Dokument ta' sessjoni

 

A7-0258/2012

28.11.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kumpatibbiltà elettromanjetika (tfassil mill-ġdid)

( COM(2011)0765 – C7‑0429/2011 – 2011/0351(COD) )

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur għal opinjoni: Zuzana Roithová

(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura)

PR_COD_1recastingam

 

 

Simboli għall-proċeduri

  *  Proċedura ta’ konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta’ kunsens

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  (III)  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz tal-att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi mill-Parlament, emendi għal abbozzi ta’ atti huma indikati b’ tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti li l-abbozz ta’ att jfittex li jemenda jinkludi t-tielet linja li tidentifika l-att eżistenti u r-raba’ linja li tidentifika d-dispożizzjoni f’dak l-att li l-Parlament jixtieq jemenda. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li l-Parlament jixtieq jagħmel f’dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  20

ANNESS: ITTRA LILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI  24

PROĊEDURA  28

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kumpatibbiltà elettromanjetika (tfassil mill-ġdid)

( COM(2011)0765 – C7‑0429/2011 – 2011/0351(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0765 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0429/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-28 ta' Marzu 2012[1],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],

–  wara li kkunsidra l-ittra tat-27 ta' Marzu 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skont l-Artikolu 87 (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur ( A7-0258/2012 ),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sostanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) L-obbligi kollha imposti fiq l-operaturi ekonomiċi minn din id-Direttiva għandhom japplikaw fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Meta l-ħruġ ta’ dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE jista’ jikkawża problemi speċifiċi minħabba l-kumplessità jew l-ambitu ta’ dik id-dikjarazzjoni unika tal-UE, għandu jkun possibbli li dik id-dikjarazzjoni unika tal-UE tiġi sostitwita b’dikjarazzjonijiet individwali ta’ konformità tal-UE rilevanti għall-apparat partikolari.

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 48

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżitorji li jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' apparat, li diġà tqiegħed fis-suq skont id-Direttiva 200/108/KE.

(48) Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżitorji li jippermettu lill-operaturi ekonomiċi perjodu raġonevoli ta’ żmien disponibbli fis-suq u li jitqiegħed fis-servizz apparat li diġà tqiegħed fis-suq skont id-Direttiva 2004/108/KE. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu ibigħu stokkijiet ta’ apparat li diġà jinsabu fil-katina ta’ distribuzzjoni fid-data ta’ applikazzjoni ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) tagħmir iddisinjat speċifikament għall-uniku skop ta’ riċerka u żvilupp u li jkun biss disponibbli bejn in-negozji;

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi finali privati ma għandhomx aċċess għall-prodotti R & D. Ir-riformulazzjoni reċenti tad-Direttivi RoHS u WEEE diġà teskludi tali tagħmir mill-ambitu tagħhom. Biex jiġu evitati l-inċertezzi, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi dwar il-prodotti għandu jiġi armonizzat.

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn, għat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1, parti jew it-totalità tar-rekwiżiti essenzjali stipulati  fl-Anness I huma stabbiliti iżjed speċifikament minn direttivi tal-Unjoni  oħra, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika, għal dak it-tagħmir fir-rigward ta' tali rekwiżiti mid-data tal-implimentazzjoni ta' dawk id-direttivi.

3. Fejn, għat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1, parti jew it-totalità tar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I huma stabbiliti iżjed speċifikament minn liġi tal-Unjoni oħra, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika, għal dak it-tagħmir fir-rigward ta' tali rekwiżiti mid-data tal-implimentazzjoni ta' dik il-liġi tal-Unjoni.

 

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) "disturb elettromanjetiku" tfisser kwalunkwe fenomenu elettromanjetiku li jista' jiddegrada l-prestazzjoni tat-tagħmir , inklużi,  ħoss elettromanjetiku, sinjal mhux mixtieq jew bidla fil-mezz ta' propagazzjoni nnifsu;

(5) "disturb elettromanjetiku" tfisser kwalunkwe fenomenu elettromanjetiku, barra sinjal mixtieq, li jista' jiddegrada l-prestazzjoni tat-tagħmir, inklużi, ħoss elettromanjetiku jew bidla fil-mezz ta' propagazzjoni nnifsu;

Ġustifikazzjoni

It-tibdil magħmul imur lura għad-definizzjoni oriġinali, fejn is-sinjali mixtieqa mhumiex definiti b’mod espliċitu bħala disturb, minħabba li dawn jikkostitwixxu inkompatibilità elettromanjetika skont l-Artikolu 6 u sussegwentement dan ma jistax isir. Fil-futur, disturb elettromanjetiku għandu jirreferi biss għal fenomenu naturali jew sinjal mhux mixtieq, iżda għal mhux sinjal mixtieq.

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentanti awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(15) "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur jew id-distributur;

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) "standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)c tar-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea];

(17) "standard armonizzat" tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea];

 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li tagħmir isir disponibbli  fis-suq u/jew fis-servizz biss jekk jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva meta jkun stallat, miżmum u użat kif suppost għall-iskop intiż tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li tagħmir isir disponibbli fis-suq u/jew fis-servizz biss jekk jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva meta jkun stallat, miżmum u użat kif suppost għall-iskop intiż tiegħu jew għal skop li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli.

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-apparat tagħhom fis-suq u/jew fis-servizz, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

1. Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-apparat tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II u l-Anness III u jwettqu l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 15 jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha f'isimhom.

2. Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II jew l-Anness III u għandhom iwettq l-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 jew iqabbdu lil xi ħadd biex jagħmilha f'isimhom.

 

Emenda    12

Proposta għal direttiva

 

Artikolu 7 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-apparat jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-apparat. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kuntattjat il-manifattur.

6. Manifatturi għandhom jindikaw, fuq l-apparat, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali jew, jekk disponibbli, tal-websajt fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli b’mod raġonevoli, dawk id-dettalji għandhom jiġu pprovduti fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem b’mod faċli mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-apparat ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza oħra, imsemmija fl-Artikolu 18, provduti b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

7. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-apparat ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza oħra, imsemmija fl-Artikolu 18, provduti b’lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Tali istruzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza kif ukoll kwalunkwe ttikkettar għandhom ikunu ċari, komprensibbli u intelliġibbli.

 

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-apparat li jkunu qiegħdu fis-suq u/jew li jkunu qiegħdu fis-servizz mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-apparat isir konformi, jirtirawh jew jeħduh lura, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, fejn l-apparat jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-apparat disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

8. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li l-apparat li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex konformi ma' din id-Direttiva għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dak l-apparat isir konformi, jirtirawh jew jeħduh lura, jekk dan ikun meħtieġ. Barra minn hekk, fejn l-apparat jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-apparat disponibbli għal dan il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas tal-konformità u dwar kwalunkwe miżura korrettiva meħuda.

 

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-manifatturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-apparat, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-apparat li jkunu qiegħdu fis-suq u/jew fis-servizz.

9. Il-manifatturi għandhom, fuq talba raġunata minn awtorità kompetenti nazzjonali, jipprovduha bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha neċessarja biex juru l-konformità tal-apparat, b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. Huma għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, fir-rigward ta' kull azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati mill-apparat li jkunu qiegħdu fis-suq.

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-apparat jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-apparat.

3. L-importaturi għandhom jindikaw, fuq l-apparat, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali jew, jekk disponibbli, tal-websajt fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx possibbli b’mod raġonevoli, pprovduti fuq l-ippakkjar jew f’dokument li jakkumpanja l-prodott. Id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu f’lingwa li tinftiehem b’mod faċli mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma jagħmlu l-apparat disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-apparat ikollu l-marka CE, jiġifieri li jkun akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa kif ukoll minn struzzjonijiet u informazzjoni oħra, imsemmija fl-Artikolu 18, b'lingwa li tkun tista' tiftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra fl-Istat Membru fejn ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq l-apparat u/jew fejn ikun se jitqiegħed fis-servizz, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3).

2. Qabel ma jagħmlu l-apparat disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-apparat ikollu l-marka CE, jiġifieri li jkun akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa kif ukoll minn struzzjonijiet u informazzjoni oħra, imsemmija fl-Artikolu 18, b'lingwa li tkun tista' tiftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra fl-Istat Membru fejn ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq l-apparat, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(5) u (6) u l-Artikolu 9(3).

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-apparat li tqiegħed fis-suq legalment qabel [id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1)] jista’ jsir disponibbli fis-suq mid-distributuri mingħajr rekwiżiti ulterjuri tal-prodott.

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jispeċifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

 

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bl-apparat u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew l-apparat.

L-operaturi ekonomiċi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bl-apparat u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew l-apparat. L-operaturi ekonomiċi ma għandux ikollhom l-obbligu li jaġġornaw dik l-informazzjoni wara li l-provvista tkun ġiet iffinalizzata.

 

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

L-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti disponibbli

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti disponibbli jkunu applikati b’konformità mal-Artikolu 42.

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti  fl-Anness I għandha tkun murija permezz waħda mill-proċeduri li ġejjin :

Fid-diskrezzjoni tal-manifattur, il-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I għandha tkun murija permezz ta’ waħda mill-proċeduri li ġejjin:

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità għandha jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness IV ma' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli l-apparat.

2. Id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità għandha jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness IV ma' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Fuq talba tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, l-operatur ekonomiku għandu jipprovdi kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE fuq karta jew b'mezzi elettroniċi u għandu jiżgura li din tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli l-apparat.

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inkluża l-konformità mal-Artikolu 26.

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti unika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inkluża l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.

 

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri, fuq bażi annwali, għandhom jipprovdu dettalji lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom u dwar kwalunkwe pjan b’rabta ma’ dan jew biex iżidu s-sorveljanza tas-suq, inklużi l-allokazzjoni ta' aktar riżorsi, iż-żieda fl-effiċjenza u l-bini tal-kapaċità meħtieġa sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament adegwat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom sabiex jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ikunu koerenti u effettivi fl-Unjoni kollha.

 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li xi apparat kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għal aspetti ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu l-valutazzjoni fir-rigward tal-prodott inkwistjoni li tkun tkopri r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li xi apparat kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għal aspetti ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu l-valutazzjoni fir-rigward tal-prodott inkwistjoni li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti minn din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) in-nuqqas tal-apparat li jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma' aspetti ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti b'din id-Direttiva;

(a) in-nuqqas tal-apparat li jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma' aspetti ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti b'din id-Direttiva; jew

 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fejn, fi żmien xahrejn minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni rigward miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

7. Fejn, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

 

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-apparat konċernat mingħajr dewmien.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-apparat konċernat, bħalma hu l-irtirar tal-apparat mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati.

L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ ta’ użu mhux korrett tal-immarkar. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur min-naħa ta’ operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Tali regoli jistgħu jinkludu penalitajiet kriminali fir-rigward ta' ksur serju.

 

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Il-penalitajiet msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati għall-gravità tar-reat, u disswasivi.

 

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sa [id-data stabbilita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 43(1)] l-aktar tard u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sa [id-data stabbilita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 43(1)] u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk id-dispożizzjonijiet pubblikament disponibbli billi tippubblikahom fuq l-Internet.

 

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin  fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qsam kopert b'din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin  fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qsam kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk it-testi pubblikament disponibbli billi tippubblikahom fuq l-Internet.

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 – paragrafu 2 – inċiż 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- disinn kunċettwali u disinji tal-manifattura kif ukoll skemi ta’ komponenti, sottomontaturi, ċirkwiti, eċċ.;

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti tekniċi tad-dokumentazzjoni għandhom jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva dwar it-tagħmir elettriku iddisinnjat biex jintuża fi ħdan ċerti limiti ta’ vultaġġ, minħabba li l-prodotti elettriċi u elettroniċi ħafna drabi jkunu koperti miż-żewġ Direttivi.

 

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 2 – paragrafu 2 – inċiż 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi u l-operazzjoni tal-apparat;

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti tekniċi tad-dokumentazzjoni għandhom jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva dwar it-tagħmir elettriku iddisinnjat biex jintuża fi ħdan ċerti limiti ta’ vultaġġ, minħabba li l-prodotti elettriċi u elettroniċi ħafna drabi jkunu koperti miż-żewġ Direttivi.

 

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Anness III – punt 3 – paragrafu 2 – punt c – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) disinn kunċettwali u disinji tal-manifattura kif ukoll skemi ta’ komponenti, sottomontaturi, ċirkwiti, eċċ.,

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti tekniċi tad-dokumentazzjoni għandhom jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva dwar it-tagħmir elettriku iddisinnjat biex jintuża fi ħdan ċerti limiti ta’ vultaġġ, minħabba li l-prodotti elettriċi u elettroniċi ħafna drabi jkunu koperti miż-żewġ Direttivi.

 

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Anness III – punt 3 – paragrafu 2 – punt c – punt ib (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib) deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet neċessarji biex wieħed jifhem id-disinji u l-iskemi u l-operazzjoni tal-apparat;

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti tekniċi tad-dokumentazzjoni għandhom jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fid-Direttiva dwar it-tagħmir elettriku iddisinnjat biex jintuża fi ħdan ċerti limiti ta’ vultaġġ, minħabba li l-prodotti elettriċi u elettroniċi ħafna drabi jkunu koperti miż-żewġ Direttivi.

 

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Nru ... (identifikazzjoni unika tal-apparat):

1. Nru ... (identifikazzjoni tal-apparat):

 

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur (jew tal-installatur):

3. Din id-dikjarazzjoni tal-konformità tinħareg taħt ir-responsabbiltà unika tal-manifattur:

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Sfond

 

Dan ir-rapport jemenda l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2004/108/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika. Din ġiet ippreżentata f'Novembru 2011 fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) adottat fl-2008 bħala "l-pakkett dwar il-prodotti" li jkopri l-istrumenti komplementari, id-Deċiżjoni 768/2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE u r-Regolament (KE) 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93. Din il-proposta hi parti minn pakkett, li jallinja disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ.

 

Id-Direttiva 2004/108/KE eżistenti tistipula rekwiżiti essenzjali ta’ kompatibbiltà elettromanjetika, li l-apparat għandu jikkonforma magħhom biex ikun jista’ jitqiegħed fis-suq tal-UE.

 

Il-QLĠ ġie adottat bħala rimedju għan-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni sabiex jiġi kkompletat is-Suq Uniku, b'kompetizzjoni ġusta u prodotti sikuri. Implimentazzjoni u infurzar inkonsistenti fl-Istati Membri tal-armonizzazzjoni eżistenti tal-Unjoni, flimkien ma' regolamentazzjoni kumplessa, għamluha dejjem aktar diffiċli kemm għall-operaturi ekonomiċi, kif ukoll għall-awtoritajiet, li jinterpretaw u japplikaw b'mod korrett il-leġiżlazzjoni, fatt li wassal għal kundizzjonijiet inugwali fis-suq u anke biex tqiegħdu prodotti perikolużi fis-suq. "Il-pakkett dwar il-prodotti" jagħti l-qafas globali għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti, sabiex issir aktar uniformi u komprensibbli kemm għall-operaturi ekonomiċi, kif ukoll għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar il-QLĠ mhumiex direttament applikabbli. Sabiex jiġi żgurat li s-setturi ekonomiċi kollha suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jibbenefikaw mit-titjib fil-QLĠ, jeħieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prodotti.

Wara l-adozzjoni tal-qafas legali fil-QLĠ fl-2008, il-Kummissjoni bdiet proċess ta' valutazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea armonizzata dwar il-prodotti sabiex jiġu identifikati l-istrumenti li jridu jiġu riveduti sabiex il-QLĠ jiġi implimentat.

 

F'dan il-proċess ta' valutazzjoni ġew identifikati għadd ta' direttivi li se jeħtieġu reviżjoni fit-3 - 5 snin li ġejjin minħabba klawżoli ta' reviżjoni jew raġunijiet speċifiċi għas-settur (il-ħtieġa li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni, il-ħtieġa ta’ rekwiżiti ta' sikurezza aġġornati, eċċ.). Il-maġġoranza l-kbira tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti dwar il-prodotti se teħtieġ reviżjoni għal dawn ir-raġunijiet u se tiġi ttrattata b'mod individwali skont il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

 

Id-disa' proposti fil-pakkett ippreżentat f'Novembru 2011, inkluż id-Direttiva 2004/108/KE, mhumiex parti mill-grupp ta' direttivi dwar il-prodotti msemmi qabel, imma ġew identifikati bħala fi bżonn ta’ allinjament mal-QLĠ minħabba l-istruttura komuni tagħhom. Is-setturi koperti mid-direttivi huma kollha setturi industrijali importanti ħafna li huma soġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali b'saħħitha, u l-valutazzjonijiet huma li dawk l-industriji se jgawdu mis-simplifikazzjoni u l-ħolqien ta' sitwazzjoni ekwa għall-kumpaniji Ewropej kollha li l-QLĠ hu mmirat lejhom.

 

Il-bidliet li saru fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jikkonċernaw: id-definizzjonijiet, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, is-suppożizzjoni ta' konformità pprovduta permezz tal-istandards armonizzati, id-Dikjarazzjoni ta' Konformità (DoC), il-marka CE, il-korpi notifikati, il-proċedura tal-klawżola ta' salvagwardja u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. L-intenzjoni tal-proposta kienet limitata għal allinjament pur mad-dispożizzjonijiet orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008/KE u mat-terminoloġija l-ġdida fit-Trattat ta' Lisbona, inklużi r-regoli l-ġodda dwar il-komitoloġija.

 

Proċedura

 

L-allinjament mad-Deċiżjoni dwar il-QLĠ jirrikjedi għadd ta' emendi sostantivi għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. It-teknika ta' tfassil mill-ġdid intgħażlet b'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2011.

 

Skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta, abbażi tar-rapporti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv (servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni), u qies li ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta jew dawk identifikati mill-GĦK.

 

Pożizzjoni tar-Rapporteur

 

Ir-Rapporteur tikkunsidra li dan l-allinjament ta' disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ hu pass importanti lejn l-ikkompletar tas-suq uniku tal-UE.

 

Il-QLĠ jintroduċi ambjent regolatorju ssimplifikat għall-prodotti u jippermetti implimentazzjoni aktar konsistenti tal-istandards tekniċi, żewġ elementi li se jgħinu biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, billi jiżguraw trattament ugwali għall-prodotti mhux konformi u għall-operaturi ekonomiċi, kif ukoll valutazzjoni ugwali tal-korpi notifikati fis-suq kollu tal-UE.

 

Fil-fehma tar-Rapporteur, l-allinjament tad-disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ se jżid il-fiduċja kemm tal-produtturi u kemm tal-kosumaturi, billi jiċċara l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi u jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Istati Membri b'għodda aktar effikaċi biex iwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq, u dan kollu jwassal biex jonqos l-għadd ta' prodotti mhux konformi u perikolużi fis-suq.

 

Il-proposti tal-Kummissjoni fil-pakkett dwar l-allinjament huma bbażati fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati, inklużi diversi mijiet ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-esperjenzi tagħhom fir-rigward tal-Pakkett dwar il-Merkanzija, fatt li hu apprezzat ħafna mir-Rapporteur.

 

Ir-Rapporteur tappoġġa l-intenzjoni ġenerali tal-Kummissjoni li jsir allinjament pur tad-disa' direttivi dwar il-prodotti mal-miżuri orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008, imma madankollu tixtieq tissuġġerixxi xi bidliet għad-Direttiva 2004/108/KE dwar il-kompatibilità elettromanjetika għal kjarifika u aġġustamenti settorjali ultjeruri bl-objettivi li ġejjin:

 

1.Allinjament ulterjuri tad-Direttiva mal-QLĠ u l-iżgurar taċ-ċertezza legali

 

Ir-Rapporteur tikkunsidra li hu imporanti li jsiru għadd ta' bidliet għad-Direttiva proposta sabiex jintlaħaq livell ogħla ta' konsistenza mat-termini użati mid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE u jiġu eliminati l-inkonsistenzi possibbli fit-test li inkella jistgħu joħolqu inċertezza legali.

 

Hu importanti wkoll li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni legali għall-prodotti li tqiegħdu fis-suq legalment b'konformità mad-Direttiva attwali qabel tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida, imma li għadhom maħżuna. Għandha tiġi enfasizzata n-natura mhux retroattiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE u għandu jiġi ċċarat li dawn il-prodotti jkunu għadhom jistgħu jsiru disponibbli fis-suq wara d-data meta tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida.

 

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tikkunsidra li l-Kummissjoni għandu jkollha l-obbligu li tippubblika fuq l-Internet id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-Direttiva trasposta u s-sanzjonijiet rilevanti (prinċipju ta' trasparenza).

 

2.Tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur

 

Il-QLĠ jikkontribwixxi għaż-żieda tal-fiduċja tal-konsumatur fis-suq uniku. Għaldaqstant, għadd ta' modifiki huma marbuta ukoll mal-objettiv tar-Rapporteur li d-dispożizzjonijiet tal-QLĠ relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur jagħtuna l-benefiċċji kollha possibbli. F'dak ir-rigward, xi emendi jippermettu li d-direttiva l-ġdida tkopri ambitu aktar estensiv ta' sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza, meta anke l-użu raġonevolment prevedibbli għandu jitqies waqt il-fażi tad-disinn tal-prodott (irreferi għall-Artikolu 16 dwar ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament 765/2008). Ikun hemm ukoll aktar protezzjoni tal-konsumatur jekk jiġi speċifikat li l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tikketti jridu jkunu ċari, komprensibbli u intelliġibbli.

 

3.Tnaqqis tal-burokrazija

 

Il-QLĠ għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, burokrazija ingombranti xxekkel il-fluss liberu tal-merkanzija. Għaldaqstant, ir-Rapporteur eżaminat id-Direttiva proposta sabiex, kull fejn ikun possibbli, titnaqqas il-burokrazija. Għalhekk, fir-rapport qed jiġi propost li l-proċeduri attwali jiġu mmodernizzati billi d-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-UE titħalla tingħata mhux biss f'verżjoni stampata imma anke b'mezzi elettroniċi u li titnaqqas il-burokrazija għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-operaturi preċedenti fil-katina tal-provvista.

 

Kif espress qabel, ir-Rapporteur tappoġġa s-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-proċeduri previsti fil-QLĠ, imma fl-istess ħin tixtieq tenfasizza li jista' jkun hemm bżonn ta’ flessibilità fir-rigward ta' xi obbligi maħluqa mill-qafas il-ġdid. Pereżempju, qed jiġi propost li tiżdied eċċezzjoni għar-regola dwar "Dikjarazzjoni ta' Konformità unika" f'dawk il-każi meta, minħabba l-kumplessità jew id-daqs tagħha, ikun hemm problemi speċifiċi biex jiġi pprovdut dokument wieħed. Hawnhekk għandu jkun hemm il-possibilità li d-DoCs jiġu pprovduti b'mod separat.

 

 

Ir-Rapportur introduċiet ukoll xi tibdil settorjali f’dan it-test. L-ewwel nett, qed jiġi propost li titħassar ir-referenza għal “installaturi” fil-parti relatata mad-DoC minħabba li l-manifatturi biss għandhom joħorġu tali dikjarazzjoni fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. It-tieni, il-proposta tal-Kummissjoni talbet identifikazzjoni unika tal-prodott minflok id-dikjarazzjoni. Din il-proposta mhijiex konformi mal-EN ISO/17050-1 u għaldaqstant għandha tinbidel.

 

4.Żgurar ta' sorveljanza aħjar tas-suq għall-prodotti tagħna

 

Allavolja r-Rapporteur hija konxja mir-regolament futur il-ġdid dwar is-sorveljanza tas-suq li qed jitħejja mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-aħħar sett ta' bidliet għandu l-objettiv li jiżgura livell ogħla ta' sorveljanza tal-prodotti fis-suq. Għal dan l-għan, ir-Rapporteur qed tipproponi li tiżdied is-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod billi jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha għal informazzjoni rilevanti jintwerew ukoll fil-kummerċ elettroniku, li jiġi stabbilit rekwiżit ta' informazzjoni annwali mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq, li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu l-finanzjament xieraq għall-awtoritajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq. Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur saħqet fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet xierqa kontra l-użu mhux xieraq tal-marka CE.

 

 

ANNESS: ITTRA LILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2012)22886

 

 

Is-Sur Malcolm Harbour

President tal-Kumitat għas-Suq Intern

u l-Ħarsien tal-Konsumatur

ASP 13E130

Brussell

 

 

 

Suġġett:  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kumpatibbiltà elettromanjetika (Riformulazzjoni)

  ( COM(2011)0765 – C7‑0429/2011 – 2011/0351(COD) )

 

 

 

Għażiż President,

 

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar it-Tfassil mill-Ġdid, kif iddaħħal fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jgħid hekk:

 

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli dwar dan.

 

F’dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, jekk, f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid.”

 

 

 

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta msemmija ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sostanza tagħhom.

 

Fl-aħħar nett, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tal-26 ta' April 2012, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'23-il vot favur u ebda astensjoni[3], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn b’konformità mal-Artikolu 87.

 

Dejjem tiegħek,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klaus-Heiner LEHNE

 

 

 

 

 

 

 

Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv.

 

 

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 27 ta' Marzu 2012

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    IL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kumpatibbiltà elettromanjetika

COM(2011)0765 tal-21.11.2011 – 2011/0351(COD)

 

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid għal atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta' dan il-Ftehim, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, li hu magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament, iltaqa’ fis-26 ta’ Jannar 2012 biex jeżamina, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.

 

Waqt din il-laqgħa[4], l-evalwazzjoni tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kumpatibbiltà elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE, wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.

 

1) Fir-rigward tal-memorandum ta’ spjegazzjoni, bil-għan li l-abbozzar isir f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti mill-Ftehim Interistituzzjonali, dan id-dokument kellu jispeċifika liema dispożizzjonijiet tal-att preċedenti ma jinbidlux fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta’ dak il-ftehim.

 

 

 

2) Il-partijiet li ġejjin tar-riformulazzjoni tal-proposta kellhom jiġu identifikati bl-użu ta’ tipa ta’ kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu mmarkati bidliet sostanzjali:

- fl-Artikolu 13, il-proposta għat-tħassir tat-testi sħaħ tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 6 attwali tad-Direttiva 2004/108/KE;

- fl-Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu, it-tibdil tar-referenza attwali għall-"Artikoli 5, 7, 8 u 9" b'referenza għall-"Artikoli 6 sa 11 u l-Artikoli 15 sa 18";

- fl-Artikolu 43(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem "Artikolu 3 l-ewwel subparagrafu punti (9) sa (25), Artikolu 4, Artikolu 5(1), Artikoli 7 sa 12, Artikoli 15 sa 17, Artikolu 19 (1) l-ewwel subparagrafu, Artikoli 20 sa 42, u l-Annessi II, III u IV", kif ukoll it-test kollu kemm hu tas-sentenza finali li għandha taqra kif ġej: "Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva";

- fl-Artikolu 43(1), it-tieni subparagrafu, il-kliem "[mill-jum wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu] ".

 

Konsegwentement, l-eżami tal-proposta wassal il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr opinjoni kuntrarja, li l-proposta ma fiha l-ebda emenda sostanzjali, ħlief dawk identifikati bħala tali jew fl-opinjoni attwali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dawk l-emendi sostantivi, li l-proposta tinkludi kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-att eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali.

 

 

 

 

 

 

C. PENNERA      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-armonizzazzjoni  tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kumpatibbiltà elettromanjetika (Tfassil mill-ġdid)

Referenzi

COM(2011)0765 – C7-0429/2011 – 2011/0351(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

30.11.2011

JURI

30.11.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.12.2011

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Zuzana Roithová

29.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.1.2012

28.2.2012

31.5.2012

10.7.2012

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adam Bielan, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Ismail Ertug, Vicente Miguel Garcés Ramón, Philippe Juvin, Edvard Kožušník, Toine Manders, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Ildikó Gáll-Pelcz, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis, Marc Tarabella

Data tat-tressiq

25.7.2012

 

 

[1] Għadha mhix ippublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.
[2] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
[3] Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Piotr Borys, Françoise Castex, Sergio Gaetano Cofferati, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Vytautas Landsbergis, Eva Lichtenberger, Jiří Maštálka, Antonio López-Istúriz White, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Axel Voss, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka.  
[4] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu l-verżjonijiet bl-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.