-politiki kollha tal-Unjoni, skont l-Artikolu 12 TFUE, hija prijorità kbira. Il-koordinazzjoni ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni hija parti prinċipali tal-iżgurar li l-interessi tal-konsumatur jingħataw kunsiderazzjoni sħiħa f’politiki oħra. Sabiex jiġu promossi s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni, fondi u programmi oħra tal-Unjoni għandhom jipprovdu għal appoġġ finanzjarju għall-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumatur fl-oqsma rispettivi tagħhom. |
Il-premessa li qabel kienet 2, peress li n-numerazzjoni fil-verżjoni Franċiża mhijiex korretta.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Il-Programm għandu jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi l-oħra b’attenzjoni partikolari għall-konsumaturi vulnerabbli sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom, kif ġie mitlub fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ... dwar strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli1. B’mod partikolari, il-Programm għandu jiżgura li l-konsumaturi vulnerabbli jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-prodotti u s-servizzi, sabiex ikollhom opportunitajiet indaqs fl-għamla ta’ għażliet ħielsa u informati, b’mod partikolari peress li l-konsumaturi vulnerabbli jista’ jkollhom diffikultajiet fl-aċċess u l-fehim tal-informazzjoni tal-konsumaturi, u għalhekk jirriskjaw li jiġu żgwidati. |
| 1 ĠU ... |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 3 a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) Il-partijiet interessati għandhom jimpenjaw ruħhom biex iwettqu reklamar responsabbli intiż għall-minorenni, b’mod partikolari billi ma jwettqux reklamar onlajn u fuq it-televiżjoni aggressiv u li jiżgwida. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti fi programm tal-konsumaturi għall-perjodu 2014 – 2020 (minn hawn ’il quddiem "il-Programm"), li jipprovdi qafas għall-finanzjament ta' azzjonijiet tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Programm. Dan ir-Regolament ikompli jibni fuq l-azzjonijiet iffinanzjati skont id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013). | (4) Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti fi programm tal-konsumaturi għall-perjodu 2014 – 2020 (minn hawn ’il quddiem "il-Programm"), li jipprovdi qafas għall-finanzjament ta' azzjonijiet tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reviżjoni sussegwenti tiegħu bir-Regolament (UE) Nru XXX/201Y1, dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Programm. Dan ir-Regolament ikompli jibni fuq l-azzjonijiet iffinanzjati skont id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013). |
| ___________ |
| 1 COM(2010)0815 . |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa importanti li jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur. Biex jinkiseb dan l-objettiv ġenerali, iridu jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi rigward is-sigurtà, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet u r-rimedji kif ukoll l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħudin taħt il-Programm għandhom jiġu monitorjati u evalwati regolarment. Għall-finijiet li tiġi evalwata l-politika tal-konsumatur, għandhom jiġu żviluppati indikaturi. | (5) Huwa importanti li jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur. Biex jinkiseb dan l-objettiv ġenerali, iridu jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi rigward is-sigurtà, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur u l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi fil-livell tal-Unjoni, id-drittijiet u r-rimedji kif ukoll l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħudin taħt il-Programm għandhom jiġu monitorjati u evalwati regolarment sabiex jiġi ffaċilitat tfassil ta’ politika aktar intelliġenti. Sabiex tiġi evalwata l-politika tal-konsumatur u b’mod partikolari l-impatt preċiż tal-miżuri meħuda, għandhom jiġu żviluppati indikaturi, li jistgħu jkunu kkompletati b’elementi kuntestwali. |
Il-premessa li qabel kienet 4, peress li n-numerazzjoni fil-verżjoni Franċiża mhijiex korretta.
Ġustifikazzjoni
L-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur huwa, minħabba l-importanza tiegħu, objettiv kompletament separat u għandu jissemma' bħala tali.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5a) Huwa importanti li tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur. Sabiex ikun jista' jintlaħaq dan l-objettiv, għandha tissaħħaħ il-portata għal azzjoni, b'mod partikolari permezz ta' appoġġ finanzjarju xieraq tal-intermedjarji bħall-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi Ewropew, u ċ-ċentri Ewropej tal-konsumaturi, fid-dawl tar-rwol maġġuri tagħhom li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi fir-rigward tad-drittijiet tagħhom, jappoġġu l-konsumaturi fit-tilwim tal-konsumaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għal mekkaniżmi xierqa għas-soluzzjoni ta' tilwim, u jippromvowu l-interessi tal-konsumaturi fil-kostruzzjoni tas-suq intern. Dawn l-orgainizzazzjonijiet u ċ-ċentri għandhom il-kapaċità jtejbu l-protezzjoni u l-fiduċja tal-konsumaturi billi jaġixxu fuq il-post u jippersonalizzaw l-għajnuna, l-informazzjoni u l-edukazzjoni. |
Il-premessa li qabel kienet 4a, peress li n-numerazzjoni fil-verżjoni Franċiża mhijiex korretta.
Ġustifikazzjoni
L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur huma kruċjali għat-tixrid ta' informazzjoni u l-assistenza lill-konsumaturi sabiex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u r-rappreżentazzjoni tal-interessi tagħhom waqt it-tfassil ta' liġijiet ġodda.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Huwa neċessarju li jiġu stipulati l-azzjonijiet eliġibbli li permezz tagħhom jinkisbu dawk l-objettivi. | (6) (6) Huwa neċessarju li jiġu speċifikati minn qabel l-azzjonijiet eliġibbli li permezz tagħhhom jinkisbu dawk l-objettivi. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) Fl-ispirtu tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, ta’ trasparenza u ta’ flessibilità fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-kontinwità tal-aġenzija eżekuttiva għandha tkun permessa biss fuq il-bażi ta' riżultat pożittiv ċar ta’ analiżi kost-benefiċċju ġdid u indipendenti. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 9b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9b) In-nefqa tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumaturi, l-edukazzjoni, id-drittijiet u l-infurzar għandha tkun koordinata aħjar sabiex tiżgura l-komplimentarjetà, effiċjenza u viżibilità aħjar, kif ukoll biex tikseb sinerġiji baġitarji aħjar. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tipprova żżid il-kapaċità tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-konsumaturi speċjalment fl-Istati Membri b’kultura tal-konsumatur relattivament iktar dgħajfa, permezz ta’ ġbir u koordinazzjoni aħjar tar-riżorsi.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm, fejn ikun xieraq, għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fil-Programm, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ftehimiet rilevanti bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni. | (11) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm, u fid-dawl tal-globalizzazzjoni tal-katina ta’ produzzjoni u l-interdipedneza li dejjem qed tikber tas-swieq, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi li mhumiex qed jipparteċipaw fil-Programm għandha tkun inkoraġġata, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim rilevanti bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni. |
Il-premessa li qabel kienet 10, peress li n-numerazzjoni fil-verżjoni Franċiża mhijiex korretta.
Ġustifikazzjoni
Il-globalizzazzjoni u t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali jagħmlu neċessarju t-tisħiħ tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, li fl-2010 kienu s-sors ta’ tal-anqas 73% tal-prodotti notifikati għal nuqqas ta’ osservanza mal-leġiżlazzjoni Ewropea.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adattament tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (12) Sabiex jiġu emendati u kkompletati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u tal-adattament tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II, sabiex tiġi kkompletata l-lista ta’ azzjonijiet fl-Anness I u sabiex jiġu adottati varjazzjonijiet ta' aktar minn 20% tal-ammonti indikattivi speċifikati fl-Anness IIa. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul ix-xogħol ta' tħejjija kollu tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Il-premessa li qabel kienet 11, peress li n-numerazzjoni fil-verżjoni Franċiża mhijiex korretta.
Ġustifikazzjoni
L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali toħloq għażliet politiċi intiżi sabiex jippreċiżaw, u b'hekk jikkompletaw, il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża d-distribuzzjoni tar-riżorsi finanzjarji, hekk kif stabbilit fl-att leġiżlattiv ta' bażi u dan iwassal għall-bżonn ta' delega ta' setgħa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE. Deċiżjoni li tiġi kkompletata l-lista tal-azzjonijiet tal-Anness I permezz ta' azzjonijiet simili għandha wkoll tieħu l-forma ta' att ddelegat, skont l-Artikolu 290 TFUE.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Biex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-finijiet li jiġu adottati l-programmi ta' ħidma annwali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Minħabba li l-Programm ma jistabbilixxix kriterji għas-sigurtà tal-prodotti iżda jimmira li jipprovdi sostenn finanzjarju lill-għodda għall-implimentazzjoni tal-politika dwar is-sigurtà tal-prodotti, u minħabba l-ammont relattivament żgħir kkonċernat, huwa f'loku li tkun applikata l-proċedura konsultattiva. | imħassar |
Il-premessa li qabel kienet 12, peress li n-numerazzjoni fil-verżjoni Franċiża mhijiex korretta.
Ġustifikazzjoni
L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali toħloq għażliet politiċi intiżi sabiex jippreċiżaw, u b'hekk jikkompletaw, il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża d-distribuzzjoni tar-riżorsi finanzjarji, hekk kif stabbilit fl-att leġiżlattiv ta' bażi u dan iwassal għall-bżonn ta' delega ta' setgħa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE. Ara l-premessa 11.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-għan tal-Programm huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur infurmat fiċ-ċentru tas-suq intern. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u li jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimeta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri. | L-għan tal-Programm huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur infurmat fiċ-ċentru tas-suq intern. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv, fi ħdan il-qafas ta’ strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u li jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimeta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri. |
| Il-programm se jkun ikkomplementat ukoll bi strumenti u politiki oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-programm Multiannwali "Drittijiet u Ċittadinanza" 2014-2020 li jinkludi, bħala wieħed mill-objettivi tiegħu, l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi1. |
| _______________ |
| Objettiv [(e)] tar-Regolament Nru XXX/201Y [li jistabbilixxi, għall-perjodu 2014 sa 2020, il-Programm Drittijiet u Ċittadinanza]. |
Ġustifikazzjoni
Dan il-programm għandu jippermetti lill-Unjoni tindirizza l-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mill-politika tal-konsumaturi għall-2020. F'dan is-sens huwa ġġustifikat li wieħed iħares aktar lejn il-futur meta wieħed jiftakar fl-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikoalri permezz tal-attività tas-sistema ta' twissija bikrija tal-UE għal prodotti tal-konsumaturi perikolużi (RAPEX). | Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikoalri permezz tal-attività u l-effikaċja tas-sistema ta' twissija bikrija tal-UE għal prodotti tal-konsumaturi perikolużi (RAPEX). |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) "Objettiv 2 - informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur | b) Objettiv 2 - informazzjoni u edukazzjoni u appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur |
Ġustifikazzjoni
L-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur huwa, minħabba l-importanza tiegħu, objettiv kompletament separat. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi kjarifikata hawnhekk id-distinzjoni bejn dan l-objettiv u l-objettivi ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni tal-konsumaturi.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
c) Objettiv 3 – drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim. | c) Objettiv 3 – drittijiet u rimedji: biex ikunu żviluppati u msaħħa d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja intelliġenti u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji individwali sempliċi, effiċjenti, rapidi u li mhumiex għoljin u, jekk ikun xieraq, kollettivi, inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim. |
Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz ta' rikors għal soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim biex jissolvew tilwimiet transkonfinali u permezz tal-attività ta' sistema online għas-soluzzjoni tat-tilwim mifruxa mal-Unjoni. | Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz ta' rikors għal soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim biex jissolvew tilwimiet transkonfinali u permezz tal-attività ta' sistema online għas-soluzzjoni tat-tilwim mifruxa mal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni
Għandha tiġi prevista l-possibbiltà li jiġu żviluppati d-drittijiet tal-konsumatur u biss mhux li jiġi kkonsolidat l-acquis. Il-persentaġġ tal-konsumaturi li jirrikorru għar-rimedji (kemm mal-kummerċjant, mal-impriża, permezz ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim kif ukoll quddiem qorti) jindika l-fiduċja tagħhom f'dawn is-sistemi u b'hekk l-effikaċja ta' dawn tal-aħħar.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz tal-livell ta' fluss ta' informazzjoni u tal-kooperazzjoni fin-Netwerk għall-Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur u l-attività taċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej. | Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz tal-livell ta' fluss ta' informazzjoni u tal-effikaċja tal-kooperazzjoni fin-Netwerk għall-Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur u l-attività taċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej, il-livell ta’ għarfien tal-konsumatur dwar dawn iċ-ċentri, u l-livell ta’ sodisfazzjon tal-konsumaturi fir-rigward tal-għajnuna li rċevew waqt l-aħħar proċedura ta’ soluzzjoni ta’ tilwim. |
Ġustifikazzjoni
Fid-dawl tal-fatt li n-Netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur ilu jeżisti, għandu jkun hemm aktar preċiżjoni fil-kriterji miżmuma, billi magħhom jiżdiedu elementi ta' natura kwalitattiva. B'hekk, barra l-miżura tal-flussi ta' informazzjoni, qed jiġi propost li titkejjel l-effikaċja tan-netwerk. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur wriet il-livell ta’ għarfien baxx taċ-ċittadini Ewropej dwarhom (15%). Għalhekk għandu jitqies l-iżvilupp tal-livell ta’ għarfien u ta’ viżibbiltà tagħhom. Biex ikun hemm konsistenza mal-Anness II kif emendat.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Informazzjoni u parteċipazzjoni tal-konsumaturi ta’ kwalità għolja huma prijorità transettorjali u għalhekk, iridu jkunu previsti b’mod espress, kull meta possibbli, fl-objettivi u fl-azzjonijiet settorjali kollha ffinanzjati mill-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tipprova żżid il-profil ta’ parteċipazzjoni informata tal-konsumaturi inġenerali, peress li l-għan aħħari tal-programm huwa li l-konsumatur jitqiegħed fil-qalba tas-Suq Uniku.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tadatta l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II. | Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tadatta l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II jew tistabbilixxi indikaturi ġodda. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt a - punt 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) It-titjib fit-traċċar tal-prodotti u fl-aċċess għal informazzjoni dwar prodotti perikolużi; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) il-kostruzzjoni tal-bażi ta' evidenza għat-tfassil tal-politika f'oqsma li jaffettwaw il-konsumaturi ; | (4) il-kostruzzjoni u t-titjib tal-aċċessi tal-bażi ta' evidenza għat-tfassil tal-politika f'oqsma li jaffettwaw il-konsumaturi, sabiex titfassal regolamentazzjoni intelliġenti u mmirata u jiġu identifikati n-nuqqasijiet possibbli fil-funzjonament tas-suq jew il-bidliet fil-bżonnijiet tal-konsumaturi; |
Ġustifikazzjoni
Bl-għan li jsir titjib fil-potenzjal ta’ din il-bażi ta’ informazzjoni, jeħtieġ li din tkun faċilment aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' effikaċja għandu jkun żgurat li l-bażi ta' evidenza tkun intiża sabiex tintuża waqt it-tfassil ta' liġijiet ġodda, għall-identifikazzjoni ta' nuqqasijiet possibbli fil-funzjonament tas-suq jew għall-bżonnijiet ġodda tal-konsumaturi.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Article 4 – paragraph 1 - point b – introductory part
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) skont l-objettiv 2 - informazzjoni u edukazzjoni: | (b) skont l-objettiv 2 - informazzjoni u edukazzjoni tal-konsumatur, u appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi: |
Ġustifikazzjoni
L-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur huwa, minħabba l-importanza tiegħu, objettiv kompletament separat. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi kjarifikata hawnhekk id-distinzjoni bejn dan l-objettiv u l-objettivi ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni tal-konsumaturi.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (5) l-appoġġ permezz tal-finanzjament tal- organizzazzjonijiet tal-konsumatur Ewropej u permezz tal-bini ta’ kapaċità għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, permezz ta’ żieda fit-trasparenza u t-titjieb tal-iskambji tal-aħjar prattika u kompetenzi, ta’ riċerka u informazzjoni lill-konsumaturi; |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) it-tisħiħ tat-trasparenza tas-swieq tal-konsumatur u tal-informazzjoni tal-konsumatur; | (6) it-tisħiħ tat-trasparenza tas-suq intern u tal-informazzjoni tal-konsumatur, billi l-konsumaturi jiġu provduti b’data affidabbli, li tista’ titqabbel u li hija faċilment aċċessibbli, anki għall-każijiet ta’ natura transkonfinali, sabiex ikunu jistgħu jqabblu mhux biss il-prezzijiet, iżda wkoll il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti u s-servizzi; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b – punt 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) it-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumatur; | (7) it-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumatur u tal-impriżi bħala proċess ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’attenzjoni partikolari għall-konsumaturi vulnerabbli; |
Ġustifikazzjoni
Fid-dawl tal-livell kumplessità li qed jiżdied tad-deċiżjonijiet li l-konsumaturi għandhom jieħdu u l-iżviluppi tas-soċjetà u l-ambjent tal-konsumatur (it-tixjiħ tal-popolazzjoni, is-sitwazzjoni ekonomika prekarja, l-iżvilupp ta' għodda diġitali, eċċ.), l-edukazzjoni tal-konsumatur għandha titqies bħala proċess tul il-ħajja.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) it-tħejjija mill-Kummissjoni ta' leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u inizjattivi regolatorji oħra, is-sorveljar tat-traspożizzjoni mill-Istati Membri u l-evalwazzjoni sussegwenti tal-impatt tagħha, kif ukoll il-promozzjoni ta' inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji; | (8) it-tħejjija mill-Kummissjoni ta' leġiżlazzjoni dwar il-ħarsien tal-konsumatur u inizjattivi regolatorji oħra, is-sorveljar tat-traspożizzjoni mill-Istati Membri u l-evalwazzjoni sussegwenti tal-impatt tagħha, kif ukoll il-promozzjoni ta' inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji u s-sorveljar tal-impatt reali ta’ dawk l-inizjattivi fuq is-swieq tal-konsumaturi; |
Ġustifikazzjoni
L-inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji huma ta’ interess, iżda għandu jiġi mfakkar li l-inizjattivi tat-tip "soft law" ma jistgħux jissostitwixxu l-leġiżlatur. Is-sorveljar sistematiku huwa għalhekk neċessarju sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati atii leġiżlattivi meta jirriżulta li l-impatt tagħhom fuq is-swieq mhuwiex suffiċjenti.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt 8a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (8a) l-appoġġ tal-iżvilupp tal-entitajiet għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (‘ADR’), kif ukoll il-ħolqien ta’ pjattaforma elettronika fl-Unjoni kollha li toffri lill-konsumaturi u lin-negozjanti punt ta’ aċċess wieħed għal rimedju extraġudizzjarju ta’ tilwim online, flimkien mad-disponibbiltà ta’ entitajiet ta’ kwalità tal-ADR fl-Unjoni kollha; |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(9) l-iffaċilitar tal-aċċess u s-sorveljar tal-funzjonament u l-effettività ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-konsumaturi partikolarment ta' skemi ta' soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim, inklużi online, anki permezz tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod rilevanti tat-TI; | (9) l-iffaċilitar tal-aċċess għal mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim individwali u, fejn xieraq, kollettivi, għall-konsumaturi partikolarment ta' skemi ta' soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim, inklużi online, filwaqt li tintgħata attenzjoni speċifika għal miżuri adegwati għall-bżonnijiet u d-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) is-sorveljar tal-funzjonament u l-effettività ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-konsumaturi, anki permezz tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod rilevanti tal-informatika u permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-esperjenzi fl-Istati Membri |
Ġustifikazzjoni
Fid-dawl tad-diversità kbira tagħhom fil-livell tal-UE, il-korpi tal-ADR itejbu l-effikaċja tagħhom permezz tal-iskambu tal-aħjar prattiki u esperjenzi tagħhom.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d – punt 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti ma’ korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ qligħ li jikkostitwixxu netwerks tal-Unjoni li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim xierqa, inkluż skemi ta’ soluzzjoni online barra mill-qorti (in-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur). | (11) kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti u l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ sħubija ma’ korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ qligħ li jikkostitwixxu netwerks tal-Unjoni li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim xierqa, inkluż skemi ta’ soluzzjoni online barra mill-qorti (in-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur). |
Ġustifikazzjoni
L-evalwazzjoni taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur wriet domanda għall-istabbiliment ta' mezzi ta' finanzjament aktar stabbli, bħall-ftehimiet ta' sħubija, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tagħhom.
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Deskrizzjoni iktar dettaljata tal-kontenut li jista' jkollhom dawk l-azzjonijiet tinsab fl-Anness I. | Deskrizzjoni iktar dettaljata tal-kontenut li jista' jkollhom dawk l-azzjonijiet tinsab fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti ddelegati b'mod konformi mal-Artikolu 15, sabiex tikkompleta l-lista li tinsab fl-Anness 1 permezz ta' azzjonijiet addizzjonali tat-tip simili u li għandhom impatt simili u li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3. |
Ġustifikazzjoni
Deċiżjoni li tiġi kkompletata l-lista tal-azzjonijiet tal-Anness I permezz ta' azzjonijiet simili għandha wkoll tieħu l-forma ta' att ddelegat, skont l-Artikolu 290 TFUE.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) għandhom mandat biex jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi fil-livell tal-Unjoni minn organizzazzjonijiet mill-anqas f'nofs l-Istati Membri li huma rappreżentattivi, skont ir-regoli jew il-prattika nazzjonali, tal-konsumaturi, u li huma attivi fil-livell reġjonali jew nazzjonali. | (b) għandhom mandat biex jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi fil-livell tal-Unjoni minn organizzazzjonijiet li huma rappreżentattivi, skont ir-regoli jew il-prattika nazzjonali, tal-konsumaturi, u li huma attivi fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni
Ċerti territorji, b'mod partikolari ż-żoni transkonfinali, għandhom ċerti karatteristiċi u għalhekk għandhom jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur attivi f'dawn iż-żoni..
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) huma nongovernattivi, mingħajr skop ta' qligħ, indipendenti mill-interess tal-industrija, kummerċjali u tan-negozju jew interessi konfliġġenti oħra, u għandhom bħala objettivi u attivitajiet primarji tagħhom il-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi fl-Unjoni; | Ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija. |
Ġustifikazzjoni
Għandhom jiġu introdotti għall-NGOs u l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jippromwovu prinċipji u politiki li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi tal-programm l-istess kriterji ta' indipendenza applikati għall-NGOs u l-organizzazzjonijiet Ewropej.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Għotjiet għal azzjoni jistgħu jingħataw lil korp pubbliku jew korp mingħajr skop ta’ qligħ magħżul permezz ta’ proċedura trasparenti u maħtur minn Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament. Il-korp maħtur għandu jkun parti minn netwerk tal-Unjoni li jipprovdi informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni ta’ tilwim xierqa (In-Netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur). | 7. Għotjiet għal azzjoni jistgħu jingħataw lil korp pubbliku jew korp mingħajr skop ta’ qligħ magħżul permezz ta’ proċedura trasparenti u maħtur minn Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, u l-ftehimiet ta’ sħubija jistgħu jiġu konklużi ma’ dawk il-korpi. Il-korp maħtur għandu jkun parti minn netwerk tal-Unjoni li jipprovdi informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni ta’ tilwim xierqa (In-Netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur). |
Ġustifikazzjoni
L-evalwazzjoni taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur wriet domanda għall-istabbiliment ta' mezzi ta' finanzjament aktar stabbli, bħall-ftehimiet ta' sħubija, sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tagħhom.
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Għotjiet għal azzjoni jistgħu jingħataw lil korpi responsabbli mill-ilmenti stabbiliti fl-Unjoni jew li joperaw fiha, u f'pajjiżi tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej għall-Kummerċ Ħieles li jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, li huma responsabbli mill-ġbir tal-ilmenti tal-konsumaturi, jew milli jippruvaw isolvu t-tilwim, jew li jagħtu pariri, jew jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi dwar ilmenti jew investigazzjonijiet, u li huma parti terza għal ilment jew investigazzjoni minn konsumatur rigward kummerċjant. Ma jinkludux mekkaniżmi ta' trattament ta' ilmenti minn konsumaturi mħaddma minn kummerċjanti u li jittrattaw invetsigazzjonijiet u ilmenti direttament mal-konsumatur, jew mekkaniżmi li jipprovdu servizzi ta' trattament ta' ilmenti mħaddma minn kummerċjanti, inkella mħaddma f'isimhom. | 8. Għotjiet għal azzjoni jistgħu jingħataw lil korpi responsabbli mill-ilmenti stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni jew li joperaw fihom, u f'pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, li huma responsabbli mill-ġbir tal-ilmenti tal-konsumaturi, jew milli jippruvaw isolvu t-tilwim, jew li jagħtu pariri, jew jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi dwar ilmenti jew investigazzjonijiet, u li huma parti terza għal ilment jew investigazzjoni minn konsumatur rigward kummerċjant. |
Ġustifikazzjoni
Fid-dawl tad-diversità kbira tagħhom fil-livell tal-UE, il-korpi tal-ADR itejbu l-effikaċja tagħhom permezz tal-iskambu tal-aħjar prattiki u esperjenzi tagħhom.
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Qafas finanzjarju | Baġit |
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa ta' EUR 197 000 000 fi prezzijiet attwali. | Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm, fis-sens tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/201Y bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba1, huwa ta' […] fi prezzijiet attwali. L-approprjazzjoni annwali għandha tkun awtorizzata mill-awtorità baġitarja. |
| ________________ |
| 1 ĠU ... |
Ġustifikazzjoni
Kif indikat fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva, il-pakkett finanzjarju ġenerali għandu jiżdied b’5%, li huwa konformi mar-riżoluzzjoni tal-PE tat-8 ta’ Ġunju bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: qafas Finanzjarju Multiannwali Ġdid (MFF) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva (ir-Rapport SURE). Madankollu il-pakkett finanzjarju għandu jitqies bħala wieħed indikattiv, u jiġi ffinalizzat biss meta jintlaħaq qbil dwar l-MFF.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Id-distribuzzjoni indikattiva tal-fondi bejn l-objettivi speċifiċi elenkati fl-Artikolu 3 hija stabbilita fl-Anness IIa. |
Ġustifikazzjoni
Huwa importanti li l-koleġiżlaturi jagħtu gwida politika dwar t-tqassim tan-nefqa fost l-objettivi speċifiċi elenkati fl-Artikolu 3.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu; b'mod partikolari, studji, laqgħat tal-esperti, azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni b'rabta mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-infiq marbut man-netwerks tat-TI li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambji tal-informazzjoni, flimkien ma' kull infiq ta' assistenza teknika u amminsitrattiva ieħor li tagħmel il-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. | 1. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista' tkopri wkoll l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, flimkien ma' kull infiq ta' assistenza teknika u amminsitrattiva ieħor li tagħmel il-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-ammont totali allokat sabiex ikopri l-ispejjeż relatati ma' attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta’ kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni kif ukoll mal-assistenza teknika u amminsitrattiva msemmija fil-paragrafu 1, ma għandux jaqbeż l-10.5% tal-pakkett finanzjarju allokat lill-programm. |
Ġustifikazzjoni
Għandha tiġi limitata l-parti tal-allokazzjoni finanzjarja tal-programm li tista' tkopri l-ispejjeż relatati ma' attivitajiet preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni kif ukoll ma' assistenza teknika u amminsitrattiva. Dan il-limitu jippermetti l-iffokar fuq il-finanzjament ta' azzjonijiet konkreti intiżi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-programm aktar milli tal-assistenza amministrattiva jew teknika.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm permezz ta' modi ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. | Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm permezz ta' modi ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jew il-verżjoni modifikata tiegħu skont ir-Regolament Nru XXX/201Y1. |
| ________________ |
| |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm billi tadotta programmi ta' ħidma annwali fl-għamla ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-elementi stipulati fir-Reglament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u b'mod partikolari: | Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta attii ddelegati skont l-Artikolu 15 sabiex tadotta programmi ta' ħidma annwali li jistabbilixxu l-elementi stipulati fir-Reglament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u b'mod partikolari: |
Ġustifikazzjoni
L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali tinvolvi għażliet politiċi intiżi sabiex jippreċiżaw, u mbagħad jikkompletaw, il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, hekk kif stabbilit fl-att leġiżlattiv ta' bażi u dan iwassal għall-bżonn ta' delega ta' setgħa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE.
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 12 - paragrafu 1 - punt (a) sa (e)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-prijoritajiet ta’ implimentazzjoni u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji; | (a) il-prijoritajiet ta’ implimentazzjoni u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, inkluża l-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi finanzjarji; |
(b) il-kriterji tal-għażla u ta’ għotja essenzjali biex jintużaw sabiex jintgħażlu l-proposti li se jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji; | (b) il-kriterji tal-għażla u ta’ għotja essenzjali biex jintużaw sabiex jintgħażlu l-proposti li se jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji; |
(c) l-iskeda ta' żmien tas-sejħiet għall-offerti u s-sejħiet għall-proposti ppjanati; | (c) l-iskeda ta' żmien tas-sejħiet għall-offerti u s-sejħiet għall-proposti ppjanati; |
(d) fejn hu l-każ, l-awtorizzazzjoni biex jintużaw ammonti b'rata fissa, skali standard ta' kostijiet tal-unità jew finanzjament b'rata fissa b'konformità mar-Regolament (KE< Euratom) Nru 1605/2002; | (d) kull meta jkun possibbli, l-awtorizzazzjoni biex jintużaw ftehimiet ta’ sħubija, ammonti fissi, skali standard ta' kostijiet tal-unità jew finanzjament b'rata fissa b'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kif rivedut bir-Regolament XXX/201Y; |
(e) il-kriterji biex ikun ivvalutat jekk tapplikax jew le l-utilità eċċezzjonali. | (e) il-kriterji biex ikun ivvalutat jekk tapplikax jew le l-utilità eċċezzjonali. |
| ________________ |
| 1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 16. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali tinvolvi għażliet politiċi intiżi sabiex jippreċiżaw, u mbagħad jikkompletaw, il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, hekk kif stabbilit fl-att leġiżlattiv ta' bażi u dan iwassal għall-bżonn ta' delega ta' setgħa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE.
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 13– paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultati ta' dawk l-evalwazzjonijiet, flimkien mal-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-riżultati ta’ dawk l-evalwazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, ikunu akkompanjati b’proposti għal modifiki tal-Programm. |
Ġustifikazzjoni
It-tieni subparagrafu tal--Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) għandu jiġi riprodott hawnhekk.
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-Programm 2014-2020. | 2. Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 12 u fl-Anness IIa għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-Programm 2014-2020. |
Ġustifikazzjoni
L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali tinvolvi għażliet politiċi intiżi sabiex jikkjarifikaw, u mbagħad jikkompletaw il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, hekk kif stabbilit fl-att leġiżlattiv ta' bażi u dan iwassal għall-bżonn ta' delega ta' setgħa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE. Barra minn hekk, iż-żieda ta’ azzjonijiet simili mal- lista tal-azzjonijiet fl-Anness I għandha ssir permezz ta' deċiżjoni fil-forma ta' att ddelegat, skont l-Artikolu 290 TFUE.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3 tista’ tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. | 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 12 u fl-Anness IIa tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. |
Ġustifikazzjoni
Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda tal-Artikolu 15(2).
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kenux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 3, 4 jew 12 u l-Anness IIa għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel tmiem dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma kenux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni
Ara l-ġustifikazzjoni għall-emenda tal-Artikolu 15(2).
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Artikolu 16 | imħassar |
Proċedura ta' kumitat |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
Emenda 56
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv I – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod tal-IT (pereżempju databases, sistemi tal-informatika u komunikazzjoni); | (a) l-iżvilupp, il-modernizzazzjoni u l-manutenzjoni ta’ għodod tal-IT (pereżempju databases, sistemi tal-informatika u komunikazzjoni) b'mod partikolari sabiex titjieb l-effikaċja tas-sistemi eżistenti permezz taż-żieda fil-possibbilitajiet ta' esportazzjoni tad-data, ta' assortiment u estrazzjoni tal-istatistika kif ukoll is-simplifikazzjoni tal-iskambju u tal-użu tad-data elettronika bejn l-Istati Membri; |
Ġustifikazzjoni
Irriżultaw diversi problemi fir-rigward tal-ipproċċessar tad-data u għalhekk l-għoodda attwali jridu jiġu aġġornati. Konstatazzjoni oħra: Kemm l-iskambju kif ukoll it-tixrid ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri jidhru li mhumiex suffiċjenti; pereżempju f'dak li għandu x'jaqsam mat-testijiet imwettqa fuq il-prodotti importati. Għahekk għandhom jiġu żviluppati l-għodda tal-informatika li jiġbru din l-informazzjoni sabiex tiġi evitata id-duplikazzjoni tat-testijiet u b'hekk jiġu evitati spejjeż inutli għall-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 57
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv I – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) skambji ta’ uffiċjali tal-infurzar u taħriġ; | (c) skambji ta’ uffiċjali tal-infurzar u taħriġ, orjentati speċjalment lejn is-setturi esposti għal riskju; |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapport ta' attivitajiet 2010 ta' RAPEX indika li l-biċċa l-kbira tan-notifiki ta' prodotti għan-nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea kienet tikkonċerna ċerti setturi (b'mod partikolari dak tat-tessuti (32%) u tal-ġugarelli (25%)).
Emenda 58
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv I – paragrafu 2 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) kooperazzjoni amministrattiva u ta' infurzar ma' pajjiżi terzi apparti dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 7; | (f) kooperazzjoni amministrattiva u ta' infurzar u kooperazzjoni fil-qasam tat-traċċabbiltà ta' prodotti kif ukoll żvilupp ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni ma' pajjiżi terzi apparti dawk li jaqgħu taħt l-Artikolu 7, b'mod partikolari ma' dawk il-pajjiżi terzi li minnhom joriġinaw il-biċċa l-kbira tal-prodotti notifikati fl-Unjoni għal nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; |
Ġustifikazzjoni
Ir-Rapport Annwali 2010 ta' RAPEX jindika li ċerti pajjiżi huma s-sors tal-biċċa l-kbira tan-notifiki ta' prodotti għal nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea, bħaċ-Ċina (58% tan-notifiki fl-2010). Barra minn hekk, dan ir-rapport juri li l-oriġini ta' 16% tal-prodotti Ċiniżi notifikati ma setax jiġi stabbilit; azzjonijiet ta' kooperazzjoni fuq it-traċċabbiltà għandhom għalhekk jiġu inkuraġġuti.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Anness – Objettiv II – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Objettiv II – Informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur | Objettiv II – Informazzjoni u edukazzjoni tal-konsmuaturi u appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur |
Ġustifikazzjoni
L-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur huwa, minħabba l-importanza tiegħu, objettiv kompletament separat. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi kjarifikata hawnhekk id-distinzjoni bejn dan l-objettiv u l-objettivi ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni tal-konsumaturi.
Emenda 60
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 4 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Il-kostruzzjoni tal-bażi ta' evidenza għat-tfassil tal-politika f'oqsma li jaffettwaw il-konsumaturi | 4. il-kostruzzjoni u t-titjib tal-aċċessibbiltà għall-bażi ta' evidenza għat-tfassil tal-politika f'oqsma li jaffettwaw il-konsumaturi, sabiex titfassal regolamentazzjoni intelliġenti u mmirata u jiġu identifikati n-nuqqasijiet possibbli fil-funzjonament tas-suq jew bidliet fil-bżonnijiet tal-konsumaturi; |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-formulazzjoni ta' dan it-titolu u l-formulazzjoni ġdida proposta fl-Artikolu 4(b)(4).
Emenda 61
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 4 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) studji u analiżi mifruxa mal-Unjoni dwar il-konsumaturi u s-swieq tal-konsumaturi; | (a) studji u analiżi mifruxa mal-Unjoni dwar il-konsumaturi u s-swieq tal-konsumaturi sabiex titfassal regolamentazzjoni intelliġenti u mmirata u jiġu identifikati n-nuqqasijiet possibbli fil-funzjonament tas-suq jew bidliet fil-bżonnijiet tal-konsumaturi; |
Ġustifikazzjoni
Għandu jiġi żgurat għal raġunijiet ta' effikaċja li l-bażi ta' evidenza tkun intiża sabiex tintuża waqt il-preparazzjoni ta' liġijiet ġodda, għall-identifikazzjoni ta' nuqqasijiet possibbli fil-funzjonament tas-suq u ta' bżonnijiet ġodda tal-konsumaturi.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 4 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ databases; | (b) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ databases, b'mod partikolari ħalli d-data miġbura titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati (pereżempju organizzazzjonijiet tal-konsumatur, awtoritajiet nazzjonali, riċerkaturi); |
Ġustifikazzjoni
Sabiex jitjieb il-potenzjal ta' din il-bażi ta' evidenza, għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha (organizzazzjonijiet tal-konsumatur, awtoritajiet nazzjonali, riċerkaturi u anki l-pubbliku ġenerali, eċċ.).
Emenda 63
Proposta għal regolament
Annex I – Objective II - paragraph 5 – introductory part
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur | 5. Appoġġ permezz tal-finanzjament tal- organizzazzjonijiet tal-konsumatur Ewropej u permezz tal-bini ta’ kapaċità għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, permezz ta’ żieda fit-trasparenza u t-titjieb tal-iskambji tal-aħjar prattika u kompetenzi, ta’ riċerka u informazzjoni lill-konsumaturi; |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-formulazzjoni ta' dan it-titolu u l-formulazzjoni ġdida proposta fl-Artikolu 4, punt b, punt 5
Emenda 64
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 5 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) it-tiswir tal-kapaċità għal organizzazzjonijiet tal-konsumatur reġjonali, nazzjonali u Ewropew, notevolment permezz ta’ taħriġ u skambju tal-aħjar prattika u l-kompetenzi għall-membri tal-persunal, b’mod partikolari għal organizzazzjonijiet tal-konsumatur fi Stati Membri li juru livell relattivament baxx ta’ kunfidenza u kuxjenza tal-konsumatur kif evidenzjat bil-monitoraġġ tas-swieq tal-konsumatur u tal-ambjent tal-konsumatur fl-Istati Membri; | (b) il-bini tal-kapaċità għal organizzazzjonijiet tal-konsumatur lokali reġjonali, nazzjonali u Ewropew, notevolment permezz ta’ taħriġ disponibbli f’diversi lingwi u madwar l-Ewropa u skambju tal-aħjar prattika u l-kompetenzi għall-membri tal-persunal, b’mod partikolari għal organizzazzjonijiet tal-konsumatur fi Stati Membri fejn mhumiwx żviluppati biżżejjed jew li juru livell relattivament baxx ta’ fiduċja u kuxjenza tal-konsumatur kif evidenzjat bil-monitoraġġ tas-swieq tal-konsumatur u tal-ambjent tal-konsumatur fl-Istati Membri;; |
Ġustifikazzjoni
Il-programm għandu jenfasizza t-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumaturi fl-Istati Membri li fihom l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur mhumiex żviluppati biżżejjed. Barra minn hekk, mill-evalwazzjoni ta' TRACE jidher li hemm domanda għad-diversifikazzjoni tal-lingwi u l-postijiet ta' taħriġ sabiex il-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dan.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) it-tisħiħ tat-trasparenza u tal-iskambji tal-aħjar prattiki u tal-għarfien espert, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' portal onlajn intiż għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, li joffri spazju interattiv ta' skambju u ta’ netwerking, u li jqiegħed bla ħlas għad-dispożizzjoni tagħhom il-materjal żviluppat waqt it-taħriġ; |
Ġustifikazzjoni
L-evalwazzjoni ta' TRACE wriet in-neċessità li jiġi stabbilit portal onlajn, aċċessibbli għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur kollha - b'mod partikolari dawk anqas mobbli u/jew li ma tantx għandhom riżorsi - li jippermetti lil dawn tal-aħħar jibbenefikaw mill-materjal disponibbli kollu u jiskambjaw esperjenzi u l-aħjar prattiki. Strument bħal dan jippermetti li jiżdied in-numru ta' benefiċjarji ta' dan it-taħriġ, biex b'hekk titjieb l-effikaċja tiegħu.
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 6 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. It-tisħiħ tat-trasparenza tas-swieq tal-konsumatur u tal-informazzjoni tal-konsumatur | 6. It-tisħiħ tat-trasparenza tas-suq intern u tal-informazzjoni tal-konsumatur, billi l-konsumaturi jiġu provduti b’data affidabbli, li tista’ titqabbel u li hija faċilment aċċessibbli, anki għall-każijiet ta’ natura transkonfinali, sabiex ikunu jistgħu jqabblu mhux biss il-prezzijiet, iżda wkoll il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti u s-servizzi; |
Ġustifikazzjoni
Biex ikun hemm konsistenza mal-formulazzjoni ġdida tal-Artikolu 4 punt b, punt 6.
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 6 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) azzjonijiet li jkabbru l-aċċess tal-konsumaturi għal informazzjoni rilevanti dwar prodotti u swieq; | (c) azzjonijiet li jkabbru l-aċċess tal-konsumaturi għal informazzjoni rilevanti li tista’ titqabbel, li hija affidabbli u faċilment aċċessibbli dwar prodotti u swieq, b’mod partikolari dwar il-prezzijiet, il-kwalità u s-sostenibbiltà tal-prodotti u s-servizzi kemm jekk offlajn kif ukoll jekk onlajn, inkluż permezz tal-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ tikketta ta' ċertifikazzjoni għall-websajts li jwettqu paraguni tal-prezzijiet li jużaw metodoloġija armonizzata għat-tqabbil tal-prezzijiet, inkluż ix-xiri transkonfinali; |
Ġustifikazzjoni
Il-websajts affidabbli li jwettqu paraguni jippermettu lill-konsumaturi jkunu aktar awtonomi, aktar informati u li jqabblu d-data, inkluż għal dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet transkonfinali.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 6 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) appoġġ lil korpi fl-Unjoni għall-iżvilup ta’ kodiċi ta’ kondotta/l-aħjar prattiki/linji gwida għall-ipparagunar tal-prezzijiet/ kwalità/sostenibbiltà; | (g) appoġġ lil korpi fl-Unjoni għall-iżvilupp ta’ websajts li jwettqu paraguni tal-prezzijiet, kodiċi ta’ kondotta/l-aħjar prattiki/linji gwida għall-ipparagunar tal-prezzijiet/ kwalità/sostenibbiltà; |
Ġustifikazzjoni
Il-websajts affidabbli li jwettqu paraguni jippermettu lill-konsumaturi jkunu aktar awtonomi, aktar informati u li jqabblu d-data, inkluż għal dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet transkonfinali.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 6 – punt h
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(h) appoġġ fil-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet tal-konsumatur, inkluż appoġġ lill-midja biex tmexxi l-għoti tas-setgħa lill-konsumatur u l-infurzar. | (h) appoġġ fil-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet tal-konsumatur, billi tiġi inkuraġġuta, b’mod partikolari permezz ta’ programmi ta’ taħriġ, il-midja biex tipprovdi l-informazzjoni koretta u rilevanti, iżżid is-sensibbilizzazzjoni u tagħti s-setgħa lill-konsumatur. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 7 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. It-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumatur | 7. It-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumatur u tal-impriżi bħala proċess ta’ tagħlim tul il-ħajja, b’attenzjoni partikolari għall-konsumaturi vulnerabbli; |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-formulazzjoni ta' dan il-paragrafu u l-formulazzjoni ġdida proposta fl-Artikolu 4(b)(7).
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 7 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) l-iżvilupp ta' pjattaforma interattiva għall-iskambju tal-aqwa prattiki u ta' materjal ta' edukazzjoni għall-konsumatur dirett lejn gruppi fil-mira ewlenin, partikolarment konsumaturi żgħażagħ, f'sinerġija mal-programm Ewropew ta' finanzjament fl-edukazzjoni u t-taħriġ; | (a) l-iżvilupp ta' pjattaforma interattiva għall-iskambju tal-aqwa prattiki u ta' materjal għal edukazzjoni tul il-ħajja tal-konsumatur b’ attenzjoni partikolari għall-konsumaturi vulnerabbli li għandhom diffikultajiet biex jaċċedu għall-informazzjoni tal-konsumatur u jifhmuha, sabiex jiġi żgurat li huma ma jingħatawx informazzjoni mhux korretta; |
Ġustifikazzjoni
Fid-dawl tal-livell ta' kumplessità li qed jiżdied tal-għażla għall-konsumaturi u l-iżvilupp tal-ambjent diġitali, għandhom jiiwettqu azzjonijiet ta' edukazzjoni tul il-ħajja, irrispettivament mill-età u s-sitwazzjoni tagħhom.
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv II – paragrafu 7 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-iżvilupp ta' miżuri u materjal b'rabta mal-edukazzjoni dwar, ngħidu aħna, id-drittijiet tal-konsumatur, inklużi kwistjonijiet transkonfinali, is-saħħa u s-sigurtà, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumaturi, il-konsum sostenibbli, l-għarfien tal-finanzi. | (b) l-iżvilupp ta' materjal b'rabta mal-edukazzjoni f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati (pereżempju organizzazzjonijiet tal-konsumatur, awtoritajiet nazzjonali, atturi fuq il-post, eċċ), b'mod partikolari billi jintuża (pereżempju l-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-traduzzjoni, it-tixrid) il-materjal prodott fil-kuntest ta' inizjattivi preċedenti bħal Dolceta, fuq mezzi diversi, inkluż dak diġitali, u li jista' jkun ta’ valur għall-kategoriji kollha tal-popolazzjoni; materjal dwar, ngħidu aħna, id-drittijiet tal-konsumatur, inklużi kwistjonijiet transkonfinali, is-saħħa u s-sigurtà, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-konsumaturi, it-tifsira tal-logos Ewropej, il-konsum sostenibbli, il-forom ta’ konsum etiku u l-għarfien tal-finanzi. |
Ġustifikazzjoni
Għandha titjieb l-effikaċja tal-azzjonijiet ta' edukazzjoni ta' dan il-programm billi jkun hemm fokus fuq il-ġbir, it-traduzzjoni, l-organizzazzjoni mill-ġdid u t-tixrid tal-matejal żviluppat fil-kuntest ta' inizjattivi eżistenti fl-Istati Membri u fuq il-post. Barra minn hekk, fid-dawl tan-nuqqas ta' rikonoxximent tal-logos Ewropej (il-logo tal-marka tal-konformità tas-CE, it-tikketta ekoloġika (Ecolabel) Ewropea, il-'Möbius strip' għar-riċiklaġġ, l-immarkar tar-riskji, eċċ) miċ-ċiitadini Ewropej (ara l-istħarriġ: Empowerment survey), iridu jitwettqu azzjonijiet speċifiċi f'dan ir-rigward.
Emenda 73
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv III – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim | Drittijiet u rimedji: biex ikunu żviluppati u msaħħa d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja intelliġenti u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji individwali sempliċi, effiċjenti, rapidi u li mhumiex għoljin u, jekk ikun xieraq, kollettivi, inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim |
Ġustifikazzjoni
Biex ikun hemm konsistenza mal-formulazzjoni ġdida proposta fl-Artikolu 3 paragrafu 1, punt c.
Emenda 74
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv III – paragrafu 8 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Preparazzjoni, traspożizzjoni, valutazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar mill-Istati Membri tal-inizjattivi leġiżlattivi u oħra regolatorji għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-promozzjoni ta' inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji, inkluż | 8. Preparazzjoni, traspożizzjoni, valutazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar mill-Istati Membri tal-inizjattivi leġiżlattivi u oħra regolatorji għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-promozzjoni ta' inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji, u l-monitoraġġ tal-impatt reali ta’ dawk l-inizjattivi fuq is-swieq tal-konsumatur, inkluż |
Ġustifikazzjoni
L-inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji huma interesaanti, iżda għandu jiġi mfakkar li l-inizjattivi tat-tip "soft law" ma jistgħux jissostitwixxu l-leġiżlatur. Sorveljar sistematiku huwa għalhekk neċessarju sabiex ikunu jistgħu jiġu adottati atii leġiżlattivi meta jirriżulta li l-impatt tagħhom fuq is-swieq mhuwiex suffiċjenti.
Emenda 75
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv III – punt 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) studji, evalwazzjonijiet ex ante u ex-post, valutazzjonijiet tal-impatt, konsultazzjonijiet mal-pubbliku, evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; | (a) studji u attivitajiet ta' regolamentazzjoni intelliġenti bħal evalwazzjonijiet ex ante u ex-post, valutazzjonijiet tal-impatt, konsultazzjonijiet mal-pubbliku, evalwazzjoni u simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; |
(d) seminars, konferenzi, workshops u laqgħat ta’ partijiet interessati u esperti; | (b) seminars, konferenzi, workshops u laqgħat ta’ partijiet interessati u esperti; |
(e) żvilupp u manutenzjoni ta’ databases aċċessibbli faċilment u pubblikament li jkopru l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; | (c) żvilupp u manutenzjoni ta’ databases aċċessibbli faċilment u pubblikament li jkopru l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; |
| (ca) il-promozzjoni ta' azzjoni li tkun ta' benefiċċju għall-ħarsien tal-konsumatur sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-SMEs; |
(f) evalwazzjoni tal-azzjonijiet meħudin taħt il-Programm. | (d) evalwazzjoni tal-azzjonijiet meħudin taħt il-Programm. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv III – paragrafu 9 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. L-iffaċilitar tal-aċċess u s-sorveljar tal-funzjonament u l-effettività ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-konsumaturi, partikolarment ta' skemi ta' soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim, inklużi online, anki permezz tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod rilevanti tat-TI | 9. L-iffaċilitar tal-aċċess għal mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim individwali u, fejn xieraq, kollettiv, għall-konsumaturi partikolarment ta' skemi ta' soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim, inklużi online, filwaqt li tintgħata attenzjoni speċifika għal miżuri adegwati għall-bżonnijiet u d-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli; is-sorveljar tal-funzjonament u l-effettività ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-konsumaturi, anki permezz tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-għodod rilevanti tal-informatika u permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-esperjenzi fl-Istati Membri |
Ġustifikazzjoni
Biex ikun hemm konsistenza mal-formulazzjoni ġdida proposta fl-Artikolu 4 punt c, punti 9 u 9a.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv III – paragrafu 9 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) għotja għall-azzjoni u appoġġ għan-networking tal-organizzazzjonijiet nazzjonali li jiġġestixxu l-ilmenti, u għall-iskambju tal-aqwa prattika u tal-esperjenzi bejniethom u għat-tixrid tagħhom; |
Ġustifikazzjoni
Fid-dawl tad-diversità kbira tagħhom fil-livell tal-Unjoni, il-korpi tal-ADR itejbu l-effikaċja tagħhom permezz tal-iskambu tal-aqwa prattiki u esperjenzi tagħhom. Hawnhekk dawn il-kopri mhumiex qed jingħataw dierettament l-għotja iżda qed jiġu inkoraġġiti u appoġġati l-iskambji ta' esperjenza u tal-aqwa prattika tagħhom.
Emenda 78
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv III – paragrafu 9 – punt bb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (bb) l--iżvilupp ta' għodod speċifiċi għall-iffaċilitar tal-aċċess tal-persuni vulnerabbli għar-rimedji, li huma anqas imħajra li jirrikorru għall-imsemmija rimedji; |
Ġustifikazzjoni
Intwera li l-anzjani u/jew dawk anqas mħarrga kienu anqas imħajra jirrikorru għar-rimedji (ara l-istudju ta' impatt tal-Kummissjoni Ewropea) u b'hekk hemm bżonn ta' azzjonijiet speċifiċi f'dan ir-rigward.
Emenda 79
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv IV – paragrafu 10 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) kooperazzjoni amministrattiva u fl-infurzar ma’ pajjiżi terzi li mhumiex jipparteċipaw fil-Programm. | (d) kooperazzjoni amministrattiva u infurzar ma’ pajjiżi terzi li mhumiex jipparteċipaw fil-Programm u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv IV – paragrafu 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
11. Kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti ma’ korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ qligħ li jikkostitwixxu netwerks tal-Komunità li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim xierqa, inkluż skemi ta’ soluzzjoni onlajn barra mill-qorti (in-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur), inkluż | 11. Kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti u l-iffirmar ta' ftehimiet ta' sħubija ma’ korpi pubbliċi jew mingħajr skop ta’ qligħ li jikkostitwixxu netwerks tal-Komunità li jipprovdu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni tat-tilwim xierqa, inkluż skemi ta’ soluzzjoni onlajn barra mill-qorti (in-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur), inkluż |
l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod tal-IT (pereżempju databases, sistemi tal-informatika u l-komunikazzjoni) neċessarji għall-funzjonament tajjeb tan-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur. | a) l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta’ għodod tal-IT (pereżempju databases, sistemi tal-informatika u l-komunikazzjoni) neċessarji għall-funzjonament tajjeb tan-Netwerk ta’ Ċentri Ewropej għall-Konsumatur; |
| b) azzjonijiet intiżi sabiex iżidu l-viżibbiltà taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur u l-għarfien taċ-ċittadini dwarhom. |
Ġustifikazzjoni
L-evalwazzjoni taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur wriet n-nuqqas ta' għarfien taċ-ċittadini Ewropew dwarhom (15% biss kienu jafu bihom). Għalhekk għandhom jitwettqu azzjonijiet intiżi sabiex jiżdiedu l-viżabbiltà tagħhom u l-għarfien taċ-ċittadini dwarhom.
Emenda 81
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv IV – punt 11a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 11a. Appoġġ finanzjarju għall-koordinazzjoni u n-netwerking tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur biex iwettqu azzjoni konġunta kontra prattiki kummerċjali mhux ġusti li għandhom dimensjoni tal-Unjoni. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Anness I – subparagrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Din il-lista tista' titkompla b'azzjonijiet addizzjonali tal-istess tip u impatt għall-fini tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Azzjonijiet simili għandhom jiżdiedu mal- lista tal-azzjonijiet fl-Anness I permezz ta' deċiżjoni fil-forma ta' att ddelegat, skont l-Artikolu 290 TFUE. Id-dispożizzjoni li tistipula tali delega għandha tagħmel parti mid-dispożittiv tal-att ġuridiku; ara l-aħħar kliem tal-Artikolu 4.
Emenda 83
Proposta għal regolament
Anness II – Objettiv 2 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur | Informazzjoni u edukazzjoni tal-konsmuaturi, u appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur |
Ġustifikazzjoni
L-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur huwa, minħabba l-importanza tiegħu, objettiv kompletament separat. Huwa għalhekk neċessarju li tiġi kjarifikata hawnhekk id-distinzjoni bejn dan l-objettiv u l-objettivi ta’ informazzjoni u ta' edukazzjoni tal-konsumaturi.
Emenda 84
Proposta għal regolament
Anness II – Objettiv 2 – tabella – kolonni 1-4 – ringiela 1a (ġdida)
| |||
Test propost mill-Kummissjoni |
| ||
Emenda | |||
Numru ta' viżitaturi uniċi | Paġni tal-konsumatur fuq il-Portal Onlajn L-Ewropa Tiegħek (http://europa.eu/youreurope/citizens/shopping/index_en.htm) | Mhux applikabbli | żieda ta' 500 % f’7 snin |
Ġustifikazzjoni
Bħala Punt ta' Kuntatt Onlajn Waħdieni dwar in-negozju u d-drittijiet taċ-ċittadini, il-Portal L-Ewropa Tiegħek jeħtieġ iżid b'mod sinifikanti l-viżibilità tiegħu fost il-konsumaturi.
Emenda 85
Proposta għal regolament
Anness II – Objettiv 3 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Objettiv 3: Drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim | Objettiv 3: Drittijiet u rimedji: biex ikunu żviluppati u msaħħa d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja intelliġenti u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji individwali sempliċi, effiċjenti, rapidi u li mhumiex għoljin u, jekk ikun xieraq, kollettivi, inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim. |
Ġustifikazzjoni
Sabiex ikun hemm konsistenza bejn il-formulazzjoni ta' dan it-titolu u l-formulazzjoni ġdida proposta fl-Artikolu 3(1)( c)
Emenda 86
Proposta għal regolament
Anness II – Objettiv 3 – tabella – kolonna 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-mira | Il-mira |
50 % f’7 snin | 75 % f’7 snin |
38 500 (+120 %) f’7 snin | 200.000 (+1140 %) f’7 snin |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Anness II – Objettiv 3 – tabella – kolonni 1-4 – ringiela 2a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||
Persentaġġ ta' konsumaturi li bdew proċeduri minħabba problema li ltaqgħu magħha fl-aħħar tnax il-xahar: | Empowerment survey | 77 % fl-2010 (UE 27), li minnhom: | 90 % fl-2010 (UE 27), li minnhom: |
- ilment għand kummerċjant |
| - 65 % |
|
- ilment għand l-impriża |
| - 13 % |
|
- ilment fil-kuntest ta' proċedura għal soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim |
| - 5 % |
|
- negozju kkonċernat imressaq quddiem qorti |
| - 2 % |
|
Ġustifikazzjoni
Il-persentaġġ tal-konsumaturi li jużaw ir-rimedji (kemm mal-kummerċjant, mal-impriża, permezz ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim kif ukoll quddiem qorti) jindika l-fiduċja tagħhom f'dawn is-sistemi u b'hekk l-effikaċja ta' dawn tal-aħħar.
Emenda 88
Proposta għal regolament
Anness II – Objettiv 4 – tabella – kolonni 1 – ringiela 2 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Effikaċja tal-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur: |
| - Numru ta' fajls ipproċċessati (permezz tal-bażi informatika tan-netwerk) |
| - Numru ta’ fajls magħluqa jew riżolti (jiġifieri li taw lok għal notifika lill-operatur fir-rigward tal-eżigenzi legali) |
| - Numru ta' każijiet imressqa quddiem l-awtoritajiet ġudizjarji, |
| - Numru ta' sentenzi |
Ġustifikazzjoni
Fid-dawl tal-fatt li n-Netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur ilu jeżisti, għandu jkun hemm aktar preċiżjoni fil-kriterji miżmuma, billi magħhom jiżdiedu elementi ta' natura kwalitattiva. B'hekk, barra l-miżura tal-flussi ta' informazzjoni, qed jiġi propost li titkejjel l-effikaċja tan-netwerk.
Emenda 89
Proposta għal regolament
Anness II – Objettiv 4 – tabella – kolonni 1-4 – ringiela 2a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||
Is-sodisfazzjon tal-konsumaturi fir-rigward tal-għajnuna li rċevew waqt l-aħħar proċedura ta’ soluzzjoni ta' tilwim | Empowerment survey | 50 % fl-2010 | 75 % fl-2010 |
Ġustifikazzjoni
Il-fiduċja tal-konsumaturi u l-użu ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim jiddependu fuq is-sodisfazzjoni ta' dawn tal-ewwel. Dan l-indikatur jippermetti għalhekk li titkejjel l-effikaċja ta' dawn il-mekkaniżmi.
Emenda 90
Proposta għal regolament
Anness II – Objettiv 4 – tabella – kolonni 1, 2, 3 u 4 – ringiela 2b (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emenda | |||
Rata ta' rikonoxximent taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur | Rapport ta' evalwazzjoni tan-Netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur | 15 % | 25 % fl-2020 |
Ġustifikazzjoni
L-evalwazzjoni taċ-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur wriet n-nuqqas ta' għarfien taċ-ċittadini Ewropew dwarhom (15% biss kienu jafu bihom). Għalhekk għandhom jitwettqu azzjonijiet intiżi sabiex jiżdiedu l-viżabbiltà tagħhom u l-għarfien taċ-ċittadini dwarhom.
Emenda 91
Proposta għal regolament
Anness IIa (ġdid) – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| ANNESS IIa |
| Id-distribuzzjoni indikattiva tal-fondi bejn l-objettivi speċifiċi elenkati fl-Artikolu 3 |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Anness IIa (ġdid)
| ||
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda | |
| Objettivi speċifiċi | Tqassim indikatttiv tal-baġit operattiv f'% |
| Objettiv speċifiku Nru 1 - Sikurezza | 25 % |
| Objettiv speċifiku Nru 2 - Informazzjoni u edukazzjoni għall-konsumaturi; appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-konsumatur | 34 % |
| Objettiv speċifiku Nru 3 - Drittijiet u rimedji | 10 % |
| Objettiv speċifiku Nru 4 - Infurzar | 31 % |
| Baġit operattivi totali | 100 % |
| L-ammont speċifikati huma indikattivi. Fil-programmi ta' ħidma annwali tagħha, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi fuq varjazzjonijiet ta' +/- 20 % fost l-objettivi. Il-Kummissjoni se jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tadotta varjazjonijiet ta’ aktar minn 20% għall-ammonti indikattivi speċifikati f’dan l-Anness. | |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-proposta għal regolament tal-Kummissjoni hija intiża sabiex tistabbilixxi qafas ta' finanzjament tal-azzjonijiet tal-Unjoni għall-politika tal-konsumaturi għall-perjodu 2014-2020. Iċ-ċiffri ċċitati jikkorrispondu ma’ dawk previsti mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha "Baġit għall-Ewropa 2020", billi tipprevedi baġit ta' 175 miljun fuq 7 snin, jiġifieri EUR 25 miljun kull sena bi prezzijiet kostanti (b'hekk EUR 197 miljun fuq 7 snin, prezzijiet kurrenti). Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ f'Jannar tal-2014.
Ir-rapporteur huwa favur din il-proposta, li hija intiża sabiex tiggarantixxi ż-żamma fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi u tippermetti lil dawn tal-aħħar jinvokaw aħjar id-drittijiet tagħhom. Huwa jaqbel b'mod ġenerali mal-4 objettivi proposti, li huma relattivament kunsenswali u jkomplu mal-programm preċedenti.
Madankollu għandu jiġi mfakkar li dan ir-regolament għandu jippermetti lill-Unjoni tindirizza l-isfidi l-ġodda li jirriżultaw mill-politika tal-konsumaturi għall-2020. Għalhekk, hemm raġunijiet validi għall-orjentazzjoni tar-regolament lejn il-futur, għall-enfasi tal-objettivi tal-Istarteġija Eropa 2020 u ż-żieda tar-referenza għall-Aġenda tal-Konsumatur li tistabbilixxi il-qafas strateġiku għall-politika tal-konsumatur għas-snin li ġejjin. F'dan il-kuntest, mhuwiex ideali l-fatt li wieħed jiddeċiedi fuq il-programm finanzjarju qabel ma jkun jista’ jikkunsidra l-linji gwida dettaljati strateġiċi speċifikati f'din l-Aġenda.
Il-qafas finanzjarju u d-distribuzzjoni tal-fondi għal kull objettiv
Dan huwa programm modest ħafna fil-livell baġitarju. Għall-500 miljun konsumatur fis-27 pajjiż tal-Unjoni, l-ammont medju propost fis-sena u għal kull konsumatur jammonta għal 5 ċenteżmi euro. Dan jirrappreżenta tnaqqis relattiv meta mqabbel ma' dak tal-perjodu preċedenti, li matulu din is-somma kienet ammontat għal 7 ċenteżmi euro. Wieħed jista' jsaqsi b'mod leġittimu jekk dan l-ammont hux se jkun biżżejjed sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika futura tal-konsumatur, anki jekk huwa minnu li l-kriżi ekonomika li għaddejjin minnha bħalissa teżiġi li aħna nkunu raġonevoli. F'kull każ, kwalunkwe tnaqqis mill-pakkett globali se jkun inaċċettabli.
F'dan ir-rigward, għandha tiġi mfakkra l-konnessjoni bejn dan il-pakkett u n-negozjati li għaddejjin bħalissa fuq il-qafas finanzjarju multiannwali. Fid-dawl tal-fatt li l-qafas finanzjarju propost huwa suġġett għar-riżultat tan-negozjati bejn l-istituzzjonijiet, ir-rapporteur jipproponi li jinżammu (bl-eċċezzjoni tal-modifika tad-distribuzzjoni bejn l-objettiv 1 u l-objettiv 2 imsemmija hawn taħt) bħala ammonti ta' referenza (bejn paranteżi) l-ammonti proposti mill-Kummissjoni, u li jissemma x-xogħol tal-Kumitat SURE[2] (żieda ta' mill-anqas 5% tal-livell tar-riżorsi affettwati fil-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss) fil-kummenti, sabiex jiġu mfakkra l-objettivi tal-Parlament fil-qafas ta' dawn in-negozjati baġitarji. Il-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tippreżenta, fejn jixraq, ġaladarba l-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss jiġi adottat, proposta riveduta sabiex jiġi aġġustat l-ammont ta' referenza ta' dan il-programm.
Fir-rigward tal-proposta ta' distribuzzjoni baġitarja għal kull objettiv, ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-ewwel objettiv, jiġifieri s-sikurezza, li skontu huwa objettiv prijoritarju, għandu jingħata aktar importanza: il-konsumaturi Ewropej għandhom fl-ewwel lok ikunu jistgħu jiddisponu minn prodotti u servizzi sikuri u jkunu ċerti li qed titwettaq sorveljanza effikaċi tas-suq fl-UE. Dawn li ġejjin għandhom ukoll jitqiesu: i r-reviżjoni neċessarja tad-direttiva dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, il-modernizzazzjoni tal-għodda RAPEX, it-titjib tal-bażi tad-data fuq is-sikurezza u ż-żieda fin-numru ta' notifiki ta' prodotti perikolużi - aktar minn 2200 fl-2010. Ir-rapporteur jipproponi li l-parti tal-baġit allokata għas-sorveljanza tas-swieq u għall-miżuri intiżi sabiex tiġi osservata l-liġi fil-kuntest tal-objettiv 1 tiżdied b'3%, flimkiem maż-żieda relattiva, diġà prevista mill-Kummissjoni biex b'hekk l-parti intiża għal dan l-objettiv tiżdied minn 22% għal 25% tal-pakkett totali disponibbli għall-approprjazzjonijiet operattivi.
Il-baġit previst għall-studji u analiżi mwettqa fuq il-livell tal-Unjoni dwar il-konsumaturi u s-swieq tal-konsumaturi għandu jitnaqqas fir-reviżjoni. Huwa minnu li l-ġabra ta' data hija neċessarja sabiex jitfasslu leġiżlazzjonijiet adattati u jiġu identifikati setturi speċifiċi esposti għar-riskju, u din għandha tiġi appoġġata. Iżda tnaqqis huwa ġġustifikat inkwantu l-fażi ta' tnedija tat-tabelli ta’ valutazzjoni intemmet, u huwa ukoll iġġustifikat mill-fatt li jista' jitnaqqas in-numru ta' analiżi u studji li jqumu l-flus sabiex ikun hemm aktar fokus fuq l-azzjonijiet konkreti. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat li jkun hemm segwitu għal dawn l-istudji, kemm jekk dawn l-istudji jkunu konnessi mal-preparazzjoni ta' leġiżlazzjonijiet ġodda kif ukoll jekk huma konnessi mal-identifikazzjoni ta' nuqqasijiet possibbli fil-funzjonament tas-suq jew dik ta' bżonnijiet ġodda tal-konsumaturi, kif ukoll li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati kollha.
Fir-rigward tal-azzjonijiet ta' edukazzjoni, l-evalwazzjoni ta' Dolceta wrietna li l-livell ta' viżabbiltà tiegħu kien baxx, l-approċċ tiegħu "one size fits all" ma kienx xieraq, il-kontenut tiegħu kien wisq statiku u ftit aċċessibbli, u t-tħaddim tiegħu kien ftit wisq interattiv[3]. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi tnaqqis ta’ 3% fl-aproprjazzjonijiet operazzjonali indikattivi allokati għall-objettiv 2 (37% mnaqqsa għal 34%).
Barra minn hekk, ir-rapport jipprovdi ċerta flessibbiltà fir-rigward ta' dan it-tqassim indikattiv għal kull objettiv: il-Kummissjoni ngħatat marġni ta’ 20% ta’ manuvra għall-persentaġġi indikattivi, u jekk tkun tixtieq tmur lil hinn min-numru proposti, il-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà temendhom permezz ta’ att iddelegat.
Modalitajiet tal-implimetazzjoni tal-programm
Bħala modalitajiet ta' implimentazzjoni ta' dan il-programm, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li ġej: setgħat implimentattivi għall-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma annwali bi proċedura konsultattiva, delega ta' setgħa sabiex jiġu adattati l-indikaturi tal-Anness II u artikolu fl-aħħar tal-Anness I li jispeċifika li l-lista ta' azzjonijiet tista' tiġi kkompletata minn azzjonijiet simili li għandhom effetti simili u li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi speċifiċi tal-programm.
Skont ir-rapporteur, il-proċeduri proposti mill-Kummissjoni ma jirrispettawx il-prerograttivi mogħtija mit-TFUE lill-Parlament Ewropew. L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali tinvolvi għażliet politiċi intiżi sabiex jikkjarifikaw, u mbagħad jikkompletaw il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, hekk kif stabbilit fl-att leġiżlattiv ta' bażi u dan iwassal għall-bżonn ta' delega ta' setgħa lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 TFUE. Fid-dawl ta' dawn il-konklużjonijiet, ir-rapporteur jipproponi li jintużaw l-atti ddelegati għall-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma annwali kif ukoll sabiex tiġi kkompletata l-lista ta' azzjonijiet tal-Anness I.
Indikaturi
Hemm il-ħtieġa ta' titjib fil-każ tal-indikaturi tal-Anness II. Għal dak li jikkonċerna it-tieni objettiv, indikaturi oħra huma indispensabbli. Anki jekk l-eżerċizzju huwa diffiċli, nistennew mill-Kummissjoni, permezz ta' atti ddelegati, li tipproponi indikaturi ġodda. Fir-rigward tat-tielet objettiv, ir-rapporteur iqis importanti li jiżdied il-persentaġġ ta' konsumaturi li jibdew proċeduri minħabba problema li ltaqgħu magħha fl-aħħar tnax il-xahar: dan jista' juri l-konoxxenza u l-interess li l-konsumaturi għandhom ta' dawn il-proċeduri. Qed jiġi propost ukoll li titqies ir-rata ta' rikonoxximent tac-Ċentri Ewropej għall-Konsumatur, li 15% taċ-ċittadini Ewropej biss jafu bihom[4]. Fir-rigward tar-raba' objettiv, fid-dawl tal-fatt li n-Netwerk ta' Ċentri Ewropej għall-Konsumatur ilu jeżisti u se jagħlaq 7 snin fl-2014, ir-rapporteur jipproponi li jiżdiedu mal-miżuri tal-fluss ta' informazzjoni fin-netwerk, indikaturi marbuta mal-effikaċja ta' dan in-netwerk.
Assistenza amministrattiva u teknika
Ir-rapporteur jipproponi li tiġi limitata sa 10.5% il-parti tal-allokazzjoni finanzjarja tal-programm li tista' tkopri dan it-tip ta' spejjeż, ħalli jiġi garantit li parti sinifikanti tal-baġit tibqa' disponibbli għall-finanzjament ta' azzjonijiet konkreti li jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi tal-programm.
Speċifikazzjonijiet dwar il-kontenut tal-azzjonijiet, għal kull objettiv
Objettiv 1
Il-proposta ta' twaqqif ta' struttura aktar perenni mis-sistema ta' koordinazzjoni informali attwali (PROSAFE) fil-kuntest tar-reviżjoni (mistennija) tad-direttiva dwar is-sikurezza ġenerali ta' prodotti kif ukoll il-finanzjament ta' azzjonijiet konġunti jikkostitwixxu aspetti pożittivi.
Ir-rapporteur ippropona titjib, sabiex tiġi inkuraġġuta l-moderizzazzjoni tal-għodda RAPEX. Proposti oħra huma intiżi sabiex l-iskambju ta' uffiċjali jiġi orjentat lejn is-setturi esposti għal riskju (pereżempju, fl-2010, dawn kienu s-settur tat-tessuti li kien jirrappreżenta 32%[5] tan-notifiki u s-settur tal-ġugarelli li kien jirrappreżenta 25% tan-notifiki). Fir-rigward tal-pajjiż terzi, ikun aħjar kieku jitqiesu l-globalizzazzjoni tal-katina tal-produzzjoni u l-interdipendenza li dejjem qed tikber tas-swieq, billi l-kooperazzjoni fil-qasam tal-amministrazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiġi ffokata fuq il-pajjiżi li huma s-sors ta' numru sinifikanti ta' notifiki. Ir-rapporteur jikkonstata pereżempju li fl-2012, 58% tan-notifiki kienu jikkonċernaw prodotti li ġejjin miċ-Ċina,[6] mingħajr identifikazzjoni possibbli tal-fabbrikanti f'16% tal-każijiet.
Objettiv 2
Fir-rigward tal-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-livell Ewropew, ir-rapporteur jirrikonoxxi l-importanza tagħhom għat-tixrid ta' informazzjoni, l-assistenza lill-konsumaturi sabiex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif ukoll il-kontribuzzjoni tagħhom waqt it-tfassil tal-leġiżlazzjoni. Qed jiġi propost li jinżamm appoġġ finanzjarju qawwi lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur Ewropew filwaqt li jissaħħaħ il-bini ta’ kapaċità u jiżdiedu l-iskambji tal-aħjar prattiki, ir-riċerka tal-konsumatur u l-informazzjoni tal-konsumatur għall-organizzazzjonijiet attivi fil-livell Ewropew u reġjonali.
Għalkemm ir-rapporteur jilqa' l-fatt li huwa previst li TRACE, li huwa utli ħafna, jitkompla, huwa jixtieq li jikber l-impatt ta' dan it-taħriġ billi jiġi previst, jekk possibbli, li dan jiġi mmirat lejn postijiet fejn il-livell ta' fiduċja u ta' għarfien tal-konsumaturi huwa relattivament baxx jew lejn postijiet li fihom l-organizzazzjoni tal-konsumatur mhumiex żviluppati biżżejjed. Għandhom jitqiesu wkoll iż-żoni transkonfinali, għandhom jiġu ddiversifikati l-lingwi u l-postijiet fejn dan it-taħriġ jista' jingħata (ara l-evalwazzjoni ta' TRACE)[7] u għandu jinħoloq spazju interattiv ta' skambju u post fejn jitqiegħed il-materjal żviluppat[8].
Fir-rigward tat-trasparenza tas-swieq u tal-kampanji ta' informazzjoni, ta' min jiftakar fl-importanza li tiġi provduta data li tista’ titqabbel, li hija affidabbli u faċilment aċċessibbli fuq il-prezzijiet, il-kwalità u s-sotennibbiltà lill-konsumaturi.. F'dan il-kuntest, l-iżvilupp ta' websajts li jwettqu paraguni, kif ukoll l-żvilupp u l-monitoraġġ ta’ tikketta ta' ċertifikazzjoni għal tali websajts, inkluż għal xiri transkonfinali, iġibu magħhom valur miżjud sew.
Fir-rigward tal-element "edukazzjoni", kif imsemmi aktar 'il fuq, ir-rapporteur jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni pprovat tasal għall-konklużjonijiet mill-iżbalji mwettqa fil-passat. Flimkien mal-possibbiltà ta' tnaqqis proporzjonali tal-baġit disponibbli, huwa jappoġġa l-idea ta' rikalibrar tal-għodod edukattivi, kif ukoll dik tal-istabbiliment ta' pjattaforma ta' skambju fuq l-edukazzjoni tal-konsumaturi. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-azzjonijiet ta' edukazzjoni jitwettqu bi sħubija mal-Istati Membri u l-atturi fuq il-post, u fid-dawl tal-promozzjoni tal-edukazzjoni tul il-ħajja, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-konsumaturi vulnerabbli.
Objettiv 3
Hawnhekk, għandu jkun hemm insistenza fuq l-aċċessibbiltà tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta' tilwim, sabiex jiġi żgurat l-użu tagħhom mill-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni. Issa, intwera li l-persuni vulnerabbli huma anqas imħajra jirrikorru għalihom[9], u b'hekk hemm bżonn ta' azzjonijiet speċifiċi f'dan ir-rigward.
Għandu jiġi nnotat ukoll il-baġit previst għall-istabbiliment tal-pjattaforma għar-riżoluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi permezz tal-internet, li bħalissa hija s-suġġett ta' proposta leġiżlattiva. Fir-rigward tal-proposta tad-direttiva-kwadru tal-ADR, ir-rapporteur jenfasizza n-neċessità li jiġu ffaċilitati l-iskambji bejn il-korpi tal-ADR nazzjonali - l-idea mhijiex li jingħataw għotijiet iżda li jiġu appoġġati l-laqgħat tagħhom sabiex jitjieb it-tixrid tal-aħjar prattiki u l-iskambju ta' esperjenzi bejniethom filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet u d-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli.
Objettiv 4
Il-baġit għar-raba' objettiv żdied peress li l-Kummissjoni pproponiet li żżid r-rati ta' kofinazjament taċ-ċentri Ewropew tal-konsumaturi minn 50% għal 70%. -rapporteur jaqbel ma' din il-proposta, peress li n-netwerk taċ-ċentri Ewropew tal-konsumaturi huwa ulti ħafna sabiex jassisti l-konsumaturi fuq il-kwistjonijiet ta' natura transkonfinali iżda jfakkar fin-neċessità li tiżdied il-viżabbiltà tagħhom fost iċ-ċittadini Ewropej.
4.6.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020
( COM(2011)0707 – C7‑0397/2011 – 2011/0340(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: José Manuel Fernandes
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kummissjoni pproponiet li toħloq Programm tal-Konsumaturi għall-perjodu 2014-2020 permezz ta’ Regolament, ibbażat fuq l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-approprjazzjonijiet finanzjarji totali għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jammontaw għal EUR 197 miljun fil-prezzijiet attwali.
Il-Programm tal-Konsumatur ġdid se jsostni l-objettiv ġenerali tal-politika tal-konsumatur tal-futur billi jpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-Suq Uniku.
Ir-Rapporteur, wara li eżamina l-abbozz tal-att leġiżlattiv:
jilqa’ l-Proposta mill-Kummissjoni li jinħoloq il-Programm tal-Konsumaturi għall-2014-2020 u jenfasizza li l-Proposta trid tikkorrispondi mal-Istrateġija Ewropa 2020 u tikkontribwixxi għall-objettivi tagħha;
jemmen li, meta jitqies il-bżonn li jitmexxa ’l quddiem t-tkabbir ekonomiku fl-UE, il-Programm tal-Konsumaturi jrid jgħin liċ-ċittadini Ewropej jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom tas-Suq Uniku, peress li l-konsumaturi, bħala l-mira ewlenija ta' dan il-programm, għandhom ikunu informati tajjeb bid-drittijiet tagħhom u l-modi kif jistgħu jużawhom kif ukoll jafdaw bis-sħiħ l-atturi varji li jiffurmaw is-Suq Uniku;
jenfasizza li l-baġit totali propost tal-Programm tal-Konsumaturi 2014-2020, li jammonta għal EUR 197 miljun (fi prezzijiet attwali), huwa modest, iżda li EUR 20.65 miljun għan-nefqa amministrattiva, li tiġi mill-implimentazzjoni tal-programm, hija għolja;
jappoġġa l-Opzjoni 2 tal-Kummissjoni li tirriżulta mill-Valutazzjoni tal-Impatt, peress li hija konformi mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni (Ewropa 2020, Att dwar is-Suq Uniku) u mar-riflessjoni li għaddejja bħalissa dwar il-futur tal-politika tal-konsumaturi;
isostni li l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi hija prijorità transezzjonali u għalhekk, trid tkun preżenti, kull meta possibbli, fl-azzjonijiet kollha ffinanzjati mill-programm il-ġdid u miġbura fl-erba' objettivi li ġejjin: (1) Sikurezza, (2) Informazzjoni u edukazzjoni, (3) Drittijiet u rimedju, u (4) Infurzar;
jitlob li jitqies il-ħolqien taċ-Ċentru Ewropew ta' Akkreditazzjoni għall-kumpaniji onlajn, li jwassal biex il-konsumaturi jivverifikaw il-kredibilità u l-affidabilità tal-kumpaniji, tiżdied il-kunfidenza tal-konsumaturi u titjieb it-trasparenza tat-tranżazzjonijiet onlajn;
jiddefendi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, trasparenza u flessibilità fl-implimentazzjoni tal-programm; għaldaqstant, il-ħolqien ta' aġenzija eżekuttiva se tkun permessa biss abbażi ta' riżultat pożittiv ta' analiżi indipendenti tal-kost-benefiċċju;
jenfasizza l-bżonn li jkunu stabbiliti sett ta’ indikaturi statistiċi adegwati, li għandhom ikunu mmonitorjati fuq bażi annwali, fil-livell tal-UE li jkejjel il-funzjonament tas-Suq Uniku;
jemmen li l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom ikunu appoġġati, iżda, fl-istess ħin, jitlob għal parteċipazzjoni individwali aktar b'saħħitha u, b'mod partikolari, titjib tal-użu min-naħa tal-konsumaturi tal-istrumenti ICT u l-ħolqien ta’ pjattaforma elettronika għall-UE li permezz tagħha jitressqu l-ilmenti kif ukoll titqassam u tkun miksuba l-informazzjoni;
iħeġġeġ il-ħolqien ta’ pjattaformi onlajn u għodda ta’ software biex il-konsumaturi u l-kumpaniji jkunu iktar qrib is-suq;
jappoġġa l-iżvilupp ta’ pjattaformi interattivi għall-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-materjali ta' taħriġ dwar l-edukazzjoni tal-konsumaturi u jissuġġerixxi li l-aktar gruppi vulnerabbli jixirqilhom attenzjoni speċjali sabiex jitkattar it-tkabbir inklussiv.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda previsti fit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jirrimarka li anke b'żieda ta' mill-inqas 5% fil-livell tar-riżorsi għall-MFF li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jisfida lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, biex jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-valur miżjud Ewropew evidenti tagħhom; |
| ________________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Jenfasizza li l-baġit totali propost tal-Programm tal-Konsumaturi 2014-2020, li jammonta għal EUR 197 miljun (fi prezzijiet attwali) huwa modest u jinnota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm ikun hemm ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi MFF għas-snin 2014-2020; |
Emenda 3
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1c. Iqis li EUR 20.65 miljun għan-nefqa amministrattiva, li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-programm, bħala għolja u jistieden lill-Kummissjoni biex tiġġustifika u tevalwa mill-ġdid dik in-nefqa; |
Ġustifikazzjoni
Peress li l-ammont totali tal-programm huwa ta’ 197 miljun, 20.65 miljun għan-nefqa amministrattiva hija aktar minn 10 fil-mija tal-pakkett totali.
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti fi programm tal-konsumaturi għall-perjodu 2014 – 2020 (minn hawn ’il quddiem "il-Programm"), li jipprovdi qafas għall-finanzjament ta' azzjonijiet tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Programm. Dan ir-Regolament jkompli jibni fuq l-azzjonijiet iffinanzjati skont id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013). | (4) Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti fi programm tal-konsumaturi għall-perjodu 2014 – 2020 (minn hawn ’il quddiem "il-Programm"), li jipprovdi qafas għall-finanzjament ta' azzjonijiet tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reviżjoni sussegwenti tiegħu bir-Regolament Nru XXX/201Y, dan ir-Regolament jipprovdi l-bażi legali għall-azzjoni u għall-implimentazzjoni tal-Programm. Dan ir-Regolament jkompli jibni fuq l-azzjonijiet iffinanzjati skont id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013). |
| ___________ |
| 1 COM(2010)0815 . |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa importanti li jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur. Biex jinkiseb dan l-objettiv ġenerali, iridu jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi rigward is-sigurtà, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet u r-rimedji kif ukoll l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħudin taħt il-Programm għandhom jiġu monitorjati u evalwati regolarment. Għall-finijiet li tiġi evalwata l-politika tal-konsumatur, għandhom jiġu żviluppati l-indikaturi. | (5) Huwa importanti li jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur, b’iffukar partikolari fuq gruppi vulnerabbli sabiex jinkiseb l-objettiv ta’ tkabbir inklużiv. Biex jinkiseb dan l-objettiv ġenerali, iridu jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi rigward is-sigurtà, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet u r-rimedji kif ukoll l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħudin taħt il-Programm għandhom jiġu monitorjati u evalwati kull sena, u rrapportati lill-Parlament Ewropew. Għall-finijiet li tiġi evalwata l-politika tal-konsumatur, għandhom jiġu żviluppati l-indikaturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sett ta’ indikaturi statistiċi adegwati fil-livell tal-Unjoni, pereżempju għal bejgħ transkonfinali u bejgħ onlajn, sabiex jiġu valutati r-riżultati u l-progress fit-titjib tal-funzjonament tas-suq uniku. |
Ġustifikazzjoni
L-għan tal-politika tal-konsumatur huwa li jkun ta' kontribut għall-funzjonament tas-Suq Uniku; għalhekk, il-progress tiegħu jrid jitkejjel ukoll, minkejja l-fatt li fatturi oħra apparti l-politika tal-konsumatur jikkontribwixxu wkoll għas-Suq Uniku.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) Fl-ispirtu tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, ta’ trasparenza u ta’ flessibilità fl-implimentazzjoni tal-Programm, il-kontinwazzjoni tal-aġenzija eżekuttiva għandha tkun permessa biss fuq il-bażi ta' riżultat pożittiv ċar ta’ analiżi kost-benefiċċju ġdid u indipendenti. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9b) Għall-perjodu 2007-2013, ġew allokati madwar EUR 157 miljun (fi prezzijiet kostanti tal-2011) lill-Programm ta' Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur. Il-pakkett finanzjarju propost ta' EUR 175 miljun (fi prezzijiet kostanti tal-2011) għall-Programm tal-Konsumatur 2014-2020 jirrappreżenta żieda modesta filwaqt li l-Unjoni għandha bżonn timplimenta b'mod effikaċi l-ambizzjonijiet tagħha fil-qasam tal-politika tal-konsumatur kif stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Mejju 2012 bl-isem "Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej - Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir", appoġġata mill-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni; |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9c (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9c) In-nefqa tal-fondi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumaturi, l-edukazzjoni, id-drittijiet u l-infurzar għandha tkun koordinata aħjar sabiex tiżgura l-komplimentarjetà, effiċjenza u viżibilità aħjar, kif ukoll biex tikseb sinerġiji baġitarji aħjar. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tippruva żżid il-kapaċità tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali tal-konsumaturi speċjalment fl-Istati Membri b’kultura tal-konsumatur relattivament iktar dgħajfa, permezz ta’ ġbir u koordinazzjoni aħjar tar-riżorsi.
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-għan tal-Programm huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-suq intern. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u biex jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimeta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri. | L-għan tal-Programm huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-suq intern. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u biex jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimeta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri. Il-programm se jikkomplementa wkoll u joħloq sinerġiji mal-istrumenti u l-politiki l-oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-programm Multiannwali "Drittijiet u Ċittadinanza" 2014-2020 li jinkludi, bħala wieħed mill-objettivi tiegħu, l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi1. |
| ________________ |
| 1 Objettiv [(e)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/201Y [li jistabbilixxi, għall-perjodu 2014 sa 2020, il-Programm Drittijiet u Ċittadinanza]. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Informazzjoni u parteċipazzjoni tal-konsumaturi ta’ kwalità għolja hija prijorità transettorjali u għalhekk, trid tkun preżenti f'waqtha, kull meta possibbli, fl-objettivi u fl-azzjonijiet settorjali kollha ffinanzjati mill-Programm. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni għandha tipprova żżid il-profil ta’ parteċipazzjoni informata tal-konsumaturi inġenerali, peress li l-għan aħħari tal-programm huwa li l-konsumatur jitqiegħed fil-qalba tas-Suq Uniku.
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt a - punt 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) it-twaqqif ta’ Ċentru ta’ Akkreditazzjoni Ewropew għal Kumpaniji Onlajn sabiex titjieb it-trasparenza, iċ-ċertezza legali u s-sikurezza tal-konsumaturi waqt il-parteċipazzjoni ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji onlajn, wara analiżi kost-benefiċċju; |
Ġustifikazzjoni
Iċ-Ċentru ta’ Akkreditazzjoni Ewropew għal Kumpaniji Onlajn jippermetti li l-konsumaturi jivverifikaw il-kredibilità u l-affidabilità ta' kumpaniji, tiżdied il-kunfidenza tal-konsumaturi u titjieb it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet onlajn.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c – punt 9a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (9a) il-ħolqien ta’ pjattaforma elettronika tal-Unjoni, li permezz tagħha l-konsumaturi jistgħu jressqu ilmenti, jaqsmu u jirċievu informazzjoni, jikklassifikaw prodotti u jiksbu parir espert; |
Ġustifikazzjoni
Il-ħolqien ta’ pjattaformi onlajn u għodda ta’ software biex il-konsumaturi u l-kumpaniji jkunu eqreb tas-suq jikkontribwixxi għal parteċipazzjoni aktar effikaċi.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Qafas finanzjarju | Baġit |
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm huwa ta' EUR 197 000 000 fi prezzijiet attwali. | Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm, fit-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/201Y bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba1, huwa ta' EUR 197 000 000 fi prezzijiet attwali. L-approprjazzjoni annwali għandha tkun awtorizzata mill-awtorità baġitarja. |
| ________________ |
| 1 ĠU…. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm permezz ta' modi ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. | Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm permezz ta' modi ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jew il-verżjoni modifikata tiegħu skont ir-Regolament Nru XXX/201Y1. |
| ________________ |
| 1 COM(2010)0815 . |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm billi tadotta programmi ta' ħidma annwali fl-għamla ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-elementi stipulati fir-Reglament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u b'mod partikolari: | Il-Kummissjoni timplimenta l-Programm billi tadotta programmi ta' ħidma annwali fl-għamla ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu l-elementi stipulati fir-Reglament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kif rivedut bir-Regolament XXX/201Y u b'mod partikolari: |
(a) il-prijoritajiet ta’ implimentazzjoni u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji; | (a) il-prijoritajiet ta’ implimentazzjoni u l-azzjonijiet li jridu jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni indikattiv tar-riżorsi finanzjarji; |
(b) il-kriterji tal-għażla u ta’ għotja essenzjali biex jintużaw sabiex jintgħażlu l-proposti li se jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji; | (b) il-kriterji tal-għażla u ta’ għotja essenzjali biex jintużaw sabiex jintgħażlu l-proposti li se jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji; |
(c) l-iskeda taż-żmien tas-sejħiet għall-offerti u s-sejħiet għall-proposti ppjanati; | (c) l-iskeda taż-żmien tas-sejħiet għall-offerti u s-sejħiet għall-proposti ppjanati; |
(d) fejn hu l-każ, l-awtorizzazzjoni biex jintużaw ammonti b'rata fissa, skali standard ta' kostijiet tal-unità jew finanzjament b'rata fissa b'konformità mar-Regolament (KE< Euratom) Nru 1605/2002; | (d) kull meta jkun possibbli, l-awtorizzazzjoni biex jintużaw ammonti globali, skali standard ta' kostijiet tal-unità jew finanzjament b'rata fissa b'konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 kif rivedut bir-Regolament XXX/201Y; |
(e) il-kriterji biex ikun ivvalutat jekk tapplikax jew le l-utilità eċċezzjonali. | (e) il-kriterji biex ikun ivvalutat jekk tapplikax jew le l-utilità eċċezzjonali. |
| ________________ |
| 1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Mhux iktar tard minn nofs l-2018, il-kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-realizzazzjoni tal-objettivi tal-miżuri kollha (fil-livell ta' riżultati u impatti), l-effiċjenza tal-użu ta' riżorsi u l-valur addizzjonali Ewropew ta' dan, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Se tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-programm preċedenti; | 2. Mhux iktar tard minn nofs l-2018, il-kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni dwar ir-realizzazzjoni tal-objettivi tal-miżuri kollha (fil-livell ta' riżultati u impatti), l-effiċjenza tal-użu ta' riżorsi u l-valur addizzjonali Ewropew ta' dan, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Se tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tal-programm preċedenti. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, u jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni tista' tressaq proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. |
PROĊEDURA
Titolu | Programm “Konsumaturi” għall-perjodu 2014-2020 | |||
Referenzi | COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 30.11.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 30.11.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | José Manuel Fernandes 6.2.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 31.5.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 28 3 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Richard Ashworth, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, László Surján, Jacek Włosowicz | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Alexander Alvaro, Edit Herczog, Jürgen Klute, Paul Rübig, Peter Šťastný, Gianluca Susta | |||
1.6.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm tal-konsumaturi 2014-2020
( COM(2011)0707 – C7‑0397/2011 – 2011/0340(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Cecilia Wikström
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-rapporteur għal opinjoni tilqa' l-fatt li l-għan ġenerali tal-programm ġdid tal-konsumatur propost mill-Kummissjoni huwa li l-konsumatur infurmat jitqiegħed fiċ-ċentru tas-suq uniku, u b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' strumenti li jikxfu n-nuqqasijiet fl-istandards u l-prattiki u l-indirizzar tagħhom b'mod effettiv madwar l-Ewropa. Huwa essenzjali li l-konsumaturi jkunu jistgħu jeżerċitaw b’kunfidenza d-drittijiet tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni u li, meta jinqala' xi ħaġa, ikunu jistgħu jiddependu kemm fuq l-infurzar effettiv ta' dawk id-drittijiet kif ukoll fuq aċċess faċli għal rimedji effiċjenti.
F' dan l-isfond ir-rapporteur tilqa' l-proposti attwali dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi permezz tal-internet (Regolament dwar l-ODR tal-konsumatur) u dwar riżoluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim tal-konsumaturi (Direttiva dwar l-ADR tal-konsumatur), u għalhekk qed tipproponi għadd ta' emendi għall-proposta għal programm tal-konsumatur sabiex jiġi żgurat li dawn l-inizjattivi jkunu ffinanzjati biżżejjed.
Dwar l-objettiv 4 dwar l-infurzar, din ir-rapporteur tqis li l-azzjoni għandha tissaħħaħ fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u dik fl-infurzar ma' pajjiżi terzi li mhumiex jipparteċipaw fil-programm, b'mod partikolari billi tiġi promossa wkoll kooperazzjoni ulterjuri ma' organizzazzjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet tal-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Dan ir-Regolament jikkunsidra l-ambjent ekonomiku, soċjali u tekniku u l-isfidi konkomitanti li qed jixirfu. B’mod partikolari, azzjonijiet finanzjati taħt dan il-programm għandhom ifittxu li jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-bżonn li jsiru passi lejn tendenzi ta' konsum aktar sostenibbli, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-kwistjoni tal-konsumaturi vulnerabbli. L-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-politiki kollha tal-Unjoni, skont l-Artikolu 12 TFUE, għandha tingħata prijorità għolja. Il-koordinazzjoni ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni hija parti prinċipali tal-iżgurar li l-interessi tal-konsumatur jingħataw kunsiderazzjoni sħiħa f’politiki oħra. Sabiex jiġu promossi s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni, fondi u programmi oħra tal-Unjoni għandhom jipprovdu għal appoġġ finanzjarju għall-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumatur fl-oqsma rispettivi tagħhom. | (3) Dan ir-Regolament jikkunsidra l-ambjent ekonomiku, soċjali u tekniku u l-isfidi konkomitanti li qed jixirfu. B’mod partikolari, azzjonijiet finanzjati taħt dan il-programm għandhom ifittxu li jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mal-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-bżonn li jsiru passi lejn tendenzi ta' konsum aktar sostenibbli, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-kwistjoni tal-konsumaturi vulnerabbli. L-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumaturi fil-politiki kollha tal-Unjoni, skont l-Artikolu 12 TFUE, hija prijorità kbira. Il-koordinazzjoni ma’ politiki u programmi oħra tal-Unjoni hija parti prinċipali tal-iżgurar li l-interessi tal-konsumatur jingħataw kunsiderazzjoni sħiħa f’politiki oħra. Sabiex jiġu promossi s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni, fondi u programmi oħra tal-Unjoni għandhom jipprovdu għal appoġġ finanzjarju għall-integrazzjoni tal-interessi tal-konsumatur fl-oqsma rispettivi tagħhom. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Huwa importanti li jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur. Biex jinkiseb dan l-objettiv ġenerali, iridu jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi rigward is-sigurtà, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet u r-rimedji kif ukoll l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħudin taħt il-Programm għandhom jiġu monitorjati u evalwati regolarment. Għall-finijiet li tiġi evalwata l-politika tal-konsumatur, għandhom jiġu żviluppati l-indikaturi. | (5) Huwa importanti li jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur. Biex jinkiseb dan l-objettiv ġenerali, iridu jiġu stabbiliti objettivi speċifiċi rigward is-sigurtà, l-informazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumatur, id-drittijiet u r-rimedji kif ukoll l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur. Madankollu, verament għadhom jeżistu differenzi fil-livell nazzjonali f’dawn l-oqsma, u l-miżuri li ttieħdu fil-qafas tal-Programm għandhom jimmiraw lejn oqsma ta’ armonizzazzjoni massima, sabiex jipprovdu ċarezza lill-konsumaturi u n-negozji. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħudin taħt il-Programm għandhom jiġu monitorjati u evalwati regolarment u l-benefiċċji tas-simplifikazzjoni, ir-regolamentazzjoni intelliġenti u t-tnaqqis tal-ispejjeż għall-konsumatur u tal-piż amministrattiv għall-SMEs għandhom dejjem jittieħdu in kunsiderazzjoni. Għall-finijiet li tiġi evalwata l-politika tal-konsumatur, għandhom jiġu żviluppati l-indikaturi. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-għan tal-Programm huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-suq intern. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u biex jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimeta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri. | L-għan tal-Programm huwa li jappoġġja l-objettiv tal-politika tal-konsumatur li tpoġġi l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-suq intern. Il-Programm se jilħaq dan l-objettiv billi jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi, kif ukoll billi jippromwovi d-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u biex jorganizzaw irwieħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom. Il-Programm se jikkomplimeta, isostni u jimmonitorja l-politiki tal-Istati Membri. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) Objettiv 2 — informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tagħhom, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex ikun jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. | (b) Objettiv 2 — informazzjoni u edukazzjoni: biex ikun hemm progress fl-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-għarfien tad-drittijiet tal-konsumaturi kif ukoll tal-SMEs, biex tkun żviluppata l-bażi ta' evidenza għall-politika tal-konsumatur u biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) Objettiv 3 – drittijiet u rimedji: biex ikunu kkonsolidati d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja u billi jitjieb l-aċċess għal rimedji inklużi soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim. | (c) Objettiv 3 – drittijiet u rimedji: biex jissaħħu d-drittijiet tal-konsumatur b'mod partikolari permezz ta' azzjoni regolatorja intelliġenti u billi jitjieb l-aċċess għal soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim affordabbli. |
Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz ta' rikors għal soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim biex jissolvew tilwimiet transkonfinali u permezz tal-attività ta' sistema onlajn għas-soluzzjoni tat-tilwim mifruxa mal-Unjoni. | Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz ta' rikors għal soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim biex jissolvew tilwimiet domestiċi u transkonfinali u permezz tal-attività ta' sistema onlajn għas-soluzzjoni tat-tilwim mifruxa mal-Unjoni. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) Objettiv 4 — infurzar: li jkun sostnut l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u billi l-konsumaturi jiġu sostnuti permezz ta' pariri. | (d) Objettiv 4 — infurzar: li jkun sostnut l-infurzar tad-drittijiet tal-konsumatur billi tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u ma' pajjiżi terzi u billi l-konsumatur jiġi sostnut permezz ta' pariri. |
Dan l-objettiv se jitkejjel b'mod partikolari permezz tal-livell ta' fluss ta' informazzjoni u tal-kooperazzjoni fin-Netwerk għall-Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur u l-attività taċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej. | Dan l-objettiv għandu jitkejjel b'mod partikolari permezz tal-livell ta' fluss ta' informazzjoni u tal-kooperazzjoni fin-Netwerk għall-Kooperazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur u l-attività taċ-Ċentri tal-Konsumaturi Ewropej kif ukoll permezz tal-livell ta' kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – punt b – punt 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(7) it-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumatur; | (7) it-tisħiħ tal-edukazzjoni tal-konsumaturi u l-SMEs; |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv III – punt 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. Preparazzjoni, traspożizzjoni, valutazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar mill-Istati Membri tal-inizjattivi leġiżlattivi u oħra regolatorji għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-promozzjoni ta' inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji, inkluż | 8. Preparazzjoni, traspożizzjoni, valutazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar mill-Istati Membri tal-inizjattivi leġiżlattivi u oħra regolatorji għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-promozzjoni ta' inizjattivi koregolatorji u awtoregolatorji, inkluż |
(c) studji, evalwazzjonijiet ex ante u ex-post, valutazzjonijiet tal-impatt, konsultazzjonijiet mal-pubbliku, evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; | (a) studji u attivitajiet ta' regolamentazzjoni intelliġenti bħal evalwazzjonijiet ex ante u ex-post, valutazzjonijiet tal-impatt, konsultazzjonijiet mal-pubbliku, evalwazzjoni u simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti; |
(d) seminars, konferenzi, workshops u laqgħat ta’ partijiet interessati u esperti; | (b) seminars, konferenzi, workshops u laqgħat ta’ partijiet interessati u esperti; |
(e) żvilupp u manutenzjoni ta’ databases aċċessibbli faċilment u pubblikament li jkopru l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; | (c) żvilupp u manutenzjoni ta’ databases aċċessibbli faċilment u pubblikament li jkopru l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur; |
| (ca) il-promozzjoni ta' azzjoni li tkun ta' benefiċċju għall-ħarsien tal-konsumatur sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-SMEs; |
(f) evalwazzjoni tal-azzjonijiet meħudin taħt il-Programm. | (d) evalwazzjoni tal-azzjonijiet meħudin taħt il-Programm. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Anness I – Objettiv IV – punt 10 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) kooperazzjoni amministrattiva u fl-infurzar ma’ pajjiżi terzi li mhumiex jipparteċipaw fil-Programm. | (d) kooperazzjoni amministrattiva u fl-infurzar ma’ pajjiżi terzi li mhumiex jipparteċipaw fil-Programm u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. |
PROĊEDURA
Titolu | Programm “Konsumaturi” għall-perjodu 2014-2020 | |||
Referenzi | COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 30.11.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 30.11.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Cecilia Wikström 21.11.2011 | |||
Eżami fil-kumitat | 26.3.2012 | 26.4.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 31.5.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 22 1 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Sergio Gaetano Cofferati, Luis de Grandes Pascual, Eva Lichtenberger, Axel Voss | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Elisabeth Morin-Chartier | |||
PROĊEDURA
Titolu | Programm “Konsumaturi” għall-perjodu 2014-2020 | |||
Referenzi | COM(2011)0707 – C7-0397/2011 – 2011/0340(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 9.11.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 30.11.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 30.11.2011 | JURI 30.11.2011 |
|
|
Rapporteur Data tal-ħatra | Robert Rochefort 8.12.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 6.2.2012 | 8.5.2012 | 31.5.2012 | 20.6.2012 |
Data tal-adozzjoni | 21.6.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 30 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Simon Busuttil, Morten Løkkegaard, Pier Antonio Panzeri, Laurence J.A.J. Stassen, Marc Tarabella, Kyriacos Triantaphyllides | |||
Data tat-tressiq | 26.6.2012 | |||