Dokument ta' sessjoni

 

A7-0264/2012

30.7.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

( COM(2011)0540 – C7‑0235/2011 – 2011/0238(COD) )

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Krišjānis Kariņš

 

PR_COD_1amCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

  *  Proċedura ta' konsultazzjoni

  ***  Proċedura ta' approvazzjoni

  ***I  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

  ***II  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III  Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta' att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b'tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta' att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f'verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta' kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta' att ma jkunx emenda, huma indikati b'tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW  5

NOTA SPJEGATTIVA  25

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin  27

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali  42

PROĊEDURA  54

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

( COM(2011)0540 – C7‑0235/2011 – 2011/0238(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0540 ),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C70235/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artkolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012[1],

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-5 ta' Ġunju 2012 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7-0264/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

 

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'

li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

 

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja2,

Billi:

 

(1)  Il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri biex mill-1 ta' Jannar 2012 ▌jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet bilaterali ġodda u eżistenti kollha tagħhom ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma adatta, wara li tikkunsidra l-ħtieġa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

2)  L-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri adatti kollha sabiex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jevitaw jew jeliminaw kwalunkwe inkompatibbiltà bejn il-liġi tal-Unjoni u l-ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

(3)  Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-enerġija jeħtieġ li l-enerġija importata fl-Unjoni tkun irregolata għalkollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li ma jiffunzjonax tajjeb iqiegħed lill-Unjoni f'pożizzjoni vulnerabbli u żvantaġġata fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u jimmina l-benefiċċji potenzjali tiegħu għall-konsumaturi u l-industrija Ewropej. Livell għoli ta' trasparenza fir-rigward tal-ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jippermetti lill-Unjoni tieħu azzjoni kkoordinata, fl-ispirtu ta' solidarjetà, sabiex tiżgura li ftehimiet bħal dawn jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u effettivament tiżgura l-provvista tal-enerġija. Tali trasparenza tkun ta' benefiċċju wkoll sabiex tinkiseb kemm kooperazzjoni interna aktar mill-qrib fl-Unjoni fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni dwar l-enerġija kif ukoll l-objettivi ta' politika fit-tul tal-Unjoni dwar l-enerġija, il-klima u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

(4)  Mekkaniżmu ġdid ta' skambju ta' informazzjoni għandu għalhekk jiġi stabbilit. Huwa għandu biss ftehimiet intergovernattivi li għandhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni peress li dawn iż-żewġ kwistjonijiet huma marbuta flimkien. Il-valutazzjoni tal-bidu dwar jekk ftehim intergovernattiv, jew test ieħor li jirreferi għalih espliċitament ftehim intergovernattiv, għandux impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri; f' każijiet ta' dubju, Stat Membru għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni. Fil-prinċipju, ftehimiet li ma għadhomx fis-seħħ jew ma għadhomx jiġu applikati ma jkollhomx impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni u għalhekk m'għandhomx ikunu koperti minn dan il-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni. Il-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni għandu jinkludi b'mod partikolari kull ftehim intergovernattiv li għandu impatt fuq il-provvista ta' gass, żejt jew elettriku permezz ta' infrastruttura fissa jew li għandu impatt fuq l-ammont ta' enerġija importata fl-Unjoni ▌.

(5)  Ftehimiet intergovernattivi li għandhom jiġu nnotifikati fl-intier tagħhom lill-Kummissjoni abbażi ta' atti oħra tal-Unjoni għandhom ikunu esklużi mill-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni. Madankollu, dik l-eżenzjoni ma għandhiex tapplika għall-ftehimiet intergovernattivi ma' pajjiżi terzi li jkollhom impatt fuq l-iżvilupp u l-użu tal-infrastruttura tal-gass u tal-provvisti tal-gass u li għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ▌[3]4. Tali ftehimiet għandhom jiġu nnotifikati skont ir-regoli stipulati f'din id-Deċiżjoni. Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, notifika ppreżentata f'konformità ma' din id-Deċiżjoni għandha titqies li tissodisfa l-obbligu stipulat fl-Artikolu 13(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010.

(6a)  Ftehimiet intergovernattivi li jikkonċernaw kwistjonijiet fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Deċiżjoni.

(7)  Din id-Deċiżjoni ma toħloqx obbligi fir-rigward ta' ftehimiet bejn entitajiet kummerċjali ▌. Madankollu, hija ma tipprojbixxix lill-Istati Membri milli jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fuq bażi volontarja, ftehimiet kummerċjali li jissemmew espliċitament fil-ftehimiet intergvernattivi ▌. Barra minn hekk, minħabba li huwa possibbli li l-ftehimiet kummerċjali jinkludu dispożizzjonijiet regolatorji, l-operaturi kummerċjali li jinnegozjaw ftehimiet kummerċjali ma' operaturi minn pajjiżi terzi għandu jkollhom il-possibbiltà li jfittxu gwida mill-Kummissjoni sabiex jevitaw li jinħolqu konflitti potenzjali mal-liġi tal-Unjoni.

(8)  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kull ftehim intergovernattiv eżistenti, kemm jekk daħal fis-seħħ jew qed jiġi applikat proviżorjament skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna ▌dwar il-Liġi tat-Trattati, u kull ftehim intergovernattiv ġdid.

(9)  Trasparenza akbar fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi futuri li ser jiġu nnegozjati jew li qed jiġu nnegozjati bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija tista' tikkontribwixxi għall-konsistenza fl-approċċi tal-Istati Membri għal tali ftehimiet, kif ukoll għall-konformità mal-liġi tal-Unjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar negozjati fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi ġodda jew l-emendi fil-ftehimiet intergovernattivi eżistenti. Fejn l-Istati Membri jagħmlu dik l-għażla, il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata regolarment dwar il-progess tan-negozjati. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistiednu lill-Kummissjoni tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll il-possibbiltà li tipparteċipa bħala osservatur fuq talba tagħha, soġġett għall-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà wkoll jitolbu lill-Kummissjoni biex tgħinhom matul in-negozjati tagħhom ma' pajjiżi terzi. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tipprovdi pariri dwar kif tiġi evitata inkompatibbilta' mal-liġi tal-Unjoni, u li tiġbed l-attenzjoni għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri.

(9a)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehimiet intergovernattivi eżistenti mal-liġi tal-Unjoni. F'każ ta' inkompatibbiltà, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex isibu soluzzjoni adegwata biex jeliminaw l-inkompatibbiltà identifikata.

(10)  Sabiex tiġi żgurata trasparenza akbar u biex jiġu evitati kunflitti possibbli mal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ftehim intergovernattiv ġdid ma' pajjiż terz qabel jew matul in-negozjati dwaru. Meta Stat Membru, li jkun innegozja ftehim intergovernattiv, ikun informa b'dan lill-Kummissjoni qabel l-għeluq tan-negozjati u jkun ippreżentalha l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinforma lil dak l-Istat Membru bl-opinjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim negozjat mal-liġi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha d-dritt tibda proċedimenti ta' ksur f'konformità mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) meta tqis li Stat Membru ma jkunx osserva l-obbligi tiegħu skont it-TFUE.

(11)  Il-ftehimiet intergovernattivi ratifikati, finali kollha koperti minn din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sabiex l-Istati Membri l-oħrajn kollha jistgħu jkunu infurmati.

(12)  Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha li tirċievi disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika sigura. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta t-talbiet mill-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni ▌ippreżentata lilha bħala kunfidenzjali. Madankollu, it-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-klawżola ta' kunfidenzjalità. It-talbiet għall-kunfidenzjalità għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[4].

(12a)  Jekk Stat Membru jqis li ftehim intergovernattiv huwa kunfidenzjali, huwa għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'sommarju tiegħu għall-finijiet tal-kondiviżjoni ta' dan is-sommarju mal-Istati Membri l-oħrajn.

(13)  Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jippermetti l-iżvilupp tal-aħjar prattiki. Abbażi ta' dawk l-aħjar prattiki, il-Kummissjoni, fejn ikun adatt f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tiżviluppa klawżoli fakultattivi bħala mudell sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. L-użu ta' tali klawżoli mudell għandu jkollu l-għan li jevita konflitti ta' ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-liġi tal-kompetizzjoni u r-regoli tas-suq intern tal-enerġija, u konflitti ma' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. L-użu tagħhom għandu jkun fakultattiv, u għandu jkun possibbli li jiġi adattat il-kontenut tagħhom għal kwalunkwe ċirkostanza partikolari.

(13a)  Peress li jeżisti s-suq intern tal-enerġija u minħabba l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont dovut ta' dawk l-objettivi meta jinnegozjaw ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija li għandhom impatt fuq il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija.

(14)  L-għarfien reċiproku mtejjeb tal-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u ġodda għandu jagħti lok għal koordinazzjoni aħjar fi kwistjonijiet tal-enerġija bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Tali koordinazzjoni mtejba għandha tippermetti lill-Istati Membri jibbenifikaw b'mod sħiħ mill-piż politiku u ekonomiku tal-Unjoni u tippermetti lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet għall-problemi identifikati fil-qasam tal-ftehimiet intergovernattivi.

(14a) Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb ir-rwol strateġiku ġenerali tal-Unjoni permezz ta' approċċ koordinat b'saħħtu u effettiv fil-konfront ta' pajjiżi produtturi, ta' transitu u konsumaturi.

(15)  Il-mekkaniżmu ta' skambju tal-informazzjoni, inklużi valutazzjonijiet li għandhom isiru mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħha, huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-ksur tar-regoli, l-għajnuna mill-istat u l-kompetizzjoni.

▌

(15a)  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk din id-Deċiżjoni hijiex suffiċjenti u effettiva biex tiżgura l-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni u livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija.

(15b)  Peress li l-għan ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' jinkiseb aħjar, minħabba l-effetti ta' din id-Deċiżjoni, fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward ta' ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija kif definiti fl-Artikolu 2, sabiex jinkiseb il-funzjonament ottimali tas-suq intern ta' l-enerġija.

2.  Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal ftehimiet intergovernattivi li, fl-intier tagħhom, huma diġà soġġetti għal proċeduri speċifiċi oħrajn ta' notifika skont il-liġi tal-Unjoni. ▌

  Minkejja l-ewwel subpargrafu, din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal ftehimiet intergovernattivi li għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010.

 

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "ftehim intergovernattiv" tfisser kull ftehim legalment vinkolanti bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar li jkollu impatt fuq l-operat jew il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni; madankollu, fejn tali ftehim vinkolnati jkopri wkoll kwistjonijiet oħrajn, dawk id-dispożizzjonijiet biss li jirrigwardaw l-enerġija, inklużi d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għal dawk id-dispożizzjonijiet relatati mal-enerġija, għandhom jikkostitwixxu "ftehim intergovernattiv";

(2)   "ftehim intergovernattiv eżistenti" tfisser ftehim intergovernattiv li jkun daħal fis-seħħ jew qed jiġi applikat proviżorjament qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni

1.  Sa …[5]* l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-ftehimiet intergovernattivi kollha eżistenti, inklużi l-annessi u l-emendi kollha għal dawk il-ftehimiet. Fejn dawk il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti jirreferu espliċitament għal testi oħra, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ukoll dawk it-testi l-oħra lill-Kummissjoni, safejn ikun fihom elementi li jħallu impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. Madankollu, dak l-obbligu ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet bejn entitajiet kummerċjali.

Il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti li diġà kienu kkomunikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 ▌fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu bħala li ġew ippreżentati għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, sakemm dik il-komunikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu. Sa ...* l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk hemmx xi parti minn tali ftehimiet intergovernattivi li għandha titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni pprovduta tistax tkun kondiviża mal-Istati Membri l-oħra

Fejn, skont dan il-paragrafu, Stat Membru jippreżenta ftehimiet intergovernattivi eżistenti li jaqgħu wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 13(6)(a) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 lill-Kummissjoni, huwa għandu jitqies li jkunm issodisfa l-obbligu ta' komunikazzjoni stabbilit f'dak l-Artikolu.

1a.   Fejn, wara l-ewwel valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni jkollha dubji dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni ta' ftehimiet ippreżentati lilha taħt il-paragrafu 1, b'mod partikolari mal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni u mal-leġislazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati għaldaqstant fi żmien 9 xhur wara li jkunu ġew ippreżentati dawk il-ftehimiet.

2.  Qabel jew waqt negozjati ma' pajjiż terz dwar ftehim intergovernattiv jew dwar l-emenda ta' ftehim intergovernattiv eżistenti, Stat Membru jista' jinforma lill-Kummissjoni bil-miktub bl-objettivi tan-negozjati, u bid-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu trattati fin-negozjati u jista' jikkomunika kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra lill-Kummissjoni. Fejn l-Istat Membru jagħti tali notofika dwar negozjati lill-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata regolarment dwar il-progress tan-negozjati.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jindika lill-Kummissjoni jekk l-informazzjoni ppreżentata skont l-ewwel subparagrafu tistax tkun kondiviża mal-Istati Membri l-oħrajn kollha. Fejn l-Istat Membru kkonċernat għandu jindika li l-informazzjoni tista' tkun kondiviża, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni riċevuta aċċessibbli għall-Istati Membri kollha f'forma elettronika sigura, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe parti kunfidenzjali identifikata skont l-Artikolu 3a.

2a.   Fejn Stat Membru jagħti notifika dwar negozjati lill-Kummissjoni kif previst fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tipprovdilu pariri dwar kif jevita l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew tal-emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti li qed jiġi nnegozjat mal-liġi tal-Unjoni.

3.  Mar-ratifika ta' ftehim intergovernattiv jew ta' emenda għal ftehim intergovernattiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-ftehim intergovernattiv jew l-emenda, inkluż kwalunkwe anness għall-ftehim jew l-emenda, lill-Kummissjoni.

Fejn il-ftehim intergovernattiv jew l-emenda għall-ftehim intergovernattiv jirreferu espliċitament għal testi oħra, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ukoll dawk it-testi l-oħra kull fejn dawn fihom elementi li jħallu impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni. Madankollu, dak l-obbligu ma japplikax fir-rigward ta' ftehimiet bejn entitajiet kummerċjali.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 3a, il-Kummissjoni għandha tagħmel aċċessibbli lill-Istati Membri l-oħrajn kollha d-dokumenti li tkun irċeviet skont il-paragrafi 1 u 3 f'forma elettronika sigura.

5.  Fejn Stat Membru jagħti struzzjoni lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 3a, biex ma tagħmilx aċċessibbli lill-Istati Membri l-oħra ftehim intergovernattiv eżistenti, emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti jew ftehim intergovernattiv ġdid, huwa għandu jagħmel disponibbli sommarju tal-informazzjoni ppreżentata. Dak is-sommarju għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar il-ftehim jew l-emenda inkwistjoni:

(a)  is-suġġett;

(b)  l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni;

(c)  it-tul ta' żmien;

(d)  il-partijiet kontraenti; u

(e)  informazzjoni dwar l-elementi prinċipali.

  Il-Kummissjoni għandha tagħmel is-sommarji aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha.

Artikolu 3a

Kunfidenzjalità

1.  Meta jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3(1) sa (4), Stat Membru jista' jindika jekk xi parti mill-informazzjoni, kemm jekk tkun ta' natura kummerċjali jew tkun informazzjoni oħra, li l-iżvelar tagħha jista' jkun ta' ħsara għall-attivitajiet tal-partijiet involuti, għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni pprovduta tistax tkun kondiviża ma' Stati Membri oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta dawk l-indikazzjonijiet.

2.  It-talbiet għall-kunfidenzjalità skont dan l-Artikolu ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun limitat strettament għas-servizzi tal-Kummissjoni li jkollhom ħtieġa assoluta li jkollhom l-informazzjoni disponibbli.

Artikolu 4

Għajnuna mill-Kummissjoni

Meta Stat Membru jagħti lill-Kummissjoni n-notifika dwar negozjati skont l-Artikolu 3(2), dak l-Istat Membru jista' jitlob l-għajnuna tal-Kummissjoni f'dawk in-negozjati ▌.

Fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jew fuq talba tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur.

Fejn il-Kummissjoni tkun qed tipparteċipa fin-negozjati bħala osservatur, tista' tipprovdi pariri lill-Istat Membru kkonċernat dwar kif jevita l-inkompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li qed tiġi nnegozjata mal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 5

Valutazzjoni tal-kompatibbiltà

1.  Fejn Stat Membru qed jinnegozja ftehim intergovernattiv jew emenda għal ftehim intergovernattiv eżistenti u ma kienx possibbli għalih, abbażi tal-valutazzjoni tiegħu stess, jasal għal konklużjoni ċara dwar il-kompatibbiltà tal-ftehim intergovernattiv jew l-emenda li qed tiġi nnegozjata mal-liġi tal-Unjoni, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan qabel l-għeluq tan-negozjati u jippreżentalha l-abbozz tal-ftehim jew l-emenda flimkien ma' kwalunkwe annes għalih/a.

2.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien erba' ġimgħat mid-data meta tirċievi l-abbozz tal-ftehim jew l-emenda, inklużi l-annessi għalihom, tinforma lill-Istat Membru kkonċernat b'kull dubju li jista' jkollha dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda mal-liġi tal-Unjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda tweġiba matul dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma għandha ebda dubju.

3.  Fejn il-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 2 li għandha dubji, għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-opinjoni tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-abbozz ta' ftehim intergovernattiv jew emenda mal-liġi tal-Unjoni skont il-paragrafu 1 fi żmien 10 ġimgħat mid-data ta' riċeviment imsemmija fil-paragrafu 2 (il-perijodu ta' eżami). Bl-approvazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, il-perijodu tal-eżami jista' jiġi estiż. Fin-nuqqas ta' opinjoni mill-Kummissjoni matul il-perijodu ta' eżami, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma qajmet ebda oġġezzjoni.

4.  Il-perijodi ta' żmien imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiqsaru bi qbil mal-Kummissjoni jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan.

 

Artikolu 6

Koordinazzjoni bejn l-Istati Membri

▌Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri bil-għan li:

(a)  jiġu riveduti l-iżviluppi fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u jitfittxu l-konsistenza u l-koerenza fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija ma' pajjiżi produtturi, ta' transitu u ta' konsum;

(b)  jiġu identifikati l-problemi komuni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u tiġi kkunsidrata l-azzjoni adatta sabiex jiġu indirizzati dawk il-problemi u, fejn ikun adatt, jiġu proposti s-soluzzjonijiet;

(c)  fuq il-bażi tal-aħjar prattika u b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, jiġu żviluppati klawżoli mudell fakultattivi li jekk jiġu applikati jtejbu sostanzjalment il-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi futuri mal-liġi tal-Unjoni;

(ca)  jingħata appoġġ, fejn ikun adatt, għall-iżvilupp ta' ftehimiet intergovernattivi multilaterali li jinvolvu diversi Stati Membri jew l-Unjoni kollha kemm hi.

▌

Artikolu 8

Rappurtar u reviżjoni

1.  Sal-1 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.  B'mod partikolari, ir-rapport għandu jivvaluta l-miżura kemm din id-Deċiżjoni tippromwovi l-konformità tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni u livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri rigward ftehimiet intergovernattivi. Huwa għandu jivvaluta wkoll l-impatt ta' din id-Deċiżjoni fuq in-negozjati ta' Stati Membri ma' pajjiżi terzi u jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-proċeduri li tistabbilixxi humiex adatti.

3.  Wara li tippreżenta l-ewwel rapport imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull tliet snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 3, waqt li tieħu kont dovut tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità ta' din id-Deċiżjoni.

 

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew      Għall-Kunsill

Il-President          Il-President

 

___________________

 

NOTA SPJEGATTIVA

Il-provvisti stabbli u sikuri tal-enerġija huma importanti biex jitrawwem ambjent ekonomiku prevedibbli għaċ-ċittadini u għas-settur industrijali tal-Unjoni Ewropea. L-aħjar mod biex tiġi żgurata l-affidabilità tal-provvisti tal-enerġija huwa permezz ta' suq intern tal-enerġija li jaħdem. L-introduzzjoni tat-tielet pakkett tal-enerġija estenda l-isforzi tal-UE li tilliberalizza s-suq tal-enerġija. Ħafna Stati Membri sseparaw il-ġenerazzjoni tal-elettriku mid-distribuzzjoni, li ppermetta li jidħlu parteċipanti ġodda fis-suq tal-provvista tal-enerġija. It-tielet pakkett tal-enerġija neħħa l-ostakoli għad-dħul għas-suq tal-enerġija u żied b'mod sinifikanti l-likwidità tiegħu. Għalkemm it-tieni u t-tielet pakketti tal-enerġija għad iridu jiġu implimentati bis-sħiħ, ir-riżultati fl-Istati Membri fejn ġew introdotti jqawwu l-qlub. Minkejja kollox, għad hemm vulnerabilitajiet esterni - l-UE timporta 'l fuq minn 60 % tal-gass tagħha, u aktar minn 80 % taż-żejt tagħha. Sfortunatament, it-tendenza tal-importazzjoni qed turi żieda.

 

Wara l-kriżi tal-provvista tal-gass tal-2009, sar ħafna biex titjieb is-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija lejn is-suq tal-enerġija tal-UE. Il-kriżi tal-gass kixfet il-vulnerabilitajiet tas-sistemi tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea. L-adozzjoni b'ħeffa tar-Regolament Nru 994/2010 tat lill-Unjoni għodda biex tkun tista' tiġġieled it-tfixkil fil-provvista tal-gass fil-ġejjieni. Il-kriżi tal-gass uriet li jeżistu konġestjonijiet u nuqqasijiet fis-sistema tal-provvista tal-gass tal-UE, u l-ewwel passi biex dawn jitneħħew issa ttieħdu. Minkejja dan għad hemm sfidi biex jiġi ggarantit li jkun hemm provvisti sikuri bi prezz kompetittiv għall-konsumaturi Ewropej. Il-ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija tal-Istati Membri mal-pajjiżi terzi huma fost dawn l-isfidi.

 

Kif imħaddan fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija hija sabiex jiġu żgurati l-funzjonament u s-sigurtà tas-suq tal-enerġija. Minn żmien għall-ieħor, l-Istati Membri jiffirmaw kuntratti ma' pajjiżi terzi li jista' jkollhom effett fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-enerġija. Għalkemm f'ħafna każijiet il-kuntratti tal-provvista tal-enerġija jiġu konklużi bejn entitajiet kummerċjali, hemm xi sitwazzjonijiet fejn tintalab għajnuna minn Stat Membru f'forma ta' ftehim intergovernattiv (IGA). Dawn il-każijiet jikkonċernaw l-aktar l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-gass li għaliha jinħtieġ investiment kbir. Biex lill-fornituri tal-pajjiżi terzi tingħata garanzija ta' prevedibilità u stabilità tar-reġim legali, jiġi konkluż IGA. Ma jistax jiġi eskluż li xi drabi l-għan tal-pajjiż terz ikun li jorbot lill-Istat Membru li jiżgura l-kuntratt kummerċjali jew li jiżgura pożizzjoni monopolistika fil-provvisti tal-enerġija permezz ta' infrastruttura partikulari.

 

Biex jiġi evitat li jkun hemm ksur tar-regoli tas-suq intern fil-qasam tal-enerġija, jeħtieġ li jkun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-IGAs fil-qasam tal-enerġija. L-informazzjoni dwar dawn l-IGAs tista' tiġi skambjata bejn l-Istati Membri, u l-Kummissjoni jeħtieġ li tkun konxja ta' kuntratti eżistenti u tan-negozjati li jkunu għaddejjin. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi lill-Istati Membri tagħrif speċjalizzat u koordinazzjoni tal-isforzi konġunti sabiex tiżgura li l-IGAs ikunu konformi mar-regoli tas-suq intern. Għalhekk jeħtieġ li l-IGAs ma' pajjiżi terzi li jkollhom impatt fuq is-suq intern tal-enerġija jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni tagħha. Biex jiġi evitat li jkun hemm rappurtaġġ doppju lill-Kummissjoni, irid jiġi enfasizzat li l-IGAs li diġà kienu rrappurtati skont ir-Regolament Nru 994/2010 m'għandhomx għalfejn jerġgħu jiġu rrappurtati. L-istess għandu japplika bil-maqlub.

 

Kif turi l-esperjenza, l-involviment tal-Kummissjoni fin-negozjati mal-partijiet terzi jista' jkollu effett pożittiv fuq l-eżitu tat-taħditiet. Huwa għalhekk li jeħtieġ li titwessa' l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fin-negozjati. Il-preżenza tal-Kummissjoni tgħin biex jintlaħaq riżultat li jkun konformi mar-regoli tas-suq intern, u b'hekk tingħata ċarezza lill-kumpaniji li l-kuntratt speċifiku jkun konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-kumpaniji jeħtieġ li jkunu żgurati li l-IGA ma jkunx jikser il-liġi tal-UE u li ma jkunx soġġett għal proċedura ta' ksur, li r-riżultat tagħha jkun jiswa l-flus lill-kumpanija involuta. L-involviment akbar tal-Kummissjoni għandu jiffaċilita l-konformità mar-regoli tas-suq intern tal-UE u għaldaqstant iżid iċ-ċertezza legali għall-parteċipanti fis-suq.

 

Għandu jiġi enfasizzat li l-konformità mar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni hija f'idejn l-Istati Membri. L-għan ta' din il-leġiżlazzjoni huwa li tiġi żgurata trasparenza akbar tal-IGAs konklużi mill-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu konxji mill-konformità jew nonkonformità tal-ftehim mar-regoli tas-suq intern. Il-Kummissjoni tkun trid tħejji klawsoli standard mhux vinkolanti li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jużaw. Dawn il-klawsoli jiżguraw li l-IGAs ma jiksrux il-liġi tal-UE.

 

Din il-leġiżlazzjoni ma tikkonċernax il-ftehimiet bejn entitajiet kummerċjali, ħlief jekk ikunu parti minn IGA. F'ċirkustanzi normali, il-ftehimiet bejn il-pajjiżi m'għandhomx jinvolvu kumpaniji, iżda minħabba n-natura speċifika tal-qasam tan-negozju ma jistax jiġi eskluż li l-kumpaniji tal-enerġija jkunu parti minn IGA. Il-proposta fiha garanziji adegwati għall-kumpaniji li n-negozju normali tagħhom mhux se jintlaqat minn din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni kummerċjali ma tgħaddix għand Stati Membri oħrajn, irid jiġi speċifikat ukoll x'tip ta' informazzjoni tista' titqies kunfidenzjali. Dan għandu jiżgura li jkun hemm salvagwardji xierqa għall-kumpaniji.

 

Il-ftehimiet li jolqtu qasam ta' kompetenza maqsuma bejn l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni. L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu l-passi meħtieġa biex jeliminaw l-inkompatibilitajiet identifikati fl-IGAs ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija. Dan il-pass huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li jkun hemm funzjonament xieraq u sigurtà tas-suq intern tal-enerġija fl-Ewropa.

7.2.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

( COM(2011)0540 – C7‑0235/2011 – 2011/0238(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Marietta Giannakou

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Unjoni Ewropea tiddependi ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija. Aktar minn 50% tal-enerġija globali tal-UE jeħtieġ li tiġi impurtata, u ċ-ċifra hija saħansitra ogħla għall-gass u għaż-żejt. Is-sigurtà tal-enerġija tal-UE għalhekk hija vulnerabbli għal irregolaritajiet fil-provvisti minn barra l-Unjoni.

 

Is-sigurtà tal-enerġija hija wkoll ta' sinifikat kbir għall-interessi strateġiċi tal-UE. Titjib fis-sigurtà tal-enerġija tal-UE jsaħħaħ ir-rwol strateġiku u l-kapaċitajiet tal-politika barranija tagħha. Il-ftehimiet intergovernattivi jistgħu jappoġġaw l-għan tal-UE li tiddiversifika r-rotot u s-sorsi tal-provvista tal-enerġija, b'mod partikolari biex testendi s-sorsi tal-provvista għall-Baħar l-Iswed, ir-reġjun tal-Lvant tal-Mediterran u l-Asja Ċentrali.

 

Barra minn hekk, l-importazzjonijiet tal-enerġija huma responsabbli għal 6 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE, u jirrappreżentaw spejjeż u riskji ekonomiċi enormi għall-ekonomija tal-UE. Huwa fl-interess tal-UE u tal-Istati Membri li jimmaniġġjaw ir-relazzjonijiet esterni fil-qasam tal-enerġija permezz ta' ftehimiet intergovernattivi u li jużaw għalkollox il-pożizzjoni ta' saħħa tal-Istati Membri fin-negozjati u s-suq intern kbir tagħha permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Konsegwenza ta' dan, il-ftehimiet intergovernattivi, b'mod partikolari meta jkunu kkoordinati sew fost l-Istati Membri, jistgħu jtejbu l-kompetittività tal-UE.

 

Il-qsim tal-informazzjoni dwar ftehimiet intergovernattivi mal-Kummissjoni għandu jiżgura wkoll li l-ftehimiet individwali ffirmati mill-Istati Membri jappoġġaw u jkunu f'konformità mad-Dritt Komunitarju, bħal-leġiżlazzjoni tas-suq intern, u l-multitudni ta' ftehimiet u inizjattivi internazzjonali eżistenti bħat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija, il-Politiki Ewropej tal-Viċinat, il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Russja u l-erba' Spazji Komuni UE-Russja, il-Ftehimiet Multilaterali mal-Asja Ċentrali u r-reġjun tal-Baħar l-Iswed u ftehimiet futuri bħall-Ftehim il-ġdid previst UE-Russja, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-enerġija.

 

Fl-aħħar nett, ftehimiet intergovernattivi individwali jistgħu jipprovdu opportunità biex jiġu promossi l-politiki tal-UE għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-governanza tajba, l-istat ta' dritt u d-djalogu soċjali, it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġiji rinnovabbli. B'żieda fl-istabilità u fil-prevedibilità, dawn il-ftehimiet għandhom ukoll ikunu jistgħu jippromwovu l-paċi fiż-żoni tal-viċinat.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri biex mill-1 ta' Jannar 2012 jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet bilaterali ġodda u eżistenti kollha tagħhom dwar l-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma xierqa, wara li tikkunsidra l-ħtieġa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

(1) Il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri biex mill-1 ta' Jannar 2012 jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-ftehimiet bilaterali ġodda u eżistenti kollha tagħhom dwar l-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma xierqa, wara li tikkunsidra l-ħtieġa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva, kif ukoll il-preservazzjoni tal-interessi strateġiċi tal-UE.

 

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-liġi tal-Unjoni titlob lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jevitaw jew jeliminaw kull inkompatibbiltà bejn il-liġi tal-Unjoni u l-ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

(2) Il-liġi tal-Unjoni titlob lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li joħorġu mit-Trattati, u speċjalment mill-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jevitaw jew jeliminaw kull inkompatibbiltà bejn il-liġi tal-Unjoni u l-ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

 

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-enerġija jesiġi li l-enerġija importata fl-Unjoni minn pajjiżi terzi tkun irregolata għal kollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li ma jkunx qiegħed jiffunzjona sewwa jpoġġi lill-UE f'pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Livell għoli ta' trasparenza fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jagħti ċ-ċans lill-Unjoni tieħu azzjoni kkoordinata, fi spirtu ta' solidarjetà, sabiex tiżgura li dawn il-ftehimiet ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u effettivament tiżgura l-provvista tal-enerġija.

(3) Il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-enerġija u s-salvagwardja tal-protezzjoni tal-konsumatur jesiġu li l-enerġija importata fl-Unjoni minn pajjiżi terzi tkun irregolata għal kollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li ma jkunx qiegħed jiffunzjona sewwa jpoġġi lill-UE f'pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, filwaqt li fl-istess ħin inaqqas l-influwenza politika tagħha fil-livell internazzjonali. Livell għoli ta' trasparenza fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jagħti ċ-ċans lill-Unjoni tieħu azzjoni kkoordinata, fi spirtu ta' solidarjetà, sabiex tiżgura li dawn il-ftehimiet ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u effettivament tiżgura l-provvista tal-enerġija.

 

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-mekkaniżmu ġdid tal-iskambju ta' informazzjoni għandu jkopri biss ftehimiet intergovernattivi li x'aktarx ikollhom impatt fuq is-suq intern għall-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija minħabba li dawn iż-żewġ kwistjonijiet huma intrinsikament marbuta ma' xulxin. B'mod partikolari, dan il-mekkaniżmu għandu jinkludi l-ftehimiet intergovernattivi kollha li għandhom impatt fuq il-provvista tal-gass, taż-żejt jew tal-elettriku permezz ta' infrastruttura fissa jew li għandhom impatt fuq l-ammont ta' enerġija importata fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(4) Il-mekkaniżmu ġdid tal-iskambju ta' informazzjoni għandu jkopri biss ftehimiet intergovernattivi li għandhom impatt fuq is-suq intern għall-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija minħabba li dawn iż-żewġ kwistjonijiet huma intrinsikament marbuta ma' xulxin. B'mod partikolari, dan il-mekkaniżmu għandu jinkludi l-ftehimiet intergovernattivi kollha li għandhom impatt fuq il-provvista tal-gass, taż-żejt jew tal-elettriku permezz ta' infrastruttura fissa jew li għandhom impatt fuq l-ammont ta' enerġija importata fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

 

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-Istati Membri għandhom diġà jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jiftħu negozjati mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi ġodda jew l-emendi fil-ftehimiet intergovernattivi eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata regolarment dwar in-negozjati li jkunu għaddejjin. Hija għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa bħala osservatur fin-negozjati. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu lill-Kummissjoni biex tgħinhom matul in-negozjati tagħhom mal-pajjiżi terzi.

(9) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta jkunu nbdew negozjati dwar ftehim intergovernattiv ġdid jew emendi għal ftehim intergovernattiv eżistenti. Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata regolarment dwar in-negozjati li jkunu għaddejjin. Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa bħala osservatur fin-negozjati. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu lill-Kummissjoni biex tgħinhom matul in-negozjati tagħhom mal-pajjiżi terzi, mingħajr ma tipperikola l-abilità tagħhom li jinnegozjaw il-kontenut tal-ftehimiet.

 

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni kollha li tirċievi disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta t-talbiet mill-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni sottomessa, b'mod partikolari l-informazzjoni kummerċjali, bħala kunfidenzjali. Madankollu, it-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjoni tagħha. It-talbiet għall-kunfidenzjalità huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

(12) Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzjali kollha li tirċievi disponibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta t-talbiet mill-Istati Membri sabiex tittratta l-informazzjoni sottomessa, b'mod partikolari l-informazzjoni kummerċjali, bħala kunfidenzjali. Madankollu, it-talbiet għall-kunfidenzjalità ma għandhomx jirrestrinġu l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali, minħabba li jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni komprensiva għall-valutazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni hija responsabbli biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-klawżola ta' kunfidenzjalità u l-konsegwenzi ġuridiċi tagħha. It-talbiet għall-kunfidenzjalità huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

 

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jagħti lok għall-iżvilupp tal-aħjar prattiċi. Fuq il-bażi ta' dawk l-aħjar prattiċi, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda klawżoli standard sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. L-użu ta' dawn il-klawżoli standard mhux vinkolanti għandu jeskludi l-kunflitti tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni.

(13) Skambju permanenti ta' informazzjoni dwar il-ftehimiet intergovernattivi fil-livell tal-Unjoni għandu jagħti lok għall-iżvilupp tal-aħjar prattiċi. Fuq il-bażi ta' dawk l-aħjar prattiċi, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mas-SEAE fir-rigward tal-politiki esterni tal-UE, għandha tirrakkomanda klawżoli standard sabiex jintużaw fil-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. L-użu ta' dawn il-klawżoli standard mhux vinkolanti għandu jeskludi l-kunflitti tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni jew ma' ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tissuġġerixxi wkoll klawżoli standard mhux vinkolanti fir-rigward tal-prinċipji u l-politiki tal-UE bħar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u d-djalogu soċjali, inkluża r-responsabilità soċjali korporattiva, it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġiji rinnovabbli u l-objettivi tal-UE dwar il-bijofjuwils .

 

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-għarfien reċiproku mtejjeb tal-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u ġodda għandu jagħti lok għal koordinazzjoni aħjar fi kwistjonijiet tal-enerġija bejn l-Istati Membri nfushom u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Tali koordinazzjoni mtejba għandha tippermetti lill-Istati Membri jibbenifikaw b'mod sħiħ mill-piż politiku u ekonomiku tal-Unjoni.

(14) L-għarfien reċiproku mtejjeb tal-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u ġodda għandu jagħti lok għal koordinazzjoni aħjar fi kwistjonijiet tal-enerġija bejn l-Istati Membri nfushom u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Tali koordinazzjoni mtejba għandha tippermetti lill-Istati Membri jibbenifikaw b'mod sħiħ mill-piż politiku u ekonomiku tal-Unjoni, tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jikkoordinaw b'mod sħiħ l-isforzi tagħhom rigward l-importazzjoni tal-enerġija fl-UE, inkluża l-enerġija rinnovabbli, u t-tisħiħ tar-rwol strategiku tal-Unjoni u l-kapaċitajiet tal-politika barranija tagħha.

 

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, f'kooperazzjoni mas-SEAE, għandhom jaġixxu b'mod attiv skont din id-Deċiżjoni, jippromwovuha ma' pajjiżi terzi u jippreżentaw kull sena rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

 

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi.

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2.

 

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) "ftehimiet intergovernattivi" tfisser kull ftehim legalment vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li x'aktarx ikollu impatt fuq l-operat jew il-funzjonament tas-suq intern għall-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni;

(1) "ftehimiet intergovernattivi" tfisser kull ftehim legalment vinkolanti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi li jkollhom impatt fuq l-operat jew il-funzjonament tas-suq intern għall-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni;

 

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u applikati provviżorjament kollha bejnhom u l-pajjiżi terzi fl-intier tagħhom, inklużi l-annessi tagħhom, testi oħrajn li jagħmlu referenza għalihom u l-emendi kollha fihom lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dokumenti kollha li tirċievi aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha. Il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti jew applikati provviżorjament li diġà kienu kkomunikati skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 lill-Kummissjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, li qegħdin jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, għandhom jitqiesu bħala li ġew ikkomunikati għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, il-ftehimiet intergovernattivi kollha bejnhom u l-pajjiżi terzi, inklużi l-annessi tagħhom u l-emendi kollha għalihom, kif ukoll testi oħrajn li jagħmlu referenza espliċita għalihom safejn dawn it-testi oħrajn ikun fihom elementi li jkollhom impatt operattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dokumenti kollha li tirċievi, ħlief il-partijiet kunfidenzjali, aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha. Fi żmien tnax-il xahar wara li jkunu waslu l-Ftehimiet Intergovernattivi rispettivi, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mas-SEAE fir-rigward tal-politiki esterni tal-Unjoni, għandha tivvaluta l-ftehimiet komunikati u tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar nuqqas ta' kompatibilità possibbli tal-ftehimiet tagħhom mal-liġi tal-Unjoni u mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. Il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti jew applikati provviżorjament li diġà kienu kkomunikati skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 lill-Kummissjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, li qegħdin jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, għandhom jitqiesu bħala li ġew ikkomunikati għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

 

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jidħol f'negozjati ma' pajjiż terz sabiex jemenda ftehim intergovernattiv eżistenti jew biex jikkonkludi ftehim intergovernattiv ġdid, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-intenzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli qabel il-ftuħ previst tan-negozjati. L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għandha tinkludi d-dokumentazzjoni rilevanti, indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu indirizzati fin-negozjati, l-għanijiet tan-negozjati u informazzjoni rilevanti oħra. Fil-każ ta' emendi għal ftehim eżistenti, id-dispożizzjonijiet li jridu jiġu nnegozjati mill-ġdid għandhom jiġu indikati fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni li tirċievi aċċessibbli għall-Istati Membri kollha f'forma elettronika. L-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni informata regolarment dwar in-negozjati li jkunu għaddejjin. Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa bħala osservatur fin-negozjati.

2. Meta Stat Membru jidħol f'negozjati ma' pajjiż terz sabiex jemenda ftehim intergovernattiv eżistenti jew biex jiġi konkluż ftehim intergovernattiv ġdid, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-objettivi tan-negozjati, id-dispożizzjonijiet li jridu jiġu indirizzati fin-negozjati u informazzjoni rilevanti oħra. Fil-każ ta' emendi għal ftehim eżistenti, id-dispożizzjonijiet li jridu jiġu nnegozjati mill-ġdid għandhom jiġu indikati fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni informata regolarment dwar in-negozjati li jkunu għaddejjin. Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa bħala osservatur fin-negozjati.

 

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Mar-ratifika ta' ftehim intergovernattiv jew ta' emenda għal ftehim intergovernattiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-ftehim jew l-emenda tal-ftehim, inklużi l-annessi tagħhom u testi oħrajn li dawn il-ftehimiet jew emendi jirreferu għalihom espliċitament, lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha għandha tagħmel id-dokumenti li tirċievi, bl-eċċezzjoni tal-partijiet kunfidenzjali identifikati skont l-Artikolu 7, aċċessibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika.

3. Mar-ratifika ta' ftehim intergovernattiv jew ta' emenda għal ftehim intergovernattiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-ftehim jew l-emenda tal-ftehim, inklużi l-annessi tagħhom u testi oħrajn li dawn il-ftehimiet jew emendi jirreferu għalihom espliċitament, safejn dawn it-testi oħrajn ikun fihom elementi li jkollhom impatt operattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija jew fuq is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu disponibbli sommarji tal-informazzjoni ppreżentata. Skont l-istruzzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dokumenti li tirċievi, bl-eċċezzjoni tal-partijiet kunfidenzjali identifikati skont l-Artikolu 7, aċċessibbli għall-Istati Membri l-oħrajn kollha f'forma elettronika.

 

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess sa mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li tkun ġiet informata dwar l-għeluq tan-negozjati, jew fuq talba mill-Istat Membru li jkun innegozja l-ftehim intergovernattiv, tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehim innegozjat mal-liġi tal-Unjoni qabel ma jkun ġie ffirmat il-ftehim. F'każ li l-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat jitolbu li ssir tali valutazzjoni ex-ante tal-ftehim intergovernattiv innegozjat mal-liġi tal-Unjoni, l-abbozz tal-ftehim intergovernattiv innegozjat iżda li għadu mhux iffirmat għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għal eżaminazzjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibqa' lura milli jiffirma l-ftehim għal perjodu ta' erba' xhur wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-ftehim intergovernattiv. Bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-perjodu ta' eżaminazzjoni jista' jiġi mtawwal. Meta jintalab kontroll tal-kompatibbiltà, jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda opinjoni matul il-perjodu ta' eżaminazzjoni, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni.

1. Malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara l-għeluq tan-negozjati, l-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar l-għeluq tan-negozjati u għandu jippreżenta l-abbozz ta' ftehim intergovernattiv innegozjat iżda mhux iffirmat, inklużi l-annessi tiegħu u testi oħrajn li jagħmel referenza espliċita għalihom, lill-Kummissjoni għall-eżaminazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lil dak l-Istat Membru, fi żmien xahrejn wara li tkun ġiet infurmata dwar l-għeluq tan-negozjati, b'kull dubju dwar il-kompatibilità tal-ftehim innegozjat, u tal-annessi tiegħu u testi oħrajn li jagħmel referenza espliċita għalihom, mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikulari mal-liġi tal-UE dwar il-kompetizzjoni u mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-suq intern tal-enerġija, jew mal-ftehimiet internazzjonali tal-Unjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibqa' lura milli jiffirma l-ftehim għal perjodu ta' xahrejn wara l-preżentazzjoni tal-ftehim intergovernattiv. Jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda tweġiba matul dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha titqies li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni. L-Istat Membru għandu jipposponi l-iffirmar ta' ftehim intergovernattiv b'xahrejn oħra jekk ikun irċieva tweġiba mill-Kummissjoni li l-ftehim innegozjat iżda mhux iffirmat ma jkunx kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni jew mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni. F'dawk ix-xahrejn il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni legali.

 

2. Meta l-opinjoni legali tidentifika inkompatibilità bejn il-ftehim innegozjat u l-liġi tal-Unjoni jew il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tispeċifika dik l-inkompatibilità u għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif tiġi eliminata l-inkompatibilità.

 

3. L-Istati Membri għandhom iqisu kif jixraq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u, jekk ikun meħtieġ, jinnegozjaw il-ftehim mill-ġdid. Jekk ir-rakkomandazzjonijiet ma jiġux ikkunsidrati u jekk jibqa' jkun hemm dubji serji dwar il-kompatibilità tal-ftehim intergovernattiv iffirmat mal-liġi tal-Unjoni jew mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra miżuri korrettivi biex tirrettifika s-sitwazzjoni.

 

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiġu riveduti l-iżviluppi fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi;

(a) jiġu riveduti l-iżviluppi fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza fir-relazzjonijiet esterni tal-UE fil-qasam tal-enerġija ma' pajjiżi produtturi, ta' tranżitu u ta' konsum ewlenin;

 

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiġu identifikati l-problemi komuni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u tiġi kkunsidrata l-azzjoni xierqa li trid tittieħed sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi;

(b) jiġu identifikati l-problemi komuni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi u tiġi kkunsidrata l-azzjoni xierqa li trid tittieħed sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi, u jiġu proposti soluzzjonijiet possibbli għall-Istati Membri;

 

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jissaħħaħ ir-rwol strateġiku globali tal-Unjoni permezz ta' approċċ koordinat b'saħħtu u effikaċi fir-rigward tal-pajjiżi li jfornu l-enerġija.

 

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fuq il-bażi tal-aqwa prattika, jiġu żviluppati klawżoli standard li l-użu tagħhom jiżgura l-konformità sħiħa tal-ftehimiet intergovernattivi futuri mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija.

(c) fuq il-bażi tal-aqwa prattika, jiġu żviluppati klawżoli standard mhux vinkolanti li l-użu tagħhom jiżgura l-konformità sħiħa tal-ftehimiet intergovernattivi futuri mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija.

 

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3, l-Istat Membru jista' jindika jekk xi parti mill-informazzjoni, b'mod partikolari l-informazzjoni kummerċjali, għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni pprovduta tistax tinqasam ma' Stati Membri oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta dawn l-indikazzjonijiet. It-talbiet għall-kunfidenzjalità ma jirrestrinġux l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali.

Meta jipprovdi informazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3, l-Istat Membru jista' jindika jekk xi parti mill-informazzjoni, b'mod partikolari l-informazzjoni kummerċjali, għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u jekk l-informazzjoni pprovduta tistax tinqasam ma' Stati Membri oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tirrispetta dawn l-indikazzjonijiet. It-talbiet għall-kunfidenzjalità ma jirrestrinġux l-aċċess tal-Kummissjoni nnifisha għal informazzjoni kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun strettament limitat għall-persunal tal-Kummissjoni li għalih ikun assolutament neċessarju li jkollu l-informazzjoni disponibbli għall-finijiet imsemmijin fl-Artikoli 4, 5 u 6.

 

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Reviżjoni

Rappurtar u reviżjoni

1. Erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport kull sena dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkopri l-informazzjoni li tkun waslet skont l-Artikolu 3.

2. Ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari jekk din id-Deċiżjoni tipprovdix qafas suffiċjenti bil-għan li jiżgura l-konformità sħiħa tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni u livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi.

2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll lill-Parlament Ewropew rapport komprensiv ta' valutazzjoni fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jevalwa b'mod partikolari jekk din id-Deċiżjoni tipprovdix qafas suffiċjenti bil-għan li jiżgura l-konformità sħiħa tal-ftehimiet intergovernattivi mal-liġi tal-Unjoni u livell għoli ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi.

 

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

Referenzi

COM(2011)0540 – C7-0235/2011 – 2011/0238(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.9.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.2.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Evgeni Kirilov, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Ulrike Lunacek, Barry Madlener, Mario Mauro, Kyriakos Mavronikolas, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, Sir Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Băsescu, Véronique De Keyser, Tanja Fajon, Elisabeth Jeggle, Doris Pack, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Indrek Tarand, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marije Cornelissen, Rui Tavares

 

 

 

30.1.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

( COM(2011)0540 – C7‑0235/2011 – 2011/0238(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Yannick Jadot

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Meta jitqies il-fatt li għal perjodu estiż l-UE se tibqa' importatur nett tal-enerġija, il-politika kummerċjali tal-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet favorevoli għall-kummerċ fi prodotti tal-enerġija. Għal dan il-għan għandha l-appoġġ tal-Istati Membri li jidħlu fi Ftehimiet Intergovernattivi ma' pajjiżi terzi, li spiss ikollhom x'jaqsmu wkoll mal-kundizzjonijiet kummerċjali u l-investimenti f'infrastruttura tal-enerġija fissa. Waqt li dawn l-aspetti setgħu ġġustifikaw l-estensjoni tal-bażi legali tad-Deċiżjoni għall-Artikolu 207 tat-TFUE, għandu jiġi rikonoxxut li l-firxa ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni hi primarjament li tistabbilixxi sistema ta' skambju ta' informazzjoni biex tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq intern, iż-żieda fis-sostenibilità u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, u għalhekk hi bbażata fuq l-Artikolu 194 tat-TFUE. Il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-Ftehimiet Intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jaqdi primarjament l-objettivi tal-politika tal-enerġija Ewropea.

L-iskambju ta' informazzjoni propost bejn l-Istati Membri u l-appoġġ koordinat mill-Kummissjoni Ewropea jsaħħaħ is-suq intern billi jiżgura l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni bħat-Tielet Pakkett tal-Enerġija. Il-proposta tipprovdi strument biex titnaqqas il-pressjoni għall-Istati Membri biex jaċċettaw konċessjonijiet regolatorji fi ftehimiet intergovernattivi li jkunu inkompatibbli mal-liġi tal-UE. Tagħrif u għarfien aħjar dwar żviluppi regolatorji se jgħinu wkoll il-formulazzjoni tal-politika kummerċjali tal-Kummissjoni vis-à-vis stati kbar fornituri tal-enerġija, bħar-Russja.

Barra minn hekk jista' jgħin iżid is-sigurtà tal-provvista lill-UE billi jikkoordina l-isforzi tal-Istati Membri matul il-proċessi ta' negozjazzjoni. Jappoġġa t-twettiq tal-mekkaniżmi ta' solidarjetà previsti fir-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass billi jinforma dwar l-ammont u s-sorsi ta' enerġija importati, sabiex is-sigurtà tal-provvista ssir realtà għall-Istati Membri kollha tal-UE. It-tieni nett, dan isaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija billi jagħmel mezz li l-ftehimiet kollha jkunu kompatibbli għalkollox mas-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni kif ukoll mal-liġi tal-UE, u b'hekk jipprovdi qafas legali stabbli meħtieġ għall-investimenti magħmula. Dan huwa wkoll fl-interess tal-kompetenza tal-politika tal-kummerċ u tal-investiment tal-UE. Meta jitqies li l-UE qed tonfoq aktar minn EUR 400 biljun fis-sena biex timporta l-enerġija huwa meħtieġ li tnaqqas id-dejn tal-enerġija barranija tal-UE u żżid l-indipendenza ġeopolitika u s-sigurtà tal-enerġija tagħha. Il-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni propost u l-isforzi simultanji tal-Istati Membri biex tintlaħaq il-mira minima tal-iffrankar tal-enerġija ta' 20% se tnaqqas b'mhux anqas minn EUR 50 biljun fis-sena t-trasferiment tal-ġid minn ekonomiji tal-UE għal pajjiżi li jipproduċu l-enerġija u ssaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-UE.

Il-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni għandu wkoll isaħħaħ is-sostenibilità billi jqabbel deċiżjonijiet ta' investiment fl-enerġija mal-objettivi tal-klima u tal-enerġija tal-UE fuq perjodu twil ta' żmien u billi jevita l-irduppjar ta' infrastruttura tat-trasport tal-enerġija. Din tal-aħħar – meta jitqiesu ċ-ċikli ta' investiment fit-tul u t-tul ta' din l-infrastrutttura – mhux biss tirriżulta f'nuqqas ta' effiċjenza u sitwazzjoni fejn tant ikun hemm kapaċità tal-fjuwil fossili li jispiċċa żejjed fl-istruttura futura tal-ekonomija sostenibbli tal-UE, iżda tkun ukoll ekonomikament ineffiċjenti, ħaġa li twassal għal spejjeż addizzjonali. Dan diġà ġie msemmi mill-Parlament Ewropew fir-rapport Bendtsen[6], li jistqarr li l-iffrankar tal-enerġija huwa fundamentali biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista, peress li l-kisba tal-mira tal-iffrankar tal-enerġija ta' 20% tiffranka enerġija daqs kemm iwasslu 15 il-pipeline Nabucco. L-għan aħħari jrid ikun li l-impriżi u l-konsumaturi tal-Istati Membri kollha jibbenefikaw minn provvista tal-enerġija sostenibbli u sigura bi prezzijiet li wieħed jista' jlaħħaq magħhom.

L-emendi proposti għandhom jappoġġaw il-proposta tal-Kummisjsoni għal dan il-għan, waqt li tkun priservata l-awtonomija tal-Istati Membri fin-negozjar tal-ftehimiet ma' pajjiżi terzi.

Verifika ex-ante tal-kompatibilità tan-negozjar tal-ftehimiet intergovernattivi hija l-aktar mod effikaċi biex tinħoloq iċ-ċertezza meħtieġa, fir-rigward tal-kompatibilità tat-trattati mal-liġi tal-UE u l-objettivi tal-politika fuq perjodu twil ta' żmien. Biex topera b'mod effikaċi, għandha ssir abitudni li l-Kummissjoni tevalwa l-ftehimiet il-ġodda qabel il-konklużjoni tagħhom. Jekk l-Istati Membri nnifishom għandhom jiżguraw il-kompatibilità legali, kif ukoll żieda fis-sigurtà u s-sostenibilità tal-provvista, il-Kummissjoni għandha d-dover li tevalwa u tipproponi bidliet eventwalment meħtieġa permezz ta' opinjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jkun ipprovdut b'dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-ħin biex jevita inċertezzi legali, deċiżjonijiet mhux koordinati, mhux sostenibbli jew ekonomikament żbaljati u proċeduri ta' ksur futuri possibbli mmexxija mill-Kummissjoni.

Bl-istess raġunament, il-ftehimiet eżistenti għandhom ikunu valutati mill-Kummissjoni, u jsiru kummenti dwarhom rigward in-nuqqas ta' kompatibilità possibbli mal-liġi tal-UE, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jinnegozjaw mill-ġdid b'mod adegwat dawn il-ftehimiet. Madankollu, ebda proċess ta' awtorizzazzjoni formali ta' ftehimiet eżistenti jew ġodda ma għandhom ikunu previsti, peress li dan jgħabbi żżejjed id-Deċiżjoni proposta.

Sabiex ikun evitat li jitqiegħed piż żejjed fuq il-kumpaniji u l-Istati Membri, għandu jkun ċar ukoll li l-Kummissjoni se jkollha tapplika strateġija konsistenti u koerenti meta tressaq l-opinjoni tagħha, speċjalment rigward id-dispożizzjonijiet legali kollha tal-UE. Kull eżenzjoni ta' aċċess għal parti terza eżistenti jew fil-futur għandha tkun evalwata meta mqabbla mal-isfond ta' qafas legali sod fil-politika tal-kompetizzjoni u tkun imfassla biex tibbenefika liċ-ċittadini kollha tal-UE, speċjalment lill-konsumaturi tal-enerġija, li għandhom jieħdu l-benefiċċji kollha minn suq tal-enerġija liberalizzat. Dan għandu jitqies bħala l-għan tal-iskambju ta' informazzjoni msaħħaħ propost.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-enerġija jesiġi li l-enerġija importata fl-Unjoni minn pajjiżi terzi tkun irregolata għal kollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li ma jkunx qiegħed jiffunzjona sewwa jpoġġi lill-UE f'pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Livell għoli ta' trasparenza fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jagħti ċ-ċans lill-Unjoni tieħu azzjoni kkoordinata, fi spirtu ta' solidarjetà, sabiex tiżgura li dawn il-ftehimiet ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u effettivament tiżgura l-provvista tal-enerġija.

(3) Il-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-enerġija jesiġi li l-enerġija importata fl-Unjoni minn pajjiżi terzi tkun irregolata għal kollox mir-regoli li jistabbilixxu suq intern tal-enerġija. Suq intern tal-enerġija li ma jkunx qiegħed jiffunzjona sewwa jpoġġi lill-UE f'pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Livell għoli ta' trasparenza fir-rigward ta' ftehimiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija jagħti ċ-ċans lill-Unjoni tieħu azzjoni kkoordinata, fi spirtu ta' solidarjetà, sabiex tiżgura li dawn il-ftehimiet ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-objettivi tal-UE marbuta mal-enerġija u mal-klima fuq perjodu twil ta' żmien u effettivament tiżgura l-provvista tal-enerġija waqt li tevita l-ħolqien ta' kapaċità żejda u għalhekk tiżgura effiċjenza ekonomika, sostenibilità u prezzijiet ġusti għall-konsumatur.

 

 

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-interessi tal-konsumaturi Ewropej jiġu rrispettati billi tinsisti dwar il-kompatibilità tal-Ftehimiet Intergovernattivi fil-qasam tal-enerġija mal-liġi tal-UE u speċjalment mal-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-UE, inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Aċċess ta' Partijiet Terzi fil-leġiżlazzjoni tal-UE għas-suq intern tal-enerġija.

 

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-ftehimiet intergovernattivi li jeħtieġ li jiġu nnotifikati fl-intier tagħhom lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' atti oħrajn tal-Unjoni bħal [ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi arranġamenti tranżitorji għal ftehimiet ta' investiment bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi] għandhom ikunu esklużi mill-mekkaniżmu tal-iskambju ta' informazzjoni stabbilit minn din id-Deċiżjoni.

(5) Il-ftehimiet intergovernattivi li jeħtieġ li jiġu nnotifikati fl-intier tagħhom lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' atti oħrajn tal-Unjoni bħal [ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi arranġamenti tranżitorji għal ftehimiet ta' investiment bilaterali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi] għandhom ikunu esklużi mill-mekkaniżmu tal-iskambju ta' informazzjoni stabbilit minn din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha, madankollu, twettaq skrining ta' dawn il-ftehimiet ta' investiment bilaterali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi rigward id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-enerġija li jkun hemm fihom u li jkollhom rilevanza għall-firxa ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, liema skrining għandu jirriżulta f'rapport lill-Istati Membri u l-Parlament.

 

 

 

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-Kummissjoni għandu jkollha, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Istat Membru li jkun innegozja l-ftehim intergovernattiv, id-dritt li tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehim innegozjat mal-liġi tal-Unjoni qabel jiġi ffirmat il-ftehim.

(10) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehim innegozjat mal-liġi tal-Unjoni qabel jiġi ffirmat il-ftehim u tressaq opinjoni dwar jekk hux meħtieġ negozjar mill-ġdid tal-ftehim fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkunsidraw b'mod adegwat.

 

 

 

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Peress li jeżistu kemm suq intern tal-enerġija kif ukoll strateġija komuni tal-enerġija, il-ftehimiet intergovernattivi għandhom effett fuq il-politika komuni. Għal din ir-raġuni għandu jkun żgurat li l-ftehimiet intergovernattivi jkunu jaqblu mal-kunċett politiku komuni.

 

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ħafna ftehimiet dwar l-enerġija għandhom komponenti ta' investiment. Għalhekkk, pereżempju, il-karta tal-enerġija tinkludi regoli ta' investiment. Għal din ir-raġuni għandu jkun żgurat li se tiġi salvagwardjata l-koerenza bejn il-ftehimiet dwar l-enerġija u l-ftehimiet dwar l-investiment. B'mod partikolari f'dan ir-rigward għandhom jitqiesu d-drittijiet u s-suġġerimenti tal-Parlament Ewropew dwar il-politika futura tal-investiment.

 

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-koordinazzjoni tal-ftehimiet intergovernattivi, il-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha rwol attiv u ta' appoġġ sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti kollha jkunu jistgħu jiġu implimentati.

 

 

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi.

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi sabiex ittejjeb is-sigurtà enerġetika tal-Unjoni, il-funzjonament tas-suq intern għall-enerġija u l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija kif ukoll biex tiżgura l-kompatibilità tagħha mal-liġi tal-UE.

 

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u applikati provviżorjament kollha bejnhom u l-pajjiżi terzi fl-intier tagħhom, inklużi l-annessi tagħhom, testi oħrajn li jagħmlu referenza għalihom u l-emendi kollha fihom lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dokumenti kollha li tirċievi aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha. Il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti jew applikati provviżorjament li diġà kienu kkomunikati skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 lill-Kummissjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, li qegħdin jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, għandhom jitqiesu bħala li ġew ikkomunikati għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti u applikati provviżorjament kollha bejnhom u l-pajjiżi terzi fl-intier tagħhom, inklużi l-annessi tagħhom, testi oħrajn li jagħmlu referenza għalihom u l-emendi kollha fihom lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dokumenti kollha li tirċievi aċċessibbli f'forma elettronika għall-Istati Membri l-oħrajn kollha. Fi żmien tnax-il xahar wara li jkunu waslu l-Ftehimiet Intergovernattivi rispettivi, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ftehimiet komunikati u tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar nuqqas ta' kompatibilità possibbli tal-ftehimiet tagħhom mal-liġi tal-UE. Il-ftehimiet intergovernattivi eżistenti jew applikati provviżorjament li diġà kienu kkomunikati skont ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 lill-Kummissjoni fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, li qegħdin jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, għandhom jitqiesu bħala li ġew ikkomunikati għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni.

 

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jidħol f'negozjati ma' pajjiż terz sabiex jemenda ftehim intergovernattiv eżistenti jew biex jikkonkludi ftehim intergovernattiv ġdid, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-intenzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli qabel il-ftuħ previst tan-negozjati. L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għandha tinkludi d-dokumentazzjoni rilevanti, indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu indirizzati fin-negozjati, l-għanijiet tan-negozjati u informazzjoni rilevanti oħra. Fil-każ ta' emendi għal ftehim eżistenti, id-dispożizzjonijiet li jridu jiġu nnegozjati mill-ġdid għandhom jiġu indikati fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni li tirċievi aċċessibbli għall-Istati Membri kollha f'forma elettronika. L-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni informata regolarment dwar in-negozjati li jkunu għaddejjin. Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa bħala osservatur fin-negozjati.

2. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jidħol f'negozjati ma' pajjiż terz sabiex jemenda ftehim intergovernattiv eżistenti jew biex jikkonkludi ftehim intergovernattiv ġdid, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-intenzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli iżda qatt aktar tard minn tliet xhur qabel il-ftuħ previst tan-negozjati. L-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni għandha tinkludi d-dokumentazzjoni rilevanti, indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu indirizzati fin-negozjati, l-għanijiet tan-negozjati u informazzjoni rilevanti oħra. Fil-każ ta' emendi għal ftehim eżistenti, id-dispożizzjonijiet li jridu jiġu nnegozjati mill-ġdid għandhom jiġu indikati fl-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni li tirċievi aċċessibbli għall-Istati Membri kollha f'forma elettronika. L-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lill-Kummissjoni informata regolarment dwar in-negozjati li jkunu għaddejjin. Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista' tipparteċipa bħala osservatur fin-negozjati.

 

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista', fuq inizjattiva tagħha stess sa mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li tkun ġiet informata dwar l-għeluq tan-negozjati, jew fuq talba mill-Istat Membru li jkun innegozja l-ftehim intergovernattiv, tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehim innegozjat mal-liġi tal-Unjoni qabel ma jkun ġie ffirmat il-ftehim. F'każ li l-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat jitolbu li ssir tali valutazzjoni ex-ante tal-ftehim intergovernattiv innegozjat mal-liġi tal-Unjoni, l-abbozz tal-ftehim intergovernattiv innegozjat iżda li għadu mhux iffirmat għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni għal eżaminazzjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibqa' lura milli jiffirma l-ftehim għal perjodu ta' erba' xhur wara l-preżentazzjoni tal-abbozz tal-ftehim intergovernattiv. Bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-perjodu ta' eżaminazzjoni jista' jiġi mtawwal. Meta jintalab kontroll tal-kompatibbiltà, jekk il-Kummissjoni ma tagħti ebda opinjoni matul il-perjodu ta' eżaminazzjoni, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom iressqu abbozzi ta' ftehimiet intergovernattivi negozjati, iżda li ma jkunux għadhom ġew iffirmati, lill-Kummissjoni għall-eżami. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara li dawn jitressqu, tivvaluta l-kompatibbiltà tal-ftehim innegozjat mal-liġi tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-leġiżlazzjoni tas-suq intern tal-enerġija. L-Istat Membru kkonċernat għandu jibqa' lura milli jiffirma l-ftehim f'dan il-perjodu ta' eżami. Bi qbil mal-Istat Membru kkonċernat, il-perjodu ta' eżaminazzjoni jista' jiġi mtawwal. Fin-nuqqas ta' opinjoni mill-Kummissjoni matul il-perjodu ta' eżami, il-Kummissjoni għandha titqies bħala li ma qajmet l-ebda oġġezzjoni.

 

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Fil-każ li l-valutazzjoni tal-abbozz tal-ftehim intergovernattiv tirriżulta f'opinjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tipprovdi soluzzjonijiet possibbli jew tispeċifika l-bżonn ta' negozjati mill-ġdid li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istat Membru kkonċernat kif xieraq.

 

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri bil-għan li:

1. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tippromwovi l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri bil-għan li:

 

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – punt (c)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fuq il-bażi tal-aqwa prattika, jiġu żviluppati klawżoli standard li l-użu tagħhom jiżgura l-konformità sħiħa tal-ftehimiet intergovernattivi futuri mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija.

(c) fuq il-bażi tal-aqwa prattika, jiġu żviluppati klawżoli standard li l-użu tagħhom jiżgura l-konformità sħiħa tal-ftehimiet intergovernattivi futuri mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-enerġija u l-livell tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija mbassar mill-objettivi tal-UE marbuta mal-enerġija u mal-klima fuq perjodu twil ta' żmien.

 

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca) jiġu integrati l-ftehimiet u jsiru parti mill-politika komuni Ewropea dwar l-enerġija, kif ġie deskritt fil-Pjan Direzzjonali tal-2050.

 

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-konsistenza tal-ftehimiet dwar l-enerġija u l-investiment

 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li l-ftehimiet dwar l-enerġija li jkollhom komponent ta' investiment ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni dwar il-ftehimiet bilaterali dwar l-investiment. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura wkoll li fil-ġejjieni d-drittijiet ta' parteċipazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-ftehimiet dwar l-enerġija b'komponent ta' investiment jiġu żgurati. B'mod partikolari għandhom jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-politika futura tal-investiment.

 

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Reviżjoni

Rappurtar u rieżami

 

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew dwar l-informazzjoni li rċeviet skont l-Artikolu 3 u għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew b'valutazzjoni komprensiva fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

Referenzi

COM(2011)0540 – C7-0235/2011 – 2011/0238(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.9.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.11.2011

8.12.2011

20.12.2011

 

Data tal-adozzjoni

26.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, Emilio Menéndez del Valle, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Keith Taylor, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Mário David, Albert Deß, Syed Kamall, Silvana Koch-Mehrin, Inese Vaidere

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Jean Roatta

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet intergovernattivi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-enerġija

Referenzi

COM(2011)0540 – C7-0235/2011 – 2011/0238(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.9.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.9.2011

INTA

15.9.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Krišjānis Kariņš

26.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.1.2012

24.1.2012

6.2.2012

18.6.2012

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

18

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Bernd Lange, Werner Langen, Mario Pirillo, Peter Skinner, Lambert van Nistelrooij, Henri Weber

Data tat-tressiq

30.7.2012

 

 

[1] ĠU C 68, 6.3.2012, p. 65. 
[2]* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌. ĠU C 68, 6.3.2012, p. 65.
[3]4  ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1
[4] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.
[5]* ĠU: daħħal id-data: tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
[6] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rieżami tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika ( 2010/2107(INI) ).