Dokument ta' sessjoni
27.6.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017
( COM(2011)0928 – C7‑0001/2012 – 2011/0459(COD) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Edward Scicluna
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 40
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits 41
OPINJONI EMPLtal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali 57
PROĊEDURA 75
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017
( COM(2011)0928 – C7‑0001/2012 – 2011/0459(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0928 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0001/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, ( A7-0218/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Jieħu nota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva għall-perjodu 2014-2017 jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax ikun stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali għas-snin 2014-2020; |
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-MFF li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda u msaħħa previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jindika li anke b'żieda fil-livell ta' riżorsi għall-QFM li jmiss ta' mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, il-kontribut għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni jista' jkun biss wieħed limitat; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet tal-politika jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; |
| _____________ |
| Testi adottati, P7_ TA-PROV(2011)0266. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa -1 (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) Dejta empirika u statistika solidi huma assolutament essenzjali sabiex jitkejjel il-progress u tiġi evalwata l-effiċjenza tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni, speċjalment fil-kuntest tal-istrateġija UE 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Skont dak ir-Regolament, il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet tal-azzjonijiet maħsuba għal perjodu li ma jabiżx il-ħames snin. Għandu jistabbilixxi prijoritajiet li jikkonċernaw il-ħtiġijiet għal informazzjoni għall-fini li jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-ħtiġijiet għandhom jitqiesu meta mqabbla mar-riżorsi meħtieġa fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex tiġi pprovduta l-istatistika meħtieġa, kif ukoll meta mqabbla mal-piż tar-rispons u l-ispejjeż assoċjati ta’ min iwieġeb. | (2) Skont dak ir-Regolament, il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet tal-azzjonijiet maħsuba għal perjodu li ma jabiżx il-ħames snin. Għandu jistabbilixxi prijoritajiet li jikkonċernaw il-ħtiġijiet għal informazzjoni għall-fini li jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-ħtiġijiet iridu jitqiesu apparagun tar-riżorsi meħtieġa fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex tiġi pprovduta l-istatistika meħtieġa, kif ukoll meta mqabbla mal-piż tar-rispons u l-ispejjeż assoċjati ta’ min iwieġeb, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-kost effettività. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea fil-qafas leġiżlattiv tal-programm multiannwali għandhom jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-Sistema Statistika Ewropea bejn l-awtorità statistika tal-Unjoni Ewropea, li hija l-Kummissjoni (Eurostat), u l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra. | (3) L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea fil-qafas leġiżlattiv tal-programm multiannwali għandhom jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-Sistema Statistika Ewropea bejn l-awtorità statistika tal-Unjoni Ewropea, li hija l-Kummissjoni (Eurostat), u l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra. F'dan ir-rigward, l-indipendenza tal-NSIs kif ukoll tal-Kummissjoni (Eurostat) hija essenzjali għall-provvediment ta' data statistika kredibbli u ta' kwalità għolja. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika hija assolutament essenzjali sabiex tissaħħaħ il-kwalità tal-Istatistika Ewropea. Tali kooperazzjoni aktar mill-qrib għandha tiffoka l-aktar fuq il-forniment ta' taħriġ metodoloġiku ulterjuri dwar l-istatistika u temi relatati, l-iżvilupp u t-tixrid tal-prattiki tajba eżistenti fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea, kif ukoll fuq l-iskambju tal-persunal taż-żewġ naħat bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat); |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3b) L-implimentazzjoni tal-programm hija opportunità biex tiġi prodotta statistika Ewropea armonizzata sabiex isir kontribut għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni tal-istatistika komuni, komparabbli u affidabbli fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) L-istatistika żviluppata, prodotta u mxerrda taħt dan il-programm għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u politiki oħra indirizzati fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 (jiġifieri governanza ekonomika msaħħa u integrata, tibdil fil-klima, politika agrikola rriformata, tkabbir u koeżjoni soċjali, l-Ewropa tal-persuni u l-globalizzazzjoni) u għandhom jiġu mħeġġa permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-programm fejn l-Unjoni Ewropea tista’ ġġib valur miżjud ċar. | (4) L-istatistika żviluppata, prodotta u mxerrda taħt dan il-programm għandha tkun disponibbli fil-pront u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u politiki oħra indirizzati fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 (jiġifieri governanza ekonomika msaħħa u integrata, tibdil fil-klima, politika agrikola rriformata, tkabbir u koeżjoni soċjali, ugwaljanza bejn is-sessi, l-Ewropa tal-persuni u l-globalizzazzjoni) u għandhom jiġu mħeġġa permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-programm fejn l-Unjoni Ewropea tista’ ġġib valur miżjud ċar. Il-ħtieġa li l-istatistika tkun disponibbli fil-pront hija speċifikament kruċjali fir-rigward tal-indikaturi li jappoġġaw l-objettivi tal-istrateġija UE2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) L-istatistika żviluppata, prodotta u mxerrda taħt dan il-programm għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u politiki oħra indirizzati fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 (jiġifieri governanza ekonomika msaħħa u integrata, tibdil fil-klima, politika agrikola rriformata, tkabbir u koeżjoni soċjali, l-Ewropa tal-persuni u l-globalizzazzjoni) u għandhom jiġu mħeġġa permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-programm fejn l-Unjoni Ewropea tista’ ġġib valur miżjud ċar. | (4) L-istatistika ta’ kwalità għolja żviluppata, prodotta u mxerrda taħt dan il-programm hija essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u politiki oħra indirizzati fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 (jiġifieri governanza ekonomika msaħħa u integrata, tibdil fil-klima, politika agrikola rriformata, tkabbir u koeżjoni soċjali, l-Ewropa taċ-ċittadini u l-globalizzazzjoni) u għandha titrawwem permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu ta' dan il-programm fejn l-Unjoni Ewropea tista’ ġġib valur miżjud ċar. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 4b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) Barra minn hekk, fl-istudji statistiċi għandha tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-impatt fuq il-ħaddiema u ċ-ċittadini tal-miżuri meħuda mill-Unjoni fi ftehimiet bejn l-Istati Membri u t-Trojka sabiex tingħeleb il-kriżi finanzjarja u ekonomika dinjija. Għal dak l-għan, għandha tinġabar dejta statistika b’tali mod li tiġi żgurata l-viżibilità tal-iżviluppi fl-Istati Membri individwali, bħal fir-rigward tal-qgħad, l-ammont ta’ ħlasijiet tat-trasferiment soċjali u l-bidliet fihom, l-għadd u l-kwalità ta’ impjiegi, iċ-ċaqliq tal-impjiegi fi ħdan l-Istati Membri, fi ħdan l-Unjoni u bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, u l-bidliet soċjoġeografiċi relatati fl-istruttura tal-ħlasijiet u l-miżuri ta’ taħriġ. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż -1(ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| - L-ewwel, il-kriżi finanzjarja attwali wriet li statistika nazzjonali ta' kwalità baxxa jista' jkollha effetti ta' detriment għall-ekonomiji tal-Istati Membri rispettivi u tal-Unjoni b'mod ġenerali. Statistika ta' preċiżjoni u kwalità għolja konsistenti prodotta minn awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika totalment indipendenti, hija għalhekk assolutament essenzjali għall-fini tat-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u speċjalment fil-kuntest tal-mekkaniżmi superviżorji taż-żona tal-euro. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- L-ewwel nett, il-ħtieġa għal statistika Ewropea ilha tiżdied b’mod kontinwu, u mhuwiex probabbli li din it-tendenza se tinbidel fil-futur. | - It-tieni, il-ħtieġa għal statistika Ewropea ilha tiżdied b’mod kontinwu, u mhuwiex probabbli li din it-tendenza se tinbidel fil-futur. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| - It-tielet, nuqqas ta' data diżaggregata għamlitha diffiċli biex jiġu monitorjati l-effetti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-impatt ta' politiki implimentati fuq iċ-ċittadini Ewropej, fosthom dawk l-aktar vulnerabbli. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-tieni nett, in-natura tal-istatistika nbidlet – it-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza jirrikjedi statistika li tilħaq kriterji ta’ kwalità għolja konnessi mal-finijiet speċifiċi li tkun qed isservi, u hemm ħtieġa li dejjem qiegħda tikber għal statistika multidimensjonali kumplessa li jappoġġja oqsma komposti ta’ politika. | - Ir-raba', in-natura tal-istatistika nbidlet – l-istatistika ma għadhiex sempliċement sors wieħed ta' informazzjoni għall-fini tat-tfassil tal-politika, iżda issa daħlet fil-qalba tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza jirrikjedi statistika li tilħaq kriterji ta’ kwalità għolja u affidabbli konnessi mal-finijiet speċifiċi li tkun qed isservi, u hemm ħtieġa li dejjem qiegħda tikber għal statistika multidimensjonali kumplessa li tappoġġja oqsma komposti ta’ politika. Sabiex ikun hemm rispons korrett għar-rekwiżiti tat-tfassil tal-politika huwa neċessarju li jkun hemm data diżaggregata fl-istadji kollha tal-ġbir tad-data; |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-tielet nett, minħabba li tfaċċaw atturi ġodda fis-suq tal-informazzjoni, inklużi dawk li jipprovdu informazzjoni f’ħin kważi reali, il-prijorità għall-ESS fil-futur hija l-kwalità għolja u b’mod partikolari, fil-każ ta’ statistika fuq perjodu qasir, il-puntwalità. | - Il-ħames, minħabba li tfaċċaw atturi ġodda fis-suq tal-informazzjoni, inklużi dawk li jipprovdu informazzjoni f’ħin kważi reali, il-prijorità għall-ESS fil-futur hija l-kwalità għolja u b’mod partikolari, fil-każ ta’ statistika fuq perjodu qasir, il-puntwalità. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Ir-raba’ nett, il-limiti baġitarji kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew kif ukoll il-ħtieġa li jitnaqqas iżjed il-piż fuq l-impriżi u ċ-ċittadini jkabbru l-isfida ppreżentata minn din is-sitwazzjoni. | - Is-sitt punt, il-limiti baġitarji kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew kif ukoll il-ħtieġa li jitnaqqas iżjed il-piż fuq l-impriżi u ċ-ċittadini jkabbru l-isfida ppreżentata minn din is-sitwazzjoni. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Bl-għan ta’ tqabbil aħjar tar-riżorsi limitati tal-produtturi nazzjonali u Ewropej disponibbli għall-produzzjoni ta’ statistika Ewropea bil-ħtiġijiet li dejjem qegħdin jikbru għal statistika, il-preparazzjoni tal-programmi annwali ta’ ħidma statistika tal-Kummissjoni, li jispjegaw fid-dettall dan il-programm multiannwali, għandha tinkludi analiżi bir-reqqa tal-prijoritajiet statistiċi li se jnaqqsu rekwiżiti inqas importanti u jissimplifikaw proċessi eżistenti, waqt li fl-istess ħin iżommu l-istandards ta' kwalità għolja tal-istatistika uffiċjali. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll il-piż fuq min iwieġeb, sew jekk ikunu negozji, unitajiet ċentrali, reġjonali jew lokali tal-gvern, kif ukoll familji jew individwi. | (6) Bl-għan ta’ tqabbil aħjar tar-riżorsi limitati tal-produtturi nazzjonali u Ewropej disponibbli għall-produzzjoni ta’ statistika Ewropea bil-ħtiġijiet li dejjem qegħdin jikbru għal statistika, il-preparazzjoni tal-programmi annwali ta’ ħidma statistika tal-Kummissjoni, li jispjegaw fid-dettall dan il-programm multiannwali, għandha tinkludi analiżi bir-reqqa tal-prijoritajiet statistiċi li se jnaqqsu rekwiżiti inqas importanti u jissimplifikaw proċessi eżistenti, waqt li fl-istess ħin itejbu l-affidabilità tal-istatistika uffiċjali u jżommu l-istandards ta' kwalità għolja tagħha. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll il-piż fuq min iwieġeb, sew jekk ikunu negozji, unitajiet ċentrali, reġjonali jew lokali tal-gvern, kif ukoll familji jew individwi. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Fid-dawl tal-piż tal-konformità, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri ż-żgħar, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun tista' tipprovdi assistenza teknika u għarfien espert lill-Istati Membri biex tgħinhom jegħlbu limitazzjonijiet ta’ riċerka u ostakoli metodoloġiċi maġġuri, bil-għan li jiżgura l-konformità u l-provvista ta’ data ta’ kwalità għolja. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7b) Il-pakkett finanzjarju tal-programm statistiku Ewropew jista’ jiġi allokat ukoll b’tali mod li jiġu koperti l-ispejjeż meħtieġa għat-titjib tal-proċess u l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja, fil-livell nazzjonali, u għall-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-esperti tal-istatistika nazzjonali. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Fl-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej tal-istatistika għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika, mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji tal-istatistika, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta’ April 2011 dwar ġestjoni ta’ kwalità soda għall-istatistika Ewropea. | (8) Sabiex tiġi żgurata l-integrità u l-kwalità tal-ġestjoni fl-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea taħt dan ir-Regolament, l-istituti tal-istatistika nazzjonali u u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex iżommu l-kunfidenza pubblika fl-istatistika u biex jippermettu applikazzjoni aktar rigoruża tal-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika mehmuż mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Mejju 2005 dwar l-indipendenza, l-integrità u r-responsabilità tal-awtoritajiet nazzjonali u Komunitarji tal-istatistika, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-15 ta’ April 2011 dwar ġestjoni ta’ kwalità soda għall-istatistika Ewropea, filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji stipulati fiha. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm, fejn ikun xieraq, għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fil-Programm, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ftehimiet rilevanti bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni. | (11) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm, fejn ikun xieraq, għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fil-Programm, b’kunsiderazzjoni għal kwalunkwe ftehim rilevanti, jew kull ftehim previst bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Sabiex jiġu kkunsidrati bħala deċiżjonijiet ta’ finanzjament skont l-Artikolu [] tar-Regolament [...] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], il-programmi ta’ ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm, għandhom jistipulaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni. Għall-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament. | (12) Sabiex jiġu kkunsidrati bħala deċiżjonijiet ta’ finanzjament skont l-Artikolu [] tar-Regolament [...] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], il-programmi ta’ ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm, għandhom jistipulaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, ir-riżultati definiti, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u pjan tal-proġett speċifiku u skeda ta' żmien konkreti għall-implimentazzjoni. Għall-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Twettqet evalwazzjoni ex-ante skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, sabiex tiffoka l-programm stabbilit minn dan ir-Regolament dwar il-ħtieġa għal effikaċja fl-ilħuq tal-għanijiet u sabiex il-limiti baġitarji jiġu inkorporati mill-fażi ta’ tfassil tal-programm ’il quddiem. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħuda taħt il-Programm għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment, inkluż minn evalwaturi esterni indipendenti. Għall-fini li jiġi evalwat il-programm, ġew ifformolati għanijiet li jistgħu jitkejlu u ġew żviluppati indikaturi. | (14) Twettqet evalwazzjoni ex-ante skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, sabiex tiffoka l-programm stabbilit minn dan ir-Regolament dwar il-ħtieġa għal effikaċja u effiċjenza fl-ilħuq tal-għanijiet u sabiex il-limiti baġitarji jiġu inkorporati mill-fażi ta’ tfassil tal-programm ’il quddiem. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħuda taħt il-Programm għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment, inkluż minn evalwaturi esterni indipendenti. Għall-fini li jiġi evalwat il-programm, ġew ifformolati għanijiet li jistgħu jitkejlu u ġew żviluppati indikaturi. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għat-tul kollu tal-programm li għandu jkun ir-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja, kif mifhum fil-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda, fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. | (15) Għall-2013, dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għall-programm li għandha tkun ir-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja, kif mifhum fil-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda, fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. Għall-2014-2017, dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għat-tul kollu tal-programm li għandha tkun ir-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja, kif mifhum fil-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali XX/201Y bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fil-kwistjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-programm statistiku Ewropew għall-perjodu 2013 sal-2017 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala ‘il-programm’) qiegħed jiġi stabbilit b’dan. | Il-programm statistiku Ewropew għall-perjodu 2013 sal-2017 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala ‘il-programm’) qiegħed jiġi stabbilit b’dan. Il-programm jidher fl-Anness. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-programm jirrappreżenta l-valur miżjud tal-iżgurar li l-istatistika Ewropea tkun iffukata fuq l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan jikkontribwixxi għall-użu effettiv tar-riżorsi billi jrawwem azzjonijiet li jipprovdu kontribut essenzjali lejn l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika armonizzata, paragunabbli u affidabbli. | Il-programm jirrappreżenta l-valur miżjud tal-iżgurar li l-istatistika Ewropea tkun iffukata fuq l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan jikkontribwixxi għall-użu effettiv tar-riżorsi billi jrawwem azzjonijiet li jipprovdu kontribut essenzjali lejn l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika armonizzata, paragunabbli, affidabbli, faċli għall-utent u aċċessibbli, abbażi ta’ standards uniformi u kriterji ta’ valutazzjoni tal-kwalità komuni, b’mod partikolari "ir-relevanza", "l-eżattezza", "il-puntwalità", "l-aċċessibilità" u "l-koerenza". Huwa bbażat fuq il-ħsieb ta' kondiviżjoni raġonevoli tal-piż bejn il-baġit tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-għan ġenerali tal-programm huwa li s-Sistema Statistika Ewropea ssir il-fornitur ewlieni ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar l-Ewropa. | 1. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jaggrantixxi u jippromwovi l-istatus tas-Sistema Statistika Ewropea, li hija l-isħubija bejn l-istituti tal-istatistika nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra fuq naħa, u l-Kummissjoni (Eurostat) fuq l-oħra, biex tkompli tkun il-fornitur pubbliku ewlieni ta’ statistika Ewropea ta’ kwalità għolja u affidabbli għat-tfassil tal-politika u għal firxa aktar wiesgħa ta' utenti, inklużi ċ-ċittadini u għandha tkun faċilment aċċessibbli għal kulħadd. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– L-Għan Nru 1: jipprovdi informazzjoni statistika ta’ kwalità għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet; | – L-Għan Nru 1: jipprovdi informazzjoni statistika ta’ kwalità kemm jista' jkun f'ħin reali għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet tal-utenti finali b'mod kosteffikaċi mingħajr id-duplikazzjoni żejda tal-isforzi; b'mod partikolari dwar statistika soċjali u ambjentali li għadha mhux fuq l-istess livell bħall-indikaturi ekonomiċi kif ukoll il-produzzjoni u l-provvediment ta' statistika aktar affidabbli dwar id-dejn pubbliku, inkluża data riġida dwar obbligi kontinġenti. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– L-Għan Nru 2: jimplimenta metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea bil-mira li jkun hemm gwadann fl-effiċjenza u titjib tal-kwalità; | – L-Għan Nru 2: jimplimenta metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea bil-mira li jkun hemm gwadann fl-effiċjenza u titjib tal-kwalità bħal pereżempju d-data diżaggregata dwar is-sessi ли тибда mill-istadju ta' ġbir, u tiżgura l-komparabilità; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – inċiż 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – L-Għan Nru 4: jiżgura li din l-istatistika tibqa’ titwettaq b’mod konsistenti tul iż-żmien kollu tal-programm, sakemm din ma tkunx ta' interferenza għall-mekkaniżmi ta' twaqqif ta' prijoritajiet tas-Sistema Statistika Ewropea. |
Ġustifikazzjoni
It-terminu "konsistenti" jista' jkun li joqgħod aħjar hawn milli t-terminu "kostanti" fl-emenda 4 tar-Rapporteur. L-għan għandu jkun il-konsistenza fit-twettiq tal-istatistika, iżda dan m'għandux iwassal għal riġidità, peress li l-proposta tal-Kummissjoni stess tirrikonoxxi l-ħtieġa li tagħmel il-Programm Statistiku Ewropew "effiċjenti u flessibbli".
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – inċiż 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – L-Għan Nru 5: ikun pijunier fl-iżvilupp ta' indikaturi affidabbli li kapaċi jwieġbu għall-isfidi tas-seklu 21, jiġifieri jkejjel is-sostenibilità ambjentali, il-kwalità tal-ħajja u l-koeżjoni soċjali; promoss bħala komplement għall-indikaturi ekonomiċi klassiċi; u jirreġistra b'mod distint l-attività ekonomika fis-settur terzjarja u fl-ekonomija soċjali; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-għanijiet imsemmija f’dan l-Artikolu huma speċifikati fl-Anness flimkien mal-indikaturi użati għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-programm. Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 huma għandhom ikunu soġġetti għall-ippjanar annwali dettaljat li se jinkludi mekkaniżmu ta' twaqqif ta' prijoritajiet bħala parti integrali tal-proċess. Huma għandhom jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-Sistema Statistika Ewropea, li hija s-sħubija bejn l-awtorità statistika tal-Unjoni u l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra. | 3. L-għanijiet imsemmija f’dan l-Artikolu huma speċifikati fl-Anness flimkien mal-indikaturi użati għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-programm. Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 huma għandhom ikunu soġġetti għall-ippjanar annwali dettaljat li se jinkludi mekkaniżmu ta' twaqqif ta' prijoritajiet bħala parti integrali tal-proċess. Huma għandhom jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-Sistema Statistika Ewropea. Il-programm għandu jkopri l-iżvilupp ta’ strumenti xierqa li jwasslu għal kwalità miżjuda, aktar flessibilità tas-Sistema Statistika Ewropea u kapaċità akbar li tissodisfa l-bżonnijiet tal-utenti fi żmien xieraq. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 4a |
| Indipendenza u trasparenza |
| Peress li l-istituti tal-istatistika nazzjonali jiffurmaw parti mill-Sistema Statistika Ewropea, kull Stat Membru għandu jiżgura l-indipendenza u l-integrità tal-awtorità tal-istatistika tiegħu. L-interferenza mill-gvernijiet tal-Istati Membri fl-indipendenza tal-istituti nazzjonali tal-istatistika għandu jkollha deterrent effikaċi permezz ta’ miżuri xierqa. |
| Fl-interessi tat-trasparenza, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tiżvela pubblikament l-opinjoni tagħha dwar il-kwalità tal-istatistika nazzjonali, billi tenfasizza u tagħmel pubbliku, kemm jista' jkun malajr, kwalunkwe prestazzjoni anqas tajba milli mistenni fuq bażi rikorrenti tal-istituti tal-istatistika nazzjonali. L-aġġornamenti perjodiċi tal-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni speċifika dwar kull Stat Membru. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika bl-għan li tiġi prodotta u mxerrda statistika Ewropea ta’ kwalità għolja u armonizzati u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Sistema Statistika Ewropea b’mod ġenerali. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-iżgurar ta' koordinazzjoni tajba u twaqqif ta' prijoritajiet effikaċi fl-ESS sabiex isir kontribut għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq dawk li jirrispondu l-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-istatistika Ewropea tikkonforma mal-istandards ta’ kwalità Ewropej u sservi l-ħtiġijiet tal-utenti istituzzjonali, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku tal-Unjoni Ewropea. | Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika bl-għan li tiġi prodotta u mxerrda statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, armonizzata u komparabbli kif definit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Sistema Statistika Ewropea b’mod ġenerali. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa, u jiġu pprovduti riżorsi, għall-iżgurar tal-indipendenza tal-istituti tal-istatistika nazzjonali u tal-Kummissjoni (Eurosta). Koordinazzjoni tajba, twaqqif ta' prijoritajiet effikaċi u rieżami fis-Sistema tal-Istatistika Ewropea huma essenzjali għat-tnaqqis tal-piż fuq dawk li jirrispondu l-istatistika u jsir użu aħjar tar-riżorsi limitati fil-livelli tal-UE u tal-Istati Membri. Bl-introduzzjoni tal-azzjonijiet ġodda, il-Kummissjoni se tiġġustifika kif xieraq dawk l-azzjonijiet u se tipprovdi informazzjoni b'konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-istituti tal-istatistika nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jiżguraw, permezz tal-istatus indipendenti rispettivi tagħhom miksuba minn tibdiliet istituzzjonali fejn ikun xieraq, li l-istatistika Ewropea tikkonforma mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea u sservi l-ħtiġijiet tal-utenti istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku u li l-istatistika Ewropea hija bbażata fuq prijoritajiet iddefiniti sew b'konfomità mal-prinċipju ta' aċċess liberu u trasparenti għall-istatistika Ewropea. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 5a |
| It-trasparenza |
| 1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-produzzjoni tal-istatistika tiegħu tkun stabbilita b'mod standardizzat u tkun imsaħħa b’mekkaniżmi ta’ awditjar sew intern kif ukoll estern. |
| 2. Il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tiżvela pubblikament l-opinjoni tagħha dwar il-kwalità tal-istatistika nazzjonali u għandha tagħmel dan fejn ikollha dubji dwar l-eżattezza tal-informazzjoni fit-tipi kollha ta' statistika. |
| 3. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tqis kif għandha tagħmel il-pubblikazzjonijiet tagħha, partikolarment dawk permezz tal-websajt tagħha, aktar faċli għal dawk li mhumiex professjonisti u għandha tippermetti aċċess faċli għal sensiela ta' data fit-tul u kompluta u għandha tinkludi grafiki komparattivi li jinftiehmu faċilment ħalli ċ-ċittadini jingħataw aktar valur miżjud. L-aġġornamenti perjodiċi tal-Kummissjoni (Eurostat) għandhom jipprovdu, fejn ikun possibbli, informazzjoni dwar kull Stat Membru u għandhom joffru sensiela sena b'sena u xahar b'xahar u, fejn ikun possibbli, sensiela ta' data fit-tul, u fejn il-benefiċċji jkunu ogħla mill-ispejjeż tal-ġbir. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Valutazzjoni dwar l-iffrankar tal-ispejjeż li se jinkiseb kemm mill-Unjoni kif ukoll mill-Istati Membri għandha titħejja qabel ma l-finanzjamenti jiġu impenjati għall-programm, speċjalment minħabba l-potenzjal għall-iffrankar tal-ispejjeż b'riżultat tal-iżviluppi fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha dwar l-approprjazzjonijiet annwali li se tittieħed fir-rispett tal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura livell adegwat ta’ sostenn tekniku għal dawk l-istituti tal-istatistika nazzjonali li ma jkunux jistgħu jipproduċu statistika tal-kwalità rekwiżita minħabba ċirkostanzi temporanji li ma jistgħux jevitawhom. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu; b’mod partikolari, studji, laqgħat ta’ esperti, spejjeż konnessi mar-rimborż ta’ esperti tal-istatistika, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva magħmula mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. | L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista’ tkopri wkoll l-ispejjeż li jagħmlu parti mill-attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm u l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu; speċjalment għall-miżuri biex jegħlbu n-nuqqasijiet fil-produzzjoni u l-provvediment ta' statistika, li ċerti Stati Membri żvelaw fil-passat; Barra minn hekk, b’mod partikolari għal studji, laqgħat ta’ esperti, spejjeż konnessi mar-rimborż ta’ esperti tal-istatistika, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, spejjeż konnessi man-netwerks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva magħmula mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Programm. Din l-allokazzjoni għandha tkopri wkoll kwalunkwe assistenza u għarfien espert li jingħataw lill-Istati Membri bħala għajnuna biex jegħlbu limitazzjonijiet tar-riċerka u ostakoli metodoloġiċi maġġuri. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mistennija. | Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mistennija, b’konformità mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament preżenti. Kull programm annwali għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwaluinkwe attività illegali oħra, permezz ta’ verifiki effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penalitajiet effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent. | 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwaluinkwe attività illegali oħra, permezz ta’ verifiki konsistenti u effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penalitajiet effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifika u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi li jkunu kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament 2185/96 bl-għan li jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat taħt dan ir-Regolament. | L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jwettaq verifika u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi li jkunu kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 rigward verifiki u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra bl-għan li jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat taħt dan ir-Regolament. |
| _________________ |
| 1 ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rapporti | Evalwazzjoni u rieżami |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, tissottometti rapport ta’ progress intermedju lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhux iktar tard minn Ġunju tal-2015. | 1. Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, tissottometti rapport ta’ progress intermedju, b'attenzjoni partikolari fuq il-progress li sar lejn il-produzzjoni u l-forniment ta' statistiki aktar affidabbli dwar id-dejn pubbliku lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill mhux iktar tard minn Ġunju tal-2015. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni, fejn xieraq, abbażi tar-rapport ta' progress intermedju msemmi fil-paragrafu 1 u wara li tkun ikkonsultat lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, tista' tressaq proposta għall-estensjoni tal-programm għall2020-2020 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tirrispetta r-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Anness − paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
It-tfassil tal-politika hija l-mutur tad-deċiżjonijiet sabiex tiġi prodotta statistika Ewropea, iżda din l-istatistika għandha tkun disponibbli wkoll għal dawk l-oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, ir-riċerkaturi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali billi huma ġid pubbliku u jitħallsu miċ-ċittadini u n-negozji, li għandhom jibbenefikaw bl-istess mod mis-servizzi pprovduti. Sabiex l-infrastruttura tilħaq l-għan tar-rwol tagħha għandha titfassal skont qafas kunċettwali sod, li, min-naħa waħda, jiżgura l-adattezza għal firxa ta' għanijiet u, min-naħa l-oħra, jippermetti adattament flessibbli għall-ħtiġijiet tal-utenti li se jevolvu fis-snin li ġejjin. | It-tfassil tal-politika hija l-mutur tad-deċiżjonijiet sabiex tiġi prodotta statistika Ewropea, iżda din l-istatistika għandha tkun ukoll disponibbli u faċilment aċċessibbli għal dawk l-oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, ir-riċerkaturi, in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej b'mod ġenerali billi huma ġid pubbliku u jitħallsu miċ-ċittadini u n-negozji, li għandhom jibbenefikaw bl-istess mod mis-servizzi pprovduti. Sabiex l-infrastruttura tilħaq l-għan tar-rwol tagħha għandha titfassal skont qafas kunċettwali sod, li, min-naħa waħda, jiżgura l-adattezza għal firxa ta' għanijiet u, min-naħa l-oħra, jippermetti adattament flessibbli għall-ħtiġijiet tal-utenti li se jevolvu fis-snin li ġejjin. |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 12 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– L-Għan Nru 1: jipprovdi informazzjoni statistika ta’ kwalità għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet; | – L-Għan Nru 1: jipprovdi informazzjoni statistika ta’ kwalità għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet, u jkopri b'mod xieraq l-attività ekonomika fit-tielet settur, bħal pereżempju l-ekonomija soċjali; |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 1.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-provvista ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-politika ta’ Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. | Il-provvista ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità, li għandha tkun disponibbli minnufih, sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-politika ta’ Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-indikaturi l-ġodda għandhom, sefejn possibbli, ikunu bbażati fuq dejta statistika disponibbli. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 1.1 – paragrafu 3 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Indikaturi ta’ mira ewlenin aġġornati għall-Ewropa 2020 (fil-qasam tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-enerġija/it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali) disponibbli fuq il-websajt tal-Eurostat; | Indikaturi ta’ mira ewlenin aġġornati għall-Ewropa 2020 (fil-qasam tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-enerġija/it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-faqar) disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni (Eurostat); |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 1.1 – paragrafu 3 – inċiż 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| · Indikaturi kwalitattivi dwar l-impjieg li jiddistingwu bejn xogħol part-time u xogħol full-time, kif ukoll indikaturi kwalitattivi dwar l-impjieg li jieħdu inkonsiderazzjoni l-persuni f’politiki ta’ attivazzjoni bħat-taħriġ. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 1.2 – paragrafu 3 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Input statistiku għal Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imtejjeb; | · Input statistiku għal Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir imtejjeb li jimmira b'mod speċifiku lejn il-produzzjoni u l-provvediment ta' statistika aktar affidabbli dwar id-dejn pubbliku; |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 1.2 – paragrafu 3 – inċiż 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| · Sett ta’ indikaturi soċjali sabiex tiġi ssorveljata l-governanza ekonomika fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklżiv. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 1.3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-effetti tal-kriżi finanzjarja, iż-żieda fil-flussi transkonfinali u l-frammentazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni enfasizzaw il-ħtieġa għal qafas iżjed koerenti u kejl aħjar tal-produzzjoni globalizzata. | L-effetti soċjali u ekonomiċi tal-kriżi finanzjarja, iż-żieda fil-flussi transkonfinali u l-frammentazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni enfasizzaw il-ħtieġa għal qafas iżjed koerenti u kejl aħjar tal-produzzjoni globalizzata. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 1.3 – paragrafu 3 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-analiżi tal-linji ta’ valur globali, possibilment permezz ta’ tabelli xierqa ta' input/riżultati, u l-istatistika dwar il-kummerċ u n-negozju barranin, inkluż il-ħolqien ta’ konnessjonijiet ta’ mikrodejta. | · L-analiżi tal-linji ta’ valur globali, possibilment permezz ta’ tabelli xierqa ta' input/riżultati, u l-istatistika dwar il-kummerċ u n-negozju barranin, inkluż il-ħolqien ta’ konnessjonijiet ta’ mikrodejta. Minħabba li l-ekonomija tal-katina tal-provvista globali kontemporanja m'għadhiex rreġistrata kif xieraq mill-istatistika ta' flussi tal-kummerċ u żbilanċi, hemm ħtieġa li tiġi żviluppata metodoloġija globali sabiex ikun hemm stampa reali dwar it-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-qerda tal-faqar. |
Ġustifikazzjoni
Emenda bbażata fuq id-diskors ta' Pascal Lamy (Direttur ġenerali tad-WTO) fil-Kumitat INTA fid-29 ta' Frar 2012 dwar l-isfidi li qed jiffaċċja l-kummerċ internazzjonali.
Emenda 55
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 1.3 – paragrafu 3 – inċiż 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| – Riforma tal-kalkoli u l-allokazzjoni tas-servizzi ta' intermedjazzjoni finanzjarja, li tinkorpora metodu għall-aġġustament tar-riskju li jirrifletti b'mod adegwat l-ispiża fil-futur mistennija tar-riskju realizzat. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li tiġi adottata formulazzjoni li tkopri l-kontribuzzjoni tal-PDG reali tas-settur finanzjarju
Emenda 56
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 2.1 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2.1 PRESTAZZJONI EKONOMIKA U SOĊJALI | PRESTAZZJONI EKONOMIKA U SOĊJALI U IMPJIEG |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 2.1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta’ indikaturi makroekonomiċi ta’ kwalità għolja sabiex jiġu mifhuma u analizzati aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku u b’hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba l-produzzjoni li dejjem qiegħda ssir iżjed globalizzata jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti. | Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta’ indikaturi makroekonomiċi ta’ kwalità għolja sabiex jiġi mifhum u analizzat aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku anke fir-rigward tal-konsegwenzi soċjali u b’hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba l-produzzjoni li dejjem qiegħda ssir iżjed globalizzata jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 2.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Miżura addizzjonali ta’ prestazzjoni ekonomika b’dimensjonijiet differenti ta’ globalizzazzjoni, il-kwalità tal-ħajja, is-sostenibbiltà ambjentali, is-saħħa, il-benesseri u l-koeżjoni soċjali. L-iżvilupp ta’ qafas għall-analiżi tal-produzzjoni globalizzata. | Miżura addizzjonali ta’ prestazzjoni ekonomika b’dimensjonijiet differenti ta’ globalizzazzjoni, il-kwalità tal-ħajja, l-aċċess għall-beni u għas-servizzi, is-sostenibilità ambjentali, is-saħħa, il-benesseri, il-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali. L-iżvilupp ta’ qafas għall-analiżi tal-produzzjoni globalizzata. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 2.1 – paragrafu 3 – punt 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kontijiet satellita żviluppati għal mill-inqas żewġ oqsma ġodda (pereżempju r-riċerka u l-iżvilupp, is-saħħa, il-kontijiet soċjali); | Kontijiet satellita żviluppati għal oqsma ġodda (pereżempju r-riċerka u l-iżvilupp, is-saħħa, il-kontijiet soċjali); |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Anness 1 – Taqsima I – punt 2.1 – paragrafu 3 – punt 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dejtabejż għall-kejl tat-tkabbir u l-produttività maħluqa; | Bażi ta' data għall-kejl tat-tkabbir u l-produttività maħluqa, b'kunsiderazzjoni tal-bidliet fil-produttività fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat; |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 2.1 – paragrafu 3 – inċiż 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-armonizzazzjoni tal-kunċetti tal-kontabilità u tal-istatistika korrispondenti. |
Ġustifikazzjoni
Dan se jwassal għal tnaqqis fil-piż biex tingħata risposta u se jżid l-effiċjenza tal-użu tad-dejta amministrattiva.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 2.2 – paragrafu 3 – inċiż 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Kunsiderazzjoni, meta jiġu definiti l-oqsma ta’ statistika li għandhom jiġu żviluppati, tal-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej1, li jirrelataw mal-iżvilupp ta’ moduli ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali ġodda. |
| _______________ |
| 1 ĠU L 192, 22.7.2011, p. 1. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 2.2 – paragrafu 3 – inċiż 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-iżvilupp ta' indikatur ewlieni li jkejjel il-pressjoni ambjentali globali, ispirat mill-metodoloġiji tal-marka tal-karbonju jew ekoloġika. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 3.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Żieda tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċessi ta’ produzzjoni. Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità fuq oqsma ewlenin fejn l-impriżi huma ċ-ċentru tal-interess, bħal statistika dwar in-negozju, indikaturi ta’ perjodu qasir, l-investiment tagħhom fil-kapital u l-ħiliet umani, it-tranżazzjonijiet internazzjonali, il-globalizzazzjoni, il-monitoraġġ tas-suq uniku, R&D u innovazzjoni, u t-turiżmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibbiltà ta’ dejta f’setturi industrijali u tas-servizzi ta' valur miżjud għoli. | Żieda tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċessi ta’ produzzjoni. Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità fuq oqsma ewlenin fejn l-impriżi huma ċ-ċentru tal-interess, bħal statistika dwar in-negozju, indikaturi ta’ perjodu qasir, l-investiment tagħhom fil-kapital u l-ħiliet umani, it-tranżazzjonijiet internazzjonali, il-globalizzazzjoni, il-monitoraġġ tas-suq uniku, R&D u innovazzjoni, u t-turiżmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibilità ta’ dejta f’setturi industrijali u tas-servizzi ta' valur miżjud għoli, speċjalment f’setturi ekonomiċi ekoloġiċi jew diġitali. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 3.1 – paragrafu 3 – inċiż 8a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Statistiċi dwar l-użu tar-riżorsi u l-effiċjenza tar-riżorsi. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 3.2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Iċ-ċittadini Ewropej huma fil-qalba ta’ numru kbir ta’ politiki tal-UE. Konsegwentement, hawn domanda kbira għall-istatistika soċjali fis-sens wiesa’ sabiex jiġi appoġġjat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet iżda wkoll sabiex iċ-ċittadini Ewropej jiġu megħjuna jevalwaw l-impatt ta’ dawn il-politiki fuq ħajjithom.
| Iċ-ċittadini Ewropej huma fil-qalba ta’ numru kbir ta’ politiki tal-UE. Konsegwentement, hawn domanda kbira għall-istatistika soċjali fis-sens wiesa’ sabiex jiġi appoġġjat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari billi tiġi relatata mal-indikaturi ekonomiċi, iżda wkoll sabiex iċ-ċittadini Ewropej jiġu megħjuna jevalwaw l-impatt ta’ dawn il-politiki fuq ħajjithom. |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 3.2 – paragraph 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità dwar oqsma ewlenin ta’ politika soċjali fejn iċ-ċittadin ikun iċ-ċentru tal-interess, bħall-koeżjoni soċjali, il-faqar, l-isfidi demografiċi (b’mod partikolari l-anzjani u l-migrazzjoni), is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-mobilità tat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-kultura, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, is-sigurtà, is-saħħa, id-diżabbiltà, il-konsum, il-moviment ħieles u s-suq uniku, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni teknoloġika u għażliet dwar stil ġdid ta’ ħajja . | Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità dwar oqsma ewlenin ta’ politika soċjali fejn iċ-ċittadin ikun iċ-ċentru tal-interess, bħall-koeżjoni soċjali, il-faqar, l-inugwaljanzi, l-isfidi demografiċi (inklużi b'mod partikolari, l-anzjani, il-persuni b'diżabilità, il-persuni li jagħmlu parti minn minoranza u l-migrazzjoni), is-suq tax-xogħol, (inklużi l-foqra li għandhom impjieg) l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-edukazzjoni għat-tfal, it-tagħlim għall-adulti, u l-mobilità tat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-kultura, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, is-sigurtà, is-saħħa, id-diżabilità (inklużi ambjent u servizzi mingħajr ostakoli), il-konsum, il-moviment ħieles u s-suq uniku, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni teknoloġika u għażliet dwar stil ġdid ta’ ħajja. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 3.2 – paragrafu 3 – inċiż 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Statistika pprovduta dwar in-natura u l-kwalità tal-impjiegi: indikaturi kwalitattivi dwar l-impjieg li jiddistingwu bejn xogħol part-time u xogħol full-time, kif ukoll indikaturi kwalitattivi dwar l-impjieg li jieħdu inkonsiderazzjoni l-persuni f’politiki ta’ attivazzjoni bħat-taħriġ. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 3.2 – paragrafu 3 – inċiż 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Statistiċi dwar l-inugwaljanzi tad-dħul, li jipprovdu indikatur ewlieni nazzjonali paragunabbli, kif ukoll data dwar l-inugwaljanzi tal-aċċess għall-oġġetti bażiċi u servizzi; |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness 1 – Taqsima I – punt 3.2 – paragrafu 3 – inċiż 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Statistika pprovduta dwar is-sigurtà, is-saħħa u d-diżabbiltà; | Statistika diżaggregata pprovduta dwar is-sigurtà, is-saħħa, id-diżabilità u inklużi l-aċċessibilità u l-kwalità tal-ħajja; |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima I – punt 3.3 – paragrafu 9 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Statistika prodotta u mxerrda dwar is-sigurtà tat-trasport, il-mobilità tal-passiġġieri, il-kejl tat-traffiku fit-toroq u t-trasport intermodali tal-merkanzija. | Statistika prodotta u mxerrda dwar is-sigurtà tat-trasport, il-mobilità u l-aċċessibilità għal mezzi u modijiet ta’ trasport tal-passiġġieri, il-kejl tat-traffiku fit-toroq u t-trasport intermodali tal-merkanzija. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima II – punt 3 – paragrafu 2 – inċiż 11a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| It-titjib tal-forniment ta’ ‘informazzjoni neċessarja’, jiġifieri l-informazzjoni ta’ sfond dwar kif tinġabar id-dejta, dwar il-kwalità tad-dejta u dwar il-metodi użati biex jiġi żgurat li l-utenti jistgħu jifhmu faċilment id-dejta miġbura. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima II – punt 3 – paragrafu 2 – inċiż 11b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Żgurar li d-data tkun diżaggregata, speċjalment fir-rigward ta' gruppi speċifiċi li huma rikonoxxuti li għandhom bżonn trattament speċjalment mil-leġiżlaturi; |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima II – punt 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Li l-ESS ssir l-ewwel sors ta’ dejta dwar l-istatistika tal-UE għall-utenti kollha u, b’mod partikolari, għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u dak privat, bil-provvista ta’ servizz ta' informazzjoni statistika ta’ kwalità bbażat fuq il-prinċipji ta’ aċċess ħieles għal statistika Ewropea. | Li l-ESS ssir l-ewwel sors ta’ dejta dwar l-istatistika tal-UE għall-utenti kollha u, b’mod partikolari, għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u dak privat, bil-provvista ta’ servizz ta' informazzjoni statistika ta’ kwalità bbażat fuq il-prinċipji ta’ aċċess ħieles u faċli għal statistika Ewropea. |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima II – punt 4 – paragrafu 6 – inċiż 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Offerta ikbar ta’ gruppi ta’ mikrodejta għall-finijiet ta’ riċerka statistika. | Offerta ikbar ta’ gruppi ta’ mikrodejta għall-finijiet ta’ riċerka statistika u aċċess iktar faċli għad-dejta għar-riċerkaturi. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima II – punt 5 – paragrafu 4 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Programmi ta’ taħriġ offruti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-utenti; | Programmi ta’ taħriġ offruti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-utenti u taċ-ċittadini; |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Anness – Taqsima III – paragrafu 2 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-Istatistika riveduta, Deċiżjoni dwar ir-rwol tal-Eurostat; | L-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-Istatistika riveduta, Deċiżjoni dwar ir-rwol tal-Kummissjoni (Eurostat) u l-emendi possibbli tagħha; |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Anness 1 – Taqsima III – paragrafu 4 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-organizzazzjoni ta’ djalogi regolari bejn il-partijiet interessati fil-livell ta’ ġestjoni superjuri. | Sistema ta' rieżami bejn il-pari u djalogi regolari bejn il-partijiet interessati fil-livell ta’ ġestjoni superjuri. |
NOTA SPJEGATTIVA
Statistika ta’ kwalità għolja, regolata u affidabbli hija element fundamentali fit-tfassil tal-politika ekonomika. Tirrappreżenta s-sisien li fuqhom jinbena t-tfassil tal-politika. Li trawwem il-fiduċja fost iċ-ċittadini u fis-swieq huwa fatt tal-istess importanza. Kif rajna matul il-kriżi ekonomika attwali, statistika mhux akkurata jew inkella frodulenti wasslet biex tħarbtet għalkollox il-fiduċja tas-swieq u tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, bir-riżultat li l-kriżi kompliet sejra għall-agħar.
Dan id-dossier huwa dwar il-ħolqien ta’ struttura rigoruża tal-governanza biex tiżgura l-integrità u l-kwalità tal-istatistika fl-UE. Tabilħaqq, il-proposti tiegħi għal dan id-dossier dwar il-qafas statistiku Ewropew ta’ ħames snin ikomplu jiżviluppaw ir-rakkomandazzjonjiet adottati fir-rapport tiegħi “Ġestjoni tal-kwalità għall-Istatistika Ewropea”. B’mod partikolari, oqfsa ta’ governanza msaħħa, inklużi aġenziji indipendenti; sistemi standardizzati ta’ awditjar pubbliku; informazzjoni statistika ta’ użu faċli; u assistenza lill-Istati Membri biex tiżgura l-konformità – dawn ilkoll huma temi ewlenin ta’ dan ir-rapport.
Governanza msaħħa
Korpi nazzjonali u indipendenti tal-istatistika, ħielsa minn kull indħil tal-gvern, huma ta’ importanza vitali sew għall-fiduċja kif ukoll għall-kwalità u l-integrità tal-istatistika. L-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li jkollhom korpi tal-istatistika li jkunu statutorjament indipendenti.
Barra minn hekk, ladarba s-sistemi tal-kontabilità nazzjonali huma parti importanti tas-Sistema Statistika Ewropea, għandhom ikunu stabbiliti b’mod standardizzat b’awditi interni u esterni.
L-Istati Membri għandu jkollhom l-obbligu li jadottaw impenn li jmantnu l-fiduċja fl-istatistika u li japplikaw rigorożament il-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika.
Ir-rwol tal-Eurostat
Il-Kummissjoni (l-Eurostat) se tissokta bir-rwol vitali tagħha fil-koordinament tal-ESS. Nixtieq li l-Eurostat jingħata d-dritt li jesprimi l-opinjoni tiegħu pubblikament dwar il-prattiki tal-Istati Membri, ħalli jeżerċita pressjoni tal-pari.
Barra minn hekk. minħabba li hemm diverġenzi bejn l-aġenziji nazzjonali tal-istatistika rigward liema servizzi jistgħu jagħtu faċilment, u biex inħarsu kontra kull falliment tal-governenanza, jiena tal-fehma li l-Kummissjoni għandha taħseb biex issostni aġenziji nazzjonali li jsibu ruħhom f’diffikultà jew li ma jkunux fil-qagħda li jipproduċu statistika tal-kwalità rikjesta minħabba ostakoli metodoloġiċi jew restrizzjonijiet ta’ riżorsi.
It-trasparenza
M’hemm l-ebda raġuni għala ċ-ċittadini m’għandhomx ikunu jistgħu (jekk ikunu jridu) jaċċedu d-data statistika, u nixtieq li l-Eurostat jieħu passi biex jiżgura li d-data tiegħu tkun disponibbli għall-pubbliku, aċċessibbli, u – b’mod speċjali – ta’ użu faċli.
Konklużjoni
Wara l-kriżi, u bil-bidu tal-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid tal-UE għall-governanza ekonomika, statistika ta’ kwalità għolja għandha importanza speċjali. Bħala leġiżlaturi, jeħtiġilna nieħdu l-opportunità biex noħolqu l-aktar sistemi affidabbli u trasparenti possibbli, permezz ta’ mekkaniżmi aktar effiċjenti ta’ finanzjament, rwol imwessa’ għall-Eurostat u strutturi governattivi msaħħa.
4.6.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017
( COM(2011)0928 – C7‑0001/2012 – 2011/0459(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Derk Jan Eppink
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Proposta tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni pproponiet Regolament għall-istabbiliment tal-Programm Statistiku Ewropew, li se jipprovdi il-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea matul il-perjodu 2013 - 2017.
L-ammont totali ta' EUR 299.4 miljun (prezzijiet attwali) se jiġġarrab mill-baġit tal-UE għat-tul tal-programm.
Kuntest Ġenerali
Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea, għandu jitwaqqaf programm statistiku multiannwali Ewropew, li jipprovdi qafas għall-azzjonijiet tal-UE. Il-Programm Statistiku tal-Komunità (CSP) attwali, li jkopri l-perjodu 2008-2012, huwa s-seba’ tat-tip tiegħu.
Il-Programm Statistiku Ewropew se jipprovdi l-qafas għall-i¿vilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea matul il-perjodu 2013 - 2017. Għandu jwaqqaf prijoritajiet li jikkonċernaw il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni għall-għan li jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. L-importanza ta' dawn il-ħtiġijiet għandha titqies fil-kuntest tar-riżorsi meħtieġa fuq livell tal-Unjoni u dak Nazzjonali sabiex tiġi pprovduta l-istatistika meħtieġa, kif ukoll tal-piż tar-rispons u l-ispejjeż assoċjati ta’ min iwieġeb.
L-ESP se jkun is-soġġett ta' rapport interim tal-progress u rapport tal-evalwazzjoni finali wara li jiskadi l-perjodu tal-programm.
Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) hija s-sħubija bejn l-awtorita' tal-istatistika Komunitarja, li hija l-Kummissjoni (Eurostat), l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (NSIs) u awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli f'kull Stat Membru għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea. Fis-snin riċenti l-ESS kellha tħabbat wiċċha ma’ għadd ta’ sfidi:
·L-ewwel nett, il-ħtieġa għal statistika Ewropea ilha tiżdied b’mod kontinwu, u mhuwiex probabbli li din it-tendenza se tinbidel fil-futur.
·It-tieni nett, in-natura tal-istatistika nbidlet – it-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq evidenza jeħtieġ statistika li tilħaq il-kriterji ta’ kwalità konnessi mal-għanijiet speċifiċi li jkunu qegħdin iservu, u hemm ħtieġa li dejjem qiegħda tikber għal statistika multidimensjonali kumplessa li tappoġġja oqsma komposti ta’ politika.
·It-tielet nett, minħabba li fis-suq tal-informazzjoni tfaċċaw atturi ġodda, inklużi dawk li jipprovdu informazzjoni f’ħin kważi reali, fil-futur il-prijorità għall-ESS hija l-kwalità u, fil-każ ta’ statistika fuq perjodu qasir, li din l-istatistika tiġi pprovduta fil-ħin.
·Ir-raba’ nett, il-limiti baġitarji kemm fuq livell Nazzjonali kif ukoll dak Ewropew, kif ukoll il-ħtieġa li jitnaqqas iżjed il-piż fuq l-impriżi u ċ-ċittadini jkabbru l-isfida ppreżentata minn din is-sitwazzjoni.
Prijoritajiet u Objettivi
L-objettiv ewlieni tal-istatistika Ewropea huwa li jsaħħaħ l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki Ewropej b’informazzjoni fattwali affidabbli, oġġettiva, kumparabbli u koerenti.
L-objettiv ġenerali tal-ESP huwa li s-Sistema Statistika Ewropea ssir il-fornitur ewlieni ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar l-Ewropa.
L-objettivi predominanti li ġejjin għandhom jintlaħqu fl-azzjonijiet tal-istatistika kollha mwettqa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm:
·Objettiv 1: jipprovdi informazzjoni statistika ta’ kwalità għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet;
·Objettiv 2: jimplimenta metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea bil-mira li jkun hemm gwadann fl-effiċjenza u titjib tal-kwalità;
·Objettiv 3: li jsaħħaħ is-sħubija fis-Sistema Statistika Ewropea u lil hinn minnha sabiex tittejjeb iżjed il-produttività tagħha u r-rwol ta’ tmexxija tagħha fl-istatistika uffiċjali madwar id-dinja kollha.
Barra minn hekk, sabiex timplimenta l-ESP, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali li se jistabbilixxu l-objettivi li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mistennija.
Finanzjament
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm huwa stabbilit għal EUR 299.4 miljun, inklużi EUR 57.3 miljun koperti mill-perjodu ta’ programmar 2007 sal-2013 u EUR 242.1 miljun koperti mill-perjodu ta' programmar 2014 sal-2017.
Emendi
Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja, u partikolarment il-fatt li l-kriżi kienet aggravata min-nuqqas ta’ statistika nazzjonali f’waqtha, preċiża u ta’ kwalità għolja, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li ġej:
·Statistika nazzjonali ta’ kwalità għolja hi assolutament essenzjali għall-fini tat-tfassil tal-politiki kemm fuq livell nazzjonali u kemm fuq dak tal-UE, kif ukoll fil-kuntest tal-mekkaniżmi superviżorji taż-Żona tal-Euro.
·L-azzjonijiet meħuda fl-ESP iridu jkunu sorveljati mill-qrib u regolarment biex jiżguraw il-preċiżjoni u l-effiċjenza, u jevitaw l-irregolaritajiet; spezzjonijiet u verifiki fuq il-post iridu jitwettqu bħala regola aktar milli skont id-diskrezzjoni tal-Kummissjoni (Eurostat) jew l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).
·L-indipendenza u l-integrità tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jridu jitħarsu sew, b'deterrent għat-transgressjonijiet permezz ta’ pieni effikaċi. Fl-interess tat-trasparenza, l-Eurostat se jirreklama tagħrif dwar il-kwalità tal-istatistika nazzjonali, b’attenzjoni partikolari għal dawk l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika li jkollhom prestazzjoni anqas tajba milli mistenni fuq bażi regolari.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva | Emenda |
| 1a. Jieħu nota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva għall-perjodu 2014-2017 jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax ikun stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali għas-snin 2014-2020; |
Emenda 2
Abbozz ta’ mozzjoni għal riżoluzzjoni
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Mozzjoni għal riżoluzzjoni | Emenda |
| 1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fl-QFM li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u tissodisfa l-kompiti l-ġodda previsti fit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; jindika li anke b'żieda fil-livell ta' riżorsi għall-QFM li jmiss ta' mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, il-kontribut għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni jista' jkun biss wieħed limitat; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet tal-politika jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; |
| _____________ |
| Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Skont dak ir-Regolament, il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet tal-azzjonijiet maħsuba għal perjodu li ma jabiżx il-ħames snin. Għandu jistabbilixxi prijoritajiet li jikkonċernaw il-ħtiġijiet għal informazzjoni għall-fini li jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-ħtiġijiet għandhom jitqiesu meta mqabbla mar-riżorsi meħtieġa fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex tiġi pprovduta l-istatistika meħtieġa, kif ukoll meta mqabbla mal-piż tar-rispons u l-ispejjeż assoċjati ta’ min iwieġeb. | (2) Skont dak ir-Regolament, il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet tal-azzjonijiet maħsuba għal perjodu li ma jabiżx il-ħames snin. Għandu jistabbilixxi prijoritajiet li jikkonċernaw il-ħtiġijiet għal informazzjoni għall-fini li jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 2a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (2a) Fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji attwali kemm fuq il-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, l-importanza ta' dawn il-ħtiġijiet għandha titqies fil-kuntest tar-riżorsi meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali sabiex tiġi pprovduta l-istatistika meħtieġa, kif ukoll tal-piż tar-rispons u l-ispejjeż assoċjati ta’ min iwieġeb. f’dan ir-rigward il-programm għandu jfittex li, kull meta jkun possibbli, isir iffrankar reali billi jiġu identifikati d-duplikazzjonijiet u l-ineffiċjenzi. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Eurostat u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika hija ta' importanza ewlenija għat-tisħiħ tal-kwalità tal-Istatistika Ewropea. L-isforzi għandhom jiffukaw l-aktar fuq il-forniment ta' taħriġ metodoloġiku ulterjuri dwar l-istatistika u temi relatati, l-iżvilupp u t-tifrix tal-prattiki tajba eżistenti fi ħdan is-Sistema Statistika Ewropea, kif ukoll fuq l-iskambju tal-persunal taż-żewġ naħat bejn l-Istati Membri u l-Eurostat; |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) L-istatistika żviluppata, prodotta u mxerrda taħt dan il-programm għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u politiki oħra indirizzati fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 (jiġifieri governanza ekonomika msaħħa u integrata, tibdil fil-klima, politika agrikola rriformata, tkabbir u koeżjoni soċjali, l-Ewropa tal-persuni u l-globalizzazzjoni) u għandhom jiġu mħeġġa permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-programm fejn l-Unjoni Ewropea tista’ ġġib valur miżjud ċar. | (4) L-istatistika żviluppata, prodotta u mxerrda taħt dan il-programm għandha tkun disponibbli fil-waqt u għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u politiki oħra indirizzati fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 u għandhaom titrawwem permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-programm fejn l-Unjoni Ewropea b’mod evidenti tagħti valur miżjud ċar. In-neċessità għal disponibilità f’waqtha ta’ statistiċi hija speċifikament kruċjali fir-rigward ta' indikaturi li jappoġġjaw l-objettivi tal-UE2020. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa A – inċiż -1(ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| - L-ewwel nett, il-kriżi finanzjarja attwali wriet li statistika nazzjonali ta' kwalità baxxa jista' jkollha effetti devastanti fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri rispettivi u tal-Unjoni b'mod ġenerali. Statistika ta' preċiżjoni u kwalità għolja konsistenti prodotta minn awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika totalment indipendenti, hija assolutament essenzjali għall-fini tat-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, speċjalment fil-kuntest tal-mekkaniżmi superviżorji taż-Żona tal-Euro. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– L-ewwel nett, il-ħtieġa għal statistika Ewropea ilha tiżdied b’mod kontinwu, u mhuwiex probabbli li din it-tendenza se tinbidel fil-futur. | - It-tieni nett, il-ħtieġa għal statistika Ewropea ilha tiżdied b’mod kontinwu, u mhuwiex probabbli li din it-tendenza se tinbidel fil-futur. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- It-tieni nett, in-natura tal-istatistika nbidlet – it-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza jirrikjedi statistika li tilħaq kriterji ta’ kwalità għolja konnessi mal-finijiet speċifiċi li tkun qed isservi, u hemm ħtieġa li dejjem qiegħda tikber għal statistika multidimensjonali kumplessa li jappoġġja oqsma komposti ta’ politika. | - It-tielet nett, in-natura tal-istatistika nbidlet – l-istatistika ma għadhiex sempliċement sors wieħed ta' informazzjoni għall-fini tat-tfassil tal-politika, iżda issa daħlet fil-qalba tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza jirrikjedi statistika li tilħaq kriterji ta’ kwalità għolja konnessi mal-finijiet speċifiċi li tkun qed isservi, u hemm ħtieġa li dejjem qiegħda tikber għal statistika multidimensjonali kumplessa li tappoġġja oqsma komposti ta’ politika. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- It-tielet nett, minħabba li tfaċċaw atturi ġodda fis-suq tal-informazzjoni, inklużi dawk li jipprovdu informazzjoni f’ħin kważi reali, il-prijorità għall-ESS fil-futur hija l-kwalità għolja u b’mod partikolari, fil-każ ta’ statistika fuq perjodu qasir, il-puntwalità. | - Ir-raba’ nett, minħabba li tfaċċaw atturi ġodda fis-suq tal-informazzjoni, inklużi dawk li jipprovdu informazzjoni f’ħin kważi reali, il-prijorità għall-ESS fil-futur hija l-kwalità għolja u b’mod partikolari, fil-każ ta’ statistika fuq perjodu qasir, il-puntwalità. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 5 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- Ir-raba’ nett, il-limiti baġitarji kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew kif ukoll il-ħtieġa li jitnaqqas iżjed il-piż fuq l-impriżi u ċ-ċittadini jkabbru l-isfida ppreżentata minn din is-sitwazzjoni. | - Il-ħames nett, il-limiti baġitarji kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak Ewropew kif ukoll il-ħtieġa li jitnaqqas iżjed il-piż fuq l-impriżi u ċ-ċittadini jkabbru l-isfida ppreżentata minn din is-sitwazzjoni. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm, fejn ikun xieraq, għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fil-Programm, b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe ftehimiet rilevanti bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni. | (11) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm, fejn ikun xieraq, għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi li ma jkunux qegħdin jipparteċipaw fil-Programm, b’kunsiderazzjoni għal kwalunkwe ftehimiet rilevanti, jew kull ftehim previst bejn dawk il-pajjiżi u l-Unjoni. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Sabiex jiġu kkunsidrati bħala deċiżjonijiet ta’ finanzjament skont l-Artikolu [] tar-Regolament [...] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], il-programmi ta’ ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm, għandhom jistipulaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda ta' żmien indikattiva għall-implimentazzjoni. Għall-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament. | (12) Sabiex jiġu kkunsidrati bħala deċiżjonijiet ta’ finanzjament skont l-Artikolu [] tar-Regolament [...] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], il-programmi ta’ ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm, għandhom jistipulaw l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, ir-riżultati definiti, il-metodu tal-implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u pjan tal-proġett speċifiku u skeda ta' żmien konkreti għall-implimentazzjoni. Għall-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(14) Twettqet evalwazzjoni ex-ante skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, sabiex tiffoka l-programm stabbilit minn dan ir-Regolament dwar il-ħtieġa għal effikaċja fl-ilħuq tal-għanijiet u sabiex il-limiti baġitarji jiġu inkorporati mill-fażi ta’ tfassil tal-programm ’il quddiem. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħuda taħt il-Programm għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment, inkluż minn evalwaturi esterni indipendenti. Għall-fini li jiġi evalwat il-programm, ġew ifformolati għanijiet li jistgħu jitkejlu u ġew żviluppati indikaturi. | (14) Twettqet evalwazzjoni ex-ante skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, sabiex tiffoka l-programm stabbilit minn dan ir-Regolament dwar il-ħtieġa għal effikaċja u effiċjenza fl-ilħuq tal-għanijiet u sabiex il-limiti baġitarji jiġu inkorporati mill-fażi ta’ tfassil tal-programm ’il quddiem. Il-valur u l-impatt tal-miżuri meħuda taħt il-Programm għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment, inkluż minn evalwaturi esterni indipendenti. Għall-fini li jiġi evalwat il-programm, ġew ifformolati għanijiet li jistgħu jitkejlu u ġew żviluppati indikaturi. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 15
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(15) Dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għat-tul kollu tal-programm li għandu jkun ir-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja, kif mifhum fil-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda, fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. | (15) Għall-2013, dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għall-programm li għandha tkun ir-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja, kif mifhum fil-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda, fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. Għall-2014-2017, dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għat-tul kollu tal-programm li għandha tkun ir-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja, kif mifhum fil-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali XX/201Y bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fil-kwistjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-programm jirrappreżenta l-valur miżjud tal-iżgurar li l-istatistika Ewropea tkun iffukata fuq l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan jikkontribwixxi għall-użu effettiv tar-riżorsi billi jrawwem azzjonijiet li jipprovdu kontribut essenzjali lejn l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika armonizzata, paragunabbli u affidabbli. | Il-programm jirrappreżenta l-valur miżjud tal-iżgurar li l-istatistika Ewropea tkun iffukata fuq l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan jikkontribwixxi għall-użu effettiv tar-riżorsi billi jrawwem azzjonijiet li jipprovdu kontribut essenzjali lejn l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika armonizzata, paragunabbli u affidabbli. Huwa bbażat fuq il-ħsieb ta' kondiviżjoni raġonevoli tal-piż bejn il-baġit tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– Objettiv 1: jipprovdi informazzjoni statistika ta’ kwalità għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet; | – Objettiv 1: jipprovdi informazzjoni statistika ta’ kwalità kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet; |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 4a |
| Indipendenza u Trasparenza |
| Peress li l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali jiffurmaw parti mill-ESS, kull Stat Membru għandu jiżgura l-indipendenza u l-integrità tal-awtorità tal-istatistika tiegħu. L-interferenza mill-gvernijiet fl-indipendenza tal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandu jkollha deterrent effikaċi permezz ta’ miżuri xierqa. |
| Fl-interessi tat-trasparenza, l-Eurostat jista’ jiżvela pubblikament l-opinjoni tiegħu dwar il-livell ta’ kwalità tal-istatistika nazzjonali. Meta uffiċċju nazzjonali tal-istatistika jkollu prestazzjoni anqas tajba milli mistenni fuq bażi rikorrenti, dan għandu jiġi enfasizzat u jsir pubbliku l-aktar kmieni possibbli. Għal dan il-għan, l-aġġornamenti perjodiċi tal-Eurostat għandhom jipprovdu informazzjoni dwar kull Stat Membru. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika bl-għan li tiġi prodotta u mxerrda statistika Ewropea ta’ kwalità għolja u armonizzati u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Sistema Statistika Ewropea b’mod ġenerali. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-iżgurar ta' koordinazzjoni tajba u twaqqif ta' prijoritajiet effikaċi fl-ESS sabiex isir kontribut għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq dawk li jirrispondu l-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-istatistika Ewropea tikkonforma mal-istandards ta’ kwalità Ewropej u sservi l-ħtiġijiet tal-utenti istituzzjonali, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku tal-Unjoni Ewropea. | 1. Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika bl-għan li tiġi prodotta u mxerrda statistika Ewropea ta’ kwalità għolja u armonizzati kif definit fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar Statistiċi Ewropej u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Sistema Statistika Ewropea b’mod ġenerali. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-iżgurar ta' koordinazzjoni tajba u twaqqif ta' prijoritajiet effikaċi fl-ESS sabiex isir kontribut għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq dawk li jirrispondu l-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-istatistika Ewropea tikkonforma mal-istandards ta’ kwalità Ewropej u sservi l-ħtiġijiet tal-utenti istituzzjonali, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku tal-Unjoni Ewropea. |
| _____________ |
| ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Id-deċiżjoni dwar l-approprjazzjonijiet annwali se tittieħed fir-rispett tal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwaluinkwe attività illegali oħra, permezz ta’ verifiki effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penalitajiet effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent. | 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwaluinkwe attività illegali oħra, permezz ta’ verifiki konsistenti u effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penalitajiet effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifika u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi li jkunu kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament 2185/96 bl-għan li jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat taħt dan ir-Regolament. | L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jwettaq verifika u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi li jkunu kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament 2185/96 bl-għan li jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat taħt dan ir-Regolament. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Rapporti | Valutazzjoni u reviżjoni |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Abbażi tar-rapport ta' progress intermedju msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, sa mhux aktar tard mill-2016 u wara li tkun ikkonsultat lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, tressaq proposta għall-estensjoni tal-programm għall-2018-2020 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tirrispetta r-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali 2014-2020. |
PROĊEDURA
Titolu | Il-programm statistiku Ewropew 2013-2017 | |||
Referenzi | COM(2011)0928 – C7-0001/2012 – 2011/0459(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 17.1.2012 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 17.1.2012 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Derk Jan Eppink 29.2.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 31.5.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 28 1 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Richard Ashworth, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, László Surján, Jacek Włosowicz | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Alexander Alvaro, Jürgen Klute, Paul Rübig, Peter Šťastný, Gianluca Susta | |||
31.5.2012
OPINJONI EMPLtal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017
( COM(2011)0928 – C7‑0001/2012 – 2011/0459(COD) )
Relatur: Ádám Kósa
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa -1 (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (-1) Dejta empirika u statistika solidi huma ta’ importanza vitali sabiex jitkejjel il-progress u tiġi evalwata l-effiċjenza tal-politiki u l-programmi tal-Unjoni, speċjalment fil-kuntest tal-Istrateġija UE 2020. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(2) Skont dak ir-Regolament, il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet tal-azzjonijiet maħsuba għal perjodu li ma jabiżx il-ħames snin. Għandu jistabbilixxi prijoritajiet li jikkonċernaw il-ħtiġijiet għal informazzjoni għall-fini li jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-ħtiġijiet għandhom jitqiesu meta mqabbla mar-riżorsi meħtieġa fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex tiġi pprovduta l-istatistika meħtieġa, kif ukoll meta mqabbla mal-piż tar-rispons u l-ispejjeż assoċjati ta’ min iwieġeb. | (2) Skont dak ir-Regolament, il-programm statistiku Ewropew għandu jipprovdi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ statistika Ewropea, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet tal-azzjonijiet maħsuba għal perjodu li ma jabiżx il-ħames snin. Għandu jistabbilixxi prijoritajiet li jikkonċernaw il-ħtiġijiet għal informazzjoni għall-fini li jitwettqu l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. Dawk il-ħtiġijiet iridu jitqiesu apparagun tar-riżorsi meħtieġa fuq livell tal-Unjoni u dak nazzjonali sabiex tiġi pprovduta l-istatistika meħtieġa, kif ukoll meta mqabbla mal-piż tar-rispons u l-ispejjeż assoċjati ta’ min iwieġeb, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-kost effettività. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) L-implimentazzjoni tal-programm għandha tkun opportunità biex tiġi prodotta statistika Ewropea armonizzata sabiex isir kontribut għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni tal-istatistika komparabbli u affidabbli fil-livell Ewropew. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) L-istatistika żviluppata, prodotta u mxerrda taħt dan il-programm għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u politiki oħra indirizzati fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 (jiġifieri governanza ekonomika msaħħa u integrata, tibdil fil-klima, politika agrikola rriformata, tkabbir u koeżjoni soċjali, l-Ewropa tal-persuni u l-globalizzazzjoni) u għandhom jiġu mħeġġa permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan il-programm fejn l-Unjoni Ewropea tista’ ġġib valur miżjud ċar. | (4) L-istatistika ta’ kwalità għolja żviluppata, prodotta u mxerrda fil-qafas ta' dan il-programm hija vitali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza u għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea, kif rifless fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u politiki oħra indirizzati fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni għall-2010-2014 (jiġifieri governanza ekonomika msaħħa u integrata, tibdil fil-klima, politika agrikola rriformata, tkabbir u koeżjoni soċjali, l-Ewropa taċ-ċittadini u l-globalizzazzjoni) u għandha titrawwem permezz ta’ azzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu ta' dan il-programm fejn l-Unjoni Ewropea tista’ ġġib valur miżjud ċar. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 4b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) Barra minn hekk, fl-istudji statistiċi għandha tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-impatt fuq il-ħaddiema u ċ-ċittadini tal-miżuri meħuda mill-UE fi ftehimiet bejn l-istati u t-Trojka sabiex tingħeleb il-kriżi finanzjarja u ekonomika. Għal dak l-għan, għandha tinġabar dejta statistika b’tali mod li tiġi żgurata l-viżibilità tal-iżviluppi fl-Istati Membri individwali, eż. il-qgħad, iċ-ċaqliq fl-impjiegi, l-ammont ta’ ħlasijiet tat-trasferiment soċjali u l-bidliet fihom, l-għadd u l-kwalità ta’ impjiegi, il-bidliet soċjoġeografiċi li jirriżultaw miċ-ċaqliq tal-impjiegi fi ħdan l-Istati Membri, fi ħdan l-UE, mill-UE u ġewwa l-UE, u l-bidliet fl-istruttura tal-ħlasijiet u l-miżuri ta’ taħriġ. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-pakkett finanzjarju tal-Programm jista’ jiġi allokat ukoll b’tali mod li jiġu koperti l-ispejjeż meħtieġa għat-titjib tal-proċess u l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja, fil-livell nazzjonali, u għall-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-esperti tal-istatistika nazzjonali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-programm statistiku Ewropew għall-perjodu 2013 sal-2017 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala ‘il-programm’) qiegħed jiġi stabbilit b’dan. | Il-programm statistiku Ewropew għall-perjodu 2013 sal-2017 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ bħala ‘il-programm’) qiegħed jiġi stabbilit b’dan. Il-programm huwa inkluż fl-Anness. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-programm jirrappreżenta l-valur miżjud tal-iżgurar li l-istatistika Ewropea tkun iffukata fuq l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan jikkontribwixxi għall-użu effettiv tar-riżorsi billi jrawwem azzjonijiet li jipprovdu kontribut essenzjali lejn l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika armonizzata, paragunabbli u affidabbli. | Il-programm jirrappreżenta l-valur miżjud tal-iżgurar li l-istatistika Ewropea tkun iffukata fuq l-informazzjoni meħtieġa għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan jikkontribwixxi għall-użu effettiv tar-riżorsi billi jrawwem azzjonijiet li jipprovdu kontribut essenzjali lejn l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni statistika armonizzata, paragunabbli u affidabbli, abbażi ta’ standards uniformi u kriterji ta’ valutazzjoni tal-kwalità komuni, b’mod partikolari "ir-relevanza", "l-eżattezza", "il-puntwalità", "l-aċċessibilità" u "l-koerenza". |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-għan ġenerali tal-programm huwa li s-Sistema Statistika Ewropea ssir il-fornitur ewlieni ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar l-Ewropa. | 1. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jaggrantixxi u jippromwovi l-istatus tas-Sistema Statistika Ewropea, li hija l-isħubija bejn l-awtorità tal-istatistika tal-Unjoni u l-istituti tal-istatistika nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra, biex tibqa' tkun il-fornitur pubbliku ewlieni ta’ statistika Ewropea ta’ kwalità għolja għat-tfassil tal-politika u għal firxa aktar wiesgħa ta' utenti, inklużi ċ-ċittadini u għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-għanijiet imsemmija f’dan l-Artikolu huma speċifikati fl-Anness flimkien mal-indikaturi użati għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-programm. Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 huma għandhom ikunu soġġetti għall-ippjanar annwali dettaljat li se jinkludi mekkaniżmu ta' twaqqif ta' prijoritajiet bħala parti integrali tal-proċess. Huma għandhom jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-Sistema Statistika Ewropea, li hija s-sħubija bejn l-awtorità statistika tal-Unjoni u l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra. | 3. L-għanijiet imsemmija f’dan l-Artikolu huma speċifikati fl-Anness flimkien mal-indikaturi użati għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-programm. Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 huma għandhom ikunu soġġetti għall-ippjanar annwali dettaljat li se jinkludi mekkaniżmu ta' twaqqif ta' prijoritajiet bħala parti integrali tal-proċess. Huma għandhom jintlaħqu permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fis-Sistema Statistika Ewropea. Il-programm se jkopri l-iżvilupp ta’ strumenti li jwasslu għall-prijoritizzazzjoni tal-attivitajiet tal-istatistika, għal aktar flessibbiltà tas-Sistema Statistika Ewropea u kapaċità akbar li tissodisfa l-bżonnijiet tal-utenti fi żmien xieraq. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika bl-għan li tiġi prodotta u mxerrda statistika Ewropea ta’ kwalità għolja u armonizzati u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Sistema Statistika Ewropea b’mod ġenerali. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-iżgurar ta' koordinazzjoni tajba u twaqqif ta' prijoritajiet effikaċi fl-ESS sabiex isir kontribut għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq dawk li jirrispondu l-istatistika. L-awtoritajiet nazzjonali u l-awtorità statistika tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-istatistika Ewropea tikkonforma mal-istandards ta’ kwalità Ewropej u sservi l-ħtiġijiet tal-utenti istituzzjonali, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku tal-Unjoni Ewropea. | Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika Ewropew tal-Istatistika bl-għan li tiġi prodotta u mxerrda statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, armonizzata u komparabbli u li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Sistema Statistika Ewropea b’mod ġenerali. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa u għandhom jiġu pprovduti riżorsi għall-iżgurar ta' koordinazzjoni tajba u twaqqif ta' prijoritajiet effikaċi fl-SSE sabiex isir kontribut għat-tnaqqis tal-piż fuq dawk li jirrispondu u għall-użu aħjar tar-riżorsi limitati fil-livell tal-UE u fil-livell tal-Istati Membri. Bl-introduzzjoni tal-azzjonijiet ġodda, il-Kummissjoni se tiġġustifika kif xieraq dawk l-azzjonijiet u se tipprovdi informazzjoni b'konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-istatiska Ewropea u l-awtorità statistika tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-istatistika Ewropea tikkonforma mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea u sservi l-ħtiġijiet tal-utenti istituzzjonali, il-gvernijiet, l-awtoritajiet reġjonali, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-impriżi u l-pubbliku u li l-istatistika Ewropea hija bbażata fuq prijoritajiet iddefiniti sew b'konfomità mal-prinċipju ta' aċċess liberu u trasparenti għall-istatistika Ewropea. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mistennija. | Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma annwali li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u għandhom jistabbilixxu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mistennija, b’konformità mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament preżenti, b'konformità mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4 tar-regolament preżenti. Kull programm annwali għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 1.1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-approvazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir ‘għaqli, sostenibbli u inklużiv’ mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010 tat forma fil-parti l-kbira lill-aġenda strateġika għall-Unjoni Ewropea u l-politiki nazzjonali fis-snin li ġejjin. Din l-aġenda tistabbilixxi numru ta’ miri ewlenin u inizjattivi ewlenin li għalihom ikunu jridu jinkisbu indikaturi tal-istatistika mill-ESS f’numru ta’ oqsma (jiġifieri t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-promozzjoni tal-impjiegi, l-ilħuq tal-għanijiet rigward it-tibdil fil-klima u dawk tal-enerġija tal-UE, l-effiċjenza tar-riżorsi, it-titjib tal-livelli ta’ edukazzjoni, inkluż il-mobilità tat-tagħlim, it-tixjiħ attiv u b’saħħtu, u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali permezz tat-tnaqqis tal-faqar). | L-approvazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir ‘għaqli, sostenibbli u inklużiv’ mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010 tat forma fil-parti l-kbira lill-aġenda strateġika għall-Unjoni Ewropea u l-politiki nazzjonali fis-snin li ġejjin. Din l-aġenda tistabbilixxi numru ta’ miri ewlenin u inizjattivi ewlenin li għalihom ikunu jridu jinkisbu indikaturi tal-istatistika mill-ESS f’numru ta’ oqsma (jiġifieri t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-promozzjoni tal-impjiegi, it-tnaqqis tal-faqar, l-ilħuq tal-għanijiet rigward it-tibdil fil-klima u dawk tal-enerġija tal-UE, l-effiċjenza tar-riżorsi, it-titjib tal-livelli ta’ edukazzjoni, inkluż il-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u l-esklużjoni tat-tfal b'diżabbiltà, mobilità tat-tagħlim, it-tixjiħ attiv b’saħħtu u mingħjar ostakli, u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-impjieg b'attenzjoni partikolari għall-persuni b'diżabbiltà jew li jagħmlu parti minn minoranza). |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 1.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-provvista ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-politika ta’ Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. | Il-provvista ta’ informazzjoni statistika ta’ kwalità sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-politika ta’ Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-indikaturi l-ġodda għandhom, sefejn possibbli, ikunu bbażati fuq dejta statistika disponibbli. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 1.1 – paragrafu 3 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Indikaturi ta’ mira ewlenin aġġornati għall-Ewropa 2020 (fil-qasam tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-enerġija/it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar) disponibbli fuq il-websajt tal-Eurostat; | ndikaturi ta’ mira ewlenin aġġornati għall-Ewropa 2020 fil-qasam tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-enerġija/it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-faqar) disponibbli fuq il-websajt tal-Eurostat; |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 1.1 – paragrafu 3 – inċiż 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Indikaturi kwalitattivi dwar l-impjieg li jiddistingwu bejn xogħol part-time u xogħol full-time, kif ukoll indikaturi kwalitattivi dwar l-impjieg li jieħdu inkonsiderazzjoni l-persuni f’politiki ta’ attivazzjoni bħat-taħriġ. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 1.2 – paragrafu 3 – inċiż 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Sett ta’ indikaturi soċjali sabiex tiġi ssorveljata l-governanza ekonomika fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 għat-Tkabbir u l-Impjiegi. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 1.3 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-effetti soċjali u ekonomiċi tal-kriżi finanzjarja, iż-żieda fil-flussi transkonfinali u l-frammentazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni enfasizzaw il-ħtieġa għal qafas iżjed koerenti u kejl aħjar tal-produzzjoni globalizzata. | L-effetti soċjali u ekonomiċi tal-kriżi finanzjarja, iż-żieda fil-flussi transkonfinali u l-frammentazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni enfasizzaw il-ħtieġa għal qafas iżjed koerenti u kejl aħjar tal-produzzjoni globalizzata. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.1.
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2.1 PRESTAZZJONI EKONOMIKA U SOĊJALI | PRESTAZZJONI EKONOMIKA U SOĊJALI U IMPJIEG |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta’ indikaturi makroekonomiċi ta’ kwalità għolja sabiex jiġi mifhum u analizzat aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku anke fir-rigward tal-inkwiet u l-konsegwenzi soċjali u b’hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba l-produzzjoni li dejjem qiegħda ssir iżjed globalizzata jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti.
| Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta’ indikaturi makroekonomiċi ta’ kwalità għolja sabiex jiġi mifhum u analizzat aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku anke fir-rigward tal-konsegwenzi soċjali u b’hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba l-produzzjoni li dejjem qiegħda ssir iżjed globalizzata jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Miżura addizzjonali ta’ prestazzjoni ekonomika b’dimensjonijiet differenti ta’ globalizzazzjoni, il-kwalità tal-ħajja, l-aċċess għall-beni u għas-servizzi, is-sostenibbiltà ambjentali, is-saħħa, il-benesseri u l-koeżjoni soċjali. L-iżvilupp ta’ qafas għall-analiżi tal-produzzjoni globalizzata. | Miżura addizzjonali ta’ prestazzjoni ekonomika b’dimensjonijiet differenti ta’ globalizzazzjoni, il-kwalità tal-ħajja, l-aċċess għall-beni u għas-servizzi, is-sostenibbiltà ambjentali, is-saħħa, il-benesseri u l-inklużjoni soċjali. L-iżvilupp ta’ qafas għall-analiżi tal-produzzjoni globalizzata. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.1 – paragrafu 3 – inċiż 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kontijiet satellita żviluppati għal mill-inqas żewġ oqsma ġodda (pereżempju r-riċerka u l-iżvilupp, is-saħħa, il-kontijiet soċjali); | Kontijiet satellita żviluppati għal mill-inqas żewġ oqsma ġodda (pereżempju r-riċerka u l-iżvilupp, is-saħħa, l-edukazzjoni, il-kontijiet soċjali, inklużi d-djar u l-aċċess għas-servizzi, l-inklużjoni soċjali); |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.1 – paragrafu 2 – inċiż 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Dejtabejż għall-kejl tat-tkabbir u l-produttività maħluqa; | Dejtabejż għall-kejl tat-tkabbir maħluq; |
Ġustifikazzjoni
Minkejja li l-ħolqien ta' databejż tal-produttività se jkun utli għall-utenti, it-tfassil tagħħa se jirrikjedi ħafna riżorsi mill-produtturi tad-dejta li mhuwiex konformi mar-rekwiżt tat-tnaqqis tal-piż.
Emenda 24
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.1 – paragrafu 2 – inċiż 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-armonizzazzjoni tal-kunċetti tal-kontabilità u tal-istatistika korrispondenti. |
Ġustifikazzjoni
Dan se jwassal għal tnaqqis fil-piż biex tingħata risposta u se jżid l-effiċjenza tal-użu tad-dejta amministrattiva.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.1 – paragrafu 2 – inċiż 6b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Qafas kunċettwali għall-kejl tal-kwalità tal-ħajja u l-benessri żviluppati. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.1 – paragrafu 5 – inċiż 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Statistika armonizzata dwar id-djar u oħra relatata disponibbli għall-Istati Membri kollha. | Statistika armonizzata dwar id-djar, inklużi l-affordabilità u l-aċċessibilità tad-djar, u statistika oħra relatata disponibbli għall-Istati Membri kollha. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 2.2 – paragrafu 3 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sistema koerenti ta’ kontijiet ambjentali żviluppati bħala ‘kontijiet satellita’ tal-Kontijiet Nazzjonali ewlenin, li tipprovdi informazzjoni dwar l-emissjonijiet atmosferiċi, il-konsum enerġetiku, il-flussi u r-riżervi ta’ riżorsi naturali materjali u l-ilma, il-kummerċ fil-materja prima bażika u dik kritika, it-tassazzjoni ambjentali u l-infiq fuq il-protezzjoni ambjentali, possibilment bl-inklużjoni tat-tkabbir/akkwist ambjentali; | Sistema koerenti ta’ kontijiet ambjentali żviluppati bħala ‘kontijiet satellita’ tal-Kontijiet Nazzjonali ewlenin, li tipprovdi informazzjoni dwar l-emissjonijiet atmosferiċi, il-konsum enerġetiku, il-flussi u r-riżervi ta’ riżorsi naturali materjali u l-ilma, il-kummerċ fil-materja prima bażika u dik kritika, it-tassazzjoni ambjentali u l-infiq fuq il-protezzjoni ambjentali, possibilment bl-inklużjoni tat-tkabbir/akkwist ambjentali; Kunsiderazzjoni, fid-definizzjoni tal-oqsma ta’ statistika li għandhom jiġu żviluppati, tal-objettivi tar-Regolament Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej, li jirrelataw mal-iżvilupp ta’ moduli ta’ kontijiet ekonomiċi ambjentali ġodda. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 3.1 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Żieda tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċessi ta’ produzzjoni. Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità fuq oqsma ewlenin fejn l-impriżi huma ċ-ċentru tal-interess, bħal statistika dwar in-negozju, indikaturi ta’ perjodu qasir, l-investiment tagħhom fil-kapital u l-ħiliet umani, it-tranżazzjonijiet internazzjonali, il-globalizzazzjoni, il-monitoraġġ tas-suq uniku, ir-R&Ż u l-innovazzjoni, u t-turiżmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibbiltà ta’ dejta f’setturi industrijali u tas-servizzi ta' valur miżjud għoli. | Żieda tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċessi ta’ produzzjoni. Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità fuq oqsma ewlenin fejn l-impriżi huma ċ-ċentru tal-interess, bħal statistika dwar in-negozju, indikaturi ta’ perjodu qasir, l-investiment tagħhom fil-kapital u l-ħiliet umani, it-tranżazzjonijiet internazzjonali, il-globalizzazzjoni, il-monitoraġġ tas-suq uniku, ir-R&Ż u l-innovazzjoni, u t-turiżmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibbiltà ta’ dejta f’setturi industrijali u tas-servizzi ta' valur miżjud għoli, speċjalment f’setturi ekonomiċi ħodor jew diġitali. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 3.2 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Iċ-ċittadini Ewropej huma fil-qalba ta’ numru kbir ta’ politiki tal-UE. Konsegwentement, hawn domanda kbira għall-istatistika soċjali fis-sens wiesa’ sabiex jiġi appoġġjat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari billi tiġi relatata mal-indikaturi ekonomiċi, iżda wkoll sabiex iċ-ċittadini Ewropej jiġu megħjuna jevalwaw l-impatt ta’ dawn il-politiki fuq ħajjithom.
| Iċ-ċittadini Ewropej huma fil-qalba ta’ numru kbir ta’ politiki tal-UE. Konsegwentement, hawn domanda kbira għall-istatistika soċjali fis-sens wiesa’ sabiex jiġi appoġġjat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari billi tiġi relatata mal-indikaturi ekonomiċi, iżda wkoll sabiex iċ-ċittadini Ewropej jiġu megħjuna jevalwaw l-impatt ta’ dawn il-politiki fuq ħajjithom. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 3.2. – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità dwar oqsma ewlenin ta’ politika soċjali fejn iċ-ċittadin ikun iċ-ċentru tal-interess, bħall-koeżjoni soċjali, il-faqar, l-isfidi demografiċi (b’mod partikolari l-anzjani u l-migrazzjoni), is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-mobilità tat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-kultura, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, is-sigurtà, is-saħħa, id-diżabbiltà, il-konsum, il-moviment ħieles u s-suq uniku, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni teknoloġika u għażliet dwar stil ġdid ta’ ħajja . | Il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità dwar oqsma ewlenin ta’ politika soċjali fejn iċ-ċittadin ikun iċ-ċentru tal-interess, bħall-koeżjoni soċjali, il-faqar, l-isfidi demografiċi (inklużi b'mod partikolari, l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni li jagħmlu parti minn minoranza u l-migrazzjoni), is-suq tax-xogħol, (inklużi l-foqra li għandhom impjieg) l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-edukazzjoni għat-tfal, l-edukazzjoni għall-adulti, u l-mobilità tat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-kultura, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, is-sigurtà, is-saħħa, id-diżabbiltà (inklużi ambjent u servizzi mingħajr ostakoli), il-konsum, il-moviment ħieles u s-suq uniku, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni teknoloġika u għażliet dwar stil ġdid ta’ ħajja. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 3.2 – paragrafu 3 – inċiż 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Statistika pprovduta dwar in-natura u l-kwalità tal-impjiegi: indikaturi kwalitattivi dwar l-impjieg li jiddistingwu bejn xogħol part-time u xogħol full-time, kif ukoll indikaturi kwalitattivi dwar l-impjieg li jieħdu inkonsiderazzjoni l-persuni f’politiki ta’ attivazzjoni bħat-taħriġ. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 3.2. – paragrafu 2 – inċiż 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Statistika pprovduta dwar is-sigurtà, is-saħħa u d-diżabbiltà; | Statistika pprovduta dwar is-sigurtà, is-saħħa u d-diżabbiltà, inkluża l-aċċessibbiltà; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 3.2 – paragrafu 3 – inċiż 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Indikaturi tal-kwalità tal-ħajja pprovduti sabiex jitkejjel il-progress tas-soċjetajiet. | Indikaturi tal-kwalità tal-ħajja, inklużi d-djar u l-aċċess għas-servizzi, sabiex jitkejjel il-progress tas-soċjetajiet li jkun ġie pprovdut. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu I – punt 3.3 – paragrafu 9 – inċiż 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Statistika prodotta u mxerrda dwar is-sigurtà tat-trasport, il-mobilità tal-passiġġieri, il-kejl tat-traffiku fit-toroq u t-trasport intermodali tal-merkanzija. | Statistika prodotta u mxerrda dwar is-sigurtà tat-trasport, il-mobilità u l-aċċessibilità għal modijiet u mezzi differenti ta’ trasport tal-passiġġieri, il-kejl tat-traffiku fit-toroq u t-trasport intermodali tal-merkanzija. it-trasport prodott u mxerred. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu II – punt 3 – paragrafu 2 – inċiż 11a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| It-titjib tal-forniment ta’ ‘informazzjoni neċessarja’, jiġifieri l-informazzjoni ta’ sfond dwar kif tinġabar id-dejta, dwar il-kwalità tad-dejta u dwar il-metodi użati biex jiġi żgurat li l-utenti jistgħu jifhmu faċilment id-dejta miġbura. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu II – punt 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Li l-ESS ssir l-ewwel sors ta’ dejta dwar l-istatistika tal-UE għall-utenti kollha u, b’mod partikolari, għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u dak privat, bil-provvista ta’ servizz ta' informazzjoni statistika ta’ kwalità bbażat fuq il-prinċipji ta’ aċċess ħieles u faċli għal statistika Ewropea.
| Li l-ESS ssir l-ewwel sors ta’ dejta dwar l-istatistika tal-UE għall-utenti kollha u, b’mod partikolari, għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u dak privat, bil-provvista ta’ servizz ta' informazzjoni statistika ta’ kwalità bbażat fuq il-prinċipji ta’ aċċess ħieles u faċli għal statistika Ewropea. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu II – punt 4 – paragrafu 6 – inċiż 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Offerta ikbar ta’ gruppi ta’ mikrodejta għall-finijiet ta’ riċerka statistika. | Offerta ikbar ta’ gruppi ta’ mikrodejta għall-finijiet ta’ riċerka statistika u aċċess iktar faċli għad-dejta għar-riċerkaturi. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Anness – kapitolu II – punt 5 – paragrafu 3 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Programmi ta’ taħriġ offruti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-utenti; | Programmi ta’ taħriġ offruti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-utenti u taċ-ċittadini; |
PROĊEDURA
Titolu | Programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 | |||
Referenzi | COM(2011)0928 – C7-0001/2012 – 2011/0459(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 17.1.2012 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 17.1.2012 | |||
Relatur Data tal-ħatra | Ádám Kósa 19.1.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 27.3.2012 | 24.4.2012 | 30.5.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 31.5.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 41 2 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Regina Bastos, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Inês Cristina Zuber | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Tamás Deutsch, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Iliana Malinova Iotova, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu, Anthea McIntyre, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Evelyn Regner, Csaba Sógor | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Jens Nilsson | |||
PROĊEDURA
Titolu | Il-programm statistiku Ewropew 2013-2017 | |||
Referenzi | COM(2011)0928 – C7-0001/2012 – 2011/0459(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 21.12.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 17.1.2012 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 17.1.2012 | EMPL 17.1.2012 | ENVI 17.1.2012 | REGI 17.1.2012 |
| FEMM 17.1.2012 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ENVI 24.1.2012 | REGI 28.2.2012 | FEMM 27.4.2012 |
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Edward Scicluna 17.1.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 17.4.2012 | 21.5.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 19.6.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 43 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Sari Essayah, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Mario Mauro, Sirpa Pietikäinen, Emilie Turunen | |||
Data tat-tressiq | 27.6.2012 | |||