Dokument ta' sessjoni
20.9.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija "kwalifikati" fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni u l-aġġornament tal-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni
( COM(2012)0355 – C7‑0175/2012 – ( 2012/0172(COD) )
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro
(Proċedura semplifikata – Artikolu 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
PR_COD_1app
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
PROĊEDURA 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta' materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija "kwalifikati" fil-kamp tal-applikazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni u l-aġġornament tal-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni
( COM(2012)0355 – C7‑0175/2012 – ( 2012/0172(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2012)0355 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0175/2012),
– wara li kkonsulta l-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali ( A7-0277/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
PROĊEDURA
Titolu | Emenda tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/971/KE fir-rigward tal-inklużjoni ta’ materjal riproduttiv tal-foresta tal-kategorija “kwalifikati”, u l-aġġornament tal-isem tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni | |||
Referenzi | COM(2012)0355 – C7-0175/2012 – 2012/0172(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 2.7.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | AGRI 5.7.2012 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 5.7.2012 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ENVI 10.7.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Paolo De Castro 9.7.2012 |
|
|
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni | 9.7.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 18.9.2012 |
|
|
|
Data tat-tressiq | 21.9.2012 | |||