Dokument ta' sessjoni
12.7.2012
*
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (riformulazzjoni)
( COM(2011)0714 – C7‑0516/2011 – 2011/0314(CNS) )
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Ildikó Gáll-Pelcz
(Riformulazzjoni – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_CNS_Recastingam
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
NOTA SPJEGATTIVA.............................................................................................................13
ANNESS: ITTRA LILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI.......................................14
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI 16
PROĊEDURA...........................................................................................................................17
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (riformulazzjoni)
( COM(2011)0714 – C7‑0516/2011 – 2011/0314(CNS) )
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2011)0714 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0516/2011),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[1],
– wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta' Marzu 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji b'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ( A7-0227/2012 ),
A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi ta’ l-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti kienet emendata bosta drabi. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza. | (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti kienet emendata bosta drabi. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza. Fid-19 ta' April 2012, il-Parlament Ewropew talab li jkun hemm mezzi konkreti biex jingħelbu l-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali, filwaqt li ġibed l-attenzjoni għall-evażjoni fiskali permezz ta' strumenti finanzjarji ibridi, u talab lill-Istati Membri jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni mingħajr problemi bejn is-sistemi fiskali tagħhom sabiex jiġu evitati non-tassazzjoni u evażjoni fiskali mhux mixtieqa. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (1a) Defiċits pubbliċi persistenti u konsiderevoli huma marbuta mill-qrib mal-kriżi soċjali, ekonomika u finanzjarja attwali. Fl-istess ħin, il-kompetizzjoni fiskali fost l-Istati Membri hija fattur importanti li jimpedixxi l-konsolidazzjoni sostenibbli tal-baġits nazzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tressaq l-introduzzjoni f’waqtha ta’ rata minima ta' taxxi korporattivi. Tali rata minima tnaqqas il-kompetizzjoni fiskali u għalhekk issaħħaħ il-libertà tal-Istati Membri biex jintaxxaw il-kumpaniji. Għaldaqstant, il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma jiġix effettwat b’mod negattiv. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(4) It-tneħħija ta' tassazzjoni fuq il-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties fl-Istat Membru fejn iqumu, sew jekk miġburin permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, hija l-mezz l-aktar approprjat sabiex ikunu eliminati l-formalitajiet u l-problemi imsemmija qabel u sabiex ikun assigurat it-trattament tat-taxxa ndaqs bejn operazzjonijiet nazzjonali u dawk bejn il-fruntieri; huwa meħtieġ partikolarment li jitneħħew dawn it-taxxi fuq dawn il-pagamenti li jsiru bejn kumpaniji assoċjati fi Stati Membri differenti kif ukoll bejn stabbilimenti permanenti ta' dawn il-kumpaniji. | (4) It-tneħħija ta' tassazzjoni fuq il-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties fl-Istat Membru fejn iqumu, sew jekk miġburin permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, hija l-mezz l-aktar approprjat sabiex ikunu eliminati l-formalitajiet u l-problemi imsemmija qabel u sabiex ikun assigurat it-trattament tat-taxxa ndaqs bejn operazzjonijiet nazzjonali u dawk bejn il-fruntieri; huwa meħtieġ partikolarment li jitneħħew dawn it-taxxi fuq dawn il-pagamenti li jsiru bejn kumpaniji assoċjati fi Stati Membri differenti kif ukoll bejn stabbilimenti permanenti ta' dawn il-kumpaniji sabiex tiġi żgurata sistema semplifikata u iktar trasparenti ta' tassazzjoni. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Jeħtieġ li jkun assigurat li l-pagamenti ta' imgħax u royalties ikunu soġġetti għat-taxxa darba fi Stat Membru u li l-benefiċċji tad-Direttiva għandhom ikunu applikabbli biss meta l-introjtu li ġej mill-ħlas huwa effettivament soġġett għat-taxxa fl-Istat Membru tal-Kumpanija riċeventi jew fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti tar-riċevitur. | (5) Jeħtieġ li jkun assigurat li l-pagamenti ta' imgħax u royalties ikunu soġġetti għat-taxxa darba fi Stat Membru u li l-benefiċċji tad-Direttiva għandhom ikunu applikabbli biss meta l-introjtu li ġej mill-ħlas huwa effettivament soġġett għat-taxxa fl-Istat Membru tal-Kumpanija riċeventi jew fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment permanenti tar-riċevitur, mingħajr ma jkun hemm il-possibilità ta' eżenzjoni jew ta' sostituzzjoni permezz tal-ħlas ta' taxxa oħra.
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Barra minn dan, huwa meħtieġ li l-Istati Membri ma jinżammewx milli jieħdu miżuri xierqa biex jiġġieldu l-frodi jew l-abbuż. | (12) Barra minn dan, huwa meħtieġ li jittieħdu l-miżuri xierqa biex l-Istati Membri ma jinżammewx milli jiġġieldu l-frodi fiskali, l-evażjoni fiskali u l-abbuż. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 20a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (20a) Sabiex tiġi żgurata implementazzjoni bla xkiel u kosteffiċjenti tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-kumpaniji għandhom iħejju l-kontijiet annwali tagħhom flimkien mad-data fiskali relevanti kollha f’Extensible Business Reporting Language (XBRL). |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Pagamenti ta' imgħax u royalties li jqumu fi Stat Membru għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa imposta fuq dawk il-pagamenti f'dak l-Istat Membru , sew jekk permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, iżda s-sid benefiċjarju tal-imgħax jew royalties irid ikun kumpanija ta' Stat Membru ieħor jew stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija ta' Stat Membru u huwa effettivament soġġett għat-taxxa fuq dak l-introjtu li ġej minn dawk il-pagamenti f’dak l-Istat Membru l-ieħor. | 1. Pagamenti ta' imgħax u royalties li jqumu fi Stat Membru għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa imposta fuq dawk il-pagamenti f'dak l-Istat Membru , sew jekk permezz ta' tnaqqis minn ras il-għajn sew jekk permezz ta' stima, iżda s-sid benefiċjarju tal-imgħax jew royalties irid ikun kumpanija ta' Stat Membru ieħor jew stabbiliment permanenti fi Stat Membru ieħor ta' kumpanija ta' Stat Membru u huwa effettivament soġġett għat-taxxa fuq dak l-introjtu li ġej minn dawk il-pagamenti f’dak l-Istat Membru l-ieħor, mingħajr ma jkun hemm il-possibilità ta' eżenzjoni jew ta' sostituzzjoni permezz tal-ħlas ta' taxxa oħra b’rata ta’ mhux inqas minn 70% tar-rata fiskali korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri, mingħajr ma jkun hemm il-possibilità ta' eżenzjoni jew ta' sostituzzjoni b'pagament ta' taxxa oħra. Il-ħlas ta' imgħax u royalties m’għandux ikun eżentat fl-Istati Membri fejn jirriżulta jekk il-pagament ma jkunx taxxabbli skont il-liġi fiskali nazzjonali li għaliha jkun suġġett is-sid benefiċjarju minħabba kwalifikazzjoni differenti tal-pagament (strumenti ibridi) jew kwalifikazzjoni differenti ta' min jagħmel u min jirċievi l-ħlas (entitajiet ibridi). |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Stabbiliment permanenti għandu jkun trattat bħala dak li jħallas l-imgħax u r-royalties biss sakemm dawk il-pagamenti jirrappreżentaw spiża l mġarrba għal l-għanijiet tal-attivitajiet tal-istabbiliment permanenti. | 3. Stabbiliment permanenti għandu jkun trattat bħala dak li jħallas l-imgħax u r-royalties biss sakemm dawk il-pagamenti jirrappreżentaw spiża l mġarrba għal l-għanijiet tal-attivitajiet tal-istabbiliment permanenti. Huwa biss stabbiliment permanenti li ħallas it-taxxi kollha dovuti li jiġi trattat bħala benefiċjarju ta' eżenzjoni jew benefiċċju fiskali. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt i
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(i) l-ewwel kumpanija għandha holding minimu ta' 10 % fil-kapital tat-tieni kumpanija, jew | (i) l-ewwel kumpanija għandha holding minimu ta' 25 % fil-kapital tat-tieni kumpanija, jew |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt ii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(ii) it-tieni kumpanija għandha holding minimu ta' 10 % fil-kapital tal-ewwel kumpanija, jew | (ii) it-tieni kumpanija għandha holding minimu ta' 25 % fil-kapital tal-ewwel kumpanija, jew |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – punt iii
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(iii) kumpanija terza għandha holding minimu ta' 10 % kemm fil-kapital tal-ewwel kumpanija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpanija. | (iii) kumpanija terza għandha holding minimu ta' 25 % kemm fil-kapital tal-ewwel kumpanija kif ukoll fil-kapital tat-tieni kumpanija. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Frodi u abbuż | Frodi fiskali, evażjoni fiskali u abbuż |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu, fil-każ ta' operazzjonijiet li l-għan prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħhom huwa l-evażjoni tat-taxxa, l-għan li tiġi evitata t-taxxa jew l-abbuż, jirtiraw il-benefiċċji ta' din id-Direttiva jew jiċħdu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. | 2. L-Istati Membri jistgħu, fil-każ ta' operazzjonijiet li l-għan prinċipali jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħhom huwa l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni fiskali, l-abbuż fiskali jew l-għan li tiġi evitata t-taxxa, jirtiraw il-benefiċċji ta' din id-Direttiva jew jiċħdu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu l-Artikolu 1(1) u (3), l-Artikolu 2(c) u (d) u l-Anness I, Parti A sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2012 . Huma għandhom mill-ewwel jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva . | L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex iħarsu l-Artikolu 1(1) u (3), l-Artikolu 2(c) u (d) u l-Anness I, Parti A sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013. Huma għandhom mill-ewwel jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva . |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Il-kumpaniji għandhom iħejju l-kontijiet annwali tagħhom flimkien mad-data fiskali relevanti kollha f’Extensible Business Reporting Language (XBRL). |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Sal-31 ta' Diċembru , 31 ta' Diċembru 2016 , il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l- impatt ekonomiku ta' din id-Direttiva. | Sal-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt ekonomiku ta' din id-Direttiva. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Din id-Direttiva m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq ftehim li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu t-tassazzjoni doppja ta' imgħax u ta' royalties. | Din id-Direttiva m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet domestiċi jew ibbażati fuq ftehim li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu t-tassazzjoni doppja u n-non-tassazzjoni doppja ta' imgħax u ta' royalties. |
NOTA SPJEGATTIVA
Erba' snin wara li faqqgħet il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali, huwa ta' importanza estrema li wieħed jara b'mod ċar lejn fejn sejrin l-Istati Membri, billi jitqiesu s-soluzzjonijiet kollha possibbli biex l-Ewropa terġa' tinġieb fi triq tat-tkabbir u tal-iżvilupp.
Minn banda, huwa essenzjali li jinħolqu u jiġu implimentati politiki ġodda komuni, li permezz tagħhom se nkunu magħquda u b'saħħitna biżżejjed biex nevitaw kriżi fil-futur, iżda mill-banda l-oħra, fi żminijiet diffiċli bħal dawk li għaddejjin minnhom, għandna wkoll nerġgħu nikkunsidraw il-politiki u l-impenji eżistenti tagħna u nittestjawhom biex naraw jekk għadhomx aġġornati u adegwati biżżejjed biex jiffaċċjaw l-isfidi li għandna quddiemna.
Id-Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagament ta' imgħax u royalties magħmula bejn kumpaniji assoċjati tad-diversi Stati Membri ġiet emendata bosta drabi tul dawn l-aħħar snin, iżda għad hemm xi titjibiet tekniċi li għandhom isiru, li huma żgħar u, kif tgħid ukoll il-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni tagħha, għandhom isiru f'ġieħ iċ-ċarezza u r-responsabilità.
Meta jitqies il-fatt li l-verżjoni riformulata tad-Direttiva dwar il-Kumpaniji Prinċipali u dawk Sussidjarji ġiet adottata f'Settembru 2011 u li r-Rapport dwar Bażi Fiskali Komuni u Konsolidata għall-Kumpaniji ġie adottat din is-sena mill-Kumitat ECON; u wara li jitqies il-fatt li hemm stimi reċenti li juru l-evażjoni u l-evitar fiskali, li jiswew lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea ammont sinifikanti ta' dħul mitluf; billi t-telf tad-dħul iżid il-livelli ta' defiċit u ta' dejn tad-diversi Stati Membri; billi l-kooperazzjoni bejn is-sistemi fiskali tad-diversi Stati Membri hija dejjem iktar mixtieqa, u huwa għalhekk meħtieġ li tiġi emendata d-Direttiva sabiex titnaqqas ulterjorment il-possibilità ta' frodi b'rabta ma' non-tassazzjoni, tassazzjoni doppja u evitar fiskali mhux intenzjonali fost l-Istati Membri, li joħolqu saħansitra iktar danni għat-tħaddim xieraq tas-suq intern, kif iddikjarat fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni adottata reċentement dwar 'kulħadd favur mezzi konkreti biex tingħeleb il-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali'.
Fost l-emendi tar-rapporteur, id-dispożizzjonijiet dwar 'soġġett għat-taxxi' u 'stabbilimenti permanenti' għandhom l-għan li jeskludu kwalunkwe possibilità ta' evażjoni fiskali, sostituzzjoni ta' taxxi jew kwalunkwe eżenzjoni fiskali illeġittima.
Il-kwistjoni dwar ir-rekwiżiti ta' parteċipazzjoni (10%) u dik dwar il-perjodi tranżitorji mhumiex modifikati bl-abbozz ta' rapport tar-rapporteur, madankollu huwa essenzjali li jiġi enfasizzat ir-rwol tal-Parlament Ewropew meta tkun qed tiġi valutata l-evalwazzjoni dwar l-impatt tad-Direttiva riformulata mill-Kummissjoni.
ANNESS: ITTRA LILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
Ref.: D(2012)12434
Is-Sa Sharon Bowles
President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
ASP 10G201
Brussell
Suġġett: Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (tfassil mill-ġdid)
( COM(2011)0714 – C7 0516/2011 – 2011/0314(CNS) )
Għażiż President,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar it-Tfassil mill-Ġdid, kif iddaħħal fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.
Il-Paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jgħid hekk:
"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostantiv għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'każ ta' dan it-tip, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu bidliet.
Madankollu, jekk, f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali, il-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jressaq emendi għall-partijiet ikkodifikati tal-proposta, għandu jinnotifika minnufih l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tinforma lill-kumitat, qabel il-votazzjoni skont l-Artikolu 54, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' riformulazzjoni.”
B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sostanza tagħhom.
Biex nikkonkludu, wara li ddiskutiha fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Marzu 2012, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'22 vot favur u ebda astensjoni[2], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq f'konformità mal-Artikolu 87.
Dejjem tiegħek,
Klaus-Heiner LEHNE
Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
Brussell, 16 ta' Jannar 2012
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
TAL-KUMMISSJONI
Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (tfassil mill-ġdid)
COM(2011)0714 tal- 11.11.2011 – 2011/0314(CNS)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid ta’ atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta' din il-Ftehima, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li hu magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament, iltaqa’ fis-28 ta’ Novembru 2011 biex jeżaminaw, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.
F'din il-laqgħa[3], l-evalwazzjoni tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 1990 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr dissens, li l-proposta ma fiha l-ebda emenda sostantiva, għajr il-bidliet li ġew identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma innota wkoll, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA H. LEGAL L. ROMERO REQUENA
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
PROĊEDURA
Titolu | Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati ta’ Stati Membri differenti (riformulazzjoni) | |||
Referenzi | COM(2011)0714 – C7-0516/2011 – 2011/0314(CNS) | |||
Data meta ġie kkonsultat il-PE | 20.12.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ECON 17.1.2012 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 17.1.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Ildikó Gáll-Pelcz 29.11.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 31.5.2012 | 25.6.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 10.7.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 32 3 3 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Thijs Berman, Danuta Maria Hübner, Olle Ludvigsson, Gay Mitchell, Theodoros Skylakakis | |||
Data tat-tressiq | 12.7.2012 | |||