Dokument ta' sessjoni

 

A7-0259/2012

28.11.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid fis-suq tat-tagħmir elettroniku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (tfassil mill-ġdid)

( COM(2011)0773 – C7‑0427/2011 – 2011/0357(COD) )

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Zuzana Roithová

(Riformulazzjoni – Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_COD_1recastingam

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b'tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta' att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta' kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta' att ma jkunx emenda, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  23

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI  27

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI  29

PROĊEDURA  31

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid fis-suq tat-tagħmir elettroniku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (tfassil mill-ġdid)

( COM(2011)0773 – C7‑0427/2011 – 2011/0357(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0773 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0427/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],

–  wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta' Marzu 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur ( A7-0259/2012 ),

A.  billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tat-tagħmir elettriku, fir-rigward tal-irwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumaturi, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

(4) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tat-tagħmir elettriku, fir-rigward tal-irwoli rispettivi li għandhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ta' interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumaturi, inkluż livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi vulnerabbli f'dawk il-każijiet fejn it-tagħmir elettriku ma jkunx maħsub għall-użu professjonali, u biex tiġi garantita l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni.

 

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Minkejja li l-evalwazzjoni tal-konformità għandha tibqa' r-responsabbiltà tal-manifattur mingħajr xi bżonn li jkun involut korp tal-evalwazzjoni tal-konformità indipendenti, sabiex titħaffef it-telstija tal-proċedura tal-evalwazzjoni tal-konformità, il-manifatturi għandhom jitħallew ifittxu għajnuna ta' laboratorju tal-evalwazzjoni tal-konformità indipendenti.

imħassar

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha rilevanti meħtieġa tintwera wkoll f'każ ta' bejgħ mill-bogħod.

 

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Meta l-ħruġ ta' dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE unika jista' jikkaġuna problemi speċifiċi minħabba l-kumplessità jew l-ambitu ta' dik id-dikjarazzjoni tal-UE unika, għandu jkun possibbli li dik id-dikjarazzjoni tal-UE unika tkun sostitwita b'dikjarazzjonijiet tal-konformità tal-UE individwali li jkunu rilevanti għat-tagħmir elettriku partikolari.

 

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu infurmati b'miżuri maħsubin sabiex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà ta' persuni jew kwistjonijiet ta' protezzjoni ta' interess pubbliku. Għandha tippermetti l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

(22) Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu infurmati b'miżuri maħsubin sabiex jittieħdu fir-rigward ta' prodotti li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà ta' persuni, inkluża s-sikurezza tat-tfal, l-anzjani u persuni b'diżabbiltà f'dawk il-każijiet fejn it-tagħmir elettriku ma jkunx maħsub għall-użu professjonali, jew kwistjonijiet ta' protezzjoni ta' interess pubbliku. Għandha tippermetti l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

 

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Hemm bżonn li jkunu pprovduti arranġamenti tranżitorji li jippermettu d-disponibilità fis-suq tat-tagħmir elettriku li kien diġà tqiegħed fis-suq skont id-Direttiva 2006/95/KE.

(25) Hemm bżonn li jkunu pprovduti arranġamenti tranżitorji li jippermettu d-disponibilità fis-suq tat-tagħmir elettriku li kien diġà tqiegħed fis-suq skont id-Direttiva 2006/95/KE. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jbigħu l-istokks tat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti ta' voltaġġ li diġà jkunu fil-katina ta' distribuzzjoni fid-data tal-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) L-istandards armonizzati rilevanti għal din id-Direttiva għandhom jikkunsidraw ukoll b'mod sħiħ il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, iffirmata mill-Unjoni Ewropea fit-23 ta' Diċembru 2010.

 

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li tagħmir elettriku jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni;

(1) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser il-provvista ta' tagħmir elettriku għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

 

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kull provvista ta' tagħmir elettriku għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(2) "tqiegħed fis-suq" tfisser l-ewwel darba li tagħmir elettriku jsir disponibbli fis-suq;

 

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur;

(7) "operatur ekonomiku" tfisser manifattur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributur;

 

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) "standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru [.../...] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea];

(9) "standard armonizzat" tfisser standard kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru [.../...] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea];

 

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-tagħmir elettriku jista' jsir disponibbli  fuq is-suq biss jekk ikun mibni skont il-prattika tajba tal-inġinerija f'dik li hi sigurtà li tkun fis-seħħ fl-Unjoni  , u għaldaqstant ma jipperikolax is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi jew proprjetà meta jkun installat u miżmum sewwa u użat għal skopijiet li għalihom kien magħmul.

1. It-tagħmir elettriku jista' jsir disponibbli fuq is-suq biss jekk ikun mibni skont il-prattika tajba tal-inġinerija f'dik li hi sigurtà li tkun fis-seħħ fl-Unjoni , u għaldaqstant ma jipperikolax is-sigurtà ta' persuni, annimali domestiċi jew proprjetà meta jkun installat u miżmum sewwa u użat għal skopijiet li għalihom kien magħmul jew f'applikazzjonijiet li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli.

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fejn applikabbli, it-tagħmir elettriku mhux maħsub għall-użu professjonali jista' jsir disponibbli fis-suq biss jekk ikun maħdum b'tali mod li persuni b'diżabbiltà jistgħu faċilment jużawh u jkollhom aċċess għalih.

 

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Provvista tal-elettriku

Projbizzjoni ta' rekwiżiti ta' sikurezza aktar stretti għall-provvista tal-elettriku

 

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dak li għandu x'jaqsam mat-tagħmir elettriku l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rekwiżiti tas-sigurtà aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu m3 u l-Anness I  ma jiġux imposti mill-korpi tal-provvista tal-elettriku sabiex titqabbad mal-grilja, jew għall-provvista tal-elettriku lill-utenti tat-tagħmir elettriku.

F'dak li għandu x'jaqsam mat-tagħmir elettriku l-Istati Membri għandhom jiżguraw li rekwiżiti tas-sigurtà aktar stretti minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 3 u l-Anness I ma jiġux imposti mill-korpi tal-provvista tal-elettriku sabiex titqabbad mal-grilja, jew għall-provvista tal-elettriku lill-utenti tat-tagħmir elettriku.

 

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jitqies li jkun xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn tagħmir elettriku, il-manifatturi għandhom, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, jagħmlu testijiet kampjunarji tat-tagħmir elettriku disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' tagħmir elettriku mhux konformi u ta' teħid lura tat-tagħmir elettriku u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ ta' dan it-tip.

Ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija

 

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar t-tagħmir elettriku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

6. Il-manifatturi għandhom jindikaw, fuq it-tagħmir elettriku, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali, jew, jekk ikun disponibbli, l-indirizz tal-websajt, fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx raġonevolment possibbli, dawk id-dettalji għandhom jingħataw fuq il-pakkett jew f'dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu f'lingwa li tkun tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li t-tagħmir elettriku jkun akkumpanjat minn informazzjoni ta' sikurezza provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

7. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li t-tagħmir elettriku jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Tali istruzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza flimkien ma' kwalunkwe ttikkettar għandhom ikunu ċari, jinftiehmu tajjeb u intelliġibbli.

 

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar t-tagħmir elettriku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku.

3. L-importaturi għandhom jindikaw, fuq it-tagħmir elettriku, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali, jew, jekk tkun disponibbli, l-indirizz tal-websajt, fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx raġonevolment possibbli, fuq il-pakkett tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja t-tagħmir elettriku. Id-dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu f'lingwa li tkun tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-importaturi għandhom jassiguraw li t-tagħmir elettriku jkun akkumpanjat minn informazzjoni ta' sikurezza provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

4. L-importaturi għandhom jassiguraw li t-tagħmir elettriku jkun akkumpanjat minn istruzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat.

 

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji preżentati minn prodott, l-importaturi, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji tat-t-tagħmir elettriku magħmul disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' tagħmir elettriku mhux konformi u ta' teħid lura ta' tagħmir elettriku, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ.

6. Meta jitqies meħtieġ fir-rigward tar-riskji preżentati minn prodott, l-importaturi, għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sikurezza tal-konsumaturi, għandhom jagħmlu testijiet kampjunarji tat-tagħmir elettriku magħmul disponibbli fis-suq, jinvestigaw, u jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru ta' lmenti, ta' tagħmir elettriku mhux konformi u ta' teħid lura ta' tagħmir elettriku, u għandhom iżommu lid-distributuri infurmati dwar kull monitoraġġ.

 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma jagħmlu t-tagħmir elettriku disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li t-tagħmir elettriku jkollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat minn informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti finali l-oħra fl-Istat Membru fejn t-tagħmir elettriku jkun se jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u 6(6) u fl-Artikolu 8(3).

2. Qabel ma jagħmlu t-tagħmir elettriku disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li t-tagħmir elettriku jkollu l-marka CE, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn istruzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti finali l-oħra fl-Istat Membru fejn t-tagħmir elettriku jkun se jsir disponibbli fis-suq, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u 6(6) u fl-Artikolu 8(3).

 

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tagħmir elettriku li tqiegħed fis-suq legalment qabel [id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1)] jista' jsir disponibbli fis-suq minn distributuri mingħajr rekwiżiti ulterjuri tal-prodott.

 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq:

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jispeċifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq:

 

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bit-tagħmir elettriku u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew it-tagħmir elettriku.

L-operaturi ekonomiċi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bit-tagħmir elettriku u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew it-tagħmir elettriku. L-operaturi ekonomiċi ma għandux ikollhom l-obbligu li jaġġornaw dik l-informazzjoni wara li l-forniment ikun ġie ffinalizzat.

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti li għad hemm ħażniet tagħhom disponibbli fis-suq

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward ta' prodotti li għad hemm ħażniet tagħhom disponibbli fis-suq, ikunu applikati skont l-Artikolu 24.

 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F'każ li l-istandards armonizzati msemmijin  fl-Artikolu 12 ma ġewx imfassla u ppubblikati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw, għall-finijiet ta' disponibilità  fis-suq jew il-moviment liberu msemmi fl-Artikoli 2 u 3 rispettivament, li l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tagħhom għandhom iqisu wkoll, bħala li jikkonforma mal-Artikolu 3, u l-Anness I  dak it-tagħmir elettriku li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà jew tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC) . Id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jigu nnotifikati lill-Istati Membri mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, għandha tiddikjara d-dispożizzjonijiet u, b'mod partikolari, il-varjazzjonijiet li hija tirrakkomanda li jiġu ppubblikati.

1. F'każ li l-istandards armonizzati msemmijin fl-Artikolu 12 ma jkunux ġew imfassla u ppubblikati, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżguraw, għall-finijiet ta' disponibilità fis-suq jew il-moviment liberu msemmi fl-Artikoli 2 u 3 rispettivament, li l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tagħhom għandhom iqisu wkoll, bħala li jikkonforma mal-Artikolu 3, u l-Anness I  dak it-tagħmir elettriku li huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà jew tal-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC) li ġew ippubblikati skont il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jigu nnotifikati lill-Istati Membri mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, għandha tiddikjara d-dispożizzjonijiet u, b'mod partikolari, il-varjazzjonijiet li hija tirrakkomanda li jiġu ppubblikati.

 

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell speċifikat fl-Anness IV ta' din id-Direttiva, għandha jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli t-tagħmir elettriku.

2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell speċifikat fl-Anness IV ta' din id-Direttiva, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Fuq talba tal-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq, l-operatur ekonomiku għandu jipprovdi kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew f'forma tal-karti jew inkella b'mezzi elettroniċi u għandu jiżgura li tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli t-tagħmir elettriku.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni se tgħin lill-operaturi ekonomiċi jikkomunikaw mal-awtoritajiet pubbliċi. Is-sors ta' ispirazzjoni kien l-Artikolu 7, paragrafu 1 tar-Regolament Nru 305/2011 dwar il-Prodotti għall-Bini.

 

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tat-tagħmir elettriku.

4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tat-tagħmir elettriku mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

 

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni dettalji dwar l-attivitajiet tal-awtoritajiet tagħhom għas-sorveljanza tas-suq u dwar kwalunkwe pjan li għandhom biex iżidu s-sorveljanza tas-suq, inkluża l-allokazzjoni ta' aktar riżorsi, iż-żieda fl-effiċjenza u l-bini tal-kapaċità meħtieġa sabiex dawk l-għanijiet ikunu jistgħu jintlaħqu.

 

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament adegwat lill-awtoritajiet tagħhom għas-sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ikunu koerenti u effikaċi fl-Unjoni kollha.

 

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-sikurezza tal-persuni, huma għandhom, flimkien mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, iwettqu evalwazzjoni dwar it-tagħmir elettriku kkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni biżżejjed biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, huma għandhom, flimkien mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, iwettqu evalwazzjoni dwar it-tagħmir elettriku kkonċernat li tkun tkopri r-rekwiżiti kollha rilevanti stabbiliti f'din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) in-nuqqas tat-tagħmir elettriku li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-sikurezza tal-persuni, l-annimali domestiċi jew il-proprjetà;

(a) in-nuqqas tat-tagħmir elettriku li jissodisfa r-rekwiżiti relatati mas-saħħa jew mas-sikurezza tal-persuni, l-annimali domestiċi jew il-proprjetà;

 

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fejn, fi żmien xahrejn minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

7. Fejn, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata.

 

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri restrittivi xierqa jittieħdu fir-rigward tat-tagħmir elettriku kkonċernat mingħajr dewmien.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tat-tagħmir elettriku kkonċernat, bħall-irtirar tat-tagħmir elettriku mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien.

 

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tagħmir elettriku li jikkonforma iżda li jippreżenta tiskju għas-sikurezza

Tagħmir elettriku li jikkonforma iżda li jippreżenta riskju għas-saħħa u għas-sikurezza

 

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn Stat Membru, wara li jkun għamel valutazzjoni skont l-Artikolu 19(1), isib li, għalkemm it-tagħmir elettriku jkun konformi ma' din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jassigura li t-tagħmir elettriku konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtirah jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi.

1. Fejn Stat Membru, wara li jkun għamel valutazzjoni skont l-Artikolu 19(1), isib li, għalkemm it-tagħmir elettriku jkun konformi ma' din id-Direttiva, ikun jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni u s-sikurezza tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà, huwa għandu jeżiġi li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri adegwati kollha biex jassigura li t-tagħmir elettriku konċernat, meta jitqiegħed fis-suq, ma jippreżentax aktar dak ir-riskju jew jirtirah jew jieħdu lura mis-suq fi żmien perjodu raġonevoli li jkun jaqbel man-natura tar-riskju, skont kif l-Istat Membru jistabbilixxi.

 

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar għall-operaturi ekonomiċi l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati.

L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema tal-immarkar CE u għandhom jieħdu azzjoni xierqa f'każ ta' użu mhux korrett tal-immarkar. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur min-naħa ta' operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali regoli jistgħu jinkludu penali kriminali fir-rigward ta' ksur serju.

 

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Il-penali msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati għall-gravità tar-reat, u dissważivi.

 

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni [daħħal id-data – id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1)] l-aktar tard u għandhom jinnotifkaw mingħajr dewmien ta' kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni [daħħal id-data – id-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(1)] u għandhom jinnotifkaw mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk id-dispożizzjonijiet pubblikament disponibbli billi tippubblikahom fuq l-Internet.

 

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni  t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk id-dispożizzjonijiet pubblikament disponibbli billi tippubblikahom fuq l-Internet.

 

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Anness II – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-tagħmir iddisinjat speċifikament għall-uniku skop ta' riċerka u żvilupp u li jkun biss disponibbli bejn l-impriżi.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi privati aħħarin għandhom aċċess għall-prodotti tar-R&Ż. Ir-reviżjoni reċenti tad-Direttivi RoHS u WEEE diġà teskludi dan it-tagħmir mill-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Biex jiġu evitati l-inċertezzi, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttivi dwar il-Prodotti għandu jiġi armonizzat.

 

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Anness II – punt 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' manifattura u s-sorveljanza tiegħu jassiguraw il-konformità tat-tagħmir elettriku mmanifatturati mad-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 2 u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija.

 

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Nru xxxxxx (identifikazzjoni unika tat-tagħmir elettriku):

1. Nru xxxxxx (identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku):

 

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku li tippermetti t-traċċabbiltà). Din għandha tinkludi immaġini bil-kulur ta' ċarezza suffiċjenti biex tippermetti l-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku).

4. L-għan tad-dikjarazzjoni (l-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku li tippermetti t-traċċabbiltà). Din tista' tinkludi, fejn ikun xieraq, immaġini ta' ċarezza suffiċjenti biex tippermetti l-identifikazzjoni tat-tagħmir elettriku).

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Kuntest

 

Dan ir-rapport iġib miegħu modifiki għal proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tirriformula d-Direttiva 2006/95/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti ta' voltaġġ. Din ġiet ippreżentata f'Novembru 2011 fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) adottat fl-2008 bħala "l-pakkett dwar il-merkanzija" li jkopri l-istrumenti komplementari, id-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE u r-Regolament (KE) 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93. Din il-proposta hi parti minn pakkett li jallinja disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ.

 

Id-Direttiva eżistenti 2006/95/KE tistabbilixxi rekwiżiti ta' sikurezza li magħhom għandu jkun konformi tagħmir elettriku sabiex ikun jista' jsir disponibbli fis-suq tal-UE.

 

Il-QLĠ ġie adottat bħala rimedju għan-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni sabiex jiġi kkompletat is-Suq Uniku, b'kompetizzjoni ġusta u prodotti mhux perikolużi. Implimentazzjoni u infurzar inkonsistenti fl-Istati Membri tal-armonizzazzjoni eżistenti tal-Unjoni, flimkien ma' regolamentazzjoni kumplessa, għamluha dejjem aktar diffiċli kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet li jinterpretaw u japplikaw b'mod korrett il-leġiżlazzjoni, fatt li wassal għal kundizzjonijiet inugwali fis-suq u anke biex tqiegħdu prodotti perikolużi fis-suq. "Il-pakkett dwar il-merkanzija" jagħti l-qafas globali għas-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti, sabiex issir aktar uniformi u tinftiehem kemm għall-operaturi eknomiċi, kif ukoll għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar il-QLĠ mhumiex direttament applikabbli. Sabiex jiġi żgurat li s-setturi ekonomiċi kollha suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jibbenefikaw mit-titjib tal-QLĠ, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prodotti.

Wara l-adozzjoni tal-qafas legali fil-QLĠ fl-2008, il-Kummissjoni bdiet proċess ta' evalwazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea armonizzata dwar il-prodotti sabiex jiġu identifikati l-istrumenti li jridu jiġu riveduti sabiex il-QLĠ jiġi implimentat.

 

F'dan il-proċess ta' evalwazzjoni ġie identifikat għadd ta' direttivi li se jeħtieġu reviżjoni fit-3-5 snin li ġejjin minħabba klawsoli ta' reviżjoni jew raġunijiet speċifiċi għas-settur (il-ħtieġa li jiġi ċċarat l-ambitu, il-ħtieġa għal rekwiżiti ta' sikurezza aġġornati, eċċ.). Il-maġġoranza l-kbira tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti dwar il-prodotti se teħtieġ reviżjoni għal dawk ir-raġunijiet u se tiġi ttrattata b'mod individwali skont il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

 

Id-disa' proposti fil-pakkett ippreżentati f'Novembru 2011, inkluża d-Direttiva 2006/95/KE mhumiex parti mill-grupp ta' direttivi dwar il-prodotti msemmi qabel, iżda ġew identifikati bħala adattati għal allinjament mal-QLĠ minħabba l-istruttura komuni tagħhom. Is-setturi koperti mid-direttivi huma kollha setturi industrijali importanti ħafna li huma soġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali b'saħħitha, u l-valutazzjonijiet huma li dawk l-industriji se jgawdu mis-semplifikazzjoni u l-ħolqien ta' ambjent fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu l-istess għall-kumpaniji Ewropej kollha li l-QLĠ hu mmirat lejhom.

 

Il-bidliet li saru fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jikkonċernaw: id-definizzjonijiet, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, is-suppożizzjoni ta' konformità pprovduta permezz tal-istandards armonizzati, id-Dikjarazzjoni ta' Konformità, il-marka CE, il-korpi notifikati, il-proċedura tal-klawsola ta' salvagwardja u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. L-intenzjoni tal-proposta kienet limitata għal allinjament pur mad-dispożizzjonijiet orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008/KE u mat-terminoloġija l-ġdida fit-Trattat ta' Lisbona, inklużi r-regoli l-ġodda dwar il-komitoloġija.

 

Proċedura

 

L-allinjament mad-Deċiżjoni dwar il-QLĠ jirrikjedi għadd ta' emendi sostantivi għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. It-teknika ta' tfassil mill-ġdid intgħażlet bi qbil mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001.

 

Skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali eżamina l-proposta, abbażi tar-rapporti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv (is-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni) u kkunsidra li ma tinvolvi l-ebda bidla sostantiva apparti dawk li huma identifikati bħala bildliet ta' dan it-tip fil-proposta, jew dawk identifikati mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

 

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

 

Ir-Rapporteur tqis li dan l-allinjament ta' disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ hu pass importanti lejn it-tlestija tas-suq uniku tal-UE.

 

Il-QLĠ jintroduċi ambjent regolatorju ssemplifikat għall-prodotti u jippermetti implimentazzjoni aktar konsistenti tal-istandards tekniċi, żewġ elementi li se jgħinu biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, billi jiżguraw trattament ugwali għall-prodotti mhux konformi u għall-operaturi ekonomiċi, kif ukoll valutazzjoni ugwali tal-korpi notifikati fis-suq kollu tal-UE.

 

Fil-fehma tar-Rapporteur, l-allinjament tad-disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ se jżid il-fiduċja kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi, billi jiċċara l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi u jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Istati Membri għodda aktar effikaċi biex iwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq, u dan kollu jwassal biex jonqos l-għadd ta' prodotti mhux konformi u perikolużi fis-suq.

 

Il-proposti tal-Kummissjoni fil-pakkett dwar l-allinjament huma bbażati fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati, inklużi diversi mijiet ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-esperjenzi tagħhom fir-rigward tal-Pakkett dwar il-Merkanzija, fatt li hu apprezzat ħafna mir-Rapporteur.

 

Ir-Rapporteur tiegħek tappoġġja l-intenzjoni ġenerali tal-Kummissjoni tal-allinjament pur tad-disa' direttivi dwar il-prodotti mal-miżuri orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008, imma tissuġġerixxi wkoll xi tibdil fid-Direttiva 2006/95/KE dwar it-tagħmir elettriku ddisinjat għal użu fi ħdan ċerti limiti ta' voltaġġ għall-kjarifika ulterjuri u aġġustamenti settorjali mal-objettivi li ġejjin:

 

1.Allinjament ulterjuri tad-Direttiva mal-QLĠ u l-iżgurar taċ-ċertezza tad-dritt

 

Ir-Rapporteur tikkunsidra li hu imporanti li jsiru għadd ta' bidliet għad-Direttiva proposta sabiex jintlaħaq livell ogħla ta' konsistenza mat-termini użati mid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE u jiġu eliminati l-inkonsistenzi possibbli fit-test li inkella jistgħu joħolqu inċertezza tad-dritt.

 

Hu importanti wkoll li, qabel tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida, tiġi ċċarata l-qagħda legali għall-prodotti li tqiegħdu fis-suq legalment b'konformità mad-Direttiva attwali, imma li għad hemm stokk tagħhom fis-suq. Għandha tiġi enfasizzata n-natura mhux retroattiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE u għandu jiġi ċċarat li dawn il-prodotti jkunu għadhom jistgħu jsiru disponibbli fis-suq wara d-data meta tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida.

 

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tikkunsidra li l-Kummissjoni għandu jkollha l-obbligu li tippubblika fuq l-Internet id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-Direttiva trasposta u s-sanzjonijiet rilevanti (prinċipju ta' trasparenza).

 

2.Tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur

 

Il-QLĠ jikkontribwixxi għaż-żieda tal-fiduċja tal-konsumatur fis-suq uniku. Għaldaqstant, għadd ta' modifiki huma marbuta wkoll mal-objettiv tar-Rapporteur li d-dispożizzjonijiet tal-QLĠ relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur jagħtuna l-benefiċċji kollha possibbli. F'dak ir-rigward, xi emendi jippermettu li d-direttiva l-ġdida tkopri ambitu usa' ta' sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza, meta anke l-użu raġonevolment prevedibbli għandu jitqies waqt il-fażi tad-disinn tal-prodott (ara l-Artikolu 16 dwar ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament 765/2008). Ikun hemm ukoll aktar protezzjoni tal-konsumatur jekk jiġi speċifikat li l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tikketti jridu jkunu ċari, jiftiehmu u intelliġibbli. Ir-Rapporteur biħsiebha wkoll tagħmel it-tagħmir elettriku aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilitajiet. Qed jiġi propost li r-rekwiżiti dwar is-saħħa jissaħħu billi jiġi żgurat li l-kunċett ta' sikurezza jinkludi wkoll is-sikurezza tat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabilitajiet f'dawk il-każi fejn it-tagħmir elettriku ma jkunx maħsub għal użu professjonali.

 

 

3.Tnaqqis tal-burokrazija

 

Il-QLĠ għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, burokrazija ingombranti xxekkel iċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija. Għaldaqstant, ir-Rapporteur eżaminat id-Direttiva proposta sabiex, kull fejn ikun possibbli, tnaqqas il-burokrazija. Għalhekk, fir-rapport qed jiġi propost li l-proċeduri attwali jiġu mmodernizzati billi d-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-UE titħalla tingħata mhux biss f'verżjoni stampata imma anke b'mezzi elettroniċi u li titnaqqas il-burokrazija għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-operaturi sussegwenti/preċedenti fil-katina tal-provvista.

 

Kif esprimiet qabel, ir-Rapporteur tappoġġa s-semplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-proċeduri previsti fil-QLĠ, imma fl-istess ħin tixtieq tenfasizza li jista' jkun hemm bżonn flessibilità fir-rigward ta' xi obbligi maħluqa mill-qafas il-ġdid. Pereżempju, qed jiġi propost li tiżdied eċċezzjoni għar-regola dwar "Dikjarazzjoni ta' Konformità unika" f'dawk il-każi meta, minħabba l-kumplessità jew id-daqs tagħha, ikun hemm problemi speċifiċi biex jiġi pprovdut dokument wieħed. Hawnhekk għandu jkun hemm il-possibilità li d-Dikjarazzjonijiet ta' Konformità jiġu pprovduti b'mod separat.

 

Ir-Rapporteur tbiddel ukoll l-obbligu ta' immaġini ikkulurita fid-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal miżura volontarja peress li hekk hu rregolat fid-Deċiżjoni, li se jwassal għal iffrankar sinifikanti għall-industriji rilevanti.

 

4.Żgurar ta' sorveljanza aħjar tas-suq għall-prodotti tagħna

 

Anki jekk ir-Rapporteur hija konxja tar-regolament futur il-ġdid dwar is-sorveljanza tas-suq li qed jitħejja mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-aħħar sett ta' bidliet hu ffukat fuq l-iżgurar ta' livell ogħla ta' sorveljanza tal-prodotti fis-suq. Għal dan l-għan, ir-Rapporteur qed tipproponi li tiżdied is-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod billi jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha għal informazzjoni rilevanti jintwerew ukoll fil-kummerċ elettroniku, li jiġi stabbilit rekwiżit ta' informazzjoni annwali mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq, li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu l-finanzjament xieraq għall-awtoritajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq. Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur saħqet fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet xierqa kontra l-użu mhux xieraq tal-marka CE.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

 

Ref.: D(2012)22764

 

 

 

L-Onor. Malcolm Harbour,

President tal-Kumitat għas-Suq Intern

u l-Ħarsien tal-Konsumatur

ASP 13E130

Brussell

 

 

 

Suġġett :  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (tfassil mill-ġdid)

  ( COM(2011)0773 – C7‑0427/2011 – 2011/0357(COD) )

 

 

 

Għażiż President,

 

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar it-Tfassil mill-Ġdid, kif iddaħħal fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jgħid hekk:

 

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv għal-leġiżlazzjoni minbarra dawk identifikati bħala tali, għandu jinforma lill-kumitat responsabbli dwar dan.

 

F'dak il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu bidliet.

Madankollu, jekk, f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali, il-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jressaq emendi għall-partijiet ikkodifikati tal-proposta, għandu jinnotifika minnufih l-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tinforma lill-kumitat, qabel il-votazzjoni skont l-Artikolu 54, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' riformulazzjoni.”

 

 

B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sostanza tagħhom.

 

Biex nikkonkludu, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tal-26 ta' April 2012, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 23 vot favur u ebda astensjoni[3], jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 87.

 

Għoddni dejjem tiegħek,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Klaus-Heiner LEHNE

 

 

 

 

 

 

 

Mehmuża: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIVA

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 27 ta' Marzu 2012

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI   TAL-PARLAMENT EWROPEW

  TAL-KUNSILL

  TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ

COM(2011)0773 of 21.11.2011 – 2011/0357(COD)

 

Wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid ta' atti legali, u partikolarment il-punt 9 ta' din il-Ftehima, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, li hu magħmul mis-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni rispettivament, iltaqa' fl-1 ta' Marzu 2012 biex jeżaminaw, fost oħrajn, il-proposta msemmija hawn fuq ippreżentata mill-Kummissjoni.

 

Waqt il-laqgħa[4], l-evalwazzjoni tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ, li wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.

1) Fir-rigward tal-memorandum spjegattiv, sabiex ikun hemm abbozz li jkun kompletament konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti mill-Ftehim Interistituzzjonali, dan id-dokument kellu jispeċifika liema dispożizzjonijiet tal-att preċedenti ma jkunux inbidlu fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta' dak il-ftehim.

2) Il-partijiet li ġejjin tat-test tat-tfassil mill-ġdid tal-proposta kellhom jiġu identifikati billi tintuża tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu mmarkati bidliet sostanzjali:

 

- fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem "Artikolu 2, 3(1), 6, 7, 8, 9, 10, 11 ,12, 13(1), 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23 u 24 u l-Annessi III sa IV", kif ukoll it-test kollu kemm hu tas-sentenza finali li għandha taqra kif ġej: "Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonjiet u din id-Direttiva".

- fl-Artikolu 25(1), it-tieni subparagrafu, il-kliem "[mill-jum wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu]"

 

B'konsegwenza ta' dan, l-eżami tal-proposta ppermetta lill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, mingħajr dissens, li l-proposta ma fiha l-ebda emenda sostantiva, għajr il-bidliet li ġew identifikati bħala tali fiha stess jew fl-opinjoni preżenti. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ikkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi sostantivi, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali.

 

 

 

 

 

 

C. PENNERA      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurekonsult      Ġurekonsult      Direttur Ġenerali

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tqegħid fis-suq tat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (Riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2011)0773 – C7-0427/2011 – 2011/0357(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

30.11.2011

JURI

30.11.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Zuzana Roithová

29.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.1.2012

28.2.2012

31.5.2012

10.7.2012

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adam Bielan, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Philippe Juvin, Edvard Kožušník, Toine Manders, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Ildikó Gáll-Pelcz, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis, Marc Tarabella

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ismail Ertug

Data tat-tressiq

28.11.2012

 

 

[1] Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
[2] ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.
[3] Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Piotr Borys, Françoise Castex, Sergio Gaetano Cofferati, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Vytautas Landsbergis, Eva Lichtenberger, Jiří Maštálka, Antonio López-Istúriz White, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Axel Voss, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka,      
[4] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu l-verżjoni bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-proposta u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li hi l-verżjoni bil-lingwa oriġinali tat-test li qed jiġi diskuss.