Dokument ta' sessjoni
18.7.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità
( COM(2011)0275 – C7‑0127/2011 – 2011/0129(COD) )
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Rapporteur: Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Antonyia Parvanova
(Joint Committee meetings - Rule 51 of the Rules of Procedure)
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 54
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali 59
PROĊEDURA 81
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità
( COM(2011)0275 – C7‑0127/2011 – 2011/0129(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0275 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0127/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Frar 2012[2],
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-1 ta Ġunju 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑-0244/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
POSITION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT[3]*
AT FIRST READING
---------------------------------------------------------
DIRETTIVA 2012/.../EU TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 82(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4]1,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5]2,
Li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[6]3,
Billi:
(1) L-Unjoni ▌ stipulat għaliha stess l-objettiv li żżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja msejsa fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kriminali.
(2) L-Unjoni ħadet impenn biex tipproteġi l-vittmi ta' delitti u biex tistabbilixxi standards minimi u adottat id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal-15 ta' Marzu 2001 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi fil-proċeduri kriminali[7]4. Skont il-Progamm ta’ Stokkolma - Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini[8]5, li ġie adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-10 u tal-11 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ġew mitluba jeżaminaw kif se jiġu mtejba l-leġislazzjoni u l-miżuri prattiċi ta’ appoġġ għall-protezzjoni tal-vittmi, b'attenzjoni, appoġġ u rikonoxximent għall-vittmi kollha, inkluż għall-vittmi tat-terroriżmu, bħala prijorità.
(2a) L-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-istabbiliment tar-regoli minimi applikabbli fl-Istati Membri sabiex ikunu ffaċilitati r-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali ta’ natura transkonfinali. Il-punt (c) tal-Artikolu 82(2) jirriferi għad-"drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità" bħala wieħed mill-oqsma li fihom jistgħu jiġu stabbiliti regoli minimi.
(2b)Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2011 dwar Pjan direzzjonali biex jiġu msaħħa d-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittmi b'mod partikolari fi proċedimenti kriminali[9]6,, il-Kunsill iddikjara li għandha tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jissaħħu d-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittimi tal-kriminalità. Għal dan il-għan u bi qbil ma' dik ir-Riżoluzzjoni, din id-Direttiva għandha l-għan li tirrevedi u tissupplimenta l-prinċipji stipulati fid-Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI u li jittieħdu passi 'l quddiem sinifikanti fil-livell tal-protezzjoni tal-vittmi fl-UE kollha, b'mod partikolari fil-qafas tal-proċedimenti kriminali.(3) Permezz tar-Riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2009 dwar it-tneħħija tal-vjolenza fuq in-nisa[10]7, il-Parlament Ewropew stieden lill-Istati Membri biex itejbu l-liġijiet u l-politiki nazzjonali tagħhom biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u biex jaġixxu bil-ħsieb li jingħelbu r-raġunijiet tal-vjolenza fuq in-nisa, billi jadottaw b'mod partikolari miżuri preventivi u stieden lill-Unjoni biex tiggarantixxi d-dritt għall-għajnuna u l-appoġġ għall-vittmi kollha tal-vjolenza.
(3a)Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' April 2011 dwar prijoritajiet u punti prinċipali ta' qafas politiku ġdid tal-UE rigward il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa[11]8 tipproponi strateġija għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, il-vjolenza domestika u l-mutilazzjoni ġenitali femminili bħala bażi għal strumenti leġislattivi tad-dritt kriminali futuri kontra l-vjolenza abbażi tas-sessi, inkluż qafas għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa (politika, prevenzjoni, protezzjoni, prosekuzzjoni, proviżjoni u sħubija) li għandu jiġi segwit minn pjan ta' azzjoni tal-UE. Ir-regolamentazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam tinkludi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW) tal-1979, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kumitat CEDAW, u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika adottata fis-7 ta' April 2011.(3b)Id-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-ordni Ewropea ta' protezzjoni[12]9 [u r-Regolament (UE) Nru ... 2012 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili[13]0] jistabbilixxu mekkaniżmi għar-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta' protezzjoni bejn l-Istati Membri. Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija[14]1 u d-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu[15]2 jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji partikolari tal-vittmi tal-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal, il-pedopornografija u t-traffikar tal-bnedmin.(3c) Id-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tirrikonoxxi li t-terroriżmu jikkostitwixxi wieħed mill-eżempji tal-aktar ksur serju tal-prinċipji li fuqhom inbniet u ġiet ibbażata l-Unjoni, inkluż il-prinċipji tad-demokrazija u l-eżerċizzju ħieles tad-drittijiet tal-bniedem.▌
(5) Il-kriminalità hija dannu kontra s-soċjetà kif ukoll ksur tad-drittijiet individwali tal-vittmi. Għalhekk, il-vittmi għandhom jiġu rikonoxxuti u trattati b'rispett u b'mod sensittiv u professjonali mingħajr diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tip ibbażata fuq kwalunkwe raġuni bħar-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, li wieħed ikun membru ta' minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, is-sessi, l-espressjoni tas-sessi, l-identità tas-sessi, l-orjentazzjoni sesswali, l-istatus ta' residenza jew l-istat ta' saħħa. Fil-kuntatti kollha ma' kull awtorità kompetenti li topera fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali, u kull servizz li jiġi f'kuntatt mal-vittmi, bħas-servizz ta' appoġġ għall-vittmi jew is-servizz ta' ġustizzja restorattiva għandhom jitqiesu s-sitwazzjoni personali u l-ħtiġijiet immedjati, l-età, is-sess, diżabbiltà possibbli u l-livell ta' maturità tal-vittmi filwaqt li tiġi rispettata bis-sħiħ l-integrità fiżika, mentali u morali tagħhom. Għandhom jiġu protetti minn vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta u mill-intimidazzjoni, għandhom jirċievu appoġġ xieraq biex jiġi ffaċilitat l-irkupru tagħhom u għandhom jingħataw aċċess suffiċjenti għall-ġustizzja.
(5a) Din id-Direttiva ma tittrattax il-kundizzjonijiet ta' residenza tal-vittmi ta' atti kriminali fit-territorju tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet previsti f'din id-Direttiva ma jsirux kundizzjonali fuq l-istatus ta' residenza legali tal-vittma fit-territorju tagħhom jew fuq iċ-ċittadinanza jew in-nazzjonalità tal-vittma. Ir-rappurtar ta' att kriminali jew il-parteċipazzjoni fi proċedimenti kriminali ma joħolqu ebda dritt fir-rigward tal-istatus ta' residenza tal-vittma.
(6) Din id-Direttiva għandha l-għan li temenda u li tespandi d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI. Peress li l-emendi li għandhom isiru huma ta’ għadd u ta' natura sostanzjali, dik id-Deċiżjoni Qafas għandha tiġi sostitwita kompletament fl-interess taċ-ċarezza.
(7) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, tfittex li tippromwovi d-dritt għad-dinjità, għall-ħajja, għall-integrità fiżika u mentali, il-libertà u s-sigurtà, id-dritt għal nondiskriminazzjoni, id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn is-sessi, id-dritt għall-proprjetà, ▌id-drittijiet tat-tfal, tal-anzjani u tal-persuni b'diżabilità, u d-dritt għal smigħ xieraq.
(8) Din id-Direttiva tistipula regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni.
(8a) Id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-awtur ta' ksur. L-użu tat-terminu "awtur ta' ksur" għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-preżunzjoni ta' innoċenza u jirreferi għal persuni suspettati u akkużati, meta dan jirreferi għall-istadji ta' qabel ir-rikonoxximent possibbli ta' ħtija jew il-kundanna. Madankollu, ikopri wkoll l-istat ta' meta persuna tkun ġiet ikkundannata bit-twettiq ta' att kriminali.
(8b) Din id-Direttiva tapplika għar-reati kriminali mwettqa fl-Unjoni Ewropea u għall-proċedimenti kriminali li jsiru fl-Unjoni. Hija tagħti biss drittijiet lill-vittmi ta' reati extraterritorjali fir-rigward tal-proċedimenti kriminali li jsiru fl-Unjoni. L-ilmenti li jsiru lill-awtoritajiet kompetenti barra mill-Unjoni, bħall-ambaxxati, m'għandhomx iwasslu għall-obbligi stipulati f'din id-Direttiva.
(8c) Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, għandha tingħata konsiderazzjoni primarja lill-aħjar interess tat-tfal, skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Vittmi li huma tfal għandhom jitqiesu u jiġu trattati bħala persuni li għandhom b'mod sħiħ id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva u għandhom jiġu intitolati li jeżerċitaw dawk id-drittijiet b'mod li jqis il-kapaċità tagħhom li jiffurmaw il-fehmiet tagħhom stess.
(8d) Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi b'diżabbiltajiet igawdu bis-sħiħ id-drittijiet taħt din id-Direttiva fuq bażi ugwali ma' persuni oħrajn, inkluż billi jiffaċilitaw l-aċċessibbiltà għall-bini fejn isiru l-proċedimenti kriminali kif ukoll l-aċċess għall-informazzjoni.
(8e) Il-vittmi tat-terroriżmu ġarrbu attakki li fl-aħħar mill-aħħar huma maħsuba biex jagħmlu ħsara lis-soċjetà. Għaldaqstant huma jistgħu ikunu jeħtieġu attenzjoni, appoġġ u rikonoxximent soċjali minħabba n-natura partikolari tal-att kriminali li jkun twettaq kontrihom. Il-vittmi tat-terroriżmu jistgħu ikunu taħt skrutinju pubbliku sinifikanti u ta' spiss ikunu jeħtieġu rikonoxximent soċjali u trattament b'rispett mis-soċjetà. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-vittmi tat-terroriżmu, u għandhom ifittxu li jipproteġu d-dinjità u s-sigurtà tagħhom.
(8f) Il-vjolenza diretta kontra persuna minħabba s-sess tiegħu jew tagħha, l-identità tas-sessi jew l-espressjoni tas-sessi jew li taffettwa lil persuni ta' sess partikolari b'mod disproporzjonat titqies bħala vjolenza abbażi tas-sessi. Din tista' tirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika lill-vittma jew fit-tbatija tal-vittma. Vjolenza abbażi tas-sessi titqies bħala forma ta' diskriminazzjoni u ksur tal-libertajiet fundamentali tal-vittma u tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, vjolenza sesswali (inkluż stupru, attakk u abbuż sesswali), traffikar tal-bnedmin u skjavitù u forom differenti ta' prattiki li jagħmlu l-ħsara, bħal żwiġijiet sfurzati, mutilazzjoni ġenitali femminili u atti kriminali mwettqa f'isem l-hekk imsejjaħ "unur". Vittmi nisa ta' vjolenza abbażi tas-sessi u t-tfal tagħhom ta' spiss ikunu jeħtieġu appoġġ u protezzjoni speċjali minħabba riskju għoli ta' vittimizzazzjoni ripetuta u intimidazzjoni fil-każ ta' dawn it-tipi ta' atti kriminali.
(8g) Meta l-vjolenza ssir f'relazzjoni mill-qrib, il-vjolenza tkun saret minn persuna li tkun konjuġi jew sieħeb/sieħba attwali jew preċedenti jew membru ieħor tal-familja tal-vittma, kemm jekk l-awtur tar-reat jaqsam jew kien jaqsam l-istess dar mal-vittma u kemm jekk dan ma jaqsamx jew ma kienx jaqsam l-istess dar. Tali vjolenza tista' tkopri vjolenza fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika u tista' tirriżulta f'dannu fiżiku jew mentali, tbatija emozzjonali jew telf ekonomiku. Il-vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib hija problema soċjali serja u ta' spiss moħbija li tista' tikkawża trawma psikoloġika u fiżika sistematika b'konsegwenzi qawwija minħabba li tkun twettqet minn persuna li l-vittma għandha tkun tista' tafda. Għaldaqstant il-vittmi tal-vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib jistgħu ikunu jeħtieġu miżuri speċifiċi ta' protezzjoni. In-nisa jiġu affettwati b'mod disproporzjonat minn dan it-tip ta' vjolenza u s-sitwazzjoni tista' tkun aktar gravi jekk il-mara tkun dipendenti mill-awtur ta' ksur finanzjarjament, soċjalment jew fir-rigward tad-dritt ta' residenza tagħha.
(9) Persuna għandha titqies li hija vittma irrispettivament minn jekk awtur ta' ksur jiġix identifikat, maqbud, imressaq il-qorti jew jekk jinstabx ħati u irrispettivament mir-relazzjoni ta' familja bejn l-awtur ta' ksur u dik il-persuna. B’riżultat tal-att kriminali anki l-membri tal-familja tal-vittmi jistgħu jsofru d-danni. B'mod partikolari, il-membri tal-familja ta' persuna li l-mewt tagħha ġie kkawżat direttament minn reat kriminali jista' jsirilhom ħsara b'riżultat tal-att kriminali. Għalhekk, vittmi indiretti bħal dawn għandhom jibbenefikaw ukoll mill-protezzjoni permezz ta' din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri biex jillimitaw l-għadd ta' membri tal-familja li jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet skont din id-Direttiva. Fil-każ tat-tfal, it-tfal stess jew id-detentur tar-responsabbiltà ta' ġenitur f'isem it-tfal għandhom ikunu intitolati jeżerċitaw id-drittijiet previsti minn din id-Direttiva, sakemm dan ikun fl-interess tat-tfal. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedura jew formalità amministrattiva nazzjonali li tikkonferma li persuna hija vittma.
(9a) Ir-rwol tal-vittmi fis-sistema tal-ġustizzja kriminali u l-possibbiltà li huma jieħdu sehem attiv fil-proċedimenti kriminali jvarjaw f'kull Stat Membru, skont is-sistema nazzjonali, u jiġu ddeterminati minn wieħed mill-kriterji li ġejjin: is-sistema nazzjonali tipprevedi status legali bħala parti għall-proċedimenti kriminali; il-vittma tkun taħt rekwiżit legali jew tkun mitluba tieħu sehem attiv fil-proċedimenti kriminali, bħalma huma x-xhieda; u/jew il-vittma tkun legalment intitolata skont il-liġi nazzjonali li tieħu sehem attiv fil-proċedimenti kriminali u tkun qed tfittex li tagħmel dan, fejn is-sistema nazzjonali ma tipprevedix status legali bħala parti għall-proċedimenti kriminali. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema minn dawk il-kriterji ser ikunu applikabbli biex jiġi ddeterminat l-ambitu tad-drittijiet previsti taħt l-Artikoli, fejn ikun hemm referenzi għar-rwol tal-vittma fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti.
(9b) L-informazzjoni u l-pariri mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi, mis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi u mis-servizzi tal-ġustizzja restorattiva għandha tingħata kemm jista’ jkun b’diversi mezzi li jinftiehmu mill-vittma. Din l-informazzjoni u pariri għandhom jingħataw b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-vittma tista' tinftiehem waqt il-proċeduri. F’dan ir-rigward, għandhom jitqiesu l-għarfien mill-vittma tal-lingwa użata biex tingħata l-informazzjoni, l-età, il-maturità, il-kapaċitajiet intellettwali u emozzjonali, il-livell ta’ litteriżmu u kwalunkwe indeboliment mentali jew fiżiku tagħha. Għandhom jitqiesu b'mod partikolari d-diffikultajiet fil-ftehim jew fil-komunikazzjoni li jistgħu ikunu minħabba diżabbiltà ta' xi tip, bħal problemi fis-smigħ jew fil-kliem. Bl-istess mod, waqt il-proċeduri kriminali għandhom jitqiesu wkoll il-limitazzjonijiet fil-kapaċitajiet tal-vittma li tikkomunika l-informazzjoni.
(9c) Il-mument meta jsir l-ilment għandu jitqies li jaqa' fil-kuntest tal-proċediment kriminali għall-finijiet ta' din id-Direttiva. Dan jinkludi wkoll sitwazzjonijet fejn l-awtoritajiet ex officio jibdew il-proċedimenti kriminali bħala riżultat ta' reat kriminali mġarrab minn vittma.
(9d) L-informazzjoni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tista', mill-mument tal-ewwel kuntatt ma' awtorità kompetenti, tingħata pereżempju f'fuljett li jagħti l-kundizzjonijiet bażiċi. L-Istati Membri mhumiex mitluba, f'dan l-istadju bikri tal-proċedimenti kriminali, jiddeċiedu dwar jekk il-vittma inkwistjoni tissodisfax il-kundizzjonijiet għar-rimborż tal-ispejjeż.
(9e) Meta jirrappurtaw att kriminali, il-vittmi għandhom jirċievu għarfien bil-miktub mill-pulizija, li jagħti l-elementi bażiċi tal-att kriminali, bħat-tip ta' att kriminali, il-ħin u l-post, il-ħsara u d-dannu kkawżati mill-att kriminali, eċċ. Dan l-għarfien għandu jinkludi numru ta' fajl u l-ħin u l-post għar-rappurtar tal-att kriminali sabiex potenzjalment iservi bħal dokumentazzjoni fiżika li l-att kriminali jkun ġie rrappurtat, pereżempju b'rabta ma' pretensjonijiet ta' assigurazzjoni.
(9f) Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-istatut ta' limitazzjoni, ir-rappurtar tard ta' reat kriminali, minħabba l-biża' ta' ritaljazzjoni, umiljazzjoni jew stigmatizzazzjoni, m'għandux iwassal biex jiġi mċaħħad l-għarfien tal-ilment tal-vittma.
(10) Meta tingħata l-informazzjoni, għandu jingħata biżżejjed dettall biex jiġi żgurat li l-vittmi jiġu trattati b'rispett u biex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar is-sehem tagħhom fil-proċedimenti▌. F’dan ir-rigward, l-informazzjoni li tippermetti lill-vittma tkun taf dwar l-istat attwali ta' kwalunkwe proċediment ▌hija partikolarment importanti. Dan huwa rilevanti bl-istess mod fir-rigward tal-informazzjoni li tippermetti lill-vittma li tiddeċiedi dwar jekk għandhiex tressaq talba għal reviżjoni ta’ deċiżjoni li permezz tagħha l-awtur ma jkunx se jiġi mixli. Sakemm mhux speċifikament meħtieġ, l-informazzjoni komunikata lill-vittma tista' tingħata bil-fomm jew bil-miktub, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi.
(10a) L-informazzjoni lil vittma għandha tintbagħat lill-aħħar indirizz għall-korrispondenza jew dettalji ta' kuntatt elettroniku magħrufa mogħtija lill-awtorità kompetenti mill-vittma. F'każijiet eċċezzjonali, pereżempju minħabba l-għadd kbir ta' vittmi involuti f'każ, l-informazzjoni tista' tingħata permezz tal-istampa, permezz ta' home page uffiċjali tal-awtorità kompetenti jew kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni simili.
(10b) L-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati jagħtu informazzjoni, fejn l-iżvelar ta' dik l-informazzjoni jista' jaffettwa t-trattament xieraq tal-każ jew jagħmel ħsara lil każ jew persuna partikolari, jew jekk l-Istat Membru jqis li dan ikun imur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.
(10c) L-awtoritajiet kompetenti involuti għandhom jiżguraw li l-vittmi jirċievu dettalji ta' kuntatt aġġornati għall-komunikazzjoni dwar il-każ tagħhom, sakemm il-vittma ma tkunx esprimiet xewqa li ma tirċevix informazzjoni bħal din.
(10d) Referenza għal "deċiżjoni" fil-kuntest tad-dritt għall-informazzjoni, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, għandha tinftiehem biss bħala referenza għall-istabbiliment tal-ħtija jew mod ieħor li jtemm il-proċedimenti kriminali. Ir-raġunijiet ta' dik id-deċiżjoni jistgħu jingħataw lill-vittma jew permezz ta' kopja tar-riżoluzzjoni fejn dik id-deċiżjoni hija inkluża jew permezz ta' sommarju qasir tagħhom.
(10e) Id-dritt għall-informazzjoni dwar il-ħin u l-post ta' proċess li jirriżulta mill-ilment dwar reat kriminali mġarrab mill-vittma japplika wkoll għall-informazzjoni dwar il-ħin u l-post ta' smigħ relatat ma' appell ta' sentenza fil-każ.
(10f) Għandha tingħata informazzjoni speċifika dwar ir-rilaxx jew il-ħarba tal-awtur ta' ksur lill-vittmi li jkunu esprimew tali xewqa tal-inqas fil-każijiet li fihom jista' jkun hemm periklu jew riskju identifikat ta' ħsara lill-vittmi, sakemm ma jkunx hemm riskju identifikat ta' ħsara għall-awtur ta' ksur li jirriżulta min-notifika. Fejn ikun hemm riskju identifikat ta' ħsara lill-awtur ta' ksur li jirriżulta min-notifika, l-awtorità kompetenti għandha tqis ir-riskji kollha meta tiddetermina azzjoni adatta. Ir-referenza għal "riskju identifikat ta' ħsara għall-vittmi" għandha tkopri fatturi bħas-severità jew in-natura tal-att kriminali u r-riskju ta' ritaljazzjoni. . Għalhekk, ma għandhiex tkun applikata għal dawk is-sitwazzjonijiet fejn seħħew atti kriminali żgħar u b'hekk ikun hemm possibbiltà żgħira ħafna ta' ħsara lill-vittma.
(10g) Il-vittmi għandha tingħatalhom informazzjoni dwar kwalunkwe dritt għall-appell ta' deċiżjoni li jiġi rilaxxat l-awtur ta' ksur, jekk tali dritt ikun jeżisti fil-liġi nazzjonali.
▌
(12) Ma tistax issir ġustizzja b’mod effettiv sakemm il-vittmi ma tkunx tista’ tispjega tajjeb iċ-ċirkostanzi tad-delitt li tkun ġarrbet u tipprovdi l-provi tagħha lill-awtoritajiet kompetenti b’mod li jinftiehem. Huwa daqstant importanti li jiġi żgurat li l-vittma tiġi trattata b'rispett u li jkollha l-possibilità li teżerċita d-drittijiet tagħha. Għaldaqstant is-servizzi ta' interpretazzjoni bla ħlas, f'konformità mar-rwol tal-vittma fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti, għandhom dejjem ikunu disponibbli waqt l-interrogazzjoni tal-vittma u għas-sehem attiv tagħha fis-smigħ tal-qorti. Fir-rigward ta’ aspetti oħrajn tal-proċeduri kriminali, il-ħtieġa għall-interpretar u t-traduzzjoni tista’ tvarja skont il-kwistjonijiet speċifiċi, ir-rwol tal-vittma u l-involviment tagħha fil-proċeduri u kwalunkwe drittijiet speċifiċi li jista’ jkollha. Fil-fatt, jeħtieġ li s-servizzi ta’ interpretar u ta' traduzzjoni għal dawn il-każijiet l-oħrajn. jiġu pprovduti biss sa fejn ikun neċessarju biex il-vittmi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.
(12a) Il-vittma għandu jkollha d-dritt tikkuntesta deċiżjoni li ssib li m'hemmx ħtieġa għat-traduzzjoni jew l-interpretazzjoni, skont il-proċeduri fil-liġi nazzjonali. Dan id-dritt ma jinvolvix l-obbligu għall-Istati Membri li jipprevedu mekkaniżmu separat jew proċedura ta' lmenti li fihom tista' tiġi kkuntestata deċiżjoni u m'għandhomx itawlu l-proċedimenti kriminali b'mod mhux raġonevoli. Reviżjoni interna tad-deċiżjoni tkun biżżejjed.
(12b) Il-fatt li vittma titkellem biss lingwa waħda, li rarament tiġi mitkellma, m'għandux fih innifsu jkun raġuni għalxiex jiġi deċiż li t-traduzzjoni jew l-interpretazzjoni ttawwal il-proċedimenti kriminali b'mod mhux raġonevoli.
(13) L-appoġġ ▌għandu jkun disponibbli mill-mument li l-awtoritajiet ikunu konxji mill-vittma u matul il-proċedimenti kriminali u għal żmien adatt wara tali proċedimenti skont il-ħtiġijiet tal-vittma u d-drittijiet skont din id-Direttiva. L-appoġġ għandu jingħata b’mezzi varji, mingħajr formalitajiet żejda u b’distribuzzjoni ġeografika suffiċjenti, li jippermettu li l-vittmi kollha jkollhom l-opportunità ta' aċċess għal dawn is-servizzi. Il-vittmi li ġarrbu dannu konsiderevoli minħabba s-severità u l-gravità tal-att kriminali jistgħu jirrikjedu servizzi speċjalisti ta' appoġġ ▌.
(13a) Dawk li huma l-aktar vulnerabbli jew li jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet partikolarment esposti, bħal persuni li jkunu soġġetti għal vjolenza ripetuta f'relazzjonijiet mill-qrib, vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sess, jew persuni li jkunu vittmi ta' tipi oħrajn ta' kriminalità fi Stat Membru li mhumiex ċittadini tiegħu jew residenti fih, jeħtieġu appoġġ speċjalizzat u protezzjoni legali. Is-servizzi ta' appoġġ speċjalizzat għandhom ikunu bbażati fuq approċċ integrat u mmirat li b'mod partikolari għandu jqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi, is-severità tal-ħsara mġarrba b'riżultat ta' reat kriminali, kif ukoll ir-relazzjoni bejn il-vittmi, l-awturi ta' ksur, it-tfal u l-ambjent soċjali usa' tagħhom. Kompitu ewlieni ta' dawn is-servizzi u tal-persunal tagħhom, li għandhom rwol importanti fl-appoġġ tal-vittmi biex jirkupraw u jgħelbu minn dannu jew trawma potenzjali kaġun ta' reat kriminali, għandu jkun dak li jinformaw lill-vittmi dwar id-drittijiet tagħhom kopruti mill-ambitu ta' din id-Direttiva u għandhom jikkontribwixxu sabiex ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet f'ambjent ta' sostenn li jitratthom b'dinjità, rispett u sensittività. It-tipi ta' appoġġ li dawn is-servizzi dedikati għandhom joffru jistgħu jinkludu, għalkemm ma għandhomx ikunu limitati għal provviżjoni ta' kenn u ta' akkomodazzjoni sikura, appoġġ mediku rapidu, referenza għal eżami mediku u forensiku għal evidenza f'każijiet ta' abbuż sesswali, konsulenza psikoloġika immedjata u fit-tul, kura f'każ ta' trawma, konsulenza legali, aċċess għal konsulenza legali u servizzi speċifiċi għat-tfal bħala vittmi diretti jew indiretti. Is-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi mhumiex fihom infushom mistennija jipprovdu għarfien espert speċjalist u professjonali estensiv. Jekk ikun meħtieġ, is-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi għandhom jgħinu lill-vittmi biex jitolbu l-appoġġ professjonali eżistenti, pereżempju l-psikologi.
(14) Minkejja li l-għoti ta’ appoġġ m’għandux jiddependi fuq il-fatt li l-vittmi jagħmlu kwerela ma' awtorità kompetenti, bħall-pulizija, dawn l-awtoritajiet spiss ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jinfurmaw il-vittmi dwar il-possibilità ta’ appoġġ. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa biex jistabbilixxu kundizzjonijiet xierqa li jippermettu li l-vittmi jiġu rreferiti għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, anki billi jkun żgurat li jkunu jistgħu u jiġu rrispettati r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta. Għandhom jiġu evitati riferimenti ripetuti.
(14a) Id-dritt tal-vittmi li jinstemgħu għandu wkoll jitqies li ġie mogħti fejn il-vittmi jistgħu jagħmlu stqarrijiet jew spjegazzjonijiet bil-miktub.
(14b) Id-dritt tal-vittmi tfal li jinstemgħu fi proċedimenti kriminali m'għandux jiġi prekluż biss fuq il-bażi li l-vittma tkun tifel/tifla jew tal-età ta' tifel/tifla.
(15) Id-dritt għal reviżjoni tad-deċiżjoni li ma ssirx prosekuzzjoni jirreferi għal deċiżjonijiet meħuda minn prosekuturi u mħallfin jew awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi investigattivi bħal uffiċjali tal-pulizija, iżda mhux għad-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati. Kwalunkwe reviżjoni ta’ deċizjoni li ma ssirx prosekuzzjoni għandha titwettaq minn persuna jew awtorità differenti minn dik li tkun għamlet id-deċiżjoni oriġinali, sakemm id-deċiżjoni inizjali li ma ssirx prosekuzzjoni ma tkunx ittieħdet mill-ogħla awtorità ta' prosekuzzjoni, li kontra d-deċiżjoni tagħha ma tista' ssir l-ebda reviżjoni, u li f'liema każ ir-reviżjoni tista' ssir minn dik l-istess awtorità. Id-dritt li tiġi riveduta deċiżjoni li ma ssirx prosekuzzjoni ma tikkonċernax proċeduri speċjali, bħall-proċedimenti kontra membri tal-parlament jew tal-gvern, b'rabta mat-tħaddim tal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom.
(15a) Deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti għandha tkopri wkoll sitwazzjonijiet li fihom il-prosekutur jiddeċiedi li jirtira l-akkużi jew li ma jkomplix il-proċedimenti.
(15b) Deċiżjoni tal-prosekutur li tirriżulta f'riżoluzzjoni barra l-qorti u li għalhekk ittemm il-proċedimenti, għandha biss teskludi lill-vittmi mid-dritt għar-reviżjoni tad-deċiżjoni tal-prosekutur li ma ssirx prosekuzzjoni, jekk ir-riżoluzzjoni tkun timponi twissija jew obbligu.
(16) Is-servizzi ta' ġustizzja restorattiva, li jinkludu pereżempju l-medjazzjoni bejn il-vittma u l-ħati il-konferenzi fi grupp tal-familja u l-gruppi ta’ konsulenti li jissuġġerixxu lill-imħallfin l-aħjar piena ("sentencing circles"), jistgħu jkunu ta’ benefiċċju kbir għall-vittma imma jkollhom bżonn ta' salvagwardji biex tiġi evitata vittimizzazzjoni ulterjuri. Għaldaqstant, dawn is-servizzi għandhom primarjament iqisu l-interessi u l-ħtiġijiet tal-vittma, it-tiswija tad-danni li tkun ġarrbet il-vittma u l-prevenzjoni ta’ iktar danni. Meta każ jintbagħat għall-proċess restorattiv u jitwettaq dan il-proċess, iridu jitqiesu fatturi bħat-tip, in-natura u l-gravità tal-att kriminali, il-grad ta' trawma sussegwenti, il-vjolazzjoni ripetuta tal-integrità fiżika, sesswali jew psikoloġika ta' vittma, l-iżbilanċ fil-poteri, l-età, il-maturità jew il-kapaċità intellettwali tal-vittma li jistgħu jillimitaw jew inaqqsu l-kapaċità tal-vittma li tagħmel għażla infurmata jew li jistgħu jtellfu lill-vittma milli jkollha riżultat pożittiv. Proċedimenti privati b'mod ġenerali għandhom ikunu kunfidenzjali, sakemm mhux maqbul mod ieħor mill-partijiet, jew kif meħtieġ mil-liġi nazzjonali minħabba interess pubbliku iktar importanti. Fatturi bħal theddid li jkun sar jew kull forma ta' vjolenza li sseħħ matul il-proċess jistgħu jitqiesu bħala li jeħtieġ li jiġu żvelati fl-interess pubbliku.
(16a) Il-vittmi m'għandhomx ikunu mistennija li jġarrbu spejjeż biex jieħdu sehem fi proċedimenti kriminali. Madankollu, m'għandhomx ikunu mistennija li jġarrbu spejjeż mhux meħtieġa meta jagħmlu dan. L-Istati Membri huma meħtieġa jirrimborżaw biss l-ispejjeż meħtieġa, iżda mhumiex meħtieġa jirrimborżaw l-onorarji legali tal-vittmi. L-Istati Membri jistgħu jimponu kundizzjonijiet ta' pagament fil-liġi nazzjonali, bħal limiti ta' żmien għal talba ta' rimborż, rati standard għall-ispejjeż ta' għajxien u vvjaġġar u ammonti massimi għal kuljum għat-telf ta' qligħ. Id-dritt għal rimborż tal-ispejjeż fi proċedimenti kriminali ma għandux jiġi relatat ma' sitwazzjoni fejn il-vittma tagħmel dikjarazzjoni dwar reat kriminali. L-ispejjeż jeħtieġ li jitħallsu biss sa fejn il-vittma tkun obbligata jew mitluba mill-awtoritajiet kompetenti li tkun preżenti u tieħu sehem attiv fil-proċedimenti.
(16b) Propjetà sekwestrata fi proċedimenti kriminali li tista' tiġi rkuprata għandha tintradd lura lill-vittma tal-att kriminali kemm jista' jkun malajr, sakemm ma jkunx hemm kundizzjonijiet eċċezzjonali, bħal tilwim dwar is-sjieda, il-pussess tal-proprjetà jew il-proprjetà nnifisha tkun illegali. Ir-radd lura tal-proprjetà għandu jkun mingħajr preġudizzju għaż-żamma leġittima tagħha għall-iskop ta' proċedimenti legali oħra.
(16c) Id-dritt għal deċiżjoni dwar kumpens mill-awtur ta' ksur u l-proċedura applikabbli rilevanti għandhom japplikaw ukoll għall-vittmi residenti fi Stat Membru ieħor apparti l-Istat Membru fejn seħħ ir-reat kriminali.
(16d) L-obbligu inkluż f'din id-Direttiva li jiġu trasmessi l-ilmenti m'għandux jaffettwa l-kompetenza tal-Istati Membri li jibdew proċedimenti u huwa bla preġudizzju għar-regoli ta' kunflitt tal-ġurisdizzjoni, inkluż dwar l-iskambju ta' informazzjoni, kif stipulat fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni fi proċedimenti kriminal[16]3.i.
(16e) Jekk il-vittma tkun telqet it-territorju tal-Istat Membru fejn ikun seħħ ir-reat kriminali, dak l-Istat Membru m'għandux jibqa' jiġi obbligat jagħti għajnuna, appoġġ u ħarsien ħlief għal dak li huwa direttament relatat ma' kwalunkwe proċediment kriminali li jkun qed iwettaq fir-rigward tar-reat kriminali inkwistjoni, bħal miżuri ta' protezzjoni speċjali waqt il-proċedimenti tal-qorti. L-Istat Membru ta' residenza tal-vittma għandu jagħti l-assistenza, l-appoġġ u l-protezzjoni meħtieġa għall-ħtieġa tal-vittma li jirkupra.
(16f) Għandhom ikunu disponibbli miżuri biex jitħarsu s-sikurezza u d-dinjità tal-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom minn ritaljazzjoni, intimidazzjoni, vittimizzazzjoni ripetuta u ulterjuri, bħal mandati interim jew protezzjoni jew garanziji imposti (restraining orders).
(16g) Għandu jiġi limitat ir-riskju ta’ vittimizzazzjoni ulterjuri mill-awtur jew b’riżultat tal-parteċipazzjoni fil-proċeduri kriminali billi l-proċedimenti jitwettqu b’mod koordinat li jittratta l-vittmi b’rispett u li jippermettilhom li jiksbu fiduċja fl-awtoritajiet. L-interazzjoni mal-awtoritajiet għandha tkun faċli kemm jista’ jkun u fl-istess ħin l-għadd ta’ interazzjonijiet bla bżonn mal-vittma għandu jkun limitat, pereżempju billi jintużaw reġistrazzjonijiet bil-vidjo ta’ interrogazzjonijiet u billi jkun permess li dawn jintużaw fil-proċeduri tal-qorti. Il-prattikanti għandu jkollhom medda wiesgħa ta’ miżuri disponibbli biex tiġi evitata s-sofferenza tal-vittma waqt il-proċedimenti fil-qorti, b’mod partikolari minħabba l-kuntatt viżiv mal-imputat, mal-familja tiegħu, mal-kompliċi tiegħu jew mal-membri tal-pubbliku. Għal dan il-għan, l-Istati Membri huma mħeġġa jintroduċu, speċjalment fil-bini tal-qrati u l-għases tal-pulizija, miżuri fattibbli u prattiċi li jippermettu li l-faċilitajiet ikunu jinkludu, pereżempju, entrati separati, żoni ta' stennija, eċċ. għall-vittmi. Barra minn hekk l-Istati Membri għandhom, sa fejn ikun possibbli, jippjanaw il-proċedimenti kriminali sabiex jiġu evitati l-kuntatti bejn l-awtur tal-ksur u l-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom, pereżempju billi l-vittma u l-awtur tal-ksur jissejħu għas-smigħ f'ħinijiet differenti.
(16h) Il-protezzjoni tal-privatezza tal-vittma tista’ tkun mezz importanti ta' kif tiġi evitata iktar vittimizzazzjoni u tista' tinkiseb permezz ta' sensiela ta' miżuri li jinkludu l-projbizzjoni tal-iżvelar jew limitazzjonijiet fl-iżvelar ta' informazzjoni li tirrigwarda l-identità u l-post fejn tkun tinsab il-vittma. Din il-protezzjoni hija partikolarment importanti għall-vittmi tfal, u tinkludi wkoll il-projbizzjoni tal-iżvelar tal-isem tat-tifel jew tat-tifla. Madankollu, jista' jkun hemm każijiet fejn, b'eċċezzjoni, ikun ta' ġid għat-tfal jekk l-informazzjoni tkun qed tiġi żvelata jew anke ppubbliċizzata b'mod wiesa', pereżempju meta t-tfal ikunu nħatfu. Il-miżuri biex jitħarsu l-privatezza u x-xbihat tal-vittmi u tal-membri tal-familji tagħhom għandhom dejjem ikunu konsistenti mal-Artikoli 6 u 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali dwar id-dritt għal proċess ġust u l-libertà tal-espressjoni.
(17) Waqt il-proċedimenti kriminali wħud mill-vittmi jkunu partikolarment f'riskju għall-vittimizzazzjoni ripetuta u għall-intimidazzjoni min-naħa tal-awtur ta' ksur ▌. Riskji bħal dawn jiġu b'mod ġenerali ▌mill-karatteristiċi personali tal-vittma, it-tip jew in-natura tal-att kriminali u ċ-ċirkostanzi tal-att kriminali. Huwa biss permezz ta' valutazzjonijiet individwali, imwettqa kemm jista' jkun malajr, li dawn ir-riskji jistgħu jiġu identifikati b'mod effettiv. Tali valutazzjonijiet għandhom jitwettqu għall-vittmi kollha biex jiddeterminaw jekk humiex f'riskju ta' vittimizzazzjoni ulterjuri u liema miżuri ta' protezzjoni speċjali jeħtieġu.
(18) Il-valutazzjonijiet individwali għandhom ▌iqisu l-karatteristiċi personali tal-vittma bħall-età, is-sess, l-identità jew l-espressjoni tas-sessi, l-etniċità, ir-razza, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, ▌is-saħħa, id-diżabbiltà, l-istatus ta' residenza, id-diffikultajiet komunikattivi, ir-relazzjoni mal-awtur ta' ksur jew id-dipendenza minnu, esperjenza preċedenti tal-kriminalità, it-tip jew in-natura tal-att kriminali jew iċ-ċirkostanza tal-att kriminali bħal att kriminali ta' mibegħda, att kriminali ta' preġudizzju jew att kriminali mwettaq bi skop diskriminatorju, vjolenza sesswali, vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, fejn l-awtur ta' ksur kien f'pożizzjoni ta' kontroll, ir-residenza tal-vittma tkun f'żona b'livell għoli ta' kriminalità jew iddominata mill-gruppi kriminali, jew jekk il-vittma tkunx barranija.
(18a) Il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, il-vjolenza jew l-isfruttament sesswali, il-vjolenza abbażi tas-sessi, l-atti kriminali ta' mibegħda, il-vittmi b'diżabbiltajiet jew il-vittmi tfal x'aktarx jgħaddu minn rata għolja ta' vittimizzazzjoni jew intimidazzjoni sekondarja jew ripetuta jew intimidazzjoni. Il-valutazzjoni ta' jekk vittmi bħal dawn ikunux f'riskju ta' vittimizzazzjoni ulterjuri għandha ssir b'reqqa partikolari u għandu jkun hemm preżunzjoni qawwija li dawk il-vittmi ser jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi ta' protezzjoni.
(19) Vittmi li ġew identifikati bħala vulnerabbli għal vittimizzazzjoni jew intimidazzjoni sekondarja jew ripetuta għandhom jingħataw il-miżuri adatti biex jipproteġuhom matul il-proċedimenti kriminali. In-natura eżatta ta' ▌tali miżuri għandha tiġi determinata permezz tal-valutazzjoni individwali b'kont meħud tax-xewqa tal-vittma. Sa fejn kwalunkwe tali miżura għandha tiġi determinata mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u f'konformità mar-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja. Il-preokkupazzjonijiet u l-biżgħat tal-vittma fir-rigward tal-proċeduri għandhom ikunu fattur ewlieni fid-determinazzjoni ta’ jekk ikunx hemm bżonn ta' xi miżura partikolari.
(19a) Il-ħtiġijiet u l-limiti operattivi immedjati jistgħu jagħmlu impossibli li jiġi żgurat pereżempju li l-istess uffiċjal tal-pulizija jintervista b'mod konsistenti lill-vittma: il-mard, il-maternità jew il-liv tal-ġenituri huma eżempji ta' tali limiti. Barra minn hekk, postijiet strutturati speċjalment għall-intervisti mal-vittmi, jista' jkun li ma jkunux disponibbli minħabba renovazzjoni eċċ. Fil-każ ta' tali limiti operattivi jew prattiċi, jista' ma jkunx possibbli li miżura speċjali prevista wara valutazzjoni individwali tiġi provduta skont il-każ.
▌
(23) Meta, f'konformità ma' din id-Direttiva, jkollhom jinħatru tutur ▌jew rappreżentant għat-tifel jew tifla, dawk ir-rwoli jistgħu jitwettqu mill-istess persuna jew minn persuna ġuridika, istituzzjoni jew awtorità.
(24) Kwalunkwe uffiċjali involuti fi proċedimenti kriminali li x'aktarx ikollu kuntatt personali mal-vittmi għandhom jkollhom aċċess u jirċievu taħriġ adegwat sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw ▌il-vittmi u l-ħtiġijiet tagħhom u jittrattawhom b'mod sensibbli, rispettuż, professjonali u non-diskriminatorju kemm permezz tat-taħriġ inizjali u tat-taħriġ kontinwu u sa livell adatt għall-kuntatt tiegħu mal-vittmi. Il-prattikanti li x'aktarx ikunu involuti fil-valutazzjoni individwali biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet għall-protezzjoni speċifika tal-vittmi u tiġi determinata l-ħtieġa tagħhom għall-miżuri ta' protezzjoni speċjali għandhom jirċievu taħriġ speċifiku dwar kif titwettaq tali valutazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw dan ir-rekwiżit ta' taħriġ għas-servizzi tal-pulizija, il-persunal fi ħdan l-awtoritajiet ġudizzjarji. Ugwalment, it-taħriġ għandu jkun promoss għall-avukati, il-prosekuturi u l-imħallfin u għall-prattikanti li jipprovdu appoġġ lill-vittmi u servizzi tal-ġustizzja risorattivi. Dan ir-rekwiżit għandu jinkludi taħriġ dwar is-servizzi speċifiċi li l-vittmi għandhom ikunu riferuti għalihom jew taħriġ speċjalizzat fejn xogħolhom jiffoka fuq il-vittmi bi ħtiġiet speċjali u taħriġ psikoloġiku speċifiku kif adatt. Fejn relevanti, tali taħriġ għandu jkun sensittiv għall-ugwaljanza bejn is-sessi. L-azzjonijiet tal-Istati Membri dwar it-taħriġ għandhom jiġu kumplementati b'linji gwida, rakkomandazzjonijiet u skambju tal-aħjar prattiki f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2011.
(25) L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u jaħdmu mill-qrib magħhom, inkluż l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rikonoxxuti u attivi li jaħdmu mal-vittmi tal-kriminalità, b'mod partikolari f'inizjattivi ta' tfassil tal-politika, f’kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, fi programmi ta' riċerka u ta' edukazzjoni u fit-taħriġ, kif ukoll fil-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-impatt ta' miżuri li joffru appoġġ u protezzjoni lill-vittmi tal-kriminalità. Sabiex il-vittmi tal-att kriminali jirċievu l-grad korrett ta' attenzjoni, appoġġ u protezzjoni, is-servizzi pubbliċi għandhom jaħdmu f'manjiera koordinata u għandhom ikunu involuti fil-livelli amministrattivi kollha - fil-livell tal-Unjoni, u fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak lokali. Il-vittmi għandhom ikunu megħjuna biex isibu u jindirizzaw id-drittijiet tal-awtoritajiet sabiex jiġu evitati r-rinviji ripetuti. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jiżviluppaw is-servizzi ta' diversi aġenziji, b'segwitu tal-prinċipju ta' 'punt uniku ta' aċċess' jew 'punt uniku ta' servizz', li jindirizzaw il-ħtiġijiet multipli tal-vittmi meta jkunu involuti fi proċedimenti kriminali, inkluża l-ħtieġa li jirċievu informazzjoni, appoġġ, assistenza, protezzjoni u kumpens.
(25a) Sabiex jitħeġġeġ u jiġi ffaċilitat ir-rappurtaġġ u biex il-vittmi jitħallew ikissru ċ-ċiklu ta' vittimizzazzjoni ripetuta, hu kruċjali li l-vittmi jkollhom servizzi ta' appoġġ adegwati u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu mħejjija biex jirreaġixxu għar-rapporti tal-vittmi b'mod rispettuż, sensittiv, ibbilanċjat u professjonali. Dan jista' jżid il-fiduċja tal-vittmi fis-sistema tal-ġustizzja kriminali u jnaqqas in-numru ta' atti kriminali mhux irrappurati. Il-prattikanti li x'aktarx jirċievu lmenti mill-vittmi dwar reati kriminali huma mħarrġa b'mod adatt biex jiffaċilitaw ir-rappurtar, u għandhom jiġu attwati miżuri biex ikun jista' jsir ir-rappurtar minn parti terza, inklużi l-organizzazzjoniet tas-soċjetà ċivili. Għandu jkun possibbli li jsir użu mit-teknoloġiji ta' komunikazzjoni, bħall-posta elettronika, reġistrazzjonijiet b'vidjo jew forom elettroniċi online sabiex jiġu rreġistrati l-ilmenti.
(25b) Il-ġbir tad-data sistematiku u adegwat huwa rikonoxxut bħala komponenti essenzjali tat-tfassil effettiv tal-politika fil-qasam tad-drittijiet tal-vittmi kopert mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Sabiex tiġi ffaċiltata l-evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-data relevanti relatata mal-applikazzjoni tal-proċeduri nazzjonali dwar il-vittmi ta' att kriminali, inklużi tal-anqas in-numru, it-tip jew in-natura tal-atti kriminali rrappurtati, u safejn tali data hi magħrufa jew disponibbli, in-numru tal-vittmi, l-età u s-sess tagħhom. Data ta' statistika rilevanti tista' tinkludi data ġudizzjarja rreġistrata mill-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u, sa fejn possibbli, data amministrattiva miġbura mis-servizzi tal-kura tas-saħħa u tal-ħarsien soċjali u appoġġ mhux governattiv lill-vittmi, ġustizzja restorattiva u organizzazzjonijiet oħrajn li jaħdmu ma' vittmi ta' att kriminali. Data ġudizzjarja tista' tinkludi informazzjoni dwar att kriminali rappurtati, l-għadd ta' kawżi li huma investigati, taħt prosekuzzjoni u maqtugħin. Data amministrattiva bbażata fuq servizzi tista' tinkludi, sa fejn possibbli, data dwar kif il-vittmi qed jużaw is-servizzi pprovduti mill-aġenziji tal-gvern u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ pubbliċi u privati, bħall-għadd ta' riferimenti mill-pulizija lis-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi, l-għadd ta' vittmi li jitolbu, jirċievu u li ma jirċievux appoġġ jew ġustizzja restorattiva.
(26) Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu stabbiliti ▌ standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni ta' vittmi ta' att kriminali, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri jekk jaġixxu unilateralment, jew fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, iżda pjuttost jistgħu minħabba l-iskala u l-effetti potenzjali jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.
(27) Id-dejta personali pproċessata meta tiġi implimentata din id-Direttiva għandha tkun protetta skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali u skont il-prinċipji stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Dejta Personali, irratifikata mill-Istati Membri kollha.
(28) Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa aktar dispożizzjonijiet usa' li jinsabu f'atti oħra tal-Unjoni li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi ta' vittmi partikolari, bħall-vittmi ta' traffikar ta' bnedmin u vittmi ta' abbuż sesswali tat-tfal, sfruttament sesswali u pedopornografija, b'mod aktar immirat.
(29) F'konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
(30) Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u ▌mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Kapitolu 1
DISPOŻIZZJONIJIET TAL-BIDU
Artikolu 1
Għanijiet
1. L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura li vittmi ▌tal-kriminalità, kif definit fl-Artikolu 2, jingħataw appoġġ u protezzjoni xierqa ▌u li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċedimenti kriminali ▌.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi huma rikonoxxuti u trattati b'rispett, b'mod sensittiv, individwali, professjonali u non-diskriminatorju ▌, fil-kuntatti kollha b'appoġġ għall-vittmi jew bis-servizzi ta' ġustizzja restorattiva jew kwalunkwe awtorità kompetenti, li topera fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali. Id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-vittmi b'mod non-diskriminatorju, inkluż fir-rigward tal-istatus ta' residenza tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, fejn il-vittmi huma tfal, l-aqwa interessi tat-tfal għandhom ikunu l-ewwel konsiderazzjoni u għandhom jiġu evalwati fuq bażi individwali. Approċċ sensittiv għat-tfal, li jqis l-età tat-tfal, il-livell ta' maturità u l-fehmiet, il-ħtiġijiet u t-tħassib tat-tfal, għandu jipprevali fl-interazzjonijiet kollha. It-tfal u r-rappreżentanti legali tagħhom, jekk ikun hemm, għandhom jiġu informati bi kwalunkwe miżura jew dritt iffukat speċifikament fuq id-drittijiet tat-tfal.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
–(a) 'vittma' tfisser:
1.1.1.1. (i) persuna fiżika li tkun ġarrbet dannu, inkluż dannu fiżiku jew mentali, sofferenza emottiva jew telf finanzjarju, li jkun ġie kkawżat direttament minn reat kriminali;
1.1.1.2. (ii) ▌membri tal-familja ta' vittma li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat kriminali u li b'riżultat ta' dan ġarrbu ħsara;
–(b) 'membri tal-familja' tfisser wieħed mill-konjuġi, il-persuna li qed tgħix mal-vittma f'relazzjoni intima u impenjata fuq bażi stabbli u kontinwa u b' dar konġunta, il-qraba diretti, l-aħwa, u d-dipendenti tal-vittma;
–▌
–(e) 'servizzi ta' ġustizzja restorattiva' tfisser kwalunkwe proċess li permezz tiegħu l-vittma u l-awtur tar-reat jistgħu, jekk jagħtu kunsens b'mod liberu, jipparteċipaw b'mod attiv fir-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet li joħorġu mill-att kriminali permezz tal-għajnuna ta' parti terza imparzjali;
–(f) "tifel jew tifla" jfisser kwalunkwe persuna taħt l-età ta' 18-il sena;
–▌
2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri:
1.1.1.3. (a) biex jillimitaw l-għadd ta' membri tal-familja li jistgħu jgawdu mid-drittijiet taħt din id-Direttiva b'kont meħud taċ-ċirkostanzi individwali ta' kull każ; u
1.1.1.4. (b) f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii), biex jiddeterminaw liema membri tal-familja għandhom prijorità fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet taħt din id-Direttiva.
1.1.1.5.Kapitolu 2
L-GĦOTI TA’ INFORMAZZJONI U APPOĠĠ
Artikolu 2a
Id-dritt li wieħed jifhem u li jinftiehem
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jgħinu lill-vittmi biex dawn jifhmu u jkunu jistgħu jinftiehmu mill-ewwel kuntatt u waqt kwalunkwe interazzjoni meħtieġa tagħhom ma' kwalunkwe awtorità kompetenti fil-kuntest tal-proċedimenti kriminali, anki meta l-informazzjoni tiġi trasmessa minn awtoritajiet bħal dawn.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li komunikazzjonijiet mal-vittmi huma offruti b'lingwa sempliċi u aċċessibbli, jew bil-fomm jew bil-miktub. Tali komunikazzjonijiet għandhom iqisu karatteristiċi personali tal-vittmi inkluż kwalunkwe diżabbiltà li tista' taffettwa l-abbiltà tagħhom biex jifhmu jew jikkomunikaw.
3. Sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi tal-vittmi jew ma jiġix ippreġudikat il-proċess tal-proċedimenti, l-Istati Membri għandhom iħallu lill-vittmi jiġu akkumpanjati minn persuna li jagħżlu huma fl-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti, meta l-vittma titlob l-għajnuna biex tifhem u tinftiehem minħabba l-impatt tal-kriminalità.
Artikolu 3
Id-dritt li tingħata informazzjoni mal-ewwel kuntatt li jsir ma' awtorità kompetenti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi huma offruti din l-informazzjoni li ġejja, mingħajr dewmien mhux neċessarju, mill-ewwel kuntatt tagħhom mal-awtorità kompetenti biex ikunu jistgħu jingħataw aċċess għad-drittijiet tagħhom previsti f'din id-Direttiva:
(a) it-tip ta' appoġġ li jista' jinkiseb u minn min, inkluż fejn rilevanti, informazzjoni bażika dwar l-aċċess għall-appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ ta' speċjalista, inkluż appoġġ psikoloġiku, u akkomodazzjoni alternattiva;
▌
1.1.1.6. (d) il-proċeduri li jsegwu wara li ssir il-kwerela dwar reat u r-rwol tagħhom b’konnessjoni ma’ dawn il-proċeduri;
1.1.1.7. (e) kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiksbu protezzjoni, inklużi miżuri ta' protezzjoni;
1.1.1.8. (f) kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiksbu aċċess għal parir legali, għajnuna legali jew kwalunkwe tip ieħor ta' parir;
1.1.1.9. (g) kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiksbu aċċess għall-kumpens;
1.1.1.10. (ga) kif u taħt liema kundizzjonijiet huma intitolati għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni;
1.1.1.11. (h) jekk ikunu residenti fi Stat Membru apparti minn dak li fih ikun seħħ ir-reat, kull miżura, proċedura jew arranġament speċjali, li huma disponibbli sabiex ▌jipproteġu l-interessi tagħhom fl-Istat Membru, fejn ikun sar il-kuntatt;
1.1.1.12.(i) kwalunkwe proċedura biex jitressqu lmenti meta d-drittijiet tagħhom ma jiġux irrispettati mill-awtorità kompetenti li topera fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali;
1.1.1.13. (j) id-dettalji ta’ kuntatt għall-komunikazzjonijiet dwar il-każ tagħho;
1.1.1.14. (ja) servizzi ta' ġustizzja restorattiva disponibbli;
1.1.1.15.(jb) kif u taħt liema kundizzjonijiet jista' jkollhom spejjeż imġarrba b'riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedimenti kriminali rimborżati.
2. Il-firxa jew id-dettall ta' dik l-informazzjoni tista' tvarja abbażi tal-ħtiġijiet speċifiċi u ċ-ċirkostanzi personali tal-vittma u t-tip jew in-natura tal-att kriminali. Jistgħu jiġu pprovduti dettalji addizzjonali wkoll fi stadji aktar tard skont il-ħtiġijiet tal-vittma u r-rilevanza tagħhom f'kull stadju tal-proċedimenti.
Artikolu 3a
Dritt tal-vittmi meta jagħmlu ilment
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jirċievu rikonoxximent bil-miktub li jiddikjara l-elementi bażiċi relatati ma' reat ta’ kwalunkwe lment formali ta' att kriminali li jkunu għamlu mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi li jixtiequ jagħmlu ilment ta' reat kriminali u li ma jifhmux jew ma jitkellmux il-lingwa tal-awtorità kompetenti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu l-ilment b'lingwa li l-vittma tifhem jew billi tirċieivi l-għajnuna lingwistika neċessarja.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi, li ma jifhmux jew ma jitkellmux il-lingwa tal-awtorità kompetenti, jirċievu t-traduzzjoni mingħajr ħlas, tal-konferma bil-miktub tal-ilment, prevista fil-paragrafu 1, jekk jixtiequ hekk, b'lingwa li jifhmu l-vittmi.
Artikolu 4
Id-dritt li jingħataw informazzjoni dwar il-każ tagħhom
1. 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jiġu notifikati mingħajr dewmien żejjed bid-dritt tagħhom li jingħataw, u li huma, jekk jitolbu hekk, jingħataw l-informazzjoni li ġejja dwar ▌il-proċedimenti kriminali mibdija bħala riżultat tal-ilment dwar reat kriminali mġarrab mill-vittma:
1.1.1.16. (a) kwalunkwe deċiżjoni li ma tkomplix jew li ttemm investigazzjoni jew li ma tixlix l-awtur ta' ksur;
1.1.1.17. (b) il-ħin u l-post tal-proċess, u n-natura tal-akkużi.
1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi, f'konformità mar-rwol tagħhom fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti, jiġu notifikati mingħajr dewmien żejjed bid-dritt tagħhom li jingħataw, u li huma, jekk jitolbu hekk, jingħataw l-informazzjoni li ġejja dwar il-proċedimenti kriminali mibdija bħala riżultat tal-ilment dwar reat kriminali mġarrab mill-vittma:
1.1.1.18. (a) kwalunkwe sentenza finali fi proċess ▌;
1.1.1.19. (b) informazzjoni li tippermetti lill-vittma li tkun mgħarrfa bis-sitwazzjoni tal-proċeduri kriminali, ▌ sakemm, f’każijiet eċċezzjonali, dan ma jaffettwax ħażin l-amministrazzjoni tal-każ;
1.1.1.20. ▌
1b. Informazzjoni prevista taħt il-paragrafu 1(-a) u 1a(a) għandha tinkludi jew raġunijiet jew sommarju ta' raġunijiet għad-deċiżjoni inkwistjoni ħlief fil-każ ta' deċiżjoni kunfidenzjali jew ġuridika fejn ir-raġunijiet ma jingħatawx bħala kwistjoni tal-liġi nazzjonali.
1c. Ix-xewqa tal-vittmi dwar jekk jixtiqux li jingħataw informazzjoni għandha torbot lill-awtorità kompetenti, ħlief jekk din l-informazzjoni jkollha tiġi pprovduta minħabba l-intitolament tal-vittma għal parteċipazzjoni attiva fil-proċedimenti kriminali. L-Istati Membri għandhom iħallu l-vittmi jimmodifikaw ix-xewqa tagħhom fi kwalunkwe żmien, li mbagħad għandha tittieħed inkunsiderazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jingħataw l-opportunità li jiġu notifikati mingħajr dewmien bla ħtieġa, meta l-persuna arrestata, miżmuma taħt kustodja, mixlija jew misbuja ħatja tar-reati fil-konfront tagħhom tiġi rilaxxata minn jew tkun ħarbet mill-kustodja. Barra minn hekk, il-vittmi għandhom jiġu informati bi kwalunkwe miżura maħruġa għall-protezzjoni tagħhom f'każ ta' rilaxx jew ħarba.
3. Il-vittmi għandhom jingħataw l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2, jekk jitolbu dan, fejn ikunu esprimew tali xewqa mill-inqas f'każijiet fejn jista' jkun hemm periklu jew riskju identifikat ta' ħsara lill-vittmi, sakemm ma jkunx hemm riskju identifikat ta' ħsara għall-awtur ta' ksur li jirriżulta min-notifika.
▌
Artikolu 6
Id-dritt għall-interpretar u għat-traduzzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi li ma jifhmux jew li ma jitkellmux il-lingwa li biha jsiru l-proċedimenti kriminali kkonċernati jingħataw, servizzi ta’ interpretazzjoni bla ħlas jekk jitolbu dan, f'konformità mar-rwol tagħhom fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti fi proċedimenti kriminali, tal-anqas matul kwalunkwe intervista jew interrogazzjoni tal-vittma waqt il-proċedimenti kriminali quddiem awtoritajiet investigattivi u ġudizzjarji, inkluż waqt l-interrogazzjoni tal-pulizija, u jingħataw servizzi ta' interpretazzjoni għas-smigħ fil-qorti li jipparteċipaw fihom b'mod attiv u fi kwalunkwe smigħ interim meħtieġ.
▌
3. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u f'konformità mar-regoli ta' diskrezzjoni ġudizzjarja, tista' tintuża teknoloġija tal-komunikazzjoni bħall-konferenzi bil-vidjo, telefon jew internet, sakemm il-preżenza fiżika tal-interpretu ma tkunx meħtieġa sabiex il-vittma tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tagħha kif xieraq jew biex tifhem il-proċedimenti.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi li ma jifhmux jew li ma jitkellmux il-lingwa użata fil-proċeduri kriminali għandha, b'konformità mar-rwol tagħhom fis-sistema ta' ġustizzja kriminali rilevanti fil-proċedimenti kriminali, tirċievi traduzzjonijiet f'lingwa li tista' tinftiehem mill-vittmi, jekk jixtiequ, bla ħlas, tal-informazzjoni li hi essenzjali biex il-vittmi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fi proċedimenti kriminali, kemm-il darba din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-vittmi, tal-inqas fi kwalunkwe deċiżjoni li permezz tagħha jintemmu l-proċeduri kriminali marbuta mar-reat kriminali mġarrab mill-vittma, u fuq talba tal-vittma, raġunijiet jew sommarju ta' raġunijiet għal deċiżjoni bħal din, ħlief fil-każ ta' deċiżjoni kunfidenzjali jew tal-ġurija fejn ir-raġunijiet ma jingħatawx minħabba l-liġi nazzjonali.
▌
1.1.1.21. 4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi, li huma intitolati għall-informazzjoni dwar il-ħin u l-post tal-proċess, f'konformità mal-Artikolu 4(1), u li ma jifhmux il-lingwa tal-awtorità kompetenti, jingħataw traduzzjoni ta' din l-informazzjoni li huma intitolati għaliha, jekk jitolbu dan.
4b. M'għandux ikun hemm ħtieġa li jiġu tradotti siltiet minn dokumenti essenzjali li mhumiex rilevanti biex il-vittmi jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċedimenti kriminali. Il-vittmi jistgħu jressqu talba rraġunata biex id-dokument jitqies bħala essenzjali.
4c. Bħala eċċezzjoni għar-regoli ġenerali stabbiliti fil-paragrafi 1, 3 u 4, traduzzjoni bil-fomm jew sommarju bil-fomm tad-dokumenti essenzjali jistgħu jingħataw minflok traduzzjoni bil-miktub bil-kondizzjoni li tali traduzzjoni jew sommarju bil-fomm ma jippreġudikawx kemm ikunu ġusti l-proċedimenti.
5.. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tevalwa jekk il-vittmi jeħtiġux traduzzjoni u għajnuna ta' interpretu kif previst taħt il-paragrafu 1 u 4. Il-vittmi jistgħu jikkontestaw deċiżjoni biex ma jiġux pprovduti traduzzjoni jew interpretazzjoni. Ir-regoli proċedurali għandhom ikunu determinati bil-liġi nazzjonali.
5a. It-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, kif ukoll kwalunkwe kunsiderazzjoni ta' kontesta ta' deċiżjoni biex ma jiġux pprovduti traduzzjoni jew interpretazzjoni, m'għandhiex ittawwal il-proċedimenti kriminali mingħajr raġuni.
▌
Artikolu 7
Id-dritt għall-aċċess għas-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi ▌f'konformità mal-ħtiġijiet tagħhom ▌, ikollhom aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi bla ħlas u kunfidenzjali filwaqt li jaġixxu fl-interessi tal-vittmi qabel, matul u għal żmien adatt wara l-proċedimenti kriminali. Il-membri tal-familja għandu jkollhom aċċess għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi f'konformità mal-ħtiġijiet tagħhom u l-grad ta' ħsara mġarrba b'riżultat tal-att kriminali mwettaq kontra l-vittma.
2. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-referenza tal-vittmi għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, mill-awtorità li tkun irċeviet il-kwerela u minn aġenziji rilevanti oħra.
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jistabbilixxu servizzi ta' appoġġ speċjalizzat bla ħlas u kunfidenzjali flimkien ma', jew bħala parti integrata ta', servizzi ġenerali ta' appoġġ għall-vittmi, jew billi l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tal-vittmi jkunu jistgħu jitolbu tali appoġġ speċjalizzat minn aġenziji professjonali eżistenti. F'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, il-vittmi għandu jkollhom aċċess għal tali servizzi u l-membri tal-familja għandu jkollhom aċċess skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u l-grad ta' ħsara li jkunu ġarrbu b'riżultat tal-att kriminali li jkun sar kontra l-vittma.
3a. Is-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi u kwalunkwe servizz ta' appoġġ speċjalizzat jista' jiġi stabbilit bħala organizzazzjoni pubblika jew li mhix governattiva u tista' tiġi organizzata fuq bażi professjonali jew volontarja.
3b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi ma jiddependix fuq il-fatt li vittma tressaq ilment ta' reat kriminali quddiem awtorità kompetenti.
Artikolu 7a
Appoġġ disponibbli mis-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi
1. Is-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi, kif stabbiliti fl-Artikolu 7, għandhom tal-anqas jipprovdu:
1.1.1.22.(a) informazzjoni, pariri u appoġġ rilevanti għad-drittijiet tal-vittmi, inkluża l-informazzjoni dwar l-aċċess għal skemi statali ta’ kumpens għal danni mġarrba minħabba xi delitt, u r-rwol tagħhom fil-proċeduri kriminali u inkluż fit-tħejjija għall-parteċipazzjoni waqt il-proċess;
1.1.1.23.(b) informazzjoni dwar jew referenza diretta għal ▌kwalunke servizz ta' appoġġ għall-vittmi rilevanti fis-seħħ;
1.1.1.24.(c) appoġġ emottiv u, fejn disponibbli psikoloġiku;
1.1.1.25.(d) parir marbut ma' kwistjonijiet finanzjarji u prattiċi ▌li jqumu mill-att kriminali;
1.1.1.26.(e) sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor minn servizzi pubbliċi jew privati, parir relatat mar-riskju ta' ritaljazzjoni, intimidazzjoni u vittimizzazzjoni ripetuta jew ulterjuri u kif tista' tiġi evitata.
2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu s-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi biex jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-vittmi li ġarrbu ħsara konsiderevoli minħabba s-severità u l-gravità tal-att kriminali.
3. Sakemm ma jiġix ipprovdut mod ieħor minn servizzi pubbliċi jew privati oħra, servizzi ta' appoġġ speċjalizzati msemmija fl-Artikolu 7(3), għandhom tal-anqas jiżviluppaw u jipprovdu:
1.1.1.27. (a) kenn jew kwalunkwe akkomodazzjoni interim adatta għal vittmi li għandhom bżonn post sikur minħabba riskju imminenti ta' ritaljazzjoni, intimidazzjoni jew vittimizzazzjoni ripetuta jew ulterjuri;
1.1.1.28. (b) appoġġ immirat u integrat għal vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi, bħal vittmi ta' vjolenza sesswali, vittmi ta' vjolenza bbażata fuq is-sessi u vittmi ta' vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, inklużi appoġġ fi trawma u konsultazzjoni.
1.1.1.29.Kapitolu 3
IL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROĊEDURI KRIMINALI
▌
Artikolu 9
Id-dritt li wieħed jinstema'
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jkunu jistgħu jinstemgħu waqt il-proċeduri kriminali u jkunu jistgħu jagħtu x-xhieda tagħhom. Meta l-vittma li tkun għadha tfal tkun ser tinstema', għandha titqies l-età u l-maturità tat-tfal.
2. Ir-regoli proċedurali li taħthom il-vittmi jistgħu jinstemgħu waqt il-proċedimenti kriminali u jistgħu jagħtu xhieda għandhom ikunu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 10
Id-drittijiet f'każ li tittieħed id-deċiżjoni li permezz tagħha l-awtur ma jiġix mixli
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi, f'konformità mar-rwol tagħhom fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti, għandhom id-dritt għal reviżjoni ta' deċiżjoni li permezz tagħha l-awtur ta' ksur ma jkunx ser jiġi mixli b'reat kriminali mġarrab mill-vittma. Ir-regoli proċedurali għal reviżjoni bħal din għandhom ikunu determinati mil-liġi nazzjonali.
1a. Meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali, ir-rwol tal-vittma fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti jkun ġie stabbilit biss wara li tkun ittieħdet deċiżjoni biex jiġi mixli l-awtur ta' ksur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas il-vittmi ta' reati kriminali serji għandhom id-dritt għal reviżjoni ta' deċiżjoni li permezz tagħha l-awtur ta' ksur ma jkunx ser jiġi mixli b'reat kriminali mġarrab mill-vittma. Ir-regoli proċedurali għal reviżjoni bħal din għandhom ikunu determinati mil-liġi nazzjonali.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi huma notifikati mingħajr dewmien mhux meħtieġ tad-dritt tagħhom li jingħataw informazzjoni, u li huma, jekk jitolbu dan, jingħataw biżżejjed informazzjoni biex jiddeċiedu dwar jekk għandhomx jitolbu reviżjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni li permezz tagħha l-awtur ta' ksur ma jkunx ser jiġi mixli.
2a. F'każ li d-deċiżjoni inizjali li l-awtur ma jiġix mixli tittieħed mill-ogħla awtorità ta' prosekuzzjoni li ma tista' ssir l-ebda reviżjoni kontra d-deċiżjoni tagħha skont il-liġi nazzjonali, id-dritt għar-reviżjoni jista' jitwettaq mill-istess awtorità.
2b. Il-paragrafi 1,2 u 2a m'għandhomx japplikaw għal deċiżjoni tal-prosekutur li ma ssirx prosekuzzjoni, jekk tali deċiżjoni tirriżulta f'soluzzjoni barra mill-qorti, sa fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi possibbiltà bħal din.
Artikolu 11
Dritt għal salvagwardji fil-kuntest ta’ ▌servizzi ta' ġustizzja restorattiva
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri li jissalvagwardjaw il-vittma minn intimidazzjoni jew vittimizzazzjoni ulterjuri, li għandhom jiġu applikati meta jingħataw ▌servizzi ta’ ġustizzja restorattiva, jekk ikun hemm. Tali miżuri għandhom jiżguraw li l-vittma, li tagħżel li tipparteċipa fi proċessi ta' ġustizzja restorattiva, għandha aċċess għal servizzi ta' ġustizzja restorattiva sikura u kompetenti u għandha tal-anqas tinkludi dan li ġej:
1.1.1.30. (a) ▌servizzi ta’ ġustizzja restorattiva jintużaw biss jekk ikunu fl-interess tal-vittma, soġġetti għal kwalunkwe konsiderazzjoni sikura, u għandhom ikunu bbażati fuq il-kunsens liberu u infurmat tal-vittma; dan il-kunsens jista’ jiġi rtirat fi kwalunkwe mument;
1.1.1.31. (b) qabel ma l-vittma taqbel li tipparteċipa fil-proċess, hija għandha tingħata informazzjoni kompleta u imparzjali dwar il-proċess u dwar ir-riżultati potenzjali kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri ta' sorveljanza tal-implimentazzjoni ta' kwalunkwe ftehim;
1.1.1.32. (c) ▌l-awtur ta' ksur irid ikun irrikonoxxa l-fatti bażiċi ta' kawża;
1.1.1.33. (d) kwalunkwe ftehim irid jintlaħaq b’mod volontarju u jista' jitqies fi kwalunkwe proċeduri kriminali ulterjuri;
1.1.1.34. (e) id-diskussjonijiet li jsiru ▌waqt proċessi ta’ ġustizzja restorattiva u li ma jkunux saru fil-pubbliku huma kkunsidrati kunfidenzjali u għalhekk ma jiġux żvelati, ħlief bi ftehim tal-partijiet jew sakemm dan ma jintalabx mil-liġi nazzjonali minħabba li jkun hemm interess pubbliku ikbar.
2. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-riferiment ta' każijiet, adatti għal miżuri bħal dawn, għal ▌servizzi ta' ġustizzja restorattiva, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' proċeduri jew linji gwida dwar il-kundizzjonijiet għal riferiment.
Artikolu 12
Dritt għal għajnuna legali
▌L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jkollhom aċċess għal għajnuna legali, fejn ikollhom l-istatus ta' partijiet għall-proċedimenti kriminali. Il-kundizzjonijiet jew regoli proċedurali li taħthom il-vittmi jistgħu jkollhom aċċess għal għajnuna legali għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 13
Id-dritt għal rimborż tal-ispejjeż
▌L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-vittmi, li jipparteċipaw fil-proċedimenti kriminali, il-possibbiltà li jiġu rimborżati għall-ispejjeż li jkunu ġarrbu b’riżultat tal-parteċipazzjoni attiva tagħhom fi proċedimenti kriminali, f'konformità mar-rwol tagħhom fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti. Il-kondizzjonijiet jew ir-regoli proċedurali li taħthom il-vittmi jistgħu jiġu rimborżati għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 14
Id-dritt ta’ radd lura tal-proprjetà
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li wara deċiżjoni minn awtorità kompetenti l-proprjetà ▌li tista' tiġi rkuprata li tiġi sekwestrata matul il-proċedimenti kriminali tintradd lura lill-vittmi mingħajr dewmien, sakemm ma tkunx meħtieġa għall-iskop tal-proċedimenti kriminali. Il-kundizzjonijiet jew ir-regoli proċedurali li taħthom tali proprjetà tintradd lura għandhom jiġu determinati mil-liġi nazzjonali.
Artikolu 15
Id-dritt li matul il-proċeduri kriminali tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens li għandu jingħata mingħand il-ħati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, matul il-proċedimenti kriminali, il-vittmi jkunu intitolati li jiksbu deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtur ta' ksur, fi żmien raġonevoli, ħlief fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi li tali deċiżjoni ssir fi proċedimenti legali oħrajn.
2. L-Istati Membri għandhom jippromovu miżuri sabiex jinkoraġġixxu lill-ħatja biex jipprovdu kumpens adegwat lill-vittmi.
Artikolu 16
Id-drittijiet ta’ vittmi residenti fi Stat Membru ieħor
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri adattati biex inaqqsu d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-vittmi meta dawn ikunu residenti fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun seħħ ir-reat, partikolarment fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-proċeduri. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn ikun seħħ id-delitt għandhom, b’mod partikolari, ikunu f’pożizzjoni li:
1.1.1.35. (a) jiksbu dikjarazzjoni mingħand il-vittma immedjatament wara li ssir il-kwerela dwar ir-reat kriminali mal-awtorità kompetenti;
1.1.1.36. (b) jirrikorru sa fejn ikun possibbli għad-dispożizzjonijiet dwar il-konferenzi bil-vidjo u t-telefonati ta' konferenza stabbiliti fil-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta' Mejju 2000[17]4, bil-għan li jinstemgħu l-vittmi residenti f'pajjiżi oħra.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vittmi ta’ reati kriminali li jseħħu fi Stat Membru differenti minn dak ta’ fejn jirrisjedu jkunu jistgħu jagħmlu kwerela mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, jekk ma jkunx possibbli għalihom li jagħmluha fl-Istat Membru fejn ikun seħħ ir-reat jew, fil-każ ta' reat serju kkontemplat mil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat jekk ma jkunux jixtiequ jagħmluha.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti li magħha jkun sar l-ilment tibagħtu mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti fit-territorju fejn ikun seħħ ir-reat kriminali, jekk il-kompetenza ma tkunx ġiet eżerċitata.
Kapitolu 4
▌PROTEZZJONI TAL-VITTMI U RIKONOXXIMENT TA' VITTMI BI ĦTIĠIJIET SPEĊIFIĊI TA' PROTEZZJONI
Artikolu 17
Id-dritt għall-protezzjoni
Bla preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri disponibbli għall-protezzjoni tas-sikurezza tal-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom mir-ritaljazzjoni, l-intimidazzjoni, il-vittimizzazzjoni ripetuta jew ulterjuri, inkluż kontra r-riskju ta' ħsara psikoloġika jew emozzjonali u għall-protezzjoni tad-dinjità tal-vittmi waqt l-interrogazzjoni u meta jagħtu x-xhieda tagħhom. Meta meħtieġ, id-dritt għal protezzjoni għandu jinkludi wkoll proċeduri stabbiliti mil-liġi nazzjonali għall-protezzjoni fiżika tal-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom.
Artikolu 17a
Id-dritt li jiġi evitat il-kuntatt bejn il-vittma u l-ħati
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikun jista' jiġi evitat kuntatt bejn il-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom, fejn meħtieġ, u l-awtur ta' ksur fil-binjiet fejn jitwettqu l-proċedimenti kriminali sakemm il-proċedimenti kriminali ma jkunux jeħtieġu tali kuntatt.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li binjiet ġodda tal-qorti jkollhom kmamar fejn jistennew separati għall-vittmi.
Artikolu 17b
Dritt għall-protezzjoni tal-vittmi waqt l-investigazzjonijiet kriminali
Bla preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u f'konformità mar-regoli ta' diskrezzjoni ġudizzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt investigazzjonijiet kriminali:
–(a) meta l-vittmi jkunu ser jiġu intervistati, l-intervisti għandhom isiru mingħajr dewmien mhux ġustifikat wara li jagħmlu l-ilment dwar reat kriminali lill-awtoritajiet kompetenti;
–(b) l-għadd ta’ interrogazzjonijiet mal-vittmi jkun limitat kemm jista’ jkun u li l-interrogazzjonijiet isiru biss meta jkun strettament meħtieġ għall-iskopijiet tal-proċeduri kriminali;
–(c) il-vittmi jkunu jistgħu jiġu akkumpanjati mir-rappreżentant legali tagħhom u minn persuna li jagħżlu huma stess, sakemm ma tkunx ingħatat deċiżjoni motivata kuntrarja fir-rigward ta’ persuna jew it-tnejn li huma;
–(d) l-eżami mediku għall-fini tal-proċedimenti kriminali jinżamm limitat u jitwettaq biss meta jkun strettament meħtieġ għal dan il-għan.
Artikolu 17c
Id-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt il-proċedimenti kriminai, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jadottaw miżuri xierqa biex jipproteġu l-privatezza, inklużi karatteristiċi personali meqjusa fil-valutazzjoni individwali prevista fl-Artikolu 18, u immaġini tal-vittmi u tal-membri tal-familji tagħhom. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri legali kollha biex jipprevjenu d-disseminazzjoni pubblika ta' kwalunkwe informazzjoni li tista' twassal għall-identifikazzjoni ta' vittmi tfal.
2. Sabiex jiġu protetti l-privatezza, l-integrità personali u d-data personali tal-vittmi, l-Istati Membri għandhom, b'rispett għal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, iħeġġu lill-mezzi ta' komunikazzjoni jadottaw miżuri awtoregolatorji.
Artikolu 18
Valutazzjoni individwali tal-vittmi biex jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi ssirilhom valutazzjoni individwali u f’waqtha, skont il-proċeduri nazzjonali, biex jiġu identifikati ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni u biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt jibbenefikaw minn miżuri speċjali matul il-proċedimenti kriminali, kif previst fl-Artikolu 21, minħabba li jkunu partikolarment vulnerabbli għal vittimizzazzjoni jew intimidazzjoni sekondarja u ripetuta.
2. Il-valutazzjoni għandha tieħu kont partikolarment ta':
1.1.1.37. (a) il-karatteristiċi personali tal-vittma;
1.1.1.38. (b) it-tip jew in-natura tal-att kriminali; u
1.1.1.39. (ba) iċ-ċirkostanzi tal-att kriminali.
2a. Fil-kuntest tal-valutazzjoni individwali, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil vittmi li jkunu ġarrbu ħsara konsiderevoli minħabba s-severità u l-gravità tal-att kriminali, vittmi li jkunu ġarrbu att kriminali mwettaq bi preġudizzju jew raġuni diskriminatorja, li notevolment tista' tkun marbuta mal-karatteristiċi personali tagħhom, u vittmi li r-relazzjoni tagħhom ma' u d-dipendenza tagħhom fuq l-awtur tagħmilhom partikolarment vulnerabbli. F'dan ir-rigward, vittmi ta' terroriżmu, kriminalità organizzata, traffikar tal-bnedmin, vjolenza abbażi tas-sessi, vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, vjolenza jew sfruttament sesswali, atti kriminali ta' mibegħda u vittmi b'diżabbiltà għadhom jitqiesu kif dovut.
3. Għall-fini ta' din id-Direttiva, vittmi tfal għandhom dejjem jitqiesu li għandhom ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni minħabba li huma vulnerabbli għal vittimizzazzjoni sekondarja jew ripetuta jew għal intimidazzjoni. Biex jiġi ddeterminat jekk u sa liema punt huma għandhom jibbenefikaw minn miżuri speċjali kif previst skont l-Artikolu 22 u 23 għandha ssirilhom valutazzjoni individwali kif previst fil-paragrafu 1.
▌
5. L-ambitu tal-valutazzjoni jista' jiġi adattat skont il-gravità tad-delitt u l-grad tad-danni viżibbli li tkun ġarrbet il-vittma.
5a. Il-valutazzjoni individwali għandha ssir b'involviment mill-qrib tal-vittmi u tieħu kont tax-xewqat tagħhom inkluż fejn ma jkunux jixtiequ jibbenefikaw minn miżuri speċjali.
5b. Jekk l-elementi għall-valutazzjoni individwali jkunu nbidlu b'mod sinifikanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni individwali msemmija fil-paragrafu 1 hija aġġornata matul il-proċedimenti kriminali.
▌
Artikolu 21
Dritt għall-protezzjoni ta’ ▌vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi ta' protezzjoni waqt il-proċedimenti kriminali
1. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża u skont ir-regoli tad-diskrezzjoni ġudizzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ▌vittmi li għandhom jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi identifikati bħala riżultat ta' valutazzjoni individwali jistgħu jibbenefikaw mill-miżuri previsti fil-paragrafi 2 u 3. Miżura speċjali prevista wara l-valutazzjoni individwali ma tistax tittieħed jekk restrizzjonijiet operazzjonali jew prattiċi jagħmlu dan impossibbli, jew fejn ikun hemm ħtieġa urġenti li tiġi interrogata l-vittma u jekk dan ma jsirx tkun tista' ssir ħsara lill-vittma, persuna oħra jew il-proċedimenti.
2. Il-miżuri speċjali li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għal vittmi identifikati skont l-Artikolu 18 matul l-investigazzjonijiet kriminali:
1.1.1.40. (a) il-vittma tiġi interrogata fil-binja magħżula jew addattata għal dak l-iskop;
1.1.1.41. (b) il-vittma tiġi interrogata minn professjonisti mħarrġa għal dan il-għan jew bl-għajnuna ta’ professjonisti;
1.1.1.42. (c) l-interrogazzjonijiet kollha tal-vittma jitwettqu mill-istess persuni sakemm dan ma jmurx kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja;
1.1.1.43. (d) l-intervisti kollha mal-vittmi ta' vjolenza sesswali, vjolenza abbażi tas-sessi jew vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib, sakemm ma jsirux minn prosekutur pubbliku jew imħallef, isiru minn persuna tal-istess sess, jekk il-vittma tkun tixtieq hekk, u jekk il-proċess tal-proċedimenti ma jiġix ippreġudikat.
1.1.1.44. 3. Il-miżuri li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għal vittmi identifikati skont l-Artikolu 18 matul il-proċediment tal-qorti:
1.1.1.45. (a) miżuri biex jiġi evitat il-kuntatt bejn il-vittmi u l-imputati, anki waqt ix-xhieda, permezz ta’ mezzi xierqa li jinkludu l-użu tat-teknoloġiji ta' komunikazzjoni;
1.1.1.46. (b) miżuri biex jiġi żgurat li l-vittma tkun tista’ tixhed mingħajr ma tkun preżenti fl-awla tal-qorti, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni xierqa;
1.1.1.47. (c) miżuri biex jiġu evitati interrogazzjonijiet bla bżonn dwar il-ħajja privata tal-vittma li ma tkunx marbuta mar-reat kriminali; u
1.1.1.48. (d) miżuri li permezz tagħhom is-smigħ isir mingħajr il-preżenza tal-pubbliku.
Artikolu 22
Id-dritt għall-protezzjoni tal-vittmi tfal waqt il-proċeduri kriminali
1. Barra mill-miżuri stipulati fl-Artikolu 21, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-vittma tkun tifel jew tifla:
1.1.1.49. (a) f'investigazzjonijiet kriminali, l-intervisti kollha mal-vittmi tfal jistgħu jiġu rreġistrati awdjoviżwalment u tali intervisti rreġistrati ▌jistgħu jintużaw ▌bħala evidenza fi proċedimenti kriminali tal-qorti. Ir-regoli proċedurali għal reġistrazzjonijiet bħal dawn u l-użu tagħhom għandu jiġi ddeterminat mil-liġi nazzjonali;
1.1.1.50. (b) f'investigazzjonijiet kriminali u proċedimenti tal-qorti, f'konformità mar-rwol tal-vittmi fis-sistema tal-ġustizzja kriminali rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti jaħtru rappreżentant speċjali għat-tfal vittmi fejn, skont il-liġi nazzjonali, id-detenturi tar-responsabbiltà ta' ġenitur jinżammu milli jirrapreżentaw it-tifel jew tifla vittma bħala riżultat ta' kunflitt ta' interess bejnhom u t-tifel jew tifla vittma, jew fejn it-tifel jew tifla vittma ma tkunx akkumpanjata jew tkun separata mill-familja;
(ba) fejn it-tfal vittmi jkollhom id-dritt għal parir legali, it-tfal għandu jkollhom id-dritt għall-parir u r-rappreżentazzjoni legali tagħhom, f'isimhom, fi proċediment fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kunflitt ta' interess bejn it-tfal u l-ġenituri jew partijiet involuti oħrajn.
1a. Fejn l-età ta' vittma ma tkunx ċerta, u hemm raġunijiet għaliex wieħed jemmen li l-vittma hija tifel jew tifla, dik il-vittma għandha, għall-fini ta' din id-Direttiva, titqies bħala tifel jew tifla.
▌
Kapitolu 6
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 24
It-taħriġ tal-prattikanti
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li uffiċjali li x'aktarx li jkollhom kuntatt mal-vittmi, bħal uffiċjali tal-pulizija u persunal tal-qorti jirċievu kemm taħriġ ġenerali kif ukoll speċjalizzat għal livell adatt għall-kuntatt tagħhom mal-vittmi biex isiru konxji tal-ħtiġijiet tal-vittmi u biex jittrattawhom b'mod imparzjali, b'rispett u professjonali.
2. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jitolbu li dawk responsabbli għat-taħriġ tal-imħallfin u l-prosekuturi involuti fi proċedimenti kriminali jagħmlu disponibbli kemm taħriġ ġenerali kif ukoll speċjalizzat biex l-imħallfin u l-prosekuturi jsiru aktar konxji tal-ħtiġijiet tal-vittmi.
2a. Bir-rispett dovut għall-indipendenza tal-professjoni legali, l-Istati Membri għandhom jirrakkomandaw li dawk responsabbli għat-taħriġ tal-avukati jagħmlu disponibbli kemm taħriġ ġenerali kif ukoll speċjalizzat biex l-avukati jsiru aktar konxji tal-ħtiġijiet tal-vittmi.
3. Permezz tas-servizzi pubbliċi tagħhom jew billi jiffinanzjaw l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi, l-Istati Membri għandhom iħeġġu inizjattivi li jagħmluha possibbli għal dawk li jagħtu appoġġ lill-vittmi u servizzi ta' ġustizzja restorattiva li jirċievu taħriġ adegwat għal livell adatt għall-kuntatt tagħhom mal-vittmi u josservaw standards professjonali biex jiġi żgurat li servizzi bħal dawn jingħataw b'mod imparzjali, b'rispett u professjonali.
4. Skont id-dmirijiet involuti, u n-natura u l-livell ta' kuntatt li l-prattikant ikollu mal-vittmi, it-taħriġ għandu jkollu l-għan li jagħmilha possibbli għall-prattikant li jirrikonoxxi u jittratta l-vittmi b'mod li juri rispett, li jkun professjonali u mhux diskriminatorju.
Artikolu 25
Il-kooperazzjoni bejn is-servizzi u l-koordinazzjoni tagħhom
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni adatta biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex itejbu l-aċċess tal-vittmi għad-drittijiet tagħhom kif previst f'din id-Direttiva u skont il-liġi nazzjonali. Kooperazzjoni bħal din għandha mill-inqas tkun immirata lejn:
1.1.1.51. (a) l-iskambju tal-aħjar prattika;
1.1.1.52. (b) il-konsultazzjoni f'każijiet individwali; u
1.1.1.53. (c) l-għajnuna lil netwerks Ewropej li jaħdmu fuq kwistjonijiet direttament rilevanti għad-drittijiet tal-vittmi.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni adatta, inkluż permezz tal-internet, bil-għan li ssir sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet stipulati f'din id-Direttiva, jitnaqqas ir-riskju ta' vittimizzazzjoni, u jiġi minimizzat l-impatt negattiv tal-kriminalità u r-riskji ta' vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta ▌, b'mod partikolari billi jkunu fil-mira gruppi f'riskju bħal tfal, vittmi ta' vjolenza abbażi tas-sessi u ta' vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib. Azzjoni bħal din għandha tinkludi kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni, programmi ta’ riċerka u edukazzjoni, fejn adatt f'kooperazzjoni ma' aġenziji rilevanti tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħrajn.
Kapitolu 7
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 26
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ...*[18]*.
▌
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 27
L-għoti ta’ dejta u ta' statistika
L-Istati Membri għandhom mhux aktar tard minn ... u kull tliet snin wara dan jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea dejta disponibbli li turi kif il-vittmi kellhom aċċess għad-drittijiet tagħhom koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
Artikolu 27a
Rappurtar
Il-Kummissjoni għandha, sa *, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta kemm l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, u jinkludi deskrizzjoni tal-azzjoni meħuda skont l-Artikoli 7, 7a u 21, akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti leġislattivi.
Artikolu 28
Sostituzzjoni
Id-Deċiżjoni Qafas 2001/220/ĠAI hija b'dan sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali.
Fir-rigward tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 29
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-▌jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 30
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi ▌
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
_______________
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Rapporteurs jilqgħu l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l- protezzjoni tal-vittmi ta' reat, bħala parti mill-pakkett leġiżlattiv li għandu l-għan li jsaħħaħ id-drittijiiet tal-vittmi fl-UE u li jinkludi ukoll proposta għal regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili u komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE. Sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-2009 u tal-linji gwida lejn żona Ewropea tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja, kif previst mill-Programm ta' Stokkolma, il-protezzjoni tal-vittmi ta' kull reat fl-UE tinsab fil-quċċata tal-aġenda tal-UE.
Il-proposta tal-Kummissjoni issaħħaħ il-ħtieġa għall-adozzjoni ta' qafas legali komprensiv Ewropew li joffri lill-vittmi kollha ta' kriminalità, irrispettivament mill-istatus legali, ir-rikonoxximent u l-iktar protezzjoni wiesgħa fit-territorju tal-Unjoni. Din il-proposta tagħraf l-bidu tagħha fid-deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2011/220/ĠAI tal-15 ta' Marzu 2001, li tirrigwarda l-istatus tal-vittmi fi proċedimenti kriminali. Il-Kummissjoni wessgħet id-drittijiet tal-vittmi kollha għal kwalunkwe tip ta' reat fi standards minimi madwar l-UE, billi tat lill-vittmi kollha – irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom jew mill-post fejn seħħ ir-reat – għad-dritt tal-informazzjoni, id-dritt li jifhmu u li jiġu mifhuma, id-dritt għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni, id-dritt ta' aċċess għal avukat, id-drittijiet ta' aċċess għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi, id-dritt li jinstemgħu, id-dritt għal ġustizzja restorattiva, id-dritt fl-eventwalità ta' deċiżjoni ta' nuqqas ta' prosekuzzjoni, id-dritt li jiġi evitat kull kuntatt bejn il-vittma u l-awtur tar-reat, id-dritt għall-protezzjoni tal-vittmi tul l-interrogazzjoni f'investigazzjoni kriminali, fost l-oħrajn. Hu importanti ukoll li d-Direttiva futura tipprovdi definizzjoni unifikata ta' "vittma", li toffri l-istatus ta' vittma mhux biss lil dawk il-persuni li sofrew ħsara mir-reat, iżda ukoll lill-eqreb membri familjari.
Bosta proposti f'din id-Direttiva ntlaqgħu tajjeb mir-rapporteurs.
Il-fiduċja fil-ġustizzja hi prijorità għaċ-ċittadini kollha, speċjalment għall-vittmi li jikkunsidraw id-drittijiet tagħhom bħala mhux mismugħa u 'l bogħod minnhom. Hemm ħtieġa urġenti ta’ sistema ta’ ġustizzja komuni u trasparenti applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-UE, jekk l-UE trid twettaq bis-sħiħ il-Programm ta’ Stokkolma. Din id-Direttiva mhux biss se tiddefendi d-drittijiet tal-vittmi, tagħti appoġġ u protezzjoni, iżda ukoll tgħin biex iċ-ċittadini Ewropej jiksbu fiduċja fis-sistema ġudizzjarja nazzjonali tagħhom u tal-ġirien tagħhom mill-UE bl-armonizzar ta’ dawn l-istandards.
F'konformità mal-proċeduri li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Lisbona, l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew jippermetti li jitfasslu rapporti li jkopru għadd ta' oqsma. Dan ir-rapport gawda mill-kontributi li ħarġu mid-diskussjonijiet fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kif ukoll mill-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ rapporteurs.
Approċċ ġenerali – Tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi
Minkejja dawn id-dispożizzjonijiet inklużi fil-proposti tal-Kummissjoni, hemm aktar x’jista’ jsir biex jiġu salvagwardjati l-ħtiġijiet tal-vittmi f’kull Stat Membru individwali. Il-vittmi kollha, hu x’inhu l-isfond jew il-livell ta’ ħsara li sofrew, jeħtieġu jħossu li ġew ikkunsidrati f’din id-Direttiva. Ir-riċerka u d-data juru li spiss jiġri li l-vittmi ma jirrappurtawx reat, minħabba biża’, inċertezza, nuqqas ta’ fiduċja jew informazzjoni. Il-vittmi, minħabba l-vulnerabilità tagħhom, jinsabu mifnija bl-esperjenza diffiċli li tagħmilha diffiċli biex jifilħu għall-proċeduri legali. Għalhekk hu importanti li l-vittmi jingħataw appoġġ sa mill-mument li sseħħ il-ħsara. Tul l-istadji kollha tal-proċess legali, il-vittmi jeħtieġu jiġu trattati b’rispett, dinjità u, b’mod prattiku, f’lingwa li jifhmu.
Ir-Rapporteurs jemmnu li hemm bżonn li tingħata enfasi akbar u jingħataw aktar dettalji dwar ċerti aspetti. Għalhekk, id-dritt li jingħataw informazzjoni sa mill-ewwel kuntatt ma’ awtorità kompetenti ġie estiż u mwessa’ għall-vittmi li sofrew trawma qawwija. Id-dritt li jingħataw informazzjoni dwar il-każ tagħhom jinkludi l-fatt li l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza meta jgħaddu lill-vittma l-informazzjoni rigward ir-rilaxx tal-awtur tar-reat. Minħabba l-possibilità ta’ pressjoni psikoloġika u għas-serħan il-moħħ tal-persuna li sofriet vjolenza, il-vittma għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta ċerta informazzjoni kif ukoll id-dritt li tirtira dan ir-rifjut fi kwalunkwe ħin.
Il-vittma għandha tiġi offruta appoġġ għall-vittmi mingħajr ħlas sa mill-mument li ġġarrab il-ħsara. Dan jinkludi t-tfal u l-membri tal-familja. L-appoġġ għall-vittmi għandu jkun ikkonvertit fi programmi jew inizjattivi bbażati fil-komunità u promossi mill-Istati Membri. Ir-rikonoxximent soċjali usa’ tal-vittimizzazzjoni, ġeneralment hu importanti għall-vittmi, bl-irkupru tal-vittma jkun marbut mal-esperjenza tal-vittma ta’ reazzjonijiet pożittivi mis-soċjetà li juru apprezzament tal-istat uniku tal-vittma u li jirrikonoxxu s-sitwazzjoni diffiċli li l-vittma tkun għaddejja minnha. Ir-Rapporteurs iqisu li l-midja għandha rwol importanti xi twettaq biex tistimula r-rikonoxximent tal-vittimizzazzjoni fis-soċjetà, filwaqt li fl-istess ħin tieħu miżuri adegwati biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja tal-vittmi u tal-membri tal-familja tagħhom fil-qafas tal-attivitajiet ta’ informazzjoni tagħhom.
Ir-Rapporteurs huma konxji tal-fatt li l-miżuri addizzjonali rakkomandati għal implimentazzjoni mill-Istati Membri, jistgħu, f’xi każijiet ifissru, allokazzjoni mill-ġdid jew żieda fil-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi għall-awtoritajiet nazzjonali. Madankollu hu kruċjali li jiġi mfakkar li skont il-kalkoli tal-Kummissjoni Ewropea, l-ispiża totali minħabba l-kriminalità – mhux biss għall-vittmi, iżda ukoll għal min jimpjega, għall-istat u għas-soċjetà in ġenerali – jista’ jlaħħaq il-EUR 233 biljun fis-sena fl-Unjoni Ewropea. Dawn l-ispejjeż mhumiex biss kaġun tar-reat innifsu iżda ukoll minħabba n-nuqqas ta’ appoġġ adegwat għall-vittmi biex dawn jiġu megħjuna jirkupraw u jlaħħqu ma’ proċedimenti kriminali. Għalhekk kwalunkwe sforz imwettaq biex jissaħħu d-drittijiet tal-vittmi u biex jingħataw servizzi ta’ appoġġ adegwati għandhom jitqiesu bħala miżura kosteffettiva li għandha tikkontribwixxi biex ikun iffaċilitat ir-rappurtar ta’ reati u biex tinżamm is-sostenibilità tas-sistemi ta’ ġustizzja u ta’ saħħa nazzjonali.
Protezzjoni ulterjuri ta’ vittmi bi ħtiġijiet speċjali
Ir-Rapporteurs jappoġġjaw il-kunċett ġenerali tad-Direttiva li jistabilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità iżda jqisu essenzjali li jiġu indirizzati s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi li jinsabu f’riskju partikolarment għoli li jġarrbu aktar ħsara, intimidazzjoni jew vittimizzazzjoni ripetuta tul il-proċedimenti kriminali.
Ir-Rapporteurs jaqblu mal-proposta tal-Kummissjoni biex issir referenza għal vittmi vulnerabbli, iżda jippreferu li tintuża “vittmi bi ħtiġijiet speċjali”. It-terminoloġija użata fil-proposta tal-Kummissjoni, li tiddefinixxi din il-kategorija ta’ vittmi bħala “vittmi vulnerabbli” tista’ titqies bħala nomenklatura diskriminatorja mhux intenzjonata. Bosta vittmi, inkluż il-vittmi ta’ vjolenza sessista ma jeħdux gost b’assoċjazzjoni ta’ vulnerabilità. Madankollu vittma ta’ vjolenza sessista jista’ jkollha ħtiġijiet speċifiċi mingħajr ma jitqiesu bħala vulnerabbli. Il-proposta tal-Kummissjoni ġustament issemmi t-tfal u l-persuni b’diżabilità bħala vittmi vulnerabbli minħabba l-karatteristiċi personali tagħhom. Infatti jidher loġiku li persuna affettwata minn diżabilità, mara li sofriet attakk sesswali jew tfal bħala vittmi vulnerabbli, iżda l-karatteristiċi personali qabel ma jkunu ġarrbu r-reat ma għandhomx jitqiesu bħala l-unika kriterja fid-definizzjoni tagħhom. Ir-Rapporteurs għalhekk jippreferu li jirreferu għal dan il-grupp bħala “vittmi bi ħtiġijiet speċifiċi” u għandhom jiġu pprovduti miżuri ta’ protezzjoni speċifiċi għal dawn il-vittmi.
Dawn il-miżuri jinkludu iżda ma jillimitawx ruħhom biss għall-provviżjoni ta’ kenn, appoġġ mediku, evidenza medika forensika, konsultazzjoni psikoloġika u konsultazzjoni legali. Dawn is-servizzi ta’ appoġġ għandhom jiġu mifruxa b’mod adegwat madwar il-pajjiż u għandhom ikunu aċċessibbli għall-vittmi kollha.
Sabiex issir valutazzjoni ulterjuri taċ-ċirkostanzi u l-karatteristiċi tal-vittmi, ir-Rapporteurs jintroduċu ukoll definizzjonijiet addizzjonali, b’mod partikolari “vjolenza sessista” u “vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib”. Il-vjolenza sessista tirreferi għal vjolenza kontra l-persuna minħabba l-ġeneru tagħha. Il-vjolenza f’relazzjoni mill-qrib tinkludi vjolenza mwettqa minn sħab intimi jew eks-sħab jew membri tal-familja oħrajn u li twassal għal diskriminazzjoni u ksur tal-libertajiet fundamentali tal-vittmi.
Fit-trattament ta’ vittmi bi ħtiġijiet speċjali abbażi tan-natura tar-reat għandha tingħata għajnuna lil tipi oħrajn ta’ vittmi, u mhux lil vittmi ta’ traffikar uman jew vittmi ta’ vjolenza sesswali (kif jidher fit-test tal-Kummissjoni).
Vittmi ta' terroriżmu, vittimi tal-kriminalità organizzata, vittmi ta’ vjolenza ta’ relazzjonijiet mill-qrib u vittmi ta’ vjolenza sessista għandhom huma ukoll jiġu inklużi bħala vittmi ta’ ħtiġijiet speċifiċi. Peress li n-natura tar-reat tieħu forom differenti, il-bżonnijiet tal-vittmi huma differenti ukoll. Ir-referenza għal ħtiġijiet speċifiċi hi essenzjali daqs is-sensittività tagħha. Pereżempju vittmi ta’ terroriżmu: id-differenza ewlenija fil-konfront ta’ vittmi oħrajn tinsab fil-kuntest li fih isseħħ il-vittimizzazzjoni terrorista, u l-udjenza tagħha. Il-vittmi tat-terroriżmu skont id-definizzjoni tagħhom huma attakkati bħala rappreżentattivi ta’ grupp akbar. Ir-rikonoxximent tal-vittimizzazzjoni tagħhom ifisser ir-rikonoxximent ta’ dan il-fatt. Il-gruppi ta' appoġġ għall-vittmi tat-terroriżmu jinkludu l-ħtiġijiet tal-vittmi, fl-appoġġ legali tagħhom f’erba’ bżonnijiet: id-dritt għall-ġustizzja, id-dinjità, il-verità u l-memorja, b’din tal-aħħar isservi bħala ċanfira tat-terroriżmu u l-vittimizzazzjoni tiegħu u biex tiġi ppreservata dik il-memorja għal ġenerazzjonijiet futuri.
Valutazzjoni u taħriġ individwali
Apparti mill-appoġġ konvenzjonali għall-vittmi, flimkien mal-mira inizjali fuq dawk il-vittmi li ġarrbu esperjenza partikolarment kerha, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil: espożizzjoni qawwija u d-distruzzjoni jew telf trawmatiku; hu importanti li tingħata kunsiderazzjoni lill-esperjenza ta’ avvenimenti trawmatiċi jew storja attwali jew preċedenti ta’ saħħa mentali jew ta’ trattament ta’ saħħa mentali u n-nuqqas ta’ appoġġ soċjali, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-familja jew mill-ħbieb. Għandhom jitwettqu sforzi biex ikun aċċertat li dawk il-membri tal-komunità soċjali li jinsabu waħedhom, peress li dawn jistgħu jkunu dawk li għalihom l-appoġġ soċjali jew ta’ segwitu jista’ jkun partikolarment importanti.
Ir-Rapporteurs għalhekk iqisu li l-valutazzjoni individwali tirrappreżenta pass importanti ‘l quddiem mill-mument li fih issir il-ħsara. Il-valutazzjoni tidentifika l-ħtiġijiet tal-vittmi qabel, matul u wara l-proċedimenti kriminali. Spiss, tul il-proċedimenti kriminali, l-awtoritajiet mhumiex konxji mill-ħtiġijiet tal-vittmi, u dan jagħmilha diffiċli biex il-vittma tlaħħaq mal-kooperazzjoni. Il-pulizija, il-prosekuturi u persunal ieħor għandu jiġi mħarreġ kif jitrattaw il-vittma, skont it-tip ta’ reat. B’mod partikolari r-Rapporteurs jitolbu li sabiex issir provviżjoni aħjar għall-ħtiġijiet tal-vittmi ta’ vjolenza sessista u ta’ vjolenza f’relazzjonijiet mill-qrib, il-professjonisti tal-ġustizzja, l-uffiċjali tal-pulizija u l-membri tas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi għandhom jirċievu taħriġ li jgħinhom itejbu s-sensittività tagħhom għall-ġeneru u jippermettilhom jidentifikaw malajr u jappoġġjaw il-ħtiġijiet tal-vittmi. Bi qbil mal-ispirtu ta’ kooperazzjoni, ir-Rapporteurs iqisu rilevanti li dan it-taħriġ għandu jsir b'konsultazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u fornituri ta’ servizzi għall-vittmi ta’ vjolenza sessista, u għandu jiġu istituzzjonalizzat u standardizzat fost l-Istati Membri.
Għarfien tad-dinamiċi tal-ġeneru tad-drittijiet tal-vittmi
Vjolenza sessista hija forma ta’ vjolenza li taffettwa lin-nisa b’mod sproporzjonat u li jista’ jkollha rabta, iżda mhijiex limitata biss għall-każijiet ta' vjolenza f'relazzjonijiet mill-qrib. L-istudji fuq il-vjolenza sessista jikkalkulaw li waħda minn kull ħamsa sa kwart tan-nisa kollha fl-Ewropa sofrew atti ta' vjolenza fiżika għallinqas darba tul il-ħajja adulta tagħhom, u aktar minn waħda minn kull għaxra sofriet vjolenza sesswali li tinvolvi l-użu tal-forza. F'dan il-kuntest, ir-Rapporteurs jemmnu li huwa importanti li kwalunkwe forma ta' vjolenza sessista tkun kriminalizzata u li l-vittmi jingħataw miżuri speċifiċi ta' prevenzjoni, protezzjoni, u miżuri għal rimedji.
Għal dan il-għan, ir-Rapporteurs stabbilixxew obbligu ċar li l-appoġġ għall-vittmi bi ħtiġijiet speċjali jirrikonoxxi d-dinamiċi tal-ġeneru u jopera f’qafas ta’ ugwaljanza bejn is-sessi u ta’ drittijiet tal-bniedem. Ir-Rapporteurs huma fiduċjużi li dan l-approċċ huwa essenzjali ukoll biex tiġi evitata vittimizzazzjoni sekondarja tal-vittmi ta’ vjolenza sessista.
L-għan tar-Rapporteurs huwa li jiżguraw li definizzjoni komprensiva ta’ “vittma” kienet adottata fil-livell Ewropew u li s-sitwazzjoni partikolari tal-vittmi bi ħtiġijiet speċjali tittieħed inkonsiderazzjoni fit-tfassil ta’ servizzi ta’ appoġġ xierqa jew prattikanti ta’ taħriġ li jkunu f’kuntatt immedjat mall-vittmi. Għal dan il-għan, id-Direttiva tinkludi numru ta' drittijiet li għandhom jiġu assigurati lill-vittmi u għaldaqstant timla lakuna sinifikanti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għall-vittma ta’ kriminalità. Ir-Rapporteurs iqisu l-vjolenza sessista ukoll bħala manifestazzjoni ta’ inugwaljanza bejn is-sessi u vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u għaldaqstant rikonoxximent aktar sinifikanti tal-vjolenza kontra n-nisa bħala forma ta’ diskriminazzjoni li trid tiġi rikonoxxuta u miġġielda.
Kooperazzjoni u koordinazzjoni akbar għall-protezzjoni tal-vittmi
L-Istati Membri huma mogħtija parir biex jiżviluppaw approċċ ġenerali li jinkludi diversi aġenziji li jiżguraw koordinazzjoni effettiva fost dawk l-awtoritajiet li jipprovdu appoġġ għall-vittmi. F'dan ir-rigward, id-Direttiva tipprevedi l-ħolqien ta’ struttura formali u informali li jippermetti lill-professjonisti mill-ġudikatura, aġenziji għall-infurzar tal-liġi u NGOs biex jikkooperaw b’manjiera standardizzata. Ir-Rapporteurs jemmnu li rispons koordinat għall-vittmi jnaqqsu l-impatt negattiv tal-kriminalità, ir-riskji ta’ vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta u l-piż fuq il-vittma minħabba l-interazzjoni ripetuta tagħha mal-aġenziji ta’ ġustizzja kriminali.
Garanzija għall-protezzjoni tal-privatezza tal-vittma
Ir-rapporteurs stabilixxew obbligu li l-ħajja privata u tal-familja tal-vittma tiġi protetta matul kwalunkwe proċediment kriminali u wara dawn il-proċedimenti. Is-salvagwardja tal-privatezza tal-vittma, indipendentement min-natura tal-ħsara, għandha tiġi garantita b’kull mod minħabba li hija parti mill-ħtiġijiet tal-vittma biex tiflaħ speċifikament għall-proċess legali, u l-irkupru psikoloġiku ġenerali. Pereżempju l-midja spiss tista’ tikkawża aktar vittimizzazzjoni fuq il-vittma ta’ kriminalità jew superstiti billi tiggrava s-sentimenti tal-vittmi ta’ vjolazzjoni, diżorjentazzjoni, u nuqqas ta’ kontroll. Għalhekk, ir-Rapporteurs jinsistu ukoll li l-midja tadotta “miżuri ta' awtoregolazzjoni” biex tiġi protetta l-integrità personali tal-vittmi mill-attenzjoni intrużiva tal-midja.
Netwerk Ewropew u statistiċi
Il-vittma jeħtieġ li tkunu konxja li d-drittijiet tagħha se jiġu standardizzati mal-UE kollha. Għandhom jiġu stabbiliti kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni, programmi ta’ riċerka u edukazzjoni u kooperazzjoni mal-aġenziji ta’ soċjetà ċivili permezz ta’ kampanji mfassla sew bejn l-Istati Membri tal-UE. Barra minn hekk, il-ġbir u l-iskambju ta’ data dwar kull tip ta’ vittmi huwa meħtieġ biex finalment tingħeleb il-kriminalità. Għal dan il-għan ir-Rapporteurs jitolbu l-ħolqien, permezz ta’ assoċjazzjonijiet eżistenti li jittrattaw il-ħtiġijiet tal-vittmi, ta’ Netwerk Ewropew ta’ osservazzjoni u għajnuna għall-vittmi biex tinħoloq database ta’ statistiċi li tinkludi n-numru, l-età, is-sess u n-nazzjonalità tal-vittma. Dan in-netwerk jista’ jipprovdi bażi għall-Direttivi futuri biex jissaħħaħ iktar l-iżvilupp fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja.
Ringrazzjament
Ir-Rapporteurs huma grati għall-ispjegazzjonijiet provduti mill-Kummissjoni permezz tad-DĠ ĠUSTIZZJA, kif ukoll għall-iskambju produttiv ta’ fehmiet max-shadow Rapporteurs, u l-Presidenza Daniża tal-UE. Ir-Rapporteurs jixtiequ jesprimu ukoll il-gratitudni tagħhom għall-pożizzjonijiet u l-kompetenzi mressqa mill-organizzazzjonijiet, l-assoċjazzjonijiet u l-NGOs dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta’ kriminalità.
26.3.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità
( COM(2011)0275 – C7‑0127/2011 – 2011/0129(COD) )
Rapporteur: Antonio López-Istúriz White
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
F’kawża klassika tal-Qorti tal-Ġustizzja, Ian Cowan, ċittadin Ingliż, safa vittma ta’ attakk vjolenti fil-ħruġ ta' stazzjon tal-metro waqt żjara qasira f’Pariġi. L-aggressuri ma ġewx identifikati. Għaldaqstant fittex kumpens mill-awtoritajiet Franċiżi għall-feriti li sofra minn dak l-attakk.
Kif irriżulta, Franza għamlet l-għoti ta’ kumpens mill-Istat għal ħsara kkawżata fi Franza lill-vittma ta’ attakk li wassal għal feriti fiżiċi, suġġett għall-kundizzjoni li l-vittma għandha permess ta’ residenza jew hi ċittadina ta’ pajjiż li daħal f’arranġament reċiproku ma’ Franza. Is-Sur Cowan ma kienx jaqa’ f’dawn il-kategoriji u għalhekk ġie mċaħħad minn kumpens. Il-Qorti, b’referenza mingħand il-korp nazzjonali għall-kumpens, iddeċidiet li din il-limitazzjoni tmur kontra l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità stabbilita fit-Trattat.
Dan il-każ juri sa liema punt il-lakuni jew saħansitra miżuri diskriminatorji fil-ħarsien tal-vittmi fis-suq intern u issa fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja jista’ jxekkel id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jagħżlu li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu. Kif iddeċidiet tajjeb il-Qorti tal-Ġustizzja, il-ħarsien tal-vittmi huwa “riżultat ta’ dik il-libertà ta’ moviment”.[19] L-Unjoni tiżgura moviment liberu tal-persuni, u għandha tiżgura bl-istess mod standards u regoli xierqa meta xi ħaġa tmur żmerċ.
Ir-Rapporteur għaldaqstant jilqa’ bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, b’mod partikolari fid-dawl tan-nuqqasijiet tal-istrumenti tal-UE adottati preċedentement, kemm f’termini ta’ kontenut kif ukoll fl-implimentazzjoni[20]. Hu jikkunsidra li t-tisħiħ u l-promozzjoni tad-drittijiet huma essenzjali u li misshom ilhom li saru, għall-iżgurar ta’ bilanċ xieraq mal-inizjattivi kurrenti tal-UE rigward id-drittijiet tal-persuni suspettati u akkużati. Ġeneralment, is-sistemi tal-ġustizzja kriminali jiffokaw fuq min wettaq ir-reat u l-pubbliku, kultant għad-detriment tal-vittma u l-effetti trawmatiċi tar-reat. Il-vittmi m’għandhomx iħossuhom esklużi minn dawn il-proċedimenti.
Il-kumitat jixtieq jara ċerti aspetti tal-proposta msaħħa u magħmula aktar effettivi, waqt li jibqgħu kosteffikaċi u finanzjarjament sostenibbli.
Il-Kumitat jappoġġa l-approċċ tal-Kummissjoni li tistabbilixxi standards minimi, b’hekk tippermetti lill-Istati Membri biex, jekk jixtiequ, imorru lil hinn fil-protezzjoni tal-vittmi. Dan l-approċċ għandu jistabbilixxi livell bażiku ta’ appoġġ għall-vittmi f’dawk l-Istati Membri li m’għandhomx organizzazzjonijiet għall-appoġġ tal-vittmi li ilhom stabbiliti.
F’ċerti każi, wara delitti fuq skala kbira, il-vittmi jistgħu jkunu partikolarment trawmatizzati. Ġeneralment dan huwa l-każ għall-vittmi ta’ delitti terroristiċi, iżda jista’ japplika wkoll għall-vittmi ta’ kriminalità organizzata. Dan għaliex l-imsemmija atti kriminali, minħabba l-iskala tagħhom iżda wkoll minħabba l-mod kif isiru, jeqirdu għalkollox il-ħajja ta' kuljum tal-vittmi, u twassalhom biex jitilfu s-sens tagħhom ta’ normalità. Pereżempju, il-fiduċja ta’ vittma ta’ bomba terroristika u vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, b’mod simili, tista' ssofri ħsara irreparabbli. Dawn il-vittmi għandhom bżonn jerġgħu jibnu ħajjithom. Huwa għalhekk li r-Rapporteur jemmen li l-vittmi ta’ dawn id-delitti għandhom jiġu trattati bħala vittmi vulnerabbli.
Għalkemm serje ta’ drittijiet minimi hija bażi kruċjali, il-vittmi fuq kollox għandhom bżonn attenzjoni individwali u b’rispett mingħand is-sistema ġudizzjarja relevanti.
Fl-aħħar nett, il-Kumitat jikkunsidra li s-sistemi tal-ġustizzja kriminali fl-Istati Membri għandhom jimmiraw aktar lejn il-protezzjoni tal-vittmi, u mhux jiffukaw biss fuq il-konvenut. Din il-bidla fil-kultura ma tistax tinkiseb biss permezz tal-leġiżlazzjoni iżda se teħtieġ sforzi sostnuti ta’ taħriġ u edukazzjoni, gwida prattika u skambju tal-aqwa prattiki. L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni privileġġata biex tmexxi fuq kwistjonijiet bħal għarfien aħjar tad-drittijiet tal-vittmi, infurzar aħjar ta’ dawn id-drittijiet u taħriġ xieraq b’mod speċjali għall-persunal ġudizzjarju u l-prattikanti legali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jinkorporaw l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(8) Din id-Direttiva tistipula regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. | (8) Din id-Direttiva tistipula regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva, b’mod partikolari biex il-vittmi jingħataw status komprensiv ta’ parti fi proċedimenti kriminali, inkluż id-dritt għall-għajnuna legali u aċċess għall-inkartamenti, bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Meta tiġi pprovduta l-informazzjoni, għandu jingħata biżżejjed dettall biex jiġi żgurat li l-vittmi jkunu trattati b'rispett u biex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri u dwar kif għandhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. F’dan ir-rigward, l-informazzjoni li tippermetti lill-vittma li tkun aġġornata dwar l-istat attwali ta' kwalunkwe proċeduri u tal-progress tagħhom hija partikolarment importanti. Dan huwa rilevanti bl-istess mod fir-rigward tal-informazzjoni li tippermetti lill-vittma li tiddeċiedi dwar jekk għandhiex tressaq talba għal reviżjoni ta’ deċiżjoni li permezz tagħha l-awtur ma jkunx se jiġi mixli. | (10) Meta tiġi pprovduta l-informazzjoni, il-vittmi għandhom jitħallew ikollhom aċċess għall-inkartamenti tal-każ rilevanti, u għandu jingħata biżżejjed dettall biex jiġi żgurat li l-vittmi jkunu trattati b'rispett u biex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedimenti u dwar kif għandhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. F’dan ir-rigward, l-informazzjoni li tippermetti lill-vittma li tkun aġġornata dwar l-istat attwali ta' kwalunkwe proċeduri u tal-progress tagħhom hija partikolarment importanti. Dan huwa rilevanti bl-istess mod fir-rigward tal-informazzjoni li tippermetti lill-vittma li tiddeċiedi dwar jekk għandhiex tressaq talba għal reviżjoni ta’ deċiżjoni li permezz tagħha l-awtur ma jkunx se jiġi mixli. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) L-appoġġ, kemm jekk ipprovdut minn organizzazzjoni governattiva jew minn organizzazzjoni mhux governattiva, għandu jkun disponibbli mill-mument li fih jitwettaq id-delitt kif ukoll matul il-proċeduri kriminali kollha u wara li jintemmu l-proċeduri, skont il-ħtiġijiet tal-vittma. L-appoġġ għandu jingħata b’mezzi varji, mingħajr formalitajiet żejda u b’distribuzzjoni ġeografika suffiċjenti, li jippermettu li l-vittmi kollha jkollhom l-opportunità ta' aċċess għal dawn is-servizzi. Jista’ jkun li ċerti gruppi ta’ vittmi, bħall-vittmi ta’ vjolenza sesswali, ta’ delitti minħabba l-ġeneru, minħabba l-mibegħda lejn ir-razza jew ta' delitti oħra ta’ preġudizzju jew il-vittmi tat-terroriżmu, ikunu jeħtieġu servizzi ta’ appoġġ speċjalizzat minħabba l-karatteristiċi partikolari tad-delitt li jkun sar fil-konfront tagħhom. | (13) L-appoġġ, kemm jekk ipprovdut minn organizzazzjoni governattiva jew minn organizzazzjoni mhux governattiva li hija reġistrata u sorveljata skont il-liġi nazzjonali, għandu jkun disponibbli mill-mument li fih jitwettaq id-delitt kif ukoll matul il-proċeduri kriminali kollha u wara li jintemmu l-proċeduri, skont il-ħtiġijiet tal-vittma. L-appoġġ għandu jingħata b’mezzi varji, mingħajr formalitajiet żejda u b’distribuzzjoni ġeografika suffiċjenti, li jippermettu li l-vittmi kollha jkollhom l-opportunità ta' aċċess għal dawn is-servizzi. Jista’ jkun li ċerti gruppi ta’ vittmi, bħall-vittmi ta’ vjolenza sesswali, ta’ delitti minħabba l-ġeneru, minħabba l-mibegħda lejn ir-razza jew ta' delitti oħra ta’ preġudizzju u l-vittmi tat-terroriżmu jew tal-kriminalità organizzata, ikunu jeħtieġu servizzi ta’ appoġġ speċjalizzat minħabba l-karatteristiċi partikolari tad-delitt li jkun sar fil-konfront tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Il-vittmi tal-kriminalità organizzata huma fost dawk partikolarment vulnerabbli, minħabba li huma speċjalment esposti għall-intimidazzjoni u għat-theddida ta’ vjolenza ripetuta min-naħa ta’ min iwettaq delitti ta’ dan it-tip. Huwa għalhekk li għandhom bżonn miżuri speċjali, mhux biss għall-protezzjoni waqt proċedimenti kriminali, imma wkoll rigward servizzi ta’ assistenza speċjalizzata.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Waqt il-proċeduri kriminali uħud mill-vittmi jkunu partikolarment vulnerabbli għall-vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta u għall-intimidazzjoni min-naħa tal-imputati jew tal-kompliċi tiegħu. Vulnerabilità ta’ dan it-tip ġeneralment tista’ tiġi identifikata mill-karatteristiċi personali tal-vittma u mit-tip jew min-natura tad-delitt. Fuq il-bażi ta’ dan, ħafna drabi xi vittmi bħat-tfal, il-persuni b’diżabilità, il-vittmi tal-vjolenza sesswali u l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin ikunu vulnerabbli li jiġu vittimizzati iktar u jkunu jeħtieġu miżuri speċjali ta' protezzjoni. L-aċċess għall-miżuri ta’ protezzjoni għandu jkun limitat biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħall-ibbilanċjar tad-drittijiet fundamentali tal-imputat jew tal-persuna suspettata, jew meta l-vittma tkun tixtieq hekk. Din id-Direttiva ma tittrattax l-istess kwistjonijiet tal-każijiet ta’ vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u ta’ vittmi tfal ta’ abbużi sesswali, ta' sfruttamenti sesswali u ta’ pedopornografija, jekk diġà jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi u iktar dettaljati dwarhom inklużi fi strumenti separati adottati jew li qegħdin jiġu negozjati. | (17) Waqt il-proċeduri kriminali uħud mill-vittmi jkunu partikolarment vulnerabbli għall-vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta u għall-intimidazzjoni min-naħa tal-imputati jew tal-kompliċi tiegħu. Vulnerabilità ta’ dan it-tip ġeneralment tista’ tiġi identifikata mill-karatteristiċi personali tal-vittma u mit-tip jew min-natura tad-delitt. Fuq il-bażi ta’ dan, ħafna drabi xi vittmi bħat-tfal, il-persuni b’diżabilità, il-vittmi tal-vjolenza sesswali, il-vittmi tal-kriminalità organizzata u l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin ikunu vulnerabbli li jiġu vittimizzati iktar u jkunu jeħtieġu miżuri speċjali ta' protezzjoni. L-aċċess għall-miżuri ta’ protezzjoni għandu jkun limitat biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħall-ibbilanċjar tad-drittijiet fundamentali tal-imputat jew tal-persuna suspettata, jew meta l-vittma tkun tixtieq hekk. Din id-Direttiva ma tittrattax l-istess kwistjonijiet tal-każijiet ta’ vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew tal-kriminalità organizzata u ta’ vittmi tfal ta’ abbużi sesswali, ta' sfruttamenti sesswali u ta’ pedopornografija, jekk diġà jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi u iktar dettaljati dwarhom inklużi fi strumenti separati adottati jew li qegħdin jiġu negozjati. |
Ġustifikazzjoni
Il-vittmi tal-kriminalità organizzata huma kategorija fost dawk speċifiċi definiti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE – 18.05.2011 ( COM(2011) 274 ). Fid-dawl tal-fatt li l-vittmi tal-kriminalità organizzata huma partikolarment vulnerabbli għall-intimidazzjoni u għat-theddida ta’ vjolenza ripetuta min-naħa ta’ min iwettaq reati ta’ dan it-tip, huma jeħtieġu miżuri speċjali ta’ protezzjoni.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 24
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(24) Kwalunkwe uffiċjali involuti fi proċeduri kriminali u li x’aktarx li jkollhom kuntatt mal-vittmi għandhom jiġu mħarrġa biex ikunu kapaċi jidentifikaw u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-vittmi, kemm permezz tat-taħriġ tal-bidu u tat-taħriġ kontinwu kif ukoll sal-livell xieraq biex ikollhom kuntatt mal-vittmi. Dan għandu jinkludi taħriġ speċjalizzat kif xieraq. | (24) Kwalunkwe professjonist involut fi proċeduri kriminali u li x’aktarx li jkollhom kuntatt mal-vittmi għandhom jiġu mħarrġa biex ikunu kapaċi jidentifikaw u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-vittmi, kemm permezz tat-taħriġ tal-bidu u tat-taħriġ kontinwu kif ukoll sal-livell xieraq biex ikollhom kuntatt mal-vittmi. Dan għandu jinkludi taħriġ speċjalizzat, pereżempju rigward vittmi ta’ reati sesswali, familji f’luttu minħabba qtil, vittmi żgħażagħ tal-kriminalità jew vittmi ta’ kriminalità transfruntiera. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 26a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26a) F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġustifikata1. |
| ______________ |
| 1Il-Kummissjoni bagħtet lill-Kunsill ġustifikazzjoni bil-miktub dwar X (X). |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jingħataw, mingħajr dewmien bla bżonn u sa mill-ewwel kuntatt tagħhom mal-awtorità kompetenti biex tilqa' kwereli dwar reati kriminali, l-informazzjoni li ġejja: | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi kollha jingħataw, mingħajr dewmien bla bżonn u b’lingwa li l-vittma tifhimha, u bl-użu ta’ tekniki ta’ komunikazzjoni sensittivi għat-tfal fejn xieraq, sa mill-ewwel kuntatt tagħhom ma' kwalunkwe awtorità pubblika wara kwerela dwar reat kriminali, l-informazzjoni li ġejja: |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(f) sa liema punt u b’liema kundizzjonijiet huma intitolati li jirċievu pariri legali, għajnuna legali jew kwalunkwe tip ieħor ta' pariri; | (f) b’liema kundizzjonijiet huma intitolati li jirċievu pariri legali, għajnuna legali jew kwalunkwe tip ieħor ta' pariri indipendenti u esperti; |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fa) li jkollhom dritt għal interpretazzjoni u traduzzjoni f’kull kawża, bla ħlas; |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-informazzjoni provduta fil-paragrafu 1 għandha tingħata sew bil-fomm kif ukoll bil-miktub, b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, filwaqt li jitqies kwalunkwe bżonn partikolari ta' persuni vulnerabbli. |
Ġustifikazzjoni
Mhuwiex biżżejjed li l-awtoritajiet jingħataw l-għażla li l-informazzjoni provduta fil-paragrafu 1 jagħtuha biss bil-fomm.
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jiġu notifikati bid-dritt tagħhom li jingħataw l-informazzjoni li ġejja dwar il-każ tagħhom u bil-fatt li din l-informazzjoni tingħatalhom jekk huma jkunu esprimew ix-xewqa li jirċievuha: | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jiġu notifikati bid-dritt tagħhom li jingħataw informazzjoni dwar il-każ tagħhom u li jkunu jistgħu jaċċedu għall-inkartamenti rilevanti tal-każ jekk huma jkunu esprimew din ix-xewqa, u li b’hekk jirċievu l-informazzjoni li ġejja: |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jingħataw l-opportunità li jiġu notifikati meta l-persuna mixlija jew misjuba ħatja tar-reati fil-konfront tagħhom tiġi rilaxxata mill-kustodja. Il-vittmi għandhom jingħataw din l-informazzjoni jekk huma jkunu esprimew ix-xewqa li jiġu infurmati. | 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jingħataw l-opportunità li jiġu notifikati meta l-persuna mixlija jew misjuba ħatja tar-reati fil-konfront tagħhom tiġi rilaxxata mill-kustodja jew jekk dik il-persuna taħrab mill-kustodja. Il-vittmi għandhom jingħataw din l-informazzjoni minnufih f’kull każ. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-notifika u l-informazzjoni provduti skont il-paragrafi 1 u 2 ikunu provduti f'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, filwaqt li għandu jitqies kwalunkwe bżonn partikolari ta' vittmi li huma vulnerabbli. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu d-dritt tal-vittmi li jimmodifikaw fi kwalunkwe mument id-deċiżjoni rigward ix-xewqa tagħhom li jirċievu jew ma jirċevux l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 4 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-kwerela fir-rigward tar-reat kriminali li tkun saret lill-awtorità kompetenti; | (a) il-kwerela fir-rigward tar-reat kriminali li tkun saret lill-awtorità kompetenti; |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom ikollhom aċċess bla ħlas u kunfidenzjali għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, skont il-ħtiġijiet tagħhom. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi u l-membri tal-familja tagħhom ikollhom aċċess bla ħlas u kunfidenzjali għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, skont il-ħtiġijiet tagħhom qabel, matul u għal żmien adegwat wara l-konklużjoni ta’ kwalunkwe proċediment kriminali. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li jkun speċifikat li għandu jkun hemm livell konsistenti u garantit ta’ sostenn fl-Istati Membri kollha u li s-sostenn m’għandux jillimita ruħu għaż-żmien immedjatament wara r-reat, għax il-proċedimenti kriminali jafu jkunu twal, kumplessi u trawmatiċi, partikolarment għall-vittmi ta’ reati vjolenti u/jew sesswali.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. L-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-għażla tal-vittma li ma tagħmilx użu mill-appoġġ tal-Istat. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. L-Istati Membri għandhom iħallu organizzazzjonijiet governattivi jew non-governattivi b’interess leġittimu u li huma reġistrati u sorveljati skont il-liġi nazzjonali, jintervjenu fi proċedimenti kriminali b’sostenn għal, jew f'isem, il-vittma jew vittmi. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jirċievu konferma bil-miktub ta’ kwalunkwe kwerela li jkunu għamlu ma’ xi awtorità kompetenti tal-Istat Membru. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jirċievu konferma bil-miktub, f'lingwa li jifhmu, ta’ kwalunkwe kwerela li jkunu għamlu ma’ xi awtorità kompetenti tal-Istat Membru. |
Ġustifikazzjoni
F’linja waħda mad-drittijiet mogħtija il individwi akkużati li wettqu reati barra minn pajjiżhom.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jkunu jistgħu jinstemgħu waqt il-proċeduri kriminali u jkunu jistgħu jagħtu x-xhieda tagħhom. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vittmi jkunu jistgħu jieħdu sehem fi proċedimenti kriminali u li jkollhom id-dritt li jinstemgħu waqt il-proċedimenti kriminali u li jagħtu x-xhieda tagħhom. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-persuna suspettata jew akkużata jew l-awtur tar-reat trid/irid tkun/ikun aċċettat/aċċetta r-responsabilità tal-għemil tagħha/tiegħu; | (c) il-persuna suspettata jew akkużata jew l-awtur tar-reat trid/irid tkun/ikun aċċettat/aċċetta r-responsabilità tal-għemil tagħha/tiegħu u għandha/għandu toffri/joffri spjegazzjoni lill-vittma; |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-referenza tal-każijiet għas-servizzi tal-medjazzjoni jew għal servizzi oħra ta' ġustizzja restorattiva, anki permezz tal-istabbiliment ta' protokolli dwar il-kundizzjonijiet ta’ referenza. | 2. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw ir-referenza tal-każijiet għas-servizzi tal-medjazzjoni jew għal servizzi oħra ta' ġustizzja restorattiva, anki permezz tal-istabbiliment ta' proċeduri dwar il-kundizzjonijiet ta’ referenza. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-medjazzjoni jew servizzi oħra ta’ ġustizzja restorattiva, meta pprovduti minn organizzazzjonijiet non-governattivi, jiġu reġistrati u suġġetti għal sorveljanza regolari skont il-liġi nazzjonali. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 14
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proprjetà tal-vittmi li tista’ tiġi rkuprata u li tiġi sekwestrata matul il-proċeduri kriminali, tintradd lura lilhom mingħajr dewmien, sakemm ma tkunx meħtieġa għall-iskop tal-proċeduri kriminali. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proprjetà tal-vittmi li tiġi sekwestrata matul il-proċeduri kriminali, tintradd lura lilhom mingħajr dewmien, sakemm ma tkunx meħtieġa għall-iskop tal-proċeduri kriminali. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jinkoraġġixxu lill-ħatja biex jipprovdu kumpens adegwat lill-vittmi. | 2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jinkoraġġixxu lill-ħatja biex jipprovdu kumpens adegwat lill-vittmi u għandhom jassistu lill-vittmi fl-infurzar f’waqtu ta’ deċiżjonijiet ta’ kumpens. |
Ġustifikazzjoni
Dan il-paragrafu għandu jissaħħaħ bl-enfasi li l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jiżguraw li d-deċiżjonijiet ta’ kumpens jiġu eżegwiti bla dewmien.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu implimentati proċeduri sempliċi u komuni biex jippermettu li vittmi tal-kriminalitàli jkunu residenti fi Stat Membru ieħor japplikaw għal kumpens faċilment, u li deċiżjonjiet ta’ kumpens transfruntiera jiġu eżegwiti bla dewmien żejjed. |
Ġustifikazzjoni
Il-vittmi ta’ reati barra minn pajjiżhom m’għandhomx jiġu mtellfa milli jitolbu li jingħataw il-kumpens li jixirqilhom minħabba proċeduri kumpessi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċedura waħda u sempliċi għal talbiet ta’ kumpens minn ċittadini ta’ pajjiżi oħra, u li d-deċiżjonijiet ta’ kumpens transfruntiera jiġu eżegwiti f’waqthom.
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-kategoriji ta' vittmi li ġejjin huma meqjusa vulnerabbli minħabba l-karatteristiċi personali tagħhom: | 1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-kategoriji ta' vittmi li ġejjin huma meqjusa vulnerabbli minħabba l-karatteristiċi jew is-sitwazzjoni personali tagħhom: |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) It-tfal; | (a) It-tfal u l-anzjani; |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Persuni fir-riskju li jsiru mira jew jiġu intimidati; |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (aa) Vittmi ta' vjolenza domestika; |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) Vittmi ta' attakki terroristiċi, tal-kriminalità organizzata, tal-pedofilija u tal-kriminalità ċibernetika. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 19
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu b’mod progressiv il-kundizzjonijiet meħtieġa biex jippermettu li jiġi evitat il-kuntatt bejn il-vittmi u l-persuni suspettati jew akkużati fi kwalunkwe lok fejn il-vittmi jista' jkollhom kuntatt personali mal-awtoritajiet pubbliċi minħabba l-fatt li huma jkunu l-vittmi u b'mod partikolari, fil-postijiet fejn isiru l-proċeduri kriminali. | L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jippermettu li jiġi evitat il-kuntatt bejn il-vittmi u l-persuni suspettati jew akkużati fi kwalunkwe lok fejn il-vittmi jista' jkollhom kuntatt personali mal-awtoritajiet pubbliċi minħabba l-fatt li huma jkunu l-vittmi u b'mod partikolari, fil-postijiet fejn isiru l-proċeduri kriminali. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) il-vittmi jiġu interrogati mingħajr dewmien mhux ġustifikat wara li jagħmlu l-kwerela tagħhom fir-rigward ta’ reat kriminali mal-awtoritajiet kompetenti; | (a) il-vittmi jiġu interrogati mingħajr dewmien mhux meħtieġ wara li jagħmlu l-kwerela tagħhom fir-rigward ta’ reat kriminali mal-awtoritajiet kompetenti; |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-possibilità ta’ żjajjar fil-qrati qabel il-proċess għall-vittmi, għal finijiet ta’ familjarizzazzjoni . |
Ġustifikazzjoni
Il-kumitat jemmen li l-vittmi għandhom jibbenefikaw minn żjajjar fil-qrati qabel il-proċess, għal finijiet ta' familjarizzazzjoni.
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) l-interrogazzjonijiet kollha tal-vittma jitwettqu mill-istess persuni sakemm dan ma jmurx kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja; | (c) l-interrogazzjonijiet kollha tal-vittma jitwettqu mill-istess persuni sakemm dan ma jmurx kontra l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u dment li l-vittma ma tesprimix xewqa kuntrarja tul l-investigazzjonijiet kriminali; |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-interrogazzjonijiet kollha tal-vittmi ta’ vjolenza sesswali jitwettqu minn persuna tal-istess sess. | (d) l-interrogazzjonijiet kollha tal-vittmi ta’ vjolenza sesswali jitwettqu minn persuna tal-istess sess ħlief jekk mitlub mod ieħor mill-vittma. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt il-proċeduri fil-qorti, l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu jadottaw miżuri xierqa biex jipproteġu l-ħajja privata u r-ritratti tal-vittmi u tal-membri tal-familji tagħhom. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu adottati miżuri xierqa, b'mod partikolari waqt l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-proċedimenti fil-qorti, biex jipproteġu l-ħajja privata u r-ritratti tal-vittmi u tal-membri tal-familji tagħhom. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenziji b’kuntatt mal-vittmi jadottaw standards ċari li huma ma jistgħux jiżvelaw informazzjoni li tkun ngħatat lilhom mingħand vittma jew persuna relatata mal-vittma ħlief meta l-vittma tkun tat il-kunsens biex tiġi żvelata, jew jekk hemm ħtieġa jew awtorizzazzjoni legali biex dan isir. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pulizija, il-prosekuturi u l-persunal tal-qorti jirċievu kemm taħriġ ġenerali kif ukoll taħriġ speċjalizzat li permezz tiegħu jilħqu livell xieraq għall-kuntatt tagħhom mal-vittmi biex ikunu ssensibilizzati għall-ħtiġijiet tal-vittmi u biex jittrattawhom b’imparzjalità, b'rispett u bi professjonalità. | 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pulizija, il-prosekuturi u l-persunal tal-qorti dejjem jirċievu kemm taħriġ ġenerali kif ukoll taħriġ speċjalizzat li permezz tiegħu jilħqu livell xieraq għall-kuntatt tagħhom mal-vittmi biex ikunu ssensibilizzati għall-ħtiġijiet tal-vittmi u biex jittrattawhom b’imparzjalità, b'rispett u bi professjonalità. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-ġudikatura jkollhom aċċess kemm għal taħriġ ġenerali kif ukoll għal taħriġ speċjalizzat biex ikunu ssensibilizzati għall-ħtiġijiet tal-vittmi u biex jittrattawhom b’imparzjalità, b’rispett u bi professjonalità. | 2. Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-ġudikatura jkollhom aċċess kemm għal taħriġ ġenerali kif ukoll għal taħriġ speċjalizzat biex isiru konxji tal-ħtiġijiet tal-vittmi u tal-bżonn li tali vittmi jiġu trattati b’imparzjalità, b’rispett u bi professjonalità, u li huma jiġu mħeġġa biex jipparteċipaw f’tali taħriġ, inkluż it-taħriġ ulterjuri, fejn xieraq. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-Istati Membri għandhom dejjem jiżguraw li l-avukati jkollhom aċċess kemm għal taħriġ ġenerali kif ukoll għal taħriġ speċjalizzat biex ikunu ssensibilizzati għall-ħtiġijiet tal-vittmi u biex jittrattawhom b’imparzjalità, b’rispett u bi professjonalità. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li dawk li jipprovdu appoġġ għall-vittmi u servizzi ta’ ġustizzja restorattiva jingħataw taħriġ xieraq li permezz tiegħu jilħqu livell adattat għall-kuntatt tagħhom mal-vittmi u jirrispettaw l-istandards professjonali biex jiġi żgurat li dawn is-servizzi jkunu pprovduti b’mod imparzjali, b’rispett u bi professjonalità. | 3. L-Istati Membri għandhom dejjem jieħdu miżuri biex jiżguraw li dawk li jipprovdu appoġġ għall-vittmi u servizzi ta’ ġustizzja restorattiva jingħataw taħriġ xieraq li permezz tiegħu jilħqu livell adattat għall-kuntatt tagħhom mal-vittmi u jirrispettaw l-istandards professjonali biex jiġi żgurat li dawn is-servizzi jkunu pprovduti b’mod imparzjali, b’rispett u bi professjonalità. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ambaxxati u l-konsulati tagħhom ikollhom mekkaniżmi stabbiliti sewwa ta’ kuntatt mal-fornituri ta’ servizzi u l-aġenziji tal-vittmi fl-Istati Membri fejn ikunu biex jiżguraw li l-vittmi jiġu riferiti bil-ħeffa. |
Ġustifikazzjoni
Dan is-suġġeriment sar minn bosta kostitwenti f’każijiet fejn huma stess jew inkella qrabathom sfaw vittmi ta' reat barra minn pajjiżhom. Hija ommissjoni li għandha tkun indirizzata fil-leġiżlazzjoni.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 25 – paragrafu 2c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dritt nazzjonali tagħhom dwar ir-ripatrijazzjoni tal-mejtin isegwu proċedura u skeda ta’ żmien komuni li jqisu sew ix-xewqat tal-familja kif ukoll it-tradizzjonijiet reliġjużi u kulturali tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
Din hija problema rikurrenti u persistenti għall-familji tal-vittmi tal-kriminalità.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 27a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 27a |
| Rapport |
| 1. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha. |
| 2. Dan ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn proposti għall-emenda ta' din id-Direttiva. |
PROĊEDURI
Titolu | Standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità | |||
Referenzi | COM(2011)0275 – C7-0127/2011 – 2011/0129(COD) | |||
Kumitati responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 7.6.2011 | FEMM 7.6.2011 |
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 7.6.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Antonio López-Istúriz White 20.6.2011 |
|
|
|
Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
19.1.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 10.10.2011 | 25.1.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 26.3.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 16 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Giuseppe Gargani, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Piotr Borys, Eva Lichtenberger | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría | |||
PROĊEDURA
Titolu | Standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità | |||
Referenzi | COM(2011)0275 – C7-0127/2011 – 2011/0129(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 18.5.2011 |
|
|
|
Kumitati responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | LIBE 7.6.2011 | FEMM 7.6.2011 |
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 7.6.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Teresa Jiménez-Becerril Barrio 12.7.2011 | Antonyia Parvanova 12.7.2011 |
|
|
Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
19.1.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 9.2.2012 | 20.3.2012 | 21.3.2012 | 30.5.2012 |
Data tal-adozzjoni | 10.7.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 79 1 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Regina Bastos, Edit Bauer, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Edite Estrela, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Gál, Iratxe García Pérez, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Zita Gurmai, Mikael Gustafsson, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Timothy Kirkhope, Constance Le Grip, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Claude Moraes, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Antonyia Parvanova, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Renate Sommer, Rui Tavares, Britta Thomsen, Nils Torvalds, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Axel Voss, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Anna Záborská, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Alexander Alvaro, Minodora Cliveti, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Leonidas Donskis, Dimitrios Droutsas, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Monika Hohlmeier, Stanimir Ilchev, Mojca Kleva, Ádám Kósa, Marek Henryk Migalski, Raül Romeva i Rueda, Kārlis Šadurskis, Marco Scurria, Salvador Sedó i Alabart, Bogusław Sonik, Michèle Striffler | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Nadja Hirsch, Elisabeth Morin-Chartier | |||
Data tat-tressiq | 18.7.2012 | |||