Dokument ta' sessjoni
16.7.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea
( COM(2012)0270 – C7‑0146/2012 – 2012/0145(COD) )
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur għal opinjoni: Vital Moreira
(Proċedura simplifikata – Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) (III) Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea
( COM(2012)0270 – C7‑0146/2012 – 2012/0145(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2012)0270 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0146/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7-0243/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Fit-2 ta' Frar 2012, fil-kawża C-249/10[1] P - Brosmann u oħrajn vs il-Kunsill ('Brosmann'), il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fil-Vjetnam fir-rigward tal-applikanti. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-teknika tat-teħid tal-kampjuni stipulata fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 ma tistax tiġi applikata għall-finijiet ta' determinazzjoni tat-talbiet għal trattament individwali tal-ekonomija tas-suq magħmula skont l-Artikolu 2(7)(c).
Għandu jiġi nnutat ukoll li l-użu tat-teknika tat-teħid tal-kampjuni stipulata fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 għall-finijiet tad-determinazzjoni tat-talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq magħmula skont l-Artikolu 2(7)(c) ta' dan ir-Regolament ma jiksirx l-obbligi tal-Unjoni skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Għalhekk huwa meqjus f'loku li tiġi introdotta dispożizzjoni li tiċċara li d-deċiżjoni sabiex l-investigazzjoni tiġi limitata għal numru raġonevoli ta’ produtturi billi jintużaw kampjuni abbażi tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tapplika wkoll għall-partijiet suġġetti għall-eżaminazzjoni għal trattament ta’ ekonomija tas-suq, skont l-Artikolu 2(7)(b) u (c).
B'riżultat ta' dan, huwa wkoll f'loku li jiġi ċċarat li ma għandhiex issir determinazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(c) fil-każ tal-produtturi li mhumiex parti mill-kampjun sakemm dawn il-produtturi ma jitolbux u ma jiksbux eżaminazzjoni individwali skont l-Artikolu 17(3).
Barra minn hekk, jitqies f'loku li jkun iċċarat li d-dazju antidumping li jrid jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi li jkunu ppreżentaw id-dettalji tagħhom skont l-Artikolu 17 imma li ma kinux ġew inklużi fl-eżaminazzjoni, ma għandux jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-partijiet fil-kampjun, irrispettivament minn jekk il-valur normali stabbilit għal dawn il-partijiet kienx determinat abbażi tal-Artikoli 2(1) sa 2(6) jew tal-Artikolu 2(7)(a).
Fl-aħħar nett, il-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur li fih trid tkun saret id-determinazzjoni skont l-Artikolu 2(7)(c), għandu jitħassar billi rriżulta li ma kienx prattiku f’ħafna proċedimenti tal-antidumping, partikolarment fejn it-teħid tal-kampjuni jiġi applikat skont l-Artikolu 17.
Fl-interess taċ-ċertezza legali u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni soda, huwa neċessarju li jkun stabbilit li dawn l-emendi jibdew jgħoddu kemm jista' jkun malajr għall-investigazzjonijiet kollha ġodda u pendenti. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali adotta l-abbozz ta' riżoluzzjoni fi proċedura simplifikata.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea | |||
Referenzi | COM(2012)0270 – C7-0146/2012 – 2012/0145(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 8.6.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 14.6.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Vital Moreira 20.6.2012 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 20.6.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 12.7.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 12.7.2012 |
|
|
|
Data tat-tressiq | 18.7.2012 | |||