Dokument ta' sessjoni

 

A7-0249/2012

19.7.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawsola ta' slavagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Peru

( COM(2011)0600 – C7‑0307/2011 – 2011/0262(COD) )

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Bernd Lange

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  22

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali  24

PROĊEDURA  38

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawsola ta' slavagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Peru ( COM(2011)0600 – C7‑0307/2011 – 2011/0262(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0600 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0307/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Fuzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ( A7-0249/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti strumenti ta’ salvagwardja xierqa biex tkun evitata ħsara serja lill-kultivazzjoni tal-Unjoni tal-banana, settur ta' importanza kbira fil-produzzjoni agrikola finali ta’ ħafna mir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-kapaċità limitata ta’ diversifikazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni, konsegwenza tal-karatteristiċi naturali tagħhom, twassal biex is-settur tal-banana jkun settur partikolarment vulnerabbli. Għalhekk huwa essenzjali li jinħolqu mekkaniżmi effikaċi biex jindirizzaw l-importazzjonijiet preferenzjali minn pajjiżi terzi, sabiex jiġi garantit li l-produzzjoni tal-Unjoni tal-banana, li huwa settur kruċjali tal-impjieg speċjalment fir-reġjuni ultraperiferiċi, jinżamm f’kundizzjonijiet ottimi.

Ġustifikazzjoni

Kif rikonoxxut mill-proposta oriġinali bl-introduzzjoni tal-mekkaniżmu ta’ stabilizzazzjoni għall-banana, jeħtieġ li wieħed jenfasizza s-sitwazzjoni partikolari li dan is-settur se jaffronta bħala riżultat tal-ftehim kummerċjali.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-monitoraġġ mill-qrib tal-importazzjonijiet tal-banana se jiffaċilita kwalunkwe deċiżjoni f'waqtha rigward l-attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ stabilizzazzjoni għall-banana, it-tnedija ta’ investigazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tintensifika l-monitoraġġ regolari tal-importazzjonijiet fis-settur tal-banana mid-data tal-applikazzjoni tal-Ftehim.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u f'kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 48 tal-Ftehim.

(5) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u f'kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 48 tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fir-rigward tal-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, għandhom jiġu introdotti miżuri ta' salvagwardja malli importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat jikkaġunaw jew jheddu li jikkaġunaw ħsara lill-produtturi ta’ prodotti simili jew prodotti direttament kompetittivi fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni.

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni jista’ jiġi kkaġunat ukoll minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligi speċifiċi tat-Titolu IX dwar “Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli” tal-Ftehim – b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards soċjali u ambjentali stipulati fih.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 50 tal-Ftehim.

(6) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 50 tal-Ftehim. Għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi ta' salvagwardja meta l-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi jsibu rwieħom mhedda, skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana, li għandu jinkludi statistika aġġornata u affidabbli dwar l-importazzjonijiet mill-Kolombja u l-Perù u valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet tas-suq, l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni u l-iżvilupp tas-settur ta' produzzjoni tal-Unjoni, b’attenzjoni speċjali għall-produtturi u l-kooperattivi żgħar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tinkludi analiżi tal-impatt tal-Ftehim u ta' dan ir-Regolament dwar il-produzzjoni u l-konsum organiċi fl-Unjoni u l-flussi ta' Kummerċ Ġust bejn il-partijiet kollha tal-Ftehim.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) L-isfidi straordinarji fil-Kolombja u l-Perù fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tax-xogħol u ambjentali inkonnessjoni ma’ prodotti mill-Kolombja u l-Perù jitolbu djalogu mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-UE.

 

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif li jinkludi l-evidenza disponibbli mill-Istati Membri dwar kull xejra fl-importazzjonijiet li tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja.

(8) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif li jinkludi l-evidenza disponibbli mill-Istati Membri u partijiet interessati u għandha titlob mis-setturi involuti, tagħrif dwar kull xejra fl-importazzjonijiet li tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja.

 

 

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Fil-każ li l-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni għall-ftuħ ta’ investigazzjoni ta’ salvagwardja, il-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet tar-Regolament għal ftuħ ex-officio. Fil-każ li l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, hi se tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha relevanti għall-ftuħ ta’ investigazzjoni bħal din.

 

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Il-kompiti ta’ segwitu u reviżjoni tal-Ftehim u, jekk ikun meħtieġ, l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja għandhom isiru bl-aktar mod trasparenti possibbli u bl-involviment tas-soċjetà ċivili. Għal dak il-għan, jeħtieġ li l-kumitati tal-Unjoni għall-impjieg u l-ambjent jew għall-iżvilupp sostenibbli jkunu inklużi f’kull stadju tal-proċess.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) F’xi każijiet, żieda fl-importazzjonijiet ikkonċentrata f’wieħed jew aktar mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni tista’ tikkaġuna jew thedded li tikkaġuna deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika tiegħu jew tagħhom. Fil-każ li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet ikkonċentrata f’wieħed jew aktar mir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ tintroduċi miżuri ta’ sorveljanza preċedenti.

Ġustifikazzjoni

Article 349 of the Treaty on the Functioning of the European Union gives the possibility to adopt specific measures concerning the outermost regions, and this is specifically addressed both in the agreement and the safeguard regulation. In order to monitor this possible threat, it should be clearly defined that prior surveillance measures can be introduced. L-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea joffri l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi li jikkonċernaw ir-reġjuni ultraperiferiċi, u dan huwa indirizzat speċifikament kemm fil-ftehim kif ukoll fir-regolament ta' salvagwardja. Sabiex din it-theddida possibbli tiġi mmonitorjata, għandu jiġi ddefinit b'mod ċar li jistgħu jiġu introdotti.miżuri ta' sorveljanza preċedenti.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta’ żmien massimu tal-miżuri ta’ salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta’ dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 52 tal-Ftehim.

(14) Miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta’ żmien massimu tal-miżuri ta’ salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta’ dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 52 tal-Ftehim. Fir-rigward ta’ miżuri ta' salvagwardja mdaħħla biex jitħarsu l-produzzjoni u s-servizzi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Il-monitoraġġ mill-qrib għandu jiffaċilita kwalunkwe deċiżjoni f’waqtha dwar il-ftuħ possibbli ta’ investigazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ miżuri. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tissorvelja b’mod regolari l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet f’setturi sensittivi, bħalma hu tal-banana, mid-data ta’ applikazzjoni tal-Ftehim.

Ġustifikazzjoni

Impenji ta’ monitoraġġ mill-qrib tħallew barra fir-regolament oriġinali, iżda ovvjament dan huwa importanti sabiex wieħed ikun jista’ jaġixxi fil-pront f’każ ta’ problemi serji.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) Jeħtieġ li ssir insistenza dwar l-importanza tal-konformità mal-istandards internazzjonali tax-xogħol imfassla u sorveljati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Id-difiża tax-xogħol deċenti għal kulħadd għandha tkun prijorità assoluta u l-banana impurtata mill-Kolombja u mill-Perù trid tkun tkabbret b'kundizzjonijiet salarjali ġusti u taħt kundizzjonijiet soċjali u ambjentali deċenti, sabiex jiġi żgurat li l-produtturi tal-Unjoni ma jkunux vittmi ta' dumping li ma jkunux jistgħu jikkumpensaw għalih, u li dan jikkomprometti b'mod definittiv il-kompetittività tagħhom fis-suq dinji tal-banana.

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu diliġenti u effettiv tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana sabiex tiġi evitata theddida ta' deterjorament serju jew deterjorament serju għall-produtturi fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u, minn Jannar tal-2020, tuża strumenti eżistenti bħall-klawsola ta' salvagwardja jew, jekk meħtieġ, tibda' taħseb dwar l-iżvilupp ta' strumenti ġodda li, fil-każ ta' tfixkil serju tas-suq, se jagħmluha possibbli li tiġi ppreservata l-kompetittività ta' setturi ta' produzzjoni fl-Unjoni u partikolarment fir-reġjuni ultraperiferiċi.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) "deterjorament serju" ifisser tfixkil sinifikanti f'settur jew f'industrija; "theddida ta’ deterjorament serju" tfisser tfixkil sinfikanti imminenti b'mod ċar.

 

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Monitoraġġ

 

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-prodotti Kolombjani u Peruvjani, partikolarment f'setturi sensittivi, inkluż dak tal-banana. Għal dan il-għan, se tikkoopera u twettaq skambju ta' data b'mod regolari mal-Istati Membri u l-industrija tal-Unjoni u mal-partijiet interessati kollha.

 

2. Fuq talba debitament iġġustifikata mill-industriji kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li twessa’ l-kamp ta' applikazzjoni tal-monitoraġġ għal setturi oħra.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali ta' monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar statistika aġġornata dwar l-importazzjonijiet mill-Kolombja u l-Perù ta' prodotti fis-setturi sensittivi u f'dawk is-setturi li għalihom ġie estiż il-monitoraġġ, inkluż dak tal-bannana.

 

4. Fir-rapport ta' monitoraġġ tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-almu tagħha biex tinkludi r-rati ta' impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-produtturi tal-banana fil-Kolombja u l-Perù sabiex jiġu evitati l-forom kollha ta' dumping.

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2b

 

Djalogu dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Ftehim

 

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf djalogu sistematiku mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-impatt tal-Ftehim.

 

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għandha tinfetaħ investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5), li tiġġustifika tali ftuħ.

1. Għandha tinfetaħ investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, mill-Parlament Ewropew jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5), li tiġġustifika tali ftuħ.

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Tista’ tinbeda wkoll investigazzjoni fil-każ li jkun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed jew f’diversi Stati Membri, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ikunu ġew sodisfatti, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5).

3. Investigazzjoni tista' tinfetaħ ukoll fil-każ li jkun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed jew f'għadd ta' Stati Membri jew reġjuni ultraperiferiċi, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ikunu ġew sodisfatti, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5).

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, bħalma huma l-istokkijiet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew li diġà jkunu kkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.

5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra relevanti meta tkun qed tistabbilixxi l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma l-istokkijiet, il-prezzijiet, ir-ritorn fuq il-kapital użat, il-likwidità, l-effetti fuq l-impjieg u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandu mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta’ theddida ta' dannu serju, l-impatt fuq l-opportunitajiet tal-impjieg għandu jiġi vvalutat ukoll. Għaldaqstant huwa loġiku li l-partijiet interessati għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw evidenza, u biex jitolbu l-ftuħ ta’ investigazzjoni.

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Barra minn hekk, fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tevalwa, l-osservanza mill-Kolombja u mill-Perù tal-istandards soċjali u ambjentali stipulati fit-Titolu IX tal-Ftehim u kwalunkwe konsegwenza fuq il-prezzijiet jew vantaġġ kompetittiv inġust li potenzjalment iwassal għal dannu serju jew theddida ta’ dannu serju għall-produtturi jew setturi speċifiċi tal-ekonomija fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta’ konformità ma’ standards soċjali u ambjentali jikkostitwixxi vantaġġ kompetittiv inġust li jista’ jwassal għal theddida ta’ dannu serju għall-produtturi tal-UE.

 

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qabel kull estensjoni skont il-paragrafu 3, għandha tinfetaħ investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed provi prima facie, li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5).

4. Qabel kull estensjoni skont il-paragrafu 3, għandha tinfetaħ investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, mill-Parlament Ewropew jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk hemm biżżejjed provi prima facie, li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5).

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Rapport

 

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri provviżorji u definittivi, miżuri ta’ sorveljanza minn qabel, miżuri ta’ sorveljanza u ta’ salvagwardja reġjonali, it-tmiem ta’ investigazzjonijiet mingħajr miżuri, u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-issodisfar tal-obbligi li jitqajmu minnhom, inkluża l-informazzjoni li tingħata mill-partijiet interessati.

 

2. Ir-rapport għandu jinkludi statistika aġġornata dwar l-importazzjonijiet tal-banana mill-Kolombja u l-Perù u l-impatt dirett u indirett tagħhom fuq l-iżvilupp tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma fis-settur tal-produzzjoni tal-Unjoni.

 

3. Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jivvalutaw it-twettiq tal-obbligi skont it-Titolu IX tal-Ftehim, u l-azzjoni li tittieħed f’dak ir-rigward mill-Kolombja u l-Perù skont il-mekkaniżmi interni tagħhom u r-riżultati tad-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif stipulat fl-Artikolu 282 tal-Ftehim.

 

4. Ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ġabra qasira tal-istatistika u tal-iżvilupp tal-kummerċ mal-Kolombja u l-Perù.

 

5. Il-Parlament Ewropew jista’, fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu, sabiex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

 

6. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu huwa simili ħafna għall-artikolu adottat fir-regolament ta’ Salvagwardja tal-Korea dwar l-istess suġġett, imma li ma kienx fil-proposta oriġinali għal din il-klawsola ta’ salvagwardja għall-Ftehim mal-Kolombja u mal-Perù.

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Meta l-opinjoni tal-kumitat għandha tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi mitmuma mingħajr riżultat meta, fiż-żmien stipulat għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat jitolbu dan.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tkun speċifikata wkoll il-proċedura fil-każ li l-opinjoni tal-kumitat tingħata permezz ta’ proċedura bil-miktub, bi qbil mal-emendi orizzontali introdotti fl-hekk imsejjaħ Regolament-Omnibus I.

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU I A

 

Artikolu 12a

 

Id-dispożizzjoni applikabbli għall-finijiet tal-adozzjoni tar-regoli implimentattivi meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regoli li jinsabu fl-Appendiċi 2A tal-Anness II għall-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra "Dwar il-Kunċett ta' 'Prodotti li Joriġinaw ' u l-Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva" u l-Appendiċi 2 tal-Anness I "L-eliminazzjoni tad-dazji doganali" tal-Ftehim hija l-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

 

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana fl-ebda każ ma twaqqaf l-attivazzjoni ta' miżuri inklużi fil-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali.

 

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Volum ta' importazzjoni annwali ta' skattament huwa stabbilit għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, kif indikat fit-tielet u r-raba' kolonni tat-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Ladarba l-volum ta' skattament jew għall-Kolombja jew għall-Perù jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni tista', skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali li jiġi applikat għall-prodotti ta' oriġini korrispondenti matul l-istess sena għal mhux aktar minn tliet xhur u li ma jaqbiżx tmiem is-sena kalendarja.

2. Volum ta' importazzjoni annwali ta' skattament huwa stabbilit għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, kif indikat fit-tielet u r-raba' kolonni tat-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Ladarba l-volum ta' skattament jew għall-Kolombja jew għall-Perù jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali li jiġi applikat għall-prodotti ta' oriġini korrispondenti matul l-istess sena għal mhux aktar minn tliet xhur u li ma jaqbiżx tmiem is-sena kalendarja.. Huwa biss f’każ ta’ sitwazzjoni straordinarja li din is-sospensjoni ma tidħolx fis-seħħ.

 

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni se tiżgura l-monitoraġġ mill-qrib tal-iżvilupp tal-istatistiċi dwar l-importazzjonijiet tal-banana li jiġu mill-Kolombja u l-Perù. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkoopera u twettaq skambju ta' informazzjoni b'mod regolari mal-Istati Membri u l-partijiet interessati.

 

Fuq rikjesta ġustifikata min-naħa ta’ Stat Membru, l-industrija tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew jew kwalunkwe parti interessata, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari lil kull żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-banana li jiġu mill-Kolombja u l-Perù u, jekk ikun xieraq skont it-termini tal-Artikolu 5,għandha tintroduċi miżuri ta’ sorveljanza preliminari,

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Il-miżuri ta’ sorveljanza preliminari għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni b’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2) ladarba l-volum ta' skattament tal-mekkaniżmu jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti.

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5e. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni, fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tagħha, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli tiegħu sabiex tippreżenta u tispjega kwalunwke kwistjoni marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim li taffettwa s-settur tal-banana.

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Fid-19 ta’ Jannar 2009, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ta’ kummerċ mal-pajjiżi membri tal-Komunità Andina li rriżultaw fi Ftehim Kummerċjali mal-Kolombja u mal-Perù. Il-Ftehim ġie inizjalat fit-23 ta' Marzu 2011, u ffirmat fis-26 ta' Ġunju 2012. Dan il-ftehim jistipula, fost affarijiet oħra, it-tnaqqis, u finalment l-eliminazzjoni ta’ tariffi tad-dwana fil-kummerċ bilaterali bejn l-imsieħba. Dan jinkludi wkoll klawsola ta’ salvagwardja li biha l-preferenzi ta’ tariffi jistgħu jkunu sospiżi jew imneħħija, jekk tali liberalizzazzjoni kummerċjali twassal għal żieda mhux mistennija ta’ importazzjonijiet li tikkawża deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija Ewropea li tikkompeti ma’ tali importazzjonijiet, u b’hekk thedded ukoll l-impjiegi fl-UE.

Strument ta’ salvagwardja bilaterali huwa ddisinjat sabiex ikun hemm xibka ta’ sikurezza fejn, bħala konsegwenza tal-liberalizzazzjoni kummerċjali mogħtija mill-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles, l-industrija teħtieġ żmien sabiex taġġusta għall-kundizzjonijiet il-ġodda. Għalhekk dan ser ikun applikabbli biss għal perjodu ta’ transizzjoni ta’ għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim, jew għal żmien ftit itwal għal prosotti li huma liberalizzati fuq aktar minn għaxar snin. Sabiex ikunu operazzjonali, is-salvagwardji għandhom ikunu inkorporati fil-liġi tal-UE, ir-raġuni wara dan ir-regolament.

F’termini prattiċi, miżura bilaterali ta’ salvagwardja tikkonsisti fl-istituzzjoni temporanja mill-ġdid tad-dazju doganali normali jew f’sospensjoni ta’ aktar liberalizzazzjoni tat-tariffi. Il-miżura tista’ tkun applikata għal sentejn u tiġi estiża b’mod eċċezzjonali għal sentejn oħra.

Fatturi tipiċi ta’ salvagwardji bilaterali huma l-kundizzjonijiet u l-leġittimità biex jintalab il-ftuħ ta’ proċedura, it-termini biex titwettaq l-investigazzjoni li twassal għall-adozzjoni tal-miżuri, u t-tip innifsu tal-miżuri proviżorji u definittivi.

Id-dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni Ewropea għall-klawsola bilaterali ta’ salvagwardja tal-Ftehim Kummerċjali mal-Perù u l-Kolombja huma simili ħafna tar-ritmu tar-Regolament li jimplimenta l-klawżola bilaterali ta’ salvagwardja tal-FKĦ bejn l-UE u r-Repubblika tal-Korea, li kien l-ewwel regolament ta’ salvagwardja fejn il-Parlament Ewropew aġixxa bħala koleġiżlatur. Dan ifisser li kwistjonijiet li keinu tassew importanti għall-Parlament Ewropew f’dak iż-żmien, bħal miżuri ta’ sorveljanza, fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati f’investigazzjoni u l-pjattaforma onlajn għal aktar skambju ta’ informazzjoni, huma kollha iklużi fil-proposta.

Madankollu hemm żewġ differenzi importanti:

- il-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għal banana – sistema li biha sal-2019, ladarba livell speċifiku ta' importazzjoni, il-volum ta' skattament, jintlaħaq matul sena kalendarja speċifika, jistgħu jiġu sospiżi l-preferenzi sat-tmiem ta’ dik is-sena, imma għal-perjodu limitat għal tliet xhur.

- ir-reġjuni ultraperiferiċi, jiġifieri reġjuni remoti u vulnerabbli tal-Unjoni Ewropea, jingħataw trattament speċjali, minħabba l-impatt probabbilment detrimentali li l-liberalizzazzjoni jista’ jkollha fuqhom inizjalment.

Barra minn hekk, f’dan il-ftehim, m’hemm l-ebda klawsola ta’ żvantaġġ tad-dazju, u setturi sensittivi mhumiex identifikati, kif kien il-każ fis-Salvagwardja tal-Korea. Iżda l-fatt li s-settur tal-banana huwa suġġett għal mekkaniżmu speċifiku, huwa fih innifsu għarfien li dan is-settur huwa sensittiv, u li prodotti oħrajn jistgħu ċertament jiġu miżjuda mal-lista.

Meta wieħed iħares aktar mill-qrib, isib ukoll li l-Kummissjoni ħalliet barra l-elementi li kienu tassew importanti għall-Parlament Ewropew, bħalma huma dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ u rappurtaġġ. Dan huwa ta’ importanza partikolari għal prodotti sensittivi, bħall-banana, iżda wkoll minn perspettiva aktar ġenerali, meta niġu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament u tal-istess ftehim.

Barra minn hekk, il-ftehim għandu jkun implimentat fir-rispett sħiħ tal-ftehimiet internazzjonali tal-impjieg u ambjentali. Għal dan il-għan, ir-rwol tat-trejdjunjins, NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jintwera wkoll fir-rigward tat-talba għal investigazzjonijiet, l-għoti ta’ informazzjoni u d-djalogu sistematiku mal-Kummissjoni Ewropea taħt dan ir-regolament. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-konformità tal-Kolombja u tal-Perù mal-istandards soċjali u ambjentali għandha tkun parti minn investigazzjoni.

 

21.3.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kolombja u l-Perù

COM(2011)0600 – C7-0307/2011 – 2011/0262(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Gabriel Mato Adrover

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-23 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ffirmat ftehim kummerċjali mal-Kolombja u l-Perù, li se jkollu implikazzjonijiet kbar fuq is-settur agrikolu, partikolarment fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-banana lejn is-suq Ewropew. In-negozjati seħħew b'mod parallel mal-ftehim ta' assoċjazzjoni ma' sitt pajjiżi tal-Amerika Ċentrali (il-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama), b'karatteristiċi simili ħafna.

 

Iż-żewġ ftehimiet ikkonsolidaw xi konċessjonijiet mogħtija lil dawn il-pajjiżi mill-Unjoni Ewropea fil-qafas tas-"sistema għal aktar preferenzi ġeneralizzati", u lliberalizzaw totalment jew parzjalment il-kummerċ ta’ xi prodotti agrikoli bejn il-Partijiet Kontraenti. Fil-prattika, dan se jwassal għal suq aktar miftuħ tal-Unjoni għall-importazzjonijiet prinċipalment ta' banana, zokkor u ċanga, u l-UE se tkun tista' ttejjeb il-kapaċità ta’ esportazzjoni tagħha lejn dawn il-pajjiżi ta’ prodotti agrikoli oħra bħall-prodotti tal-ħalib, taċ-ċereali, tal-majjal u tal-inbid. Il-ftehim mal-Kolombja u l-Perù u dal-ftehim, li ġie ffirmat mas-sitt pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, fihom kapitolu dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, li se jippermetti lill-Unjoni tipproteġi kważi mitejn denominazzjoni.

 

Il-ftehimiet jinkludu klawsola ta’ salvagwardja biex jiġi evitat tfixkil gravi fis-swieq rispettivi u din għandha tiġi trasposta fil-leġiżlazzjoni Ewropea.

 

Il-banana huwa prodott agrikolu ewlieni fl-esportazzjonijiet globali minn dawn il-pajjiżi lejn l-Unjoni, prinċipalment mill-Kolombja u l-Kosta Rika u f’livell ħafna aktar baxx, mill-Panama, mill-Ħonduras, mill-Peru u mill-Gwatemala.

 

Il-ftehimiet jipprovdu għal tnaqqis ulterjuri fit-tariffi doganali applikati mill-Unjoni fuq importazzjonijiet tal-banana, u jtejbu, għall-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Amerika Latina, il-kundizzjonijiet għall-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Komunità.

 

L-importazzjonijiet ta' banana lejn l-Unjoni huma soġġetti għal sistema ta' "dazju doganali uniku" li daħlet fis-seħħ fl-2006 u li ġabet fit-tmiem ir-reġim tal-kwoti tariffarji applikati sa mill-ħolqien fl-1993 tal-organizzazzjoni komuni tas-suq (OKS) tal-banana.

 

Madankollu, it-tilwimiet kummerċjali kostanti bejn l-UE u l-pajjiżi terzi dwar l-importazzjonijiet tal-banana ma waqfux fl-2006, minħabba li t-tilwima finali ngħalqet f'Diċembru 2009 quddiem l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). In-negozjati wasslu għal tnaqqis gradwali tad-dazju doganali fi żmien seba' snin, minn 176 euro kull tunnellata għal 114-il euro għal kull tunnellata fl-2017. Il-ftehim tad-WTO jipprovdi l-possibilità li jiffriża t-tariffa doganali għal 132 euro kull tunnellata fl-2013 jekk sa dik id-data n-negozjati multilaterali għall-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali li mexxew għal snin sħaħ din l-organizzazzjoni ma jkunux konklużi.

 

Madankollu, dan il-ftehim, li permezz tiegħu l-UE rnexxielha ssolvi darba għal dejjem il-litigazzjonijiet varji mal-pajjiżi tal-Amerika Latina quddiem id-WTO, ġie mtejjeb sew permezz ta’ żewġ ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, min-naħa, u l-Peru u l-Kolombja, min-naħa l-oħra.. It-tnaqqis ġdid tat-tariffi ffinalizzat mill-Kummissjoni ma’ dawn il-pajjiżi ħoloq tħassib kbir fost il-produtturi tal-UE, li rabbew it-tama falza li fin-negozjati tad-WTO jaraw it-tmiem tal-ispirali ta' konċessjonijiet għall-esportaturi tal-banana. Fiż-żewġ ftehimiet bilaterali, it-tnaqqis tad-dazju doganali se jiġi estiż għal għaxar snin sal-2020, biex jilħaq il-75 euro għal kull tunnellata, ammont li jikkoinċidi, inċidentalment, mal-ammont applikat qabel l-2006 lill-kwota preferenzjali ta’ qabel għall-importazzjoni ta' banana mill-Amerika Latina.

 

Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament Ewropew għandu s-setgħa tal-kodeċiżjoni f’dak li għandu x’jaqsam mar-regolamenti li jittrasponu fil-liġi tal-Unjoni il-klawsoli ta’ salvagwardja kummerċjali nnegozjati ma' pajjiżi terzi.

 

Madankollu, dawn ir-regolamenti jirrepetu b’mod kważi litterali d-dispożizzjonijiet innegozjati qabel mill-Kummissjoni ma' pajjiżi terzi, u għalhekk il-marġni ta’ manuvra tal-Parlament fil-mumemt tal-modifika tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet huwa limitat ħafna.

 

Ir-rapporteur jinsab imħasseb mill-poter limitat disponibbli fil-prattika għall-Parlament biex jemenda l-kontenut tad-dispożizzjonijiet, u huwa għalhekk li jitlob għal involviment parlamentari akbar fin-negozjati nnifishom tal-ftehim kummerċjali.

 

Minbarra l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali, li tapplika għall-prodotti industrijali u agrikoli kollha marbuta maż-żewġ ftehimiet kummerċjali, huwa previst li jkun stabbilit "mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni" għall-banana li jikkonsisti f’sospensjoni tad-dazju doganali preferenzjali meta l-esportazzjonijiet ta' pajjiżi Latino-Amerikani lejn is-suq tal-UE jaqbżu l-limiti speċifikati. Madankollu, il-limiti stabbiliti fin-negozjati ma’ dawn il-pajjiżi huma għolja wisq għal dan il-mekkaniżmu biex ikunu effikaċi fil-prattika.

 

Huwa biżżejjed madankollu li jiġu analizzati l-limiti stabbiliti għal dawn iż-żewġ esportaturi prinċipali tal-banana fost il-pajjiżi li huma partijiet għal ftehimiet bħal dawn, jiġifieri l-Kolumbja u l-Kosta Rika. Il-limitu previst għal tal-ewwel fl-2019 hu ta' 1 900 000 tunnellata, kważi d-doppju tal-esportazzjonijiet ta’ dan il-pajjiż fl-2010. Għall-Kosta Rika, il-limitu stabbilit fi tmiem il-perjodu tranżitorju huwa ta' madwar 1 500 000 tunnellata, meta mqabbel mal-volum ta' esportazzjoni li ma qabiżx it-800 000 tunnellata fl-2010. Għandu jiġi sottolinjat ukoll li s-sospensjoni tat-tariffa se jkollha perjodu limitat ta' mhux aktar minn tliet xhur, li se jżid aktar l-ineffiċjenza ta’ dan l-istrument ta' salvagwardja maħsub biex jipproteġi s-suq Ewropew tal-banana. Barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu mhux se jkun fis-seħħ qabel l-2020.

 

Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni mhux se jkollu karattru awtomatiku, minħabba li l-Kummissjoni se tkun ħielsa li tapplikah jew le. Għaldaqstant huwa possibbli li l-qbiż ta’ limitu mhux se jkun biżżejjed biex joħloq stimolu. Ir-rapporteur għalhekk huwa favur limitu ta' xenarji eventwali li jistgħu jiżblukkaw nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Unjoni.

 

Il-klawsola ta' salvagwardja ġenerali prevista fil-ftehimiet se tkun, kif inhu l-każ għall-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, diffiċli biex tkun applikata. Dan il-mekkaniżmu ġenerali jista’, fit-teorija, jwassal għas-sospensjoni tat-tnaqqis tat-tariffi doganali jew għaż-żieda fit-tariffi doganali jekk l-importazzjoni ta' prodott lejn l-Unjoni tiżdied b’mod assolut jew relattiv (meta mqabbel mal-produzzjoni Ewropea) b’tali mod li toħloq jew tkun suxxettibbli li toħloq ħsara serja għas-setturi ekonomiċi kkonċernati. Ir-rapporteur iqis madankollu li l-fatturi provokanti se jkunu diffiċli li wieħed jarahom u se jagħtu lok għal medda wiesgħa ta’ interpretazzjonijiet.

 

Ir-rapporteur iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, li huma firmatarji taż-żewġ ftehimiet, biex ma jeskludux il-possibbiltà li jawtorizzaw, jekk meħtieġ, il-Fond Ewropew għall-Aġġustament tal-Globalizzazzjoni sabiex jgħinu lill-produtturi Ewropej li jsibu ruħhom fil-qagħda li jkollhom jabbandunaw l-attività minħabba l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi tal-Amerika Latina li huma firmatarji taż-żewġ ftehimiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw il-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u għall-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana li ġie miftiehem mal-Kolombja u mal-Perù.

(3) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri l-aktar xierqa biex tiġi ggarantita l-applikazzjoni effettiva ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw il-klawsola ta' salvagwardja bilaterali u għall-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana li ġie miftiehem mal-Kolombja u mal-Perù.

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ salvagwardja xierqa biex tkun evitata ħsara serja lill-kultivazzjoni Ewropea tal-banana, settur li għandu importanza kbira fil-produzzjoni agrikola finali ta’ ħafna reġjuni l-iktar imbiegħda. Il-kapaċità limitata ta' diversifikazzjoni ta' dawn ir-reġjuni, konsegwenza tal-karatteristiċi naturali tagħhom, twassal biex is-settur tal-banana jkun wieħed partikolarment vulnerabbli. Għalhekk huwa essenzjali li jinħolqu mekkaniżmi effettivi biex jiġu indirizzati l-importazzjonijiet preferenzjali minn pajjiżi terzi, sabiex ikun garantit li l-produzzjoni tal-banana tinżamm fl-aqwa kundizzjonijiet possibbli.

 

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u f'kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 48 tal-Ftehim.

(5) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u f'kundizzjonijiet li jikkawża, jew jhedded li jikkawża, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 48 tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fir-rigward tal-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, għandhom jiġu introdotti miżuri ta' salvagwardja malli importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott inkwistjoni jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw ħsara lill-produtturi ta’ prodotti simili jew prodotti direttament kompetittivi fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni.

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Monitoraġġ mill-qrib tal-importazzjonijiet tal-banana jiffaċilita t-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-ħin rigward l-użu ta' mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana, il-ftuħ ta' investigazzjoni jew l-impożizzjoni ta’ miżuri ta' salvagwardja. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-monitoraġġ regolari tal-importazzjonijiet fis-settur tal-banana mid-data ta' applikazzjoni tal-Ftehim.

 

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 50 tal-Ftehim.

(6) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 50 tal-Ftehim. Għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi ta' salvagwardja meta l-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda jsibu rwieħom mhedda, skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif li jinkludi l-evidenza disponibbli mill-Istati Membri dwar kull xejra fl-importazzjonijiet li tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja.

(8) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif mill-Istati Membri, u titlob mis-setturi involuti, informazzjoni li tinkludi evidenza disponibbli dwar kull xejra fl-importazzjonijiet li tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja.

 

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta’ żmien massimu tal-miżuri ta’ salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta’ dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 52 tal-Ftehim.

(14) Miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u biex jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta’ żmien massimu tal-miżuri ta’ salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta’ dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 52 tal-Ftehim. Fir-rigward ta’ miżuri ta' salvagwardja mdaħħla biex jitħarsu l-produzzjoni u s-servizzi ekonomiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Jeħtieġ li ssir insistenza dwar l-importanza tal-konformità mar-regoli internazzjonali tax-xogħol imfassla u sorveljati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Id-difiża tax-xogħol dinjituż għal kulħadd għandha tkun prijorità assoluta u l-banana impurtata mill-Kolombja u mill-Perù trid tkun tkabbret f'kundizzjonijiet salarjali, soċjali u ambjentali korretti, sabiex jiġi żgurat li l-produtturi tal-Unjoni ma jkunux vittmi ta' dumping li ma jkunux jistgħu jikkumpensaw għalih, peress li dan jikkomprometti b'mod definittiv il-kompetittività tagħhom fis-suq dinji tal-banana.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana, li għandu jinkludi statistika aġġornata dwar l-importazzjonijiet mill-Kolombja u l-Perù u valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet tas-suq, kif ukoll fuq l-impjiegi u l-iżvilupp tas-settur produttiv tal-Unjoni.

 

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabilizzazzjoni għall-banana, huwa importanti li jinżammu mekkaniżmi suffiċjenti li jippermettu li tittieħed azzjoni f'każ ta' tfixkil fis-suq wara l-2020, minħabba l-fatt li huwa ċar li l-miżuri ta' salvagwardja mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu d-dħul għall-produtturi tal-banana – speċjalment dawk fir-reġjuni l-aktar imbiegħda – meta s-suq ikun imfixkel serjament. Barra minn hekk, f'dak li għandu x'jaqsam mal-klawsola ta' salvagwardja bilaterali, jeħtieġ li l-proċess kollu jitħaffef, minħabba l-fatt li se jkompli jkun estremament kumpless u se jieħu żmien twil, b'mod li jkun hemm riskju reali li l-miżuri ta' salvagwardja jkunu ineffikaċi għall-produtturi tal-Unjoni, għaliex jiġu infurzati tard wisq u l-produtturi jkunu diġà sofrew danni serji.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, bħalma huma l-istokkijiet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew li diġà jkunu kkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.

5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi kollha rilevanti ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet żejda, it-tibdil fil-livell tal-bejgħ, il-produzzjoni, il-produttività, l-użu tal-kapaċità, il-qligħ u t-telf, u l-impjieg. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, bħalma huma l-ħażniet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandhom mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, p.e. l-ilħuq ta’ livelli ta’ skattament li hemm provvediment għalihom fi ħdan il-qafas tal-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana, inklużi fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-volumi ta’ skattament tal-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni huma għoljin ħafna meta mqabbla max-xejriet attwali tal-importazzjoni. Il-produzzjonijiet Ewropej jistgħu jiġu milquta severament miż-żieda f’dawn l-importazzjonijiet, ħafna qabel ma jintlaħqu l-volumi ta’ skattament. Is-sempliċi kisba ta’ dawn il-volumi għandha titqies bħala sinjal ta' allarm li għandu jiżdied mal-fatturi varji li l-Kummissjoni għandha tqis bil-ħsieb li tiġi attivata l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali speċifikament għall-banana.

 

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Immedjatament wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, huma ppjanati fondi addizzjonali u sostanzjali bil-għan li jiggarantixxu li l-produzzjoni, l-industriji u s-setturi ekonomiċi potenzjalment fir-riskju fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jibqgħu kompetittivi.

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana fl-ebda ċirkostanza ma għandha tipprevjeni l-attivazzjoni tal-miżuri inklużi fil-klawsola ta' salvagwardja bilaterali.

Ġustifikazzjoni

Fit-test leġiżlattiv għandu jkun speċifikat li l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali tista' tiġi applikata għas-settur tal-banana irrispettivament mill-ftehim dwar il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, li l-impatt tiegħu se jkun limitat ħafna u li fil-prattika jista' ma jkunx biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil serju għall-produtturi Ewropej.

 

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Volum ta' importazzjoni annwali ta' skattament huwa stabbilit għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, kif indikat fit-tielet u r-raba' kolonni tat-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Ladarba l-volum ta' skattament jew għall-Kolombja jew għall-Perù jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni tista' skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali li jiġi applikat għall-prodotti ta' oriġini korrispondenti matul l-istess sena għal mhux aktar minn tliet xhur u li ma jaqbiżx tmiem is-sena kalendarja.

2. Volum ta' importazzjoni annwali ta' skattament huwa stabbilit għall-importazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1, kif indikat fit-tielet u r-raba' kolonni tat-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Ladarba l-volum ta' skattament jew għall-Kolombja jew għall-Perù jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2), tissospendi temporanjament id-dazju doganali preferenzjali li jiġi applikat għall-prodotti ta' oriġini korrispondenti matul l-istess sena għal mhux aktar minn tliet xhur u li ma jaqbiżx tmiem is-sena kalendarja. Huwa biss f’każ ta’ sitwazzjoni dettata minn qawwiet akbar li din is-sospensjoni ma tiġix imposta.

Ġustifikazzjoni

Il-volumi ta’ skattament huma għoljin ħafna meta mqabbla max-xejriet attwali tal-importazzjonijiet li ġejjin mill-Amerika Latina. Aktarx li jkun hemm tfixkil perċettibbli fis-suq qabel dawn il-volumi jintlaħqu. Il-mekkaniżmu għall-inqas għandu jiġi magħmul aktar effettiv; huwa xieraq li l-attivazzjoni tiegħu ssir awtomatika.

 

 

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-istatistiċi għall-importazzjonijiet tal-banana mill-Kolombja u l-Perù. Għaldaqstant, tikkoopera u taqsam informazzjoni b’mod regolari mal-Istati Membri u l-industrija tal-Unjoni.

 

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Fuq rikjesta ġustifikata ta’ Stat Membru, tal-industrija tal-Unjoni jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil kull żieda perċettibbli fl-importazzjonijiet tal-banana mill-Kolombja u l-Perù u, jekk ikun xieraq skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5, tieħu miżuri ta’ sorveljanza preliminari.

Ġustifikazzjoni

Fit-test leġiżlattiv għandu jkun iċċarat li l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali tista' tiġi applikata għas-settur tal-banana irrispettivament mill-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, u li l-impatt tiegħu se jkun limitat ħafna u li fil-prattika jista' ma jkunx biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil serju għall-produtturi Ewropej.

 

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5c. Il-miżuri ta’ sorveljanza preliminari jiġu adottati mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2) ladarba l-volum ta’ skattament tal-mekkaniżmu jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti.

 

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5d. Il-Kummissjoni tressaq rapport ta’ segwitu annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ibbażat fuq l-istatistiċi aġġornati tal-importazzjonijiet tal-banana mill-Kolombja u l-Perù u l-impatt tagħhom fuq l-iżvilupp tas-settur tal-produzzjoni Ewropea u l-impjiegi, b’mod diretta u indirett, f’dan is-settur.

 

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5e. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni, fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tagħha, għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli tiegħu sabiex tippreżenta u tispjega kwalunwke kwistjoni marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim li taffettwa s-settur tal-banana.

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù

Referenzi

COM(2011)0600 – C7-0307/2011 – 2011/0262(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

12.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Gabriel Mato Adrover

23.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

12

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Liam Aylward, José Bové, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Iratxe García Pérez, Julie Girling, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Pilar Ayuso, Esther de Lange, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Robert Sturdy

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta’ stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Kolombja u l-Perù

Referenzi

COM(2011)0600 – C7-0307/2011 – 2011/0262(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

12.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

12.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Bernd Lange

11.10.2011

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

31.5.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

1.3.2012

27.3.2012

25.4.2012

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, John Attard-Montalto, Maria Badia i Cutchet, Nora Berra, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle de Sarnez, Harlem Désir, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Iuliu Winkler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Małgorzata Handzlik, Ioannis Kasoulides, Jörg Leichtfried

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martin Callanan, Thomas Mann

Data tat-tressiq

19.7.2012