Dokument ta' sessjoni
28.9.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
( COM(2011)0874 – C7‑0498/2011 – 2011/0428(COD) )
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Jutta Haug
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 57
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits 61
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija 72
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali 88
PROĊEDURA 114
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
( COM(2011)0874 – C7‑0498/2011 – 2011/0428(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0874 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0498/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ( A7-0294/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;
3. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva[3]; itenni li mingħajr riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFP li jmiss, l-Unjoni la se tkun tista' twettaq il-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha, b’mod partikolari dawk marbuta mal-istrateġija UE2020, u l-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, u lanqas mhu se tkun tista’ tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; jirrimarka li anke b'żieda ta' mill-inqas 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss apparagun tal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħiq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jistgħu jiġu abbandunati totalment, minkejja l-valur miżjud Ewropew evidenti tagħhom;
4. Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija qabel tat-8 ta’ Ġunju 2011, enfasizza li LIFE+ ġie implimentat b’suċċess u wera l-importanza tiegħu fis-salvagwardjar tal-bijodiveristà u l-ħarsien tal-ambjent; ifakkar ukoll li l-Parlament Ewropew enfasizza l-ħtieġa li jitkomplew programmi mogħnijin kif jixraq għan-natura u l-bijodiversità ħalli jintlaħqu l-objettivi ambjentali tal-Unjoni, l-aktar għal LIFE+ u n-Natura 2000;
5. Iqis li l-estensjoni tal-ambitu tematiku ta’ LIFE, it-twessigħ tal-ambitu ġeografiku tiegħu u ż-żieda ta’ tipi ġodda ta’ proġetti m’għandhomx iwasslu għal sostituzzjoni tal-proġetti eżistenti ta’ suċċess u għalhekk dan jiġi rifless f’żieda sinifikanti fil-pakkett ġenerali tal-Programm. Minbarra dan, jenfasizza l-urġenza li jiġi pprovdut finanzjament adegwat għall-bijodiversità tal-Unjoni permezz ta’ appoġġ għan-netwerk Natura 2000 u jinsab konvint li LIFE għandu jikkontribwixxi tal-anqas 10 % għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament annwali tan-Natura 2000 ta’ EUR 5 800 miljun u jqis li l-bqija tal-finanzjament għandu jiġi kopert permezz ta’ fondi oħra tal-Unjoni, kif ukoll minn sorsi ta’ finanzjament tal-Istati Membri u privati ;
6. Jinnota li kwalunkwe tibdil fil-pakkett finanzjarju tal-Programm LIFE għall-perjodu mill-2014 sal-2020, meta mqabbel mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, se jaffettwa t-tqassim baġitarju tal-Programm; iqis li, jekk il-pakkett finanzjarju jiżdied, ir-riżorsi baġitarji addizzjonali għandhom jintużaw biex iżidu s-sehem tar-riżorsi allokati għas-sottoprogramm għall-Ambjent, is-sehem tar-riżorsi użati għal proġetti ffinanzjati minn għotjiet ta’ azzjoni jew strumenti finanzjarji innovattivi, u s-sehem ta’ riżorsi allokati lill-proġetti “tradizzjonali”;
7. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Dawk il-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni ma jistgħux jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi kollha ambjentali u ta’ azzjoni klimatika. Għall-ambjent u l-azzjoni klimatika, jeħtieġ approċċi speċifiċi biex jittrattaw l-integrazzjoni mhux uniformi tal-objettivi tagħhom fil-prassi fl-Istati Membri, l-implementazzjoni mhux uniformi u inadegwata tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, u d-disseminazzjoni u l-promozzjoni insuffiċjenti tal-għanijiet tal-politika. Huwa xieraq li jitkompla l-Programm LIFE rregolat bir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+), u li jiġi adottat Regolament ġdid. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi Programm ta’ finanzjament dedikat għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (il-"Programm LIFE"). | (3) Dawk il-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni ma jistgħux jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi kollha ambjentali u ta’ azzjoni klimatika. Għall-ambjent u l-azzjoni klimatika, jeħtieġ approċċi speċifiċi biex jittrattaw l-integrazzjoni mhux uniformi tal-objettivi tagħhom fil-prassi fl-Istati Membri, l-implementazzjoni mhux uniformi u inadegwata tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, u d-disseminazzjoni u l-promozzjoni insuffiċjenti tal-għanijiet tal-politika. Huwa xieraq li jitkompla l-Programm LIFE rregolat bir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+), u li jiġi adottat Regolament ġdid. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi Programm ta’ finanzjament dedikat għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (il-"Programm LIFE"). Bil-għan li l-fondi tal-Unjoni jiksbu impatt sostanzjali, għandhom jiġu żviluppati sinerġiji mill-qrib u kumplimentarjetà bejn il-Programm LIFE u programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni oħrajn. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-Programm LIFE, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-proposta tal-Kumissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011 għal Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar amministrazzjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4a) L-esperjenza tal-programm LIFE+ uriet li l-użu tal-finanzjament LIFE disponibbli kien inugwali ħafna bejn l-Istati Membri differenti, minkejja l-mekkaniżmu ta’ allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi. F’dawk l-Istati Membri bl-akbar diffikultajiet biex jaċċessaw il-fondi għandhu jsir provvediment għal assistenza speċifika u bini tal-kapaċità, speċjalment permezz ta’ sistema ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali u reġjonali u servizzi konsultattivi provduti minn benefiċjarji tal-proġetti li ntagħżlu. Is-solidarjetà u l-qsim tal-isforzi tal-Unjoni m’għandhomx jiġu riflessi permezz tal-allokazzjoni tal-ishma baġitarji li b’hekk jikkompromettu l-kwalità tal-proġett, iżda permezz ta’ għajnuna mmirata u l-għoti ta’ punti addizzjonali għal reġjuni bi bżonnijiet partikolari relatati mal-ambjent jew mal-klima. L-Istati Membri nfushom jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikati għaż-żieda fl-użu tal-finanzjament LIFE billi jsaħħu s-sistema tagħhom ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali jew reġjonali, billi jappoġġaw it-tħejjija tal-proġetti u jistabbilixxu fondi ambjentali jew mekkaniżmi oħra biex jiżguraw id-disponibbiltà tal-fondi korrispondenti. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (4b) Is-solidarjetà għandha tieħu wkoll il-forma ta’ disseminazzjoni wiesgħa u kontinwa tar-riżultati tal-proġetti sabiex l-Istati Membri u r-reġjuni b’inqas proġetti jibbenefikaw mit-tagħlim u t-teknoloġiji jew mill-proċeduri li ġew żviluppati mill-proġetti magħżula. Il-proġetti LIFE għandhom, għalhekk, jagħtu importanza partikolari lill-attivitajiet ta’ netwerking u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tal-proġett, u għandhom jagħtu pariri lill-partijiet interessati u lill-applikanti futuri potenzjali lil hinn min-netwerk LIFE. Il-Kummissjoni għandha tkompli ssaħħaħ l-attivitajiet tagħha dwar id-disseminazzjoni mmirata tar-riżultati tal-proġetti fi ħdan u lil hinn min-netwerk LIFE, b’attenzjoni speċjali għall-Istati Membri b’użu baxx ta’ fondi LIFE. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(5) Minħabba l-karatteristiċi u d-daqs tiegħu, il-Programm LIFE ma jistax isolvi l-problemi ambjentali u klimatiċi kollha. Aktar minn hekk, l-objettiv tiegħu għandu jkun li jikkatalizza bidliet fl-iżvilupp u fl-implementazzjoni tal-politika billi jipprovdi u jiddissemina soluzzjonijiet u l-aħjar prassi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u klimatiċi. | (5) Minħabba l-karatteristiċi u d-daqs tiegħu, il-Programm LIFE ma jistax isolvi l-problemi ambjentali u klimatiċi kollha. Aktar minn hekk, l-objettiv tiegħu għandu jkun li jikkatalizza bidliet fl-iżvilupp u fl-implementazzjoni tal-politika billi jipprovdi u jiddissemina soluzzjonijiet u l-aħjar prassi biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u klimatiċi. F’dan l-isforz tiegħu, għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2012 dwar ir-rieżami tas-sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-istipular tal-prijoritajiet għas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali – Ambjent aħjar għall-ħajja aħjar1, il-Parlament Ewropew enfasizza li l-Programmi ta’ Azzjoni Ambjentali jikkontribwixxu biex jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa forst id-diversi politiki tal-Unjoni u jqis li, fid-deċennju li jmiss, se jkun aktar kruċjali li l-kwestjonijiet ambjentali jiġu indirizzati b’approċċ aktar koerenti u integrat li jqis il-konnessjonijiet ta’ bejniethom u li jimla l-ispazji li jibqa’, inkella jista’ jirriżulta dannu irreversibbli. Il-Parlament Ewropew enfasizza wkoll li s-Seba' Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għandu jipprovdi qafas tajjeb li jiżgura finanzjament adegwat, inkluż għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp u li l-objettivi ambjentali finanzjarji, f'sinerġija ma' LIFE, u li jintegraw b'mod sħiħ il-ħarsien ambjentali, għandhom ikunu parti importanti tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, tar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), tal-Politika tas-Sajd Komuni (PSK), tal-Politika ta' Koeżjoni u tal-Orizzont 2020. |
| ______________ |
| |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(6) Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għad-durata kollha tal-Programm LIFE, pakkett finanzjarju ta’ EUR 3 618-il miljun26 li jkollu r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Proposta tal-Kumissjoni għal Ftehim Interistituzzjonali tas-29 ta’ Ġunju 2011 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit fir-rigward ta’ ġestjoni finanzjarja soda27, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. | (6) Dan ir-Regolament jistabbilixxi, għad-durata kollha tal-Programm LIFE, pakkett finanzjarju ta’ EUR [...] miljun, li jammonta għal [...] % tal-ammont totali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill UE Nru .../... li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, li jkollu r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-proposta tal-Kumissjoni għal Ftehim Interistituzzjonali tad-29 ta’ Ġunju 2011 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit fir-rigward ta’ ġestjoni finanzjarja soda27, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) Fid-dawl tal-Messaġġ mill-Ġżira Reunion ta' Lulju 2008 u bi qbil mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2011, li jinkoraġġixxu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu approċċ komuni fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura fit-territorju kollu tal-Unjoni, anke fir-reġjuni ultraperiferiċi u fit-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri, kif ukoll bi qbil mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2011 bl-isem 'L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020' li fiha l-Kummissjoni ntrabtet li tkabbar u tħeġġeġ l-inizjattiva tal-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit-Territorji extra-Ewropej (BEST), il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2001/882/KE tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea1. |
| _____________ |
| 1 ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li l-programm LIFE jinfetaħ għat-territorji Ewropej kollha lil hinn mix-xtut (ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji extra-Ewropej) sabiex jipproteġi dawn it-territorji li jgħoddu fost il-punti ewlenin tal-bijodiversità globali.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Ir-rekwiżiti ambjentali u klimatiċi għandhom ikunu integrati f'politiki u attivitajiet tal-Unjoni Il-Programm LIFE għandu għalhekk jikkomplementa programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, u Orizzont 2020. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw din il-komplementarjetà fil-livelli kollha. Fil-livell tal-Unjoni, il-komplementarjetà għandha tiġi żgurata billi tiġi stabbilita kooperazzjoni strutturata bejn il-Programm LIFE u programmi ta' finanzjament tal-Unjoni b'immaniġġjar konġunt fil-Qafas Strateġiku Komuni, partikolarment biex jiġi promoss il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplimentaw il-Proġetti Integrati jew jiġi sostnut l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati fi ħdan il-Programm LIFE. Il-Programm LIFE għandu wkoll jinkoraġġixxi l-introduzzjoni tar-riżultati ta' riċerka u innovazzjoni b'rabta mal-ambjentali u l-klima ta’ Orizzont 2020. Fi ħdan dan il-kuntest għandu joffri opportunitajiet ta’ kofinanzjament għal proġetti b’benefiċċji ambjentali u klimatiċi cari sabiex jiġu żgurati sinerġiji. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat finanzjament doppju. | (10) Ir-rekwiżiti ambjentali u klimatiċi għandhom ikunu integrati f'politiki u attivitajiet tal-Unjoni Il-Programm LIFE għandu għalhekk jikkomplementa programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, u Orizzont 2020. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw din il-komplementarjetà fil-livelli kollha. Fil-livell tal-Unjoni, il-komplementarjetà għandha tiġi żgurata billi tiġi stabbilita kooperazzjoni strutturata bejn il-Programm LIFE u programmi ta' finanzjament tal-Unjoni b'immaniġġjar konġunt fil-Qafas Strateġiku Komuni, partikolarment biex jiġi promoss il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplimentaw il-Proġetti Integrati jew jiġi sostnut l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati fi ħdan il-Programm LIFE. Biex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali u l-fattibilità prattika tal-Proġetti Integrati LIFE, il-kooperazzjoni bejn il-fondi l-oħra tal-Unjoni u l-Proġetti Integrati għandha tkun espliċitament prevista fir-Regolament (UE) Nru .../…[ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni]1. Għandhom jitwaqqfu arranġamenti speċifiċi biex tiġi stabbilita kooperazzjoni fi stadju bikri, sabiex il-vantaġġi tal-Proġetti Integrati jitqiesu matul it-tfassil tal-kuntratti ta' sħubija u l-programmi operattivi jew il-programmi dwar l-iżvilupp rurali. Il-Programm LIFE għandu wkoll jinkoraġġixxi l-introduzzjoni tar-riżultati ta' riċerka u innovazzjoni b'rabta mal-ambjentali u l-klima ta’ Orizzont 2020. Fi ħdan dan il-kuntest għandu joffri opportunitajiet ta’ kofinanzjament għal proġetti b’benefiċċji ambjentali u klimatiċi cari sabiex jiġu żgurati sinerġiji. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat finanzjament doppju u wkoll biex jiġi żgurat li ma jonqosx l-investiment finanzjarju nett għall-ilħiq tal-objettivi stabbiliti f'dan ir-regolament. |
| _______________ |
| 1 COM(2011)0615 . |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, flimkien mal-indirizzar tal-preokkupazzjonijiet b'rabta mal-ambjent u s-saħħa, jibqgħu l-isfidi ewlenin għall-Unjoni. Dawn l-isfidi jeħtieġu sforzi ikbar fil-livell tal-Unjoni biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet u l-aħjar prattiki li jgħinu jinkisbu l-miri tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv "(minn hawn 'il quddiem "L-Istrateġija Ewropa 2020"). Barra minn hekk, governanza mtejba, partikolarment permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-involviment tal-partijiet konċernati, hija essenzjali għall-ilħuq tal-objettivi ambjentali. Għalhekk is-sottoprogramm għall-Ambjent għandu jkollu tliet oqsma prijoritarji għall-azzjoni: Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi, Bijodiversità, u Governanza Ambjentali u Informazzjoni. Ghandu jkun possibbli għall-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' iktar minn wieħed minn dawn l-oqsma prijoritarji u li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed. | (11) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, flimkien mal-indirizzar tal-preokkupazzjonijiet b'rabta mal-ambjent u s-saħħa, jibqgħu l-isfidi ewlenin għall-Unjoni. Dawn l-isfidi jeħtieġu sforzi ikbar fil-livell tal-Unjoni biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet u l-aħjar prattiki li jgħinu jinkisbu l-miri tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv "(minn hawn 'il quddiem "L-Istrateġija Ewropa 2020"). Barra minn hekk, governanza mtejba, partikolarment permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-involviment tal-partijiet konċernati, hija essenzjali għall-ilħuq tal-objettivi ambjentali. Għalhekk is-sottoprogramm għall-Ambjent għandu jkollu tliet oqsma prijoritarji għall-azzjoni: Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi, Natura u Bijodiversità, u Governanza Ambjentali u Informazzjoni. Ghandu jkun possibbli għall-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' iktar minn wieħed minn dawn l-oqsma prijoritarji u li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020" (minn hawn 'il quddiem "L-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020") stabilixxiet miri biex twaqqaf u treġġa' lura t-telf tal-bijodiversità. Dawn il-miri jinkludu fost oħrajn, l-implementazzjoni sħiħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif ukoll iż-żamma u r-restawr tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom. Il-Programm LIFE għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu dawk il-miri. Għalhekk, il-qasam prijoritarju Bijodiversità għandu jiffoka fuq l-implementazzjoni u l-immaniġjar tan-netwerk ta’ Natura 2000 stabilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, partikolarment fir-rigward tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata previsti fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, dwar l-iżvilupp u t-tixrid tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-bijodiversità, u d-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE, kif ukoll dwar l-isfidi usa' tal-bijodiversità identifikati mill-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020; | (13) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020" (minn hawn 'il quddiem "L-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020") stabilixxiet miri biex twaqqaf u treġġa' lura t-telf tal-bijodiversità. Dawn il-miri jinkludu fost oħrajn, l-implementazzjoni sħiħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif ukoll iż-żamma u r-restawr tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom. Il-Programm LIFE għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu dawk il-miri. Għalhekk, il-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità għandu jiffoka fuq l-implementazzjoni u l-immaniġjar tan-netwerk ta’ Natura 2000 stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, partikolarment fir-rigward tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata previsti fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, dwar l-iżvilupp u t-tixrid tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-bijodiversità, u d-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE, kif ukoll dwar l-isfidi usa' tal-bijodiversità identifikati mill-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020; Il-kontribuzzjoni ta’ LIFE għall-ħtiġijiet annwali tal-finanzjament tan-netwerk tan-Natura 2000, stmat għal EUR 5 800 miljun1, għandha titqies u tkun determinata fil-kuntest tal-ispejjeż tal-bijodiversità b’kopertura li tiġi minn fondi oħra tal-Unjoni. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2012 dwar l-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-20202, il-Parlament Ewropew talab lill-Kummisjoni u l-Istati Membri jiżguraw li tal-anqas EUR 5 800 miljun kull sena jkunu provduti permezz tal-finanzjament tal-Unjoni u tal-Istati Membri u li l-finazjament adegwat jitqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ diversi fondi tal-Unjoni (pereżempju l-fondi PAK, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, il-Fondi ta’ Koeżjoni u l-fond LIFE+ imsaħħaħ), b’koordinazzjoni u koerenza aħjar bejn dawn il-fondi, fost l-oħrajn permezz tal-kunċett tal-Proġetti Integrati, filwaqt li b’hekk titjieb it-trasparenza għar-reġjuni differenti li jirċievu l-fondi tal-Unjoni; |
| _____________ |
| 1Il-Finanzjament ta’ Natura 2000. Ninvestu f’Natura 2000: L-għoti ta’ benefiċċji għan-natura u l-persuni. Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SEC(2011)1573 . |
| |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14a) Bil-għan li tiġi ottimizzata l-utilizzazzjoni ta’ riżorsi tal-programm LIFE, is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet skont is-sottoprogramm għall-Ambjent, partikolarment għall-ħarsien tal-bijodiversità, u l-miżuri ta’mitigazzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima skont is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika għandhom ikunu inkoraġġiti. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-klima, partikolarment fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-gassijiet serra, il-politiki relatati mal-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija, is-sistemi tan-negozjar tal-emissjonijiet, l-isforzi tal-Istati Membri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, l-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza enerġetika, it-trasport u l-fjuwils, il-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-gassijiet fluworinati. | (16) Il-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-klima, partikolarment billi jappoġġa s-sinerġiji ma’ objettivi ambjentali oħra, bħall-bijodiversità, fl-oqsma tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-gassijiet b'effett ta' serra, l-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija, il-konservazzjoni ta' postijiet naturali għall-assorbiment tal-karbonju, l-approċċi favur l-ekosistemi fl-iżvilupp tal-enerġija rinovabbli f’żoni urbani, agrikoli, muntanjużi jew remoti, l-irkupru tal-iskart u l-produzzjoni tal-gass bijoloġiku, l-effiċjenza enerġetika, id-dawl pubbliku, it-trasport u l-fjuwils, partikolarment fjuwils tat-tielet ġenerazzjoni, il-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-gassijiet fluworurati. |
Ġustifikazzjoni
Il-ġestjoni u l-irkupru tal-iskart huma responsabilità importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-ġestjoni sostenibbli ta’ din l-attività għandha tiġi inkoraġġita.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) L-implementazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni u l-politika ambjentali u klimatika hija intrinsikament marbuta mal-ilħuq ta’ governanza aħjar, it-titjib tal-involviment tal-partijiet konċernati u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni. Għalhekk, l-oqsma prijoritarji ta’ Governanza u Informazzjoni għandhom fiż-żewġ sottoprogrammi jsostnu l-iżvilupp ta’ pjattaformi u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għal konformità u infurzar aħjar u l-ġenerazzjoni ta’ sostenn mill-pubbliku u l-partijiet konċernati għal politika tal-Unjoni bi sforzi fl-oqsma ambjentali u klimatiċi. Partikolarment, dawn għandhom isostnu t-titjib fid-disseminazzjoni tal-bażi tal-għarfien, sensibilizzazzjoniis-sensibilizzazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika, l-aċċess għall-informazzjoni u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali. | (18) L-implementazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni u l-politika ambjentali u klimatika hija intrinsikament marbuta mal-ilħiq ta’ governanza aħjar, it-titjib tal-involviment tal-partijiet konċernati u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni. Għalhekk, l-oqsma prijoritarji ta’ Governanza u Informazzjoni għandhom fiż-żewġ sottoprogrammi jsostnu l-iżvilupp ta’ pjattaformi u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għal konformità u infurzar aħjar u l-ġenerazzjoni ta’ sostenn mill-pubbliku u l-partijiet konċernati għal politika tal-Unjoni bi sforzi fl-oqsma ambjentali u klimatiċi. Partikolarment, dawn għandhom isostnu t-titjib fid-disseminazzjoni tal-bażi tal-għarfien u l-aħjar prattiki, is-sensibilizzazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika, l-aċċess għall-informazzjoni u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Sabiex tittejjeb l-implementazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika u tittejjeb l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'politiki oħra, il-Programm LIFE għandu jippromwovi proġetti li jappoġġaw approċċi integrati lejn l-implementazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politika ambjentali u klimatika. Għas-sottoprogramm Ambjent, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw primarjament fuq l-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, b'attenzjoni partikolari għall-immaniġjar u l-konsolidazzjoni effikaċi tan-netwerk Natura2000 stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE permezz tal-implementazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata prevista fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u l-leġiżlazzjoni tal-Iskart u l-Arja. Dawk il-proġetti filwaqt li jiffokaw fuq it-temi identifikati ser ikunu mekkaniżmu ta’ eżekuzzjoni bi skopijiet diversi (eż. bil-mira ta' benefiċċji ambjentali u l-bini tal-kapaċità) li jippermetti biex jintlaħqu riżultati f'oqsma oħra ta' politika, partikolarment id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija tal-Ambjent Marin) . Dawk it-tipi ta' proġetti jistgħu jkunu kkunsidrati f’oqsma ambjentali oħra. Għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta' adattament għall-bidla klimatika. Dawk it-tipi ta’proġetti għandhom jappoġġaw biss sensiela ta' attivitajiet u miżuri speċifiċi, waqt li attivitajiet oħra li jikkomplementaw dawk inklużi fil-proġett għandhom jiġu sostnuti minn programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni, kif ukoll minn fondi nazzjonali, reġjonali u mis-settur privat. Finanzjament mill-Programm LIFE għandu jisfrutta s-sinerġiji u jiżgura konsistenza bejn sorsi differenti ta’ finanzjament mill-Unjoni billi jipprovdi attenzjoni strateġika ambjentali u klimatika. | (21) Sabiex tittejjeb l-implementazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika u tittejjeb l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'politiki oħra, il-Programm LIFE għandu jippromwovi proġetti li jappoġġaw approċċi integrati lejn l-implementazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politika ambjentali u klimatika. Għas-sottoprogramm Ambjent, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw primarjament fuq l-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, b'attenzjoni partikolari għall-immaniġjar u l-konsolidazzjoni effikaċi tan-netwerk Natura2000 stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE permezz tal-implementazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata prevista fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u l-leġiżlazzjoni tal-Iskart u l-Arja. Dawk il-proġetti filwaqt li jiffokaw fuq it-temi identifikati ser ikunu mekkaniżmu ta’ eżekuzzjoni bi skopijiet diversi (eż. bil-mira ta' benefiċċji ambjentali u l-bini tal-kapaċità) li jippermetti biex jintlaħqu riżultati f'oqsma oħra ta' politika, partikolarment id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija tal-Ambjent Marin) . Dawk it-tipi ta' proġetti jistgħu jkunu kkunsidrati f’oqsma ambjentali oħra. Għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta' adattament għall-bidla klimatika. Dawk it-tipi ta’proġetti għandhom jappoġġaw biss sensiela ta' attivitajiet u miżuri speċifiċi, waqt li attivitajiet oħra li jikkomplementaw dawk inklużi fil-proġett għandhom jiġu sostnuti minn programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni, kif ukoll minn fondi nazzjonali, reġjonali u mis-settur privat. Finanzjament mill-Programm LIFE għandu jisfrutta s-sinerġiji u jiżgura konsistenza bejn sorsi differenti ta’ finanzjament mill-Unjoni billi jipprovdi attenzjoni strateġika ambjentali u klimatika, filwaqt li jiżgura wkoll is-simplifikazzjoni effikaċi tal-proċeduri. Il-Proġetti Integrati se jibbenefikaw minn fondi oħra billi jżidu l-kapaċità ta’ assorbiment tagħhom tal-infiq relatat mal-ambjent u mal-klima. Minħabba n-novità u n-nuqqas ta’ esperjenza wiesgħa rigward l-approċċ ta’ ‘Proġett Integrat’, il-partijiet interessati għandhom, jekk ikun meħtieġ, jiġu appoġġati permezz ta’ żieda fir-rata ta’ kofinanzjament u assistenza teknika fil-fażi ta’ tħejjija. Minbarra dan, il-fażi tal-applikazzjoni għandha titħaffef permezz ta’proċedura ta’ selezzjoni f’żewġ passi. Jeħtieġ li jkunu ffaċilitati l-iskambji rigward l-approċċi integrati ta’ suċċess, filwaqt li jiġu involuti s-setturi amministrattivi kompetenti u l-partijiet interessati kollha. Abbażi tal-esperjenza tal-ewwel snin ta’ programmazzjoni, għandhom ikunu analizzati l-fatturi li jiddeterminaw il-funzjonament bla xkiel u s-suċċess tal-Proġetti Integrati. Abbażi ta’ din l-analiżi u skont il-finanzjament disponibbli, jaf jiġu miżjuda oqsma addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proġetti Integrati. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 21a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21a) Il-Proġetti Integrati għandhom iservu ta’ mudell bil-għan li jappoġġaw l-Istati Membri fl-użu effikaċi tal-fondi u biex jistabbilixxu kooperazzjoni kostruttiva u kontinwa bejn is-setturi amministrattivi differenti sabiex jindirizzaw l-isfidi ewlenin tal-implementazzjoni. Peress li dawn l-isfidi jeżistu fl-Unjoni kollha, l-esperjenza bit-tip ġdid ta’ proġett rappreżentat bil-Proġetti Integrati għandha tkun wiesgħa kemm jista’ jkun. Għandu jiġi garantit li kull Stat Membru, għalhekk, jirċievi fondi għal tal-anqas żewġ Proġetti Integrati f’setturi differenti, matul il-perjodu ta’ programmar, sakemm jintlaħqu r-rekwiżiti bażiċi ta’ kwalità. Il-Kummissjoni tista’ tistipula miri tematiċi pan-Ewropej ulterjuri ta’ tip distributtiv. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21b) Is-suċċess tal-proġetti integrati jiddependi minn kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali, lokali u l-atturi mhux statali kkonċernati mill-objettivi tal-Programm LIFE. Il-prinċipji ta’ trasparenza u ta' żvelar tad-deċiżjonijiet relatati mal-iżvilupp, l-implementazzjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti għandhom għalhekk ikunu applikati. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(23) Sabiex twettaq ir-rwol tagħha fil-varar tal-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika, il-Kummissjoni għandha tuża r-riżorsi mill-Programm LIFE biex issostni l-varar, l-implementazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali u klimatika tal-Unjoni, inkluż ix-xiri ta’ servizzi u oġġetti. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikopru wkoll komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni. | (23) Sabiex twettaq ir-rwol tagħha fil-varar tal-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika, il-Kummissjoni għandha tuża r-riżorsi mill-Programm LIFE biex issostni l-varar, l-implementazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali u klimatika tal-Unjoni, inkluż ix-xiri ta’ servizzi u oġġetti. Għandhom jittieħdu miżuri konkreti biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-SMEs f’dawk is-sejħiet għall-offerti. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikopru wkoll komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddedika wkoll ir-riżorsi finanzjarji biex ittejjeb l-attivitajiet tal-komunikazzjoni u s-sistemi tal-informazzjoni dwar l-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali ewlenija kollha tal-Unjoni, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tagħha tas-7 ta’ Marzu 2012 intitolata “Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’ għarfien u rispons aħjar"1. Dan għandu jinkludi, bħala l-ewwel pass urġenti, il-pubblikazzjoni online u l-aġġornament regolari tal-indikazzjonijiet preċiżi dwar jekk, kif u meta d-direttivi tal-Unjoni fil-qasam klimatiku u ambjentali ġew implementati, u anke trasposti, f’kull Stat Membru. Tali sommarju aċċessibbli b’mod wiesa’ se jikkomplimenta l-fokus ta’ implementazzjoni tal-proġetti LIFE, jipprovdi sfond ta’ informazzjoni utli għad-disinn tal-proġetti u, b’mod aktar ġenerali, iżid is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar l-applikazzjoni wiesgħa, l-impatt pożittiv mal-Unjoni kollha u b’hekk l-importanza tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm LIFE għandu jikkontribwixxi għall-implementazzjoni tal-azzjoni 3c) fl-ambitu tal-Mira 1 tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità, li skontha l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-infurzar tad-direttivi dwar in-natura billi jipprovdu programmi ta’ taħriġ speċifiċi dwar Natura 2000 għall-imħallfin u l-prosekuturi pubbliċi, u billi jiżviluppaw kapaċitajiet aħjar ta’ promozzjoni tal-konformità. |
| _____________ |
| 1 COM(2012)0095 . |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 25
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(25) L-esperjenza tal-istrumenti tal-imgħoddi wriet il-ħtieġa ta’ programm fuq bażi multiannwali u li tingħata attenzjoni għall-isforzi fuq prijoritajiet ta’ politika u oqsma għall-azzjoni ambjentali u klimatiċi konkreti. Tali programmi ta' ħidma multiannwali għandhom ikunu flessibbli sabiex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-Programm LIFE, filwaqt li jipprovdu l-istabilità neċessarja għall-oqsma prijoritarji għal applikanti potenzjali biex jippjanaw, jippreparaw u jissottomettu proposti. Minħabba dan, dawk il-programmi ta' ħidma multiannwali għandhom ikunu validi tal-inqas għal sentejn bi prijoritajiet mhux eżawrjenti. | (25) L-esperjenza tal-istrumenti tal-imgħoddi wriet il-ħtieġa ta’ programm fuq bażi multiannwali u li tingħata attenzjoni għall-isforzi fuq prijoritajiet ta’ politika u oqsma għall-azzjoni ambjentali u klimatiċi konkreti. Tali programmi ta' ħidma multiannwali għandhom ikunu flessibbli sabiex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-Programm LIFE, filwaqt li jipprovdu l-istabilità neċessarja għall-oqsma prijoritarji għal applikanti potenzjali biex jippjanaw, jippreparaw u jissottomettu proposti. Minħabba dan, dawk il-programmi ta' ħidma multiannwali għandhom ikunu validi tal-inqas għal tliet snin bi prijoritajiet mhux eżawrjenti. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 26
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(26) Bil-ħsieb li jiġi ssimplifikat il-Programm LIFE u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti u l-benefiċjarji, għandu jsir użu akbar ta’ rati fissi u ta' ammonti f'daqqa, u l-finanzjament għandu jiffoka fuq kategoriji aktar speċifiċi ta’ spejjeż. Permezz ta' kumpens għal spejjeż ineliġibbli u sabiex jinżamm il-livell effettiv ta’ sostenn ipprovdut mill-Programm LIFE, ir-rati ta’ kofinanzjament għandhom ikunu ta’ 70 % bħala regola ġenerali u 80 % f' każijiet speċifiċi. | (26) Bil-ħsieb li jiġi ssimplifikat il-Programm LIFE u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikanti u l-benefiċjarji, għandu jsir użu akbar ta’ rati fissi u ta’ ammonti f’daqqa. Il-Kummissjoni għandha tqis l-introduzzjoni ta’ proċedura ta’ applikazzjoni f’żewġ fażijiet għall-proġetti u l-opzjonijiet kollha biex taċċellera l-proċedura ta’ għażla, inkluż il-provvista ta’ spazju iqsar bejn l-għażla u l-bidu ta’ proġett. Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprova tissimplifika, fuq talba, il-kuntatt bejn l-applikanti interessati u l-benefiċjarji ta’ proġetti f’oqsma simili biex tippermetti l-iskambju tal-esperjenzi fil-fażijiet ta’ applikazzjoni u ta’ implementazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li jiġu provduti raġunijiet dettaljati għaċ-ċaħda ta’ proġett u li dawk ir-raġunijiet jiġu kkomunikati qabel it-tħabbir tas-sejħa sussegwenti għal proposti. F’każijiet fejn jeżistu l-aħjar prattiki minn fondi oħra, għandhom isiru t-tibdiliet korrispondenti għall-programm LIFE, fejn dan ikun adegwat. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26a) Sabiex jinżamm il-livell effikaċi ta’ appoġġ provdut mill-Programm LIFE, ir-rati ta’ kofinanzjament għandhom ikunu 50 % bħala regola ġenerali u 60 % għal Proġetti Integrati u proġetti korrispondenti ta’ assistenza teknika. Sabiex tiżdied l-aċċessibilità tal-finanzjament LIFE għall-Istati Membri b’diffikultajiet baġitarji temporanji, dawn l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw għal rata miżjuda sa massimu ta’ 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. Il-proġetti fl-ambitu tal-qasam prijoritarju “Natura u Bijodiversità” li jirrigwardaw ħabitats u speċijiet mhedda serjament għandhom ikunu intitolati għal rata miżjuda sa massimu ta’ 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 26b (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26b) Mhux l-organizzazzjonijiet kollha mingħajr skop ta’ profitt u l-benefiċjarji l-oħra ta’ proġetti li jirċievu l-kofinanzjament tal-Unjoni jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tal-VAT fl-ambitu tar-reġimi nazzjonali tal-VAT tagħhom. F’dawn il-każijiet biss, l-ispejjeż tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fl-ambitu tal-Programm LIFE biex jiġi żgurat trattament ġust u ugwali tal-benefiċjarji kollha. Dan m’għandux japplika għal persuni mhux taxxabbli, kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112/KE. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri kollha, tikkompila sommarju tar-regoli tal-VAT li jaffettwaw il-proġetti LIFE disponibbli pubblikament. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-ammont ta’ spejjeż tal-VAT rimborżati permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni tal-proġett LIFE f’kull Stat Membru, bħala parti mir-rapport ta’ evalwazzjoni interim u ex post. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(27) Il-Programm LIFE u s-sottoprogrammi għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment abbażi ta’ indikaturi korrispondenti biex ikunu possibbli riaġġustamenti. Sabiex tiġi pprovduta evidenza tal-kobenefiċċji li ż-żewġ sottoprogrammi jistgħu jġibu magħhom għall-azzjoni klimatiku u l-bijodiversità, u tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-livell tal-infiq, il-monitoraġġ tal-Programm LIFE għandu jintraċċa nefqa relatata mal-klima u nefqa relatata mal-bijodiversità, kif iddefinit fil-Komunikazzjoni QFM. Tali traċċar għandu jitwettaq abbażi ta’ metodoloġija sempliċi billi titqiegħed in-nefqa f’waħda minn tliet kategoriji: relatata mal-klima/bijodiversità biss (li għandhom jingħaddu bħala 100 %), relatata b'mod sinifikanti mal-klima/bijodiversità (li għandhom jingħaddu bħala 40 %), u mhux relatati mal-klima/bijodiversità (li għandhom jingħaddu bħala 0 %). Dik il-metodoloġija ma għandhiex teskludu l-użu ta' metodoloġiji aktar preċiżi, fejn xieraq. | (27) Il-Programm LIFE u s-sottoprogrammi għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment abbażi ta’ indikaturi korrispondenti biex ikunu possibbli riaġġustamenti. Waqt l-iżvilupp tal-indikaturi għall-valutazzjoni tal-programmi u l-proġetti, il-Kummissjoni għandha tenfasizza l-monitoraġġ tal-kwalità abbażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni u r-riżultati u l-impatti mistennija. Il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll metodu għall-monitoraġġ tas-suċċess tal-proġetti fuq perjodu ta’ żmien twil, speċjalment fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità. Sabiex tiġi pprovduta evidenza tal-kobenefiċċji li ż-żewġ sottoprogrammi jistgħu jġibu magħhom għall-azzjoni klimatiku u l-bijodiversità, u tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-livell tal-infiq, il-monitoraġġ tal-Programm LIFE għandu jintraċċa nefqa relatata mal-klima u nefqa relatata mal-bijodiversità, kif iddefinit fil-Komunikazzjoni QFM. Tali traċċar għandu jitwettaq abbażi ta’ metodoloġija sempliċi billi titqiegħed in-nefqa f’waħda minn tliet kategoriji: relatata mal-klima/bijodiversità biss (li għandhom jingħaddu bħala 100 %), relatata b'mod sinifikanti mal-klima/bijodiversità (li għandhom jingħaddu bħala 40 %), u mhux relatati mal-klima/bijodiversità (li għandhom jingħaddu bħala 0 %). Dik il-metodoloġija ma għandhiex teskludi l-użu ta' metodoloġiji aktar preċiżi, fejn xieraq. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (27a) Minħabba l-esperjenza twila tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni (DĠ) responsabbli mill-ambjent fil-ġestjoni tal-proġetti u tal-Programm LIFE u l-esperjenza pożittiva tal-benefiċjarji LIFE ma’ tims esterni ta’ monitoraġġ, kwalunkwe tibdil fl-istruttura tal-ġestjoni tal-proġetti u tal-Programm LIFE għandu jiġi vvalutat mill-qrib u jkun suġġett għal perjodu ta’ prova. Il-ġestjoni tal-Proġetti Integrati fl-ambitu tas-sottoprogramm għall-Ambjent, kif ukoll il-proġetti fil-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità, għandhom jibqgħu fi ħdan id-DĠ tal-Kummissjoni responsabbli għall-ambjent. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implementazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma multiannwali, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implementazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implementazzjoni. | imħassar |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità għas-selezzjoni tal-proġetti, tal-kriterji għall-applikazzjoni ta' bilanċ ġeografiku għal “Proġetti Integrati”, u tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (30) Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni, u fejn ikun adegwat, ir-reviżjoni tal-programmi pluriennali ta’ ħidma, it-twaqqif ta’ miri distribuzzjonali pan-Ewropej tematiċi u speċifiċi applikabbli għal “Proġetti Integrati”, l-estensjoni tal-ambitu tal-“Proġetti Integrati” u l-modifika tal-allokazzjoni massima tagħhom u d-definizzjoni ulterjuri tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi, u t-twaqqif ta’ lista ta’ ħabitats u speċijiet li huma mhedda serjament. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-atti delegati, madankollu, għandhom ikunu adottati biss meta jkun xieraq, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat id-dritt tal-Parlament Ewropew li joġġezzjona għall-miżuri adottati mill-Kummissjoni. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) “proġetti pilota” tfisser proġetti li japplikaw teknika jew metodu li ma jkunux ġew applikati jew ittestjati qabel, jew xi mkien ieħor, u li joffru vantaġġi potenzjali ambjentali jew klimatiċi meta mqabbla mal-aħjar prassi kurrenti; | (a) “proġetti pilota” tfisser proġetti li japplikaw teknika jew metodu li ma jkunux ġew applikati jew ittestjati qabel, jew xi mkien ieħor, u li joffru vantaġġi potenzjali ambjentali jew klimatiċi meta mqabbla mal-aħjar prassi kurrenti u li sussegwentement jistgħu jiġu applikati fuq skala akbar għal sitwazzjonijiet simili; |
Ġustifikazzjoni
Ir-riżultati tal-proġetti pilota jistgħu jservu bħala eżempju li jista’ jkun segwit minn awtoritajiet lokali u reġjonali oħra jew għal proġetti ta' kooperazzjoni transkonfinali.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) “proġetti integrati” tfisser proġetti li jimplementaw b'mod sostenibbli, fuq skala territorjali kbira, partikolarment, reġjonali, multireġjonali jew nazzjonali, strateġiji jew pjanijiet ta’ azzjoni ambjentali jew klimatiċi meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni ambjentali jew klimatika tal-Unjoni, jew skont atti oħra tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri; | (d) “Proġetti Integrati” tfisser proġetti li jimplementaw b'mod sostenibbli, fuq skala territorjali kbira, partikolarment, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji jew pjanijiet ta’ azzjoni ambjentali jew klimatiċi primarjament f’wieħed jew aktar mill-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, u l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, kif meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni ambjentali jew klimatika tal-Unjoni, jew skont atti oħra tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri; Il-Proġetti Integrati jimmiraw biex jintegraw il-politika ambjentali u klimatika f’politiki oħra, speċjalment billi jippromwovu l-mobilizzazzjoni koordinata ta’ fondi oħra tal-Unjoni, nazzjonali u privati biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali jew klimatiċi u biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tal-implementazzjoni; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artiklu 2 – punt fa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fa) il-“proġetti għall-bini tal-kapaċità” huma proġetti mmirati biex jagħtu appoġġ finanzjarju lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali jew reġjonali tal-programm LIFE, għal perjodu massimu ta’ sentejn u mhux għal aktar minn darba għal kull Stat Membru u għal kull perjodu ta’ pprogrammar. Il-punti ta’ kuntatt LIFE għandhom, għalhekk, jingħataw il-possibbiltà li jiddistribwixxu b’mod wiesa’ l-informazzjoni dwar il-programm LIFE lill-applikanti potenzjali, biex jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib mal-amministrazzjonijiet responsabbli mill-ġestjoni ta’ fondi oħra tal-Unjoni, sabiex jidentifikaw sinerġiji mal-Programm LIFE u jappoġġaw l-applikanti matul il-proċedura ta’ applikazzjoni biex jiżguraw proġetti ta’ kwalità għolja. Il-proġetti għall-bini tal-kapaċità jintgħażlu permezz ta’ proċedura ta’ applikazzjoni separata; |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt fb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (fb) “l-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni, l-iskambju u l-proġetti ta’ disseminazzjoni” ifissru proġetti bil-għan li jappoġġaw il-komunikazzjoni, iwasslu għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni u jqajmu kuxjenza fl-oqsma tal-ambjent u l-klima. Dan jista’ jinkludi wkoll skambji inter-settorjali bejn l-amministrazzjonijiet u/jew l-partijiet interessati sabiex dawn jeżibixxu l-proġetti integrati u l-approċċi magħżula. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) jappoġġa l-ġestjoni ta’ żoni li jiffurmaw parti min-netwerk Natura 2000 u l-konservazzjoni tal-valuri naturali inklużi f’dak in-netwerk, b’mod partikolari l-ispeċijiet u l-ħabitats ikkunsidrati bħala prijorità skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) jappoġġa l-implementazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
B'dan il-mod, il-Programm LIFE jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-objettivi u l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. | B'dan il-mod, il-Programm LIFE jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ilħuq tal-objettivi u l-miri, fost l-oħrajn, tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-istrateġija tal-bijodiversità tal-Unjoni sal-2020, il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Riżorsi Effikaċi u l-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija sal-2050. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) titjibiet ambjentali u klimatiċi attribwibbli, fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Fir-rigward tal-objettiv tal-kontribut għat-twaqqif u treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, it-titjibiet ambjentali attribwibbli għandhom jitkejlu permezz tal-persentaġġ tan-netwerk tan-Natura2000 restawrat jew miġjub għal immaniġjar adegwat, is-superfiċe tas-servizzi tal-ekosistema restawrata, u l-għadd u t-tip ta’ ħabitats u speċijiet fil-mira li jtejbu l-istatus ta’ konservazzjoni; | (a) titjibiet ambjentali u klimatiċi attribwibbli, fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Fir-rigward tal-objettiv tal-kontribut għat-twaqqif u treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, it-titjibiet ambjentali attribwibbli għandhom jitkejlu permezz tal-persentaġġ tan-netwerk tan-Natura2000 restawrat jew miġjub għal immaniġjar adegwat, is-superfiċe tas-servizzi tal-ekosistema restawrata jew stabbilita mill-ġdid, u l-għadd u t-tip ta’ ħabitats u speċijiet fil-mira li jtejbu l-istatus ta’ konservazzjoni; |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 dwar aktar l-indikaturi tal-prestazzjoni fid-dawl tal-applikazzjoni tagħhom għall-prijoritajiet tematiċi kif imfissra fi programmi ta' ħidma multiannwali msemmija fl-Artikolu 24. | Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 li jkomplu jiddefinixxu l-indikaturi tal-prestazzjoni fid-dawl tal-applikazzjoni tagħhom għall-prijoritajiet tematiċi kif imfissra fi programmi ta' ħidma multiannwali msemmija fl-Artikolu 24. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implementazzjoni tal-Programm LIFE għandu jkun ta' EUR 3 618 000 000. | 1. Skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Proposta tal-Kumissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011 għal Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u dwar ġestjoni finanzjarja soda, il-pakkett finanzjarju ewlieni ta' referenza għall-implementazzjoni tal-Programm LIFE għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta' EUR [...] li jammonta għal [...]% tal-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) EUR 2 713 500 000 għall-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun allokat lis-sottoprogramm għall-Ambjent; | (a) EUR[...], li jammonta għal madwar 75 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun allokat lis-sottoprogramm għall-Ambjent; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) EUR 904 500 000 għall-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun allokat lis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika. | (b) EUR[...], li jammonta għal madwar 25 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun allokat lis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Mill-inqas 80 % tar-riżorsi baġitarji għall-Programm LIFE għandhom ikunu allokati għal strumenti finanzjarji innovattivi u l-proġetti għandhom ikunu appoġġati permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni stipulati fl-Artikolu 18. |
Ġustifikazzjoni
Is-sehem tar-riżorsi allokat liż-żewġ sottoprogrammi ta’ LIFE iservi biss ta’ indikazzjoni. Kif innutat fl-Emenda ta’ kompromess (paragrafu 1e ġdid), jekk it-total tal-baġit tal-Programm LIFE jiżdied meta mqabbel mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, ir-riżorsi addizzjonali se jintużaw għal żieda fis-sehem tas-sottoprogramm għall-Ambjent u biex iżidu s-sehem allokat għall-istrumenti finanzjarji innovattivi u l-proġetti appoġġati permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni.
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. Mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 2a ta’ dan l-Artikolu, mhux aktar minn 30 % għandhom jiġu allokati għall-Proġetti Integrati msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 18 fil-perjodu kollu tal-ipprogrammar. Il-persentaġġ massimu għandu jerġa’ jiġi evalwat fil-qafas tar-rapport ta’ evalwazzjoni interim imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 27(2). Skont ir-riżultat tal-evalwazzjoni u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 rigward it-tnaqqis, iż-żieda jew il-kanċellazzjoni ta’ dak il-persentaġġ massimu. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-Programm LIFE | Il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej u ta’ pajjiżi terzi fil-Programm LIFE |
Il-Programm LIFE għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin: | Il-Programm LIFE għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji li ġejjin: |
| -(a) il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej imsemmija fid-Deċiżjoni 2001/822/KE; |
(a) il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jkunu partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE); | (a) il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jkunu partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE); |
(b) pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali u l-pajjiżi aderenti fl-Unjoni; | (b) pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali u l-pajjiżi aderenti fl-Unjoni; |
(c) pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat; | (c) pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat; |
(d) pajjiżi li saru membri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/1999 tad-29 ta' April 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni ambjentali; | (d) pajjiżi li saru membri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/1999 tad-29 ta' April 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni ambjentali; |
Din il-parteċipazzjoni għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet preskritti fil-ftehimiet bilaterali jew multilaterali rispettivi li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni. | Din il-parteċipazzjoni għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet preskritti fid-Deċiżjoni 2001/822/KE u fil-ftehimiet bilaterali jew multilaterali rispettivi li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Programm LIFE ikun konsistenti mal-politiki u prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari ma' strumenti oħra tal-Unjoni. | 1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Programm LIFE ikun konsistenti mal-politiki u prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari ma' strumenti oħra tal-Unjoni, filwaqt li jiżguraw ukoll l-implementazzjoni tal-miżuri ta' simplifikazzjoni. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Programm LIFE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, sabiex jinħolqu sinerġiji, partikolarment fil-kuntest ta' Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d), u biex isostnu l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati taħt il-Programm LIFE. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha sseħħ fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru…. (Ir-Regolament QSK). | 3. Skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, bi sforz attiv u miftiehem, għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Programm LIFE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u/jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, sabiex jinħolqu sinerġiji, partikolarment fil-kuntest ta' Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) u wkoll permezz tat-twaqqif ta’ oqfsa ta’ azzjoni ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE, biex isostnu l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati taħt il-Programm LIFE. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha sseħħ fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru…. (Ir-Regolament QSK). Fil-kuntratti ta’ sħubija tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru .../... (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni), l-Istati Membri għandhom jindikaw il-mekkaniżmi fil-livell nazzjonali u reġjonali, li jippermettu li tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn il-programm LIFE u l-fondi l-oħra msemmija fir-Regolament (UE) Nru .../... (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni). |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 8 -a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 8-a |
| Viżibbiltà tal-Programm LIFE |
| Il-benefiċjarju li jikkoordina u l-benefiċjarji assoċjati għandhom jippubbliċizzaw il-proġett tal-Programm LIFE u r-riżultati tiegħu, filwaqt li dejjem isemmu l-appoġġ li jkunu rċevew mill-Unjoni. Il-logo LIFE, stabbilit fl-Anness, għandu jintuża għall-attivitajiet kollha ta’ komunikazzjoni u għandu jidher fuq il-bords ta' avviż f'postijiet strateġiċi viżibbli għall-pubbliku. L-oġġetti durabbli kollha miksuba fil-qafas tal-Programm LIFE għandu jkollhom il-logo LIFE sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor mill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni
Il-logo LIFE kien ta’ suċċess kbir biex tkun żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam ambjentali u klimatiku u dan iservi biex juri l-kontribut tal-Unjoni għall-konservazzjoni tan-natura u l-attivitajiet ambjentali fir-realtà. Għaldaqstant, huwa xieraq li fir-Regolament issir referenza għal-logo LIFE.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 8a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Artikolu 8a |
| Proġetti Integrati |
| 1. Il-Proġetti Integrati għandhom iservu bħala strumenti konkreti għar-razzjonalizzazzjoni tal-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-infiq kumplessiv tal-Unjoni skont l-istrateġija Ewropa 2020. Dawn il-proġetti għandhom jipprovdu mudelli ta’ każijiet għall-implementazzjoni effikaċi u koordinata tajjeb fl-oqsma fejn l-aktar huma meħtieġa mill-Istati Membri u/jew ir-reġjuni. |
| 2. Il-Proġetti Integrati għandhom jiffokaw primarjament fuq l-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, u l-mitigazzjoni u l-adattament tal-bidla fil-klima; Abbażi tal-prestazzjoni tagħhom, wara l-evalwazzjoni interim imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(2), u skont il-fondi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30 dwar iż-żieda fl-oqsma li għandhom jiġu koperti mill-Proġetti Integrati. |
| 3. Il-koordinazzjoni ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni tagħhom huwa element ċentrali tal-Proġetti Integrati u għandu, għalhekk, jiġi promoss. |
| 4. Il-Proġetti Integrati għandhom jiġu ġestiti fil-livell amministrattiv u territorjali adegwat biex jindirizzaw il-qasam speċifiku u jimmobilizzaw fondi komplimentari tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew privati. Il-Proġetti Integrati għandhom jinvolvu u jkunu aċċessibbli għall-partijiet interessati. |
| 5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġaw b’mod attiv u jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-Proġetti Integrati, fost l-oħrajn permezz ta’ assistenza teknika, attivitajiet ta’ skambju bħal żjarat ta’ Proġetti Integrati li kellhom suċċess, seminars u workshops organizzati mill-Kummissjoni jew attivitajiet oħra ta’ komunikazzjoni u informazzjoni. |
| 6. Il-bilanċ ġeografiku tal-Proġetti Integrati għandu jiġi garantit skont l-Artikolu 19(3). L-Istati Membri għandhom jippruvaw iħejju u jipproponu mill-inqas proġett integrat wieħed waqt il-perjodu ta’ finanzjament tal-Programm LIFE kif imsemmi fl-Artikolu 1, jekk hemm bżonn bl-appoġġ ta’ proġett ta’ assistenza teknika LIFE. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
- il-Bijodiversità; | - in-Natura u l-Bijodiversità; |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Tal-inqas 50 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti sostnuti permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-sottoprogramm Ambjent għandhom ikunu ddedikat għall-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità. | 2. Tal-inqas 75 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti sostnuti permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-sottoprogramm Ambjent għandhom ikunu ddedikati għall-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità. |
(Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 4 (1))
Ġustifikazzjoni
Din l-emenda hija marbuta ma’ żieda fil-baġit tal-programm LIFE biex tirrappreżenta 1 % tal-baġit totali tal-UE, fejn iż-żieda hija maħsuba b’mod partikolari biex tikkontribwixxi għall-ġestjoni tas-siti tan-Natura 2000.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-fatturi, tal-pressjonijiet u responsi li jkollhom impatt fuq l-ambjent fl-Unjoni u lil hinn minnha. | (c) biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, l-implementazzjoni, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-fatturi, tal-pressjonijiet u responsi li jkollhom impatt fuq l-ambjent fl-Unjoni u lil hinn minnha. |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Objettivi speċifiċi għall-qasam prijoritarju Bijodiversità | Objettivi speċifiċi għall-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-objettivi speċifiċi tas-sottoprogramm Ambjent għall-qasam prijoritarju Bijodiversità għandu partikolarment ikun: | L-objettivi speċifiċi tas-sottoprogramm Ambjent għall-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità għandu partikolarment ikun: |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar il-bijodiversità tal-Unjoni, u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-fatturi, tal-pressjonijiet u tar-responsi li jkollhom impatt fuq l-bijodiversità fl-Unjoni u lil hinn minnha. | (c) biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, l-implementazzjoni, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar il-bijodiversità tal-Unjoni, u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-fatturi, tal-pressjonijiet u tar-responsi li jkollhom impatt fuq l-bijodiversità fl-Unjoni u lil hinn minnha. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – punt da (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (da) biex jippromwovi d-disseminazzjoni tar-riżultati tal-proġett lill-partijiet interessati u l-applikanti futuri potenzjali f’dawk ir-reġjuni l-aktar relevanti għall-qasam tas-suġġett partikolari li x’aktarx jibbenefikaw l-aktar mill-iskambju ta’ esperjenzi pożittivi. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biex itejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni ta' azzjonijiet u miżuri effikaċi ta’ adattament u jtejjeb il-kapaċità li l-għarfien jiġi applikat fil-prattika; | (b) biex itejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni ta' azzjonijiet u miżuri effikaċi ta’ adattament ibbażati fuq l-ekosistema u jtejjeb il-kapaċità li l-għarfien jiġi applikat fil-prattika; |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) biex jiffaċilita l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ approċċi integrati, bħal għall-istrateġiji u pjanijiet ta' azzjoni għall-adattament, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali; | (c) biex jiffaċilita l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ approċċi integrati bbażati fuq l-ekosistema, bħal għall-istrateġiji u pjanijiet ta' azzjoni għall-adattament, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali; |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-adattament li jkunu tajbin biex jiġu replikati, ittrasferiti jew razzjonalizzati. | (d) biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-adattament li jkunu tajbin biex jiġu replikati, ittrasferiti jew razzjonalizzati u li jiffokaw fuq l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) proġetti integrati primarjament fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, u tal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla klimatika; | (d) Proġetti Integrati; |
Ġustifikazzjoni
Biex tiġi evitata r-redundanza. L-oqsma ta’ prijorità l-ġodda tal-IPs diġà ssemmew fl-Artikolu 2 (definizzjonijiet) u l-Artikolu 8a (ġdid).
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 18 - punt ea (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ea) il-proġetti għall-bini tal-kapaċità skont l-Artikolu 19(2a); |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) informazzjoni, sensibilizzazzjoni u disseminazzjoni dwar il-proġetti; | (g) proġetti ta’ informazzjoni, sensibilizzazzjoni, skambju u disseminazzjoni; |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) li jkunu ta' interess Komunitarju billi jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħuq ta’ wieħed mill-objettivi tal-Programm LIFE stipulati fl-Artikolu 3; | (a) li jkunu ta' interess Komunitarju billi jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħiq ta’ wieħed mill-objettivi ġenerali tal-Programm LIFE stipulati fl-Artikolu 3 kif ukoll l-objettivi speċifiċi tal-oqsma ta’ prijorità stabbiliti fl-Artikoli 10, 11, 12, 14, 15 u 16; |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 - subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1(a) sabiex tadatta dak il-kriterju għal oqsma prijoritarji speċifiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 9 u 13. | imħassar |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fejn ikun possibbli, il-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE għandhom jippromwovu sinerġiji bejn objettivi differenti u jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku. | 2. Fejn ikun possibbli, il-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE għandhom jippromwovu l-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku u s-sinerġiji bejn objettivi differenti. Kwalunkwe proġett fl-ambitu ta’ qasam prijoritarju għandu jevita li jikkomprometti l-objettivi ambjentali u klimatiċi f’qasam prijoritarju ieħor. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. L-għażla tal-finanzjament għall-proġetti kollha minbarra l-Proġetti Integrati msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 18 għandha tkun abbażi tal-mertu u tal-kwalità skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. |
| Jekk Stat Membru jkun ingħata inqas minn żewġ proġetti f’sentejn sussegwenti, huwa għandu jkun intitolat li jirċievi assistenza teknika speċjali bħal workshops immirati biex jappoġġaw it-tħejjija ta’ proġetti ta’ kwalità għolja għas-sena sussegwenti, u jista’ japplika għal proġett tal-bini tal-kapaċità f’konformità mal-punt (ea) tal-Artikolu 18. L-Istati Membri li rċevew ħafna inqas mill-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi tagħhom skont il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, jistgħu japplikaw ukoll għal proġett tal-bini tal-kapaċità. |
| Il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disseminazzjoni tar-riżultati tal-aktar proġetti li ġew magħżula b’attenzjoni speċjali, fejn ikun relevanti, għal dawk l-Istati Membri li ġew allokati l-inqas proġetti fil-qasam rispettiv. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2b. Sabiex tinkoraġġixxi distribuzzjoni bbilanċjata ta’ proġetti, il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru disponibbli għall-pubbliku ta’ finanzjament tal-proġett LIFE li jintnefaq fl-Istati Membri u għandha tipprovdi l-informazzjoni relatata mal-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi għall-perjodi 2014-2017 u 2018-2020, abbażi tal-kriterji li ġejjin: |
| (1) is-sottoprogramm għall-Ambjent: |
| (a) Popolazzjoni |
| (i) it-total tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 45% lil dan il-kriterju; u |
| (ii) id-densità tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru, sa limitu ta’ darbtejn id-densità medja tal-popolazzjoni tal-Unjoni. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 5 % lil dan il-kriterju; |
| (b) Natura u Bijodiversità |
| (i) l-erja totali ta’ siti ta’ importanza għall-Unjoni għal kull Stat Membru, espressa bħala proporzjon tal-erja totali ta’ siti ta’ importanza għall-Unjoni. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 25 % lil dan il-kriterju; u |
| (ii) il-proporzjon tat-territorju ta' Stat Membru kopert minn siti ta' importanza għall-Unjoni relattivament mal-proporzjon tat-territorju tal-Unjoni kopert minn siti ta' importanza għall-Unjoni. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 25 % lil dan il-kriterju; |
| (2) is-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika: |
| (i) it-total tal-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru bħala proporzjon tat-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 50 % lil dan il-kriterju; |
| (ii) il-PDG per capita jiġi ttrasformat biex jirrifletti mill-ġdid is-solidarjetà ma’ Stati Membri anqas prosperużi. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 50 % lil dan il-kriterju. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 2c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2c. Id-distribuzzjoni effikaċi tal-finanzjament li ntnefaq f’LIFE fir-rigward tal-allokazzjoni nazzjonali indikattiva għandha tkun parti mir-rapport ta’ evalwazzjoni interim imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 27(2). L-Istati Membri li rċevew ħafna inqas mill-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi tagħhom, jistgħu japplikaw ukoll għal proġett tal-bini tal-kapaċità. |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) għandhom jinvolvu, fejn xieraq, lill-partijiet konċernati u jippromwovi, meta possibbli, il-koordinazzjoni ma' sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ dawn. | 3. Il-Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) għandhom jinvolvu lill-partijiet konċernati u jippromwovu l-koordinazzjoni ma' sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ dawn. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-bilanċ ġeografiku konformi mal-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-isforzi fil-proċess tal-aġġudikazzjoni għall-Proġetti Integrati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 dwar il-kriterji għall-applikazzjoni ta' bilanċ ġeografiku f'kull qasam tematiku msemmi fl-Artikolu 18 il-punt (d). | Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-bilanċ ġeografiku konformi mal-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-isforzi fil-proċss tal-aġġudikazzjoni għall-Proġetti Integrati. Għall-fini ta’ dan: |
| (a) kull Stat Membru għandu jkun intitolat li jirċievi, matul il-perjodu kollu tal-ipprogrammar u sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji tal-eliġibbiltà skont il-paragrafu 1, il-finanzjament għal tal-anqas żewġ Proġetti Integrati f’żewġ oqsma differenti identifikati fl-Artikolu 8a(2); |
| (b) il-Proġetti Integrati l-oħra kollha għandhom jiġu vvalutati u distribwiti abbażi tal-kwalità tagħhom. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 rigward it-twaqqif ta’ objettivi tematiċi speċifiċi u distributtivi pan-Ewropej, applikabbli għall-Proġetti Integrati għall-perjodu ta’ programmar. |
Ġustifikazzjoni
Minħabba n-novità u l-approċċ speċifiku tal-ippjanar meħtieġa għall-Proġetti Integrati, huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha jakkwistaw esperjenza ma’ dan it-tip ta’ proġett waqt il-perjodu ta’ programmar LIFE li ġej. Jiġi ssuġġerit, għalhekk, li kull Stat Membru jkun intitolat għal fondi tal-anqas għal tliet proġetti integrati, sakemm dawn ikopru oqsma differenti.
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċedura ta’ applikazzjoni u selezzjoni separata u rapida għal proġetti għall-bini tal-kapaċità, li m’għandhiex iddum aktar minn tliet xhur mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 4b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4b. Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment listi ta’ proġetti ffinanzjati minn LIFE, inkluża deskrizzjoni qasira tal-objettivi u r-riżultati miksuba u sommarju tal-fondi mistennija, bl-użu tal-midja u t-teknoloġiji xierqa. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita wkoll l-abbinament tal-proġetti kompluti jew li għadhom għaddejjin mal-benefiċjarji tal-proġetti, l-applikanti jew il-partijiet interessati ġodda fl-istess qasam. |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Ir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 għandha tkun 70 % tal-ispejjeż eliġibbli. Eċċezzjonalment, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal proġetti msemmija fl-Artikolu 18, il-punti (d) u (f) għandha tkun 80 % tal-ispejjeż eliġibbli. | 1. Ir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 għandha tkun 50 % tal-ispejjeż eliġibbli. |
| Eċċezzjonalment: |
| (a) ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal proġetti msemmija fl-Artikolu 18, il-punti (d) u (f) għandha tkun 60 % tal-ispejjeż eliġibbli: |
| (b) L-Istati Membri b’diffikultajiet baġitarji temporanji kif deskritt fir-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni] jistgħu japplikaw għal rata miżjuda li tammonta sa massimu ta’ 75 % tal-ispejjeż eliġibbli; |
| (c) ir-rata massima ta’ konfinanzjament fl-ambitu tal-qasam prijoritarju "Natura u Bijodiversità" għal ħabitats u speċijiet mhedda serjament għandu jkun ta’ 75 %. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 rigward it-tħejjija ta’ lista ta’ tali ħabitats u speċijiet. Tali lista għandha tkun ibbażata fuq il-ħabitats prijoritarji u l-ispeċijiet għall-implementazzjoni tad-Direttiva 92/43/KEE, aġġornata skont l-aħħar żviluppi xjentifiċi, kif ukoll dwar l-ispeċijiet ta’ għasafar meqjusa prijoritarji għall-finanzjament mill-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi1. |
| _______________ |
| 1 ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7. |
Ġustifikazzjoni
Il-Kummissjoni tipproponi żieda fir-rata ta’ kofinanzjament biex tikkumpensa għal-limitazzjoni proposta tal-eliġibilità tal-VAT u tal-ispejjeż tal-persunal permanenti. L-emendi 67 suġġerita tintroduċu mill-ġdid din l-eġibilità. Iż-żieda sinifikanti firr-rata ta’ kofinanzjament se tkun possibbli biss fuq spiża tat-total tan-numru ta’ proġetti u l-effett ta’ ingranaġġ tal-istrument LIFE.
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-VAT ma għandhiex titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18. | 2. Il-VAT ma għandhiex, bħala prinċipju, titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18. L-ammonti tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli meta dawn ma jistgħux ikunu rkuprati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tal-VAT u jekk jitħallsu minn benefiċjarju ieħor li mhuwiex persuna mhux taxxabbli, kif definit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud1. Sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-VAT, l-entitajiet bi drittijiet ta’ tnaqqis u l-każijiet ta' potenzjal ta’ rkupru. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u għandha tindika l-ammont ta’ VAT rimborżat lill-proġetti LIFE minn kull Stat Membru bħala parti mir-rapporti ta’ evalwazzjoni interim u ex post imsemmija fl-Artikolu 27(2). |
| _______________ |
| 1 ĠU L 347, 11.12.2006, p.1. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-ispejjeż tal-persunal għall-benefiċjarji kollha, inklużi l-ispejjeż tal-pagi tal-persunal tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, għandhom jitqiesu bħala spiża eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18, sakemm ikunu relatati mal-ispiża tal-attivitajiet li l-benefiċjarju ma kienx ħa jagħmel kieku l-proġett ikkonċernat ma sarx. Il-persunal rispettiv għandu jkun sekondat b'mod speċifiku għall-proġett ikkonċernat, fuq bażi ta’ kull siegħa, part-time jew full-time. It-total tal-kontribuzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet pubbliċi (bħala benefiċjarju li jikkoordina u/jew assoċjat) għall-proġett għandhom jaqbżu tal-anqas bi 2 % it-total tal-ispejjeż tal-pagi tal-uffiċjali pubbliċi li jitħallsu mill-proġett. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – inċiż 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– ix-xiri jkun ser jikkontribwixxi għat-titjib, iż-żamma u r-restawr tal-integrità tan-netwerk Natura2000 stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE; | – ix-xiri jkun ser jikkontribwixxi għat-titjib, iż-żamma u r-restawr tal-integrità tan-netwerk Natura2000 stabbilit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE, inkluż permezz ta’ titjib fil-konnettività permezz tal-ħolqien ta’ kurituri, punti ta’ tranżizzjoni, jew elementi oħra ta’ infrastruttura ekoloġika; |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – punt ea (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ea) il-komunikazzjoni dwar l-implementazzjoni, inkluż it-traspożizzjoni, fejn applikabbli, tal-leġiżlazzjoni ambjentali u klimatika prinċipali kollha tal-Unjoni; |
Emenda 72
Proposta għal regolament
L-Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma multiannwali għall-Programm LIFE. Dawk l-atti ta’ implementazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(2). | 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti delegati skont l-Artikolu 30 fir-rigward tal-adozzjoni ta’ programmi ta’ ħidma pluriennali għall-Programm LIFE. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-partijiet interessati jiġu kkonsultati b’mod xieraq meta jiġu żviluppati l-programmi ta’ ħidma pluriennali. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Kull programm ta' ħidma multiannwali għandu jkollhom durata tal-inqas ta’ sentejn u għandu jistabbilixxi, f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, dan li ġej: | 2. Kull programm ta' ħidma pluriennali għandu jkollu durata tal-inqas ta’ tliet snin u għandu jistabbilixxi, f'konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, dan li ġej: |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi, fejn xieraq, il-programmi ta’ ħidma multiannwali. Dawk l-atti ta’ implementazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(2). | 3. Kull programm ta’ ħidma pluriennali għandu jkollu durata ta' mill-anqas tliet snin u jkun jista’ jiġġedded, sakemm il-prijoritajiet tematiċi stabbiliti f'dak il-programm ta’ ħidma pluriennali jibqgħu validi. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 biex tirrevedi, fejn xieraq, il-programmi ta’ ħidma pluriennali mhux aktar tard mir-rieżami interim tal-Programm LIFE. |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 27
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-implementazzjoni tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inkluż l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità. Għandha teżamina wkoll sinerġiji bejn il-Programm LIFE u programmi oħra komplimentari tal-Unjoni, u partikolarment bejn s-sottoprogrammi tiegħu. | 1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-implementazzjoni tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inkluż l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità. Għandha teżamina wkoll sinerġiji bejn il-Programm LIFE u programmi oħra komplimentari tal-Unjoni, u partikolarment bejn s-sottoprogrammi tiegħu. |
| Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli b'mod regolari r-riżultati l-aktar sorprendenti tal-proġetti kollha ffinanzjati fl-ambitu tal-Programm LIFE sabiex tiffaċilità l-feedback u l-iskambju ta' prattiki tajba fl-Unjoni kollha. |
2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: | 2. Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: |
(a) mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2017, rapport ta' evalwazzjoni interim esterna tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inklużi l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implementazzjoni tiegħu, l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità, u l-komplementarjetà tiegħu ma' programmi oħra rilevanti tal-Unjoni, il-kisba tal-objettivi tal-miżuri kollha (fil-livell ta' riżultati u impatti, meta possibbli), tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-provvedimenti. L-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza dejjiema tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-provvedimenti għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fuq terminu twil tal-predeċessur tiegħu. Ir-rapport għandu jkun akkompanjat b'kummenti mill-Kummissjoni inkluż il-mod li s-sejbiet tal-evalwazzjoni interim jiġu kkunsidrati fl-implementazzjoni tal-Programm LIFE, u, partikolarment, meta jkunu qed jitfasslu l-programmi ta' ħidma multiannwali; | (a) mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2017, rapport ta' evalwazzjoni interim esterna tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inklużi l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implementazzjoni tiegħu, l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità, l-estent li bih ġew realizzati s-sinerġiji bejn l-objettivi, u l-komplementarjetà tiegħu ma' programmi oħra rilevanti tal-Unjoni, il-kisba tal-objettivi tal-miżuri kollha (fil-livell ta' riżultati u impatti, meta possibbli), tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-provvedimenti. L-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza dejjiema tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-provvedimenti għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fuq terminu twil tal-predeċessur tiegħu. Ir-rapport għandu jkun akkompanjat b'kummenti mill-Kummissjoni inkluż il-mod li s-sejbiet tal-evalwazzjoni interim jiġu kkunsidrati fl-implementazzjoni tal-Programm LIFE, u, partikolarment, meta jkunu qed jitfasslu l-programmi ta' ħidma multiannwali. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim għandu jinkludi jew jiġi akkumpanjat minn valutazzjoni tal-estent u l-kwalità tat-talba għal Proġetti Integrati, tal-ippjanar u l-implementazzjoni tagħhom. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għas-suċċess realizzat jew mistenni ta’ Proġetti Integrati fl-użu ta’ fondi oħra tal-Unjoni, partikolarment billi jitqiesu, b’mod partikolari, il-benefiċċji ta’ aktar koerenza ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni, l-involviment tal-partijiet interessati, u l-estent li bih il-proġetti tradizzjonali preċedenti LIFE kienu koperti jew mistennija li se jiġu koperti minn Proġetti Integrati. Din il-valutazzjoni tista’ tkun akkumpanjata minn proposti adegwati għall-adattament tas-sehem finanzjarju kumplessiv li hu disponibbli għal Proġetti Integrati fl-ambitu tal-Programm LIFE, kif imsemmi fl-Artikolu4(2b) u fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-Proġetti Integrati kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2) ta’ dan ir-Regolament; |
(b) mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, rapport ta’ evalwazzjoni ex post esterna u indipendenti li jkopri l-implementazzjoni u r-riżultati tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inkluż l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità, safejn il-Programm LIFE bħala entità sħiħa, u kull sottoprogramm tiegħu, laħaq l-objettivi tiegħu, u l-kontribut tal-Programm LIFE biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. | (b) mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2023, rapport ta’ evalwazzjoni ex post esterna u indipendenti li jkopri l-implementazzjoni u r-riżultati tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inkluż l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità, safejn il-Programm LIFE bħala entità sħiħa, u kull sottoprogramm tiegħu, laħaq l-objettivi tiegħu, l-estent li bih ġew realizzati s-sinerġiji bejn id-diversi objettivi, u l-kontribut tal-Programm LIFE biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post għandu jeżamina wkoll, sa fejn hu possibbli, il-benefiċċju ekonomiku akkwistat permezz tal-Programm LIFE kif ukoll l-impatt u l-valur miżjud għall-komunitajiet involuti. |
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet li jkunu saru skont dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku. | 3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet li jkunu saru skont dan l-Artikolu disponibbli għall-pubbliku. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Proċedura ta’ Kumitat | imħassar |
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programm LIFE. għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika. |
|
Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu dwar il-proċedura tal-Kumitat mhux se jkun meħtieġ jekk jiġu adottati l-emendi li jikkanċellaw jew jissostitwixxu l-atti ta’ implementazzjoni b’atti delegati.
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(2), 19(1) u 19(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. | 2. Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2b), l-Artikolu 8a(2), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 3(2), 19(1) u 19(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. | 3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2b), l-Artikolu 8a(2), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 24(3) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(2), 19(1) jew 19(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2b), l-Artikolu 8a(2), l-Artikolu 19(3), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 24(1) jew l-Artikolu 24(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-provvedimenti mibdija qabel il-31 ta’ Diċembru 2013 skont ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 għandhom, sat-tlestija tagħhom, jibqgħu jiġu rregolati b'dak ir-Regolament u għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tekniċi definiti hemmhekk. Il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 29(1) għandu jissostitwixxi l-kumitat previst fir-Regolament (KE) Nru 614/2007 mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. | 1. Il-provvedimenti mibdija qabel il-31 ta’ Diċembru 2013 skont ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 għandhom, sat-tlestija tagħhom, jibqgħu jiġu rregolati b'dak ir-Regolament u għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tekniċi definiti hemmhekk. |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Anness (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| ANNESS |
| Il-logo LIFE |
|
|
Ġustifikazzjoni
Marbuta mal-emenda li tintroduċi l-Artikolu 8-a (ġdid). Il-logo LIFE kien ta’ suċċess kbir biex tkun żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam ambjentali u klimatiku u dan iservi biex juri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-konservazzjoni tan-natura u l-attivitajiet ambjentali fir-realtà. Għaldaqstant, huwa xieraq li fir-Regolament issir referenza għal-logo LIFE.
NOTA SPJEGATTIVA
Dawn l-aħħar għoxrin sena, il-programm LIFE kellu suċċess konsiderevoli bħala mezz li jindirizza l-ambjent u l-isfidi relatati mal-klima li jiffaċċjaw iċ-ċittadini Ewropej. Huwa strument ta’ dimensjoni żgħira iżda huwa mmirat tajjeb u effikaċi, u apprezzat ħafna mill-amministrazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali, l-NGOs, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u l-SMEs. Mill-perspettiva baġitarja, il-prestazzjoni ta’ LIFE kienet ukoll sodisfaċenti ħafna; ir-rata tal-eżekuzzjoni kienet kostantament u konsiderevolment ’il fuq mill-medja.
Baġit u razzjonalizzazzjoni
Minkejja dan, huwa ovvju li l-kwota ta’ LIFE fil-baġit kumplessiv tal-UE, li tammonta għal 0.3% fil-proposta tal-Kummissjoni, hija sproporzjonament baxx meta mqabbla mal-isfidi u l-opportunitajiet ippreżentati miċ-ċaqliq lejn soċjetà sostenibbli, b’livell baxx ta’ karbonju, effikaċi fir-riżorsi u rikka fil-bijodiversità. L-investimenti appoġġati mill-Parlament (PE) fil-kuntest tan-negozjati attwali dwar il-fondi prinċipali tal-UE taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), se jinfluwenzaw l-iżvilupp tal-UE tal-anqas għaż-żewġ deċenji li ġejjin. Ir-Rapporteur, għalhekk, tenfasizza l-ħtieġa biex ikun żgurat li dawn l-investimenti jkunu l-bażi tal-politiki u l-istrateġiji li jġu rakkomandati mill-PE, pereżempju fil-Pjan Direzzjonali tal-UE għal Ewropa b’riżorsi effikaċi, il-Pjan Direzzjonali għal ekonomija b’Livell Baxx ta’ Karbonju u l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità.
Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità, il-PE jesprimi d-diżappunt tiegħu fir-rigward tal-allokazzjoni proposta tal-programm ġdid LIFE u huwa tal-fehma li l-isfidi indirizzati fil-pjan ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità u tan-natura jitolbu żieda sostenzjali fil-fondi allokati għall-programm LIFE. Jinnota wkoll li l-benefiċċji ġġenerati biss min-netwerk Natura 2000 huma stmati li għandhom valur ta’ EUR 200-300 biljun, b’total ta’ madwar 4.5 sa 8 miljun impjieg li qed ikunu appoġġati direttament.
L-għoti ta’ baġit adegwat u kwota viżibbli fi ħdan l-infiq kumplessiv tal-UE se jkun sinjal qawwi li l-UE tqis l-impenji ambjentali u klimatiċi tagħha b’mod serju. B’konformità mal-approċċ ġenerali tal-PE rigward in-negozjati tal-QFP, f’dan ir-rapport, ir-Rapporteur evitat li tippreżenta proposti preċiżi rigward l-ammont tal-baġit LIFE. Madankollu, l-argumenti t’hawn fuq, b’mod ċar jitolbu żieda sostanzjali. Il-programm LIFE għandu jikkontribwixxi għal tal-anqas 10% tal-ħtiġijiet tal-finanzjament tan-netwerk Natura 2000, mingħajr ma jnaqqas l-ispejjeż għal kwalunkwe qasam ieħor. Il-baġit attwali għandu jiżdied tal-anqas b’5%, kif mitlub fir-riżoluzzjoni MFF tal-Parlament. Ma’ dan għandu jiżdied l-ammont meqjus neċessarju mill-Kummissjoni biex jiġu koperti l-elementi l-ġodda proposti ta’ LIFE, jiġifieri s-sottoprogramm għat-tibdil fil-klima u l-Proġetti Integrati.
Il-bilanċ ġeografiku u l-assistenza teknika
L-għażla tal-proġetti LIFE hija bbażata primarjament fuq il-kwalità tagħhom u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-valur miżjud Ewropew, b’attenzjoni partikolari fuq il-potenzjal dimostrattiv/ta’ trasferibbiltà tagħhom u l-impatt ambjentali/klimatiku tagħhom. L-esperjenza tal-perjodi preċedenti ta’ programmar LIFE wriet disparitajiet fost l-Istati Membri fl-użu tal-fondi LIFE disponibbli. Ċerti pajjiżi jew reġjuni setgħu repetutament iħejju proġetti bi kwalità għolja, biex jiżguraw fondi kumplimentari, u għalhekk irċevew aktar appoġġ kumplessiv permezz tal-programm LIFE. Dan kien ukoll il-każ fl-ambitu tas-sistema kumplessa tal-allokazzjonijiet nazzjonali indikattivi li ġiet introdotta taħt LIFE+ (2007-2013).
Mingħajr dubju, l-inugwaljanzi impressjonanti fl-allokazzjoni tal-proġetti għandhom jiġu indirizzati fi ħdan regolament LIFE ġdid. Iżda l-allokazzjonijiet nazzjonali huma l-istrument ġust biex jiżguraw tali distribuzzjoni? Ikun opportun jekk il-Fond tal-Unjoni – f’isem is-solidarjetà Ewropea – jikkomprometti l-kwalità, il-potenzjal ta’ replikazzjoni, il-valur ta’ konservazzjoni u r-riżultati meħtieġa fl-UE kollha u l-impatti tal-proġetti, sempliċement biex jiżgura li kull Stat Membru jirċievi l-kwota tiegħu?
Ir-Rapporteur temmen li s-solidarjetà Ewropea u l-qsim tal-isforzi għandu tifsira differenti: L-Istati Membri u r-reġjuni b’rata ta’ selezzjoni ta’ proġetti baxxa għandhom ikunu appoġġati bl-għan li jakkwistaw kwalità aktar għoljatal-proġetti. Dan għandu jieħu l-forma ta’ taħriġ u workshops immirati, iżda għandu jinkludi wkoll servizzi konsultattivi minn proġett għal proġett. Ir-Rapporteur tipproponi li l-Kummissjoni tiffaċilita tali skambji bejn proġetti li kellhom suċċess li għadhom għaddejjin jew proġetti kompluti u l-applikanti tal-proġetti. Madankollu, l-assistenza proattiva minn punti ta’ kuntatt LIFE nazzjonali u reġjonali ġiet identifikata bħala fattur ewlieni fl-applikazzjonijiet li ġew magħżula. Ir-Rapporteur tipproponi, għalhekk li jiġi permess appoġġ għall-bini tal-kapaċità b’limitu ta’ ħin, li jingħata lill-punti ta’ kuntatt LIFE f’żoni jew reġjuni b’użu baxx ħafna ta’ proġetti.
Il-kunċett tal-bilanċ ġeografiku jmur lil hinn mid-distribuzzjoni nazzjonali. Flimkien mal-prinċipju tas-solidarjetà, dan ifisser li r-reġjuni, l-ekosistemi, is-setturi jew l-entitajiet definiti b’mod ieħor, li għandhom valur uniku Ewropew jew li jridu jġorru piż speċifiku, għandu jkollhom prijorità fl-għażla tal-proġetti. Dan jista’ jirreferi għall-protezzjoni ta’ speċijiet ta’ prijorità jew għal agglomerazzjonijiet bi problemi severi ta’ tniġġis tal-arja. Ma jeħtieġ li jkun hemm ebda mekkaniżmu addizzjonali fi ħdan LIFE biex jiżgura dawn l-objettivi. Dawn il-konsiderazzjonijiet għandhom ikunu u fil-fatt diġà huma parti minn kull proċess ta’ selezzjoni u għandhom iwasslu għall-għoti ta’ punti addizzjonali. Sabiex jiżdiedu ċ-ċarezza u jissaħħaħ dan l-element ta’ solidarjetà, ir-Rapporteur tipproponi ż-żieda ta’ dispożizzjoni analoga fir-Regolament LIFE.
Minbarra dan, minħabba n-novità u l-approċċ speċifiku ta’ ppjanar meħtieġ għall-Proġetti Integrati, kif spjegat aktar ’il quddiem, ir-Rapporteur tqis li huwa kruċjali li l-Istati Membri kollha jakkwistaw esperjenza ma’ dawn it-tipi ta’ proġetti waqt il-perjodu ta’ programmar LIFE li ġej. Ir-Rapporteur, għalhekk, tissuġġerixxi li kull Stat Membru jkun intitolat għal fondi tal-anqas għal tliet Proġetti Integrati, sakemm dawn ikopru setturi differenti.
Rati ta' kofinanzjament
It-tieni xkiel ewlieni responsabbli għat-tnaqqis fl-użu tal-finanzjament LIFE f’diversi Stati Membri huwa d-diffikultà fl-iżgurar ta’ fondi komplimentari. Ir-Rapporteur, għalhekk, tipproponi li r-reġjuni ekonomikament anqas żviluppati jkunu intitolati għal rata ta’ kofinanzjament sa massimu ta’ 75%. Ir-Rapporteur hija tal-fehma li dan jista’ jipprovdi inċentiv addizzjonali biex ir-reġjuni l-aktar fil-bżonn japplikaw għal finanzjament LIFE u jista’ eventwalment jiżgura li jibbenefikaw minn kompetenza LIFE għal investimenti relatati mal-ambjent u mal-klima.
Ir-Rapporteur għandha dubji rigward żieda aktar ġenerali fir-rata ta’ kofinanzjament peress li din tista’, ovvjament, tkun possibbli biss askapitu tan-numru totali ta’ proġetti u għalhekk id-distribuzzjoni mal-UE kollha tan-netwerk LIFE. Bħalissa għaddejjin diversi proġetti ta’ kwalità għolja, ibbażati fuq rata ta’ kofinanzjament ta’ 50%. Żieda ġenerali fir-rata ta’ kofinanzjament taf iġġib magħha riskju li jintilfu dan l-effett ta’ ingranaġġ u din il-massa kritika ta’ proġetti, li jipprovdu riżultati sinifikanti anki rigward l-esperjenzi miksuba.
Finalment, l-isforzi tal-Istati Membri għat-twaqqif ta’ mekkaniżmu biex jiżguraw fondi komplimentari, flimkien mat-tisħiħ tas-sistema tagħhom ta’ punti ta’ kuntatt LIFE, urew li huma kruċjali għall-għażla tal-proġetti LIFE. Il-Kummissjoni, għalhekk, għandha tinkoraġġixxi l-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattika rigward dawn l-istrutturi.
L-eliġibbiltà u s-simplifikazzjoni
Il-kwestjoni tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż u s-simplifikazzjoni għandha titqies indipendentement mir-rata ta’ kofinanzjament u fil-kuntest tar-reviżjoni tar-regolament finanzjarju.
Minkejja d-differenzi fl-istruttura tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE, ir-regoli bażiċi għandhom ikunu l-istess. Huwa ovvju li l-aħjar prattika dwar il-proċeduri ta’ applikazzjoni, l-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-għotjiet għandha tinfirex sabiex jitħaffef il-piż minn fuq in-naħat kollha.
Meta l-benefiċjarji ta’ proġetti, minbarra persuni mhux taxxabbli[4], ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ispejjeż tat-Taxxi fuq il-Valur Miżjud taħt ir-reġimi nazzjonali tal-VAT, dawn l-ispejjeż tal-VAT għandhom ikunu eliġibbli fl-ambitu tal-programm LIFE. Dan se jiżgura trattament ġust u ugwali għall-benefiċjarji kollha. Minkejja dan, ir-Rapporteur tqis li huwa inaċċettabbli li partijiet mill-baġit żgħir ta’ LIFE jmorru lura fil-baġits tal-Istati Membri. Għandu għall-inqas ikun hemm kjarifika dwar kif kull Stat Membru jindirizza l-irkupru tal-VAT u dwar l-ammont annwali ta’ spejjeż tal-VAT rimburżati lil proġetti LIFE.
L-ispejjeż permanenti tal-persunal għandhom ġeneralment ikunu eliġibbli fl-ambitu tal-programm LIFE biex jiżguraw il-kontinwità tal-kompetenza. Fl-istess ħin, is-sehem massimu tal-għotjiet tal-proġetti għandu jmur għal spejjeż konkreti relatati mal-proġett bħal azzjonijiet ta’ konservazzjoni. Il-ġestjoni tal-beni pubbliċi bħan-natura u l-ambjent hija waħda mill-funzjonijiet ewlenija tal-amministrazzjonijiet pubbliċi. Ir-Rapporteur, għalhekk, tqis li jkun raġonevoli li ma jkunx hemm rimborż, permezz tal-baġit tal-UE, tal-ispejjeż tal-involviment tal-uffiċjali pubbliċi fi proġetti LIFE. Madankollu, l-ispejjeż għal persunal reklutat addizzjonalment għal attivitajiet ta’ proġetti LIFE għandhom jibqgħu eliġibbli għar-rimborż.
Proġetti Integrati
“Il-Proġetti Integrati” taħt l-istrument LIFE huma għodda ta' integrazzjoni konkreta. Huma għandhom l-għan li jappoġġaw, flimkien ma’ fondi oħra tal-UE, l-implementazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ambjentali ewlenija bħall-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-iskart jew tal-baċiri tax-xmajjar, l-istrateġiji klimatiċi jew l-oqfsa ta’ azzjoni ta’ prijorità għall-ġestjoni taż-żoni Natura 2000 – kollha bil-potenzjal sinifikanti li joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir. Tali proġetti għandhom ukoll il-potenzjal li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-użu effikaċi tal-fondi.
Ir-Rapporteur tappoġġa bil-qawwa dan it-tip ġdid ta’ proġett suġġerit mill-Kummissjoni. Ir-regolament propost, madankollu, sa ċertu punt mhuwiex ċar dwar dan il-kunċett. Ir-Rapporteur, għalhekk, introduċiet Artikolu ġdid, separat dwar il-Proġetti Integrati, li jinkludi l-mekkaniżmi biex jassistu l-Istati Membri biex iqiegħdu fil-prattika dan l-approċċ ġdid. Minħabba l-esperjenza limitata bil-Proġetti Integrati, huma għandhom jiġu introdotti gradwalment u jiġu eżaminati mill-qrib fir-rapport ta’ evalwazzjoni interim tal-perjodu ta’ programmar LIFE.
Il-Proġetti Integrati se jkunu ta’ benefiċċju għal fondi oħra billi jżidu l-kapaċità ta’ assorbiment tagħhom tal-infiq relatat mal-ambjent u jiddiriġuh lejn l-isfidi prinċipali tal-implementazzzjoni. Huma jistgħu wkoll jinkoraġġixxu t-twaqqif ta’ kooperazzjoni kostruttiva u dejjiema bejn is-setturi differenti tal-amministrazzjonijiet, li se ttejjeb il-koerenza tal-infiq tal-UE. Sabiex dawn il-benefiċċji jkunu realizzati fil-prattika, l-attivitajiet li huma potenzjalment kumplimentari ma’ fondi oħra tal-UE għandhom jiġu identifikati fi stadju bikri. Ir-Rapporteur ressqet emendi korrispondenti mar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni.
6.9.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
( COM(2011)0874 – C7‑0498/2011 – 2011/0428(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Ir-riskji li jinħolqu mid-degrad ambjentali u t-tibdil fil-klima jikkostitwixxu wħud mill-aktar sfidi profondi u fit-tul li l-Unjoni Ewropea qed tħabbat wiċċha magħhom illum. Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-isforz li l-Unjoni ssir aktar reżistenti għar-riskji assoċjati trid tkun waħda mill-prijoritajiet tal-isforzi politiċi tagħna. Kif mistqarr mill-Istrateġija Ewropa 2020 hemm bżonn urġenti ta’ azzjoni politika aktar b'saħħitha.
Minkejja l-isforzi tal-passat tal-Unjoni fil-qasam tal-politika ambjentali u tal-klima għad hemm sfidi sostanzjali li jeħtieġ jiġu indirizzati b’mod urġenti. L-isforzi tal-passat naqsu mill-jindirizzaw kif meħtieġ l-isfidi ambjentali u klimatiċi b’mod sodisfaċenti u komprensiv. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ambjentali u klimatika għadha mhijiex konsistenti u f’bosta każijiet mhux adegwata madwar l-Unjoni, li tikkonsolida l-problemi eżistenti relatati mal-ambjent u l-klima.
Il-Kummissjoni Ewropea stipulat qafas baġitarju fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss għall-2014-2020 li jqis l-azzjoni ambjentali bħala parti integrali, sabiex taffronta dawn l-isfidi. Barra minn hekk, hu previst approċċ ta’ integrazzjoni ambjentali li bi ħsiebu jiżgura li l-objettivi ambjentali jkunu riflessi fl-istrumenti u l-politiki prinċipali kollha u li dawn il-politiki jikkontribwixxu għall-isforzi magħmula mill-Unjoni għall-ilħuq tal-miri ambjentali tagħha.
Dawn l-isforzi madankollu għandhom ikunu kkumplimentati bi strumenti finanzjarju separat dedikat esklussivament għall-qasam tal-klima u l-ambjent. Il-Parlament irrikonoxxa din il-ħtieġa u fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali enfasizza l-importanza ta’ “strument finanzjarju separat” għall-qasam tal-ambjent u l-klima.
Fil-perjodu bejn l-2007 u l-2013 , LIFE+ ipprovda għal tali strument finanzjarju mmirat. Bħala l-unika strument finanzjarju separat tal-Unjoni li jindirizza dawn l-oqsma, matul dawn l-aħħar snin wera li huwa parti indispensabbli tal-isforz tal-Unjoni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degrad ambjentali. LIFE+ kontinwament ġie valutat bħala programm ta’ suċċess kbir. Il-valur miżjud Ewropew għoli u l-effett ta’ lieva konsiderevoli tiegħu ġew identifikati.
Meta jitqiesu r-riżorsi finanzjarji limitati disponibbli għalih, LIFE mhuwiex fil-qagħda li jiżviluppa tweġibiet komprensivi għall-isfidi relatati mal-ambjent u l-klima li l-Unjoni qed tħabbat wiċċha magħhom. Madankollu jista’ jkollu rwol konsiderevoli bħala stimolu kemm għall-politika tal-iżvilupp u l-politika ta’ implimentazzjoni u jista’ jipprovdi appoġġ importanti aktar attiv u effiċjenti għall-iskambju ta’ soluzzjonjiet u l-aħjar prattiki.
It-tkomplija fil-ġejjieni tal-programm LIFE+ matul is-snin 2014-2020 hija indispensabbli filwaqt li tisħiħ sostanzjali tal-programm, anki fir-rigward tal-pakkett finanzjajru, huwa essenzjali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"1; itenni li mingħajr riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-QFP li jmiss, l-Unjoni mhux se tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha, b’mod partikolari dawk marbuta mal-istrateġija UE2020, u l-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; jirrimarka li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom; |
| ____________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Emenda 2
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 ''Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva''1; itenni li, jinħtieġ li jkun hemm riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-prijoritajiet ta' politika eżistenti tagħha u l-inkarigi ġodda previsti fit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll biex tirrispondi għal eventi mhux mistennija; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom; |
| ______________ |
| 1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266 |
Emenda 3
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1c. Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011, enfasizza li LIFE+ ġie implimentat b’suċċess u wera l-importanza tiegħu fis-salvagwardjar tal-bijodiveristà u l-ħarsien tal-ambjent. Il-Parlament Ewropew enfasizza l-bżonn li jitkomplew programmi mogħnijin kif jixraq għan-natura u l-bijodiversità ħalli jintlaħqu l-objettivi ambjentali tal-UE, l-aktar għal-LIFE+ u n-NATURA 2000; |
Emenda 4
Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva
Paragrafu 1d (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1d. Jirrimarka li l-impatt finanzjarju mistenni tal-proposta jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(3) Dawk il-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni ma jistgħux jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi kollha ambjentali u ta’ azzjoni klimatika. Għall-ambjent u l-azzjoni klimatika, jeħtieġ approċċi speċifiċi biex jittrattaw l-integrazzjoni mhux uniformi tal-objettivi tagħhom fil-prassi fl-Istati Membri, l-implementazzjoni mhux uniformi u inadegwata tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, u d-disseminazzjoni u l-promozzjoni insuffiċjenti tal-għanijiet tal-politika. Huwa xieraq li jitkompla l-Programm LIFE rregolat bir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+), u li jiġi adottat Regolament ġdid. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi Programm ta’ finanzjament dedikat għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (il-"Programm LIFE"). | (3) Dawk il-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni ma jistgħux jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi kollha ambjentali u ta’ azzjoni klimatika. Għall-ambjent u l-azzjoni klimatika, jeħtieġ approċċi speċifiċi biex jittrattaw l-integrazzjoni mhux uniformi tal-objettivi tagħhom fil-prassi fl-Istati Membri, l-implementazzjoni mhux uniformi u inadegwata tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, u d-disseminazzjoni u l-promozzjoni insuffiċjenti tal-għanijiet tal-politika. Huwa xieraq li jitkompla l-Programm LIFE rregolat bir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+), u li jiġi adottat Regolament ġdid. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi Programm ta’ finanzjament dedikat għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (il-"Programm LIFE"). Bil-għan li l-fondi tal-Unjoni jiksbu impatt sostanzjali, għandhom jiġu żviluppati sinerġiji mill-qrib u kumplimentarjetà bejn il-"Programm LIFE" u programmi oħrajn tal-Unjoni. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (3a) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għat-tul kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt 17 tal-proposta tal-Kumissjoni għal Ftehim Interistituzzjonali tad-29 ta’ Ġunju 2011 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u amministrazzjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika u tittejjeb l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'politiki oħra, il-Programm LIFE għandu jippromwovi proġetti li jappoġġjaw approċċi integrati lejn l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politika ambjentali u klimatika. Għas-sottoprogramm Ambjent, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw primarjament fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, b'attenzjoni partikolari għall-immaniġġjar u l-konsolidazzjoni effikaċi tan-netwerk Natura2000 stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE permezz tal-implimentazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata prevista fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u l-leġiżlazzjoni tal-Iskart u l-Arja. Dawk il-proġetti filwaqt li jiffokaw fuq it-temi identifikati ser ikunu mekkaniżmu ta’ eżekuzzjoni bi skopijiet diversi (eż. bil-mira ta' benefiċċji ambjentali u l-bini tal-kapaċità) li jippermetti biex jintlaħqu riżultati f'oqsma oħra ta' politika, partikolarment id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija tal-Ambjent Marin). Dawk it-tipi ta' proġetti jistgħu jkunu kkunsidrati f’oqsma ambjentali oħra. Għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima. Dawk it-tipi ta’proġetti għandhom jappoġġjaw biss sensiela ta' attivitajiet u miżuri speċifiċi, waqt li attivitajiet oħra li jikkomplementaw dawk inklużi fil-proġett għandhom jiġu sostnuti minn programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni, kif ukoll minn fondi nazzjonali, reġjonali u mis-settur privat. Finanzjament mill-Programm LIFE għandu jisfrutta s-sinerġiji u jiżgura konsistenza bejn sorsi differenti ta’ finanzjament mill-Unjoni billi jipprovdi attenzjoni strateġika ambjentali u klimatika. | (21) Sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika u tittejjeb l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'politiki oħra, il-Programm LIFE għandu jippromwovi proġetti li jappoġġjaw approċċi integrati lejn l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politika ambjentali u klimatika. Għas-sottoprogramm Ambjent, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw primarjament fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, b'attenzjoni partikolari għall-immaniġġjar u l-konsolidazzjoni effikaċi tan-netwerk Natura2000 stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE permezz tal-implimentazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata prevista fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u l-leġiżlazzjoni tal-Iskart u l-Arja. Dawk il-proġetti filwaqt li jiffokaw fuq it-temi identifikati ser ikunu mekkaniżmu ta’ eżekuzzjoni bi skopijiet diversi (eż. bil-mira ta' benefiċċji ambjentali u l-bini tal-kapaċità) li jippermetti biex jintlaħqu riżultati f'oqsma oħra ta' politika, partikolarment id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija tal-Ambjent Marin). Dawk it-tipi ta' proġetti jistgħu jkunu kkunsidrati f’oqsma ambjentali oħra. Għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta' adattament għat-tibdil fil-klima. Dawk it-tipi ta’proġetti għandhom jappoġġjaw biss sensiela ta' attivitajiet u miżuri speċifiċi, waqt li attivitajiet oħra li jikkomplementaw dawk inklużi fil-proġett għandhom jiġu sostnuti minn programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni, kif ukoll minn fondi nazzjonali, reġjonali u mis-settur privat. Il-finanzjament mill-Programm LIFE għandu jisfrutta s-sinerġiji u jiżgura konsistenza bejn sorsi differenti ta’ finanzjament mill-Unjoni billi jipprovdi attenzjoni strateġika ambjentali u klimatika, filwaqt li jiżgura wkoll simplifikazzjoni effettiva tal-proċeduri. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implementazzjoni tal-Programm LIFE għandu jkun ta' EUR 3 618 000 000. | 1. Skont it-tifsira tal-punt 17 tal-Proposta tal-Kumissjoni għal Ftehim Interistituzzjonali tas-29 ta’ Ġunju 2011 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit fir-rigward ta’ ġestjoni finanzjarja soda, il-pakkett finanzjarju ewlieni ta' referenza għall-implementazzjoni tal-Programm LIFE għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta' EUR [...]. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) EUR 2 713 500 000 għall-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun allokat lis-sottoprogramm għall-Ambjent; | (a) EUR [...], li jikkorrispondu għal 75 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun allokat lis-sottoprogramm għall-Ambjent; |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) EUR 904 500 000 għall-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun allokat lis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika. | (b) EUR [...], li jikkorrispondu għal 25 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun allokat lis-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika; |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Programm LIFE ikun konsistenti mal-politiki u prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari ma' strumenti oħra tal-Unjoni. | 1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sostenn mill-Programm LIFE ikun konsistenti mal-politiki u prijoritajiet tal-Unjoni u komplementari ma' strumenti oħra tal-Unjoni, filwaqt li jiżguraw ukoll l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' simplifikazzjoni. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – l-ewwel subparagrafu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-VAT ma għandhiex titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18. | 2. Il-VAT ma għandhiex ġeneralment titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18. Fil-każ ta’ benefiċjarji ta’ proġett li ma jistgħux jirkupraw il-kostijiet tal-VAT skont ir-regolament tal-VAT fl-Istat Membru rispettiv, il-kostijiet tal-VAT xorta jibqgħu eliġibbli. Din l-eċċezzjoni ma għandhiex madankollu tapplika għal persuni mhux taxxabbli kif definit fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud. |
Ġustifikazzjoni
Whereas the Commission's initiative to exempt the VAT from the eligible cost does in principle deserve support as it limits the backflow of money from the LIFE programme into the budgets of the respective member state, this newly introduced rules risks to become a considerable obstacle for a certain groups of beneficiaries, especially for the group of non-profit organizations, to carry out projects und the LIFE programme. Especially because such beneficiaries have in the past made a valuable contribution to the success of the LIFE programme their future access must not be endangered. In case of the beneficiary being a non-taxable person in the sense of Council Directive 2006/112/EC, namely states, regional and local government authorities and other bodies governed by public law, it shall under all circumstances be excluded form this advantageous provision.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-kost ta’ persunal permanenti ma għandux ikun eliġibbli jekk dan il-persunal iservi bħala uffiċjal pubbliku ta' awtorità pubblika. F’każijiet oħra, il-kost ta’ persunal permanenti għandu jkun eliġibbli meta joriġina minn attività marbuta mal-proġett LIFE. |
Ġustifikazzjoni
The Commission's initiative to exempt the cost of permanent staff from the eligible cost risks to become a considerable obstacle for small and medium sized non-governmental organisations to carry out projects. Especially because such beneficiaries have in the past made a valuable contribution to the success of the LIFE programme their future access must not be endangered. The cost of permanent staff shall therefore be eligible if there is an existing link to the LIFE funded project, meaning that it is a cost which the beneficiary would not have been facing had he not taken on the LIFE funded project. In case of public entities being the beneficiaries of LIFE funds this advantageous exception shall however not apply.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2017, rapport ta' evalwazzjoni interim esterna tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inklużi l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implementazzjoni tiegħu, l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità, u l-komplementarjetà tiegħu ma' programmi oħra rilevanti tal-Unjoni, il-kisba tal-objettivi tal-miżuri kollha (fil-livell ta' riżultati u impatti, meta possibbli), tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-provvedimenti. L-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza dejjiema tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-provvedimenti għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fuq terminu twil tal-predeċessur tiegħu. Ir-rapport għandu jkun akkompanjat b'kummenti mill-Kummissjoni inkluż il-mod li s-sejbiet tal-evalwazzjoni interim jiġu kkunsidrati fl-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, u, partikolarment, meta jkunu qed jitfasslu l-programmi ta' ħidma multiannwali; | (a) mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2017, rapport ta' evalwazzjoni interim esterna tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inklużi l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implementazzjoni tiegħu, l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità, u l-komplementarjetà tiegħu ma' programmi oħra rilevanti tal-Unjoni, il-kisba tal-objettivi tal-miżuri kollha (fil-livell ta' riżultati u impatti, meta possibbli), tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-valur miżjud Ewropew tiegħu, fid-dawl ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-provvedimenti. L-evalwazzjoni għandha addizzjonalment tindirizza l-ambitu għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tagħha, ir-rilevanza dejjiema tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribut tal-provvedimenti għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fuq terminu twil tal-predeċessur tiegħu. Ir-rapport għandu jkun akkompanjat b'kummenti mill-Kummissjoni inkluż il-mod li s-sejbiet tal-evalwazzjoni interim jiġu kkunsidrati fl-implimentazzjoni tal-Programm LIFE, u, partikolarment, meta jkunu qed jitfasslu l-programmi ta' ħidma multiannwali; |
PROĊEDURA
Titolu | L-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) | |||
Referenzi | COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Helga Trüpel 6.2.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 6.9.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 30 2 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Maria Da Graça Carvalho, Edit Herczog, Jürgen Klute, Constanze Angela Krehl, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Luigi Berlinguer | |||
4.6.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
( COM(2011)0874 – C7‑0498/2011 – 2011/0428(COD)
Rapporteur għal opinjoni: Gaston Franco
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Mill-1992 'l quddiem, il-LIFE serva ta' għodda għall-ħolqien ta' esperjenzi innovattivi, ta' vettur tal-għarfien u ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar l-ambjent. Dan ikkontribwixxa għat-titjib tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea. Bil-wasla tal-iskadenza tal-LIFE+, aħna kellna bżonn strument iktar effikaċi u iktar allinjat mal-isfidi ambjentali ta' żminijietna.
L-approċċ ġenerali u l-proġetti integrati
Fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji fi żminijiet ta' kriżi, ir-rapporteur jilqa' ż-żieda raġonevoli u relattiva tal-fondi allokati lill-LIFE għall-perjodu mill-2014 sal-2020 b'kunsiderazzjoni tal-inklużjoni ta' parti għall-klima fil-baġit totali.
Il-proġetti integrati imma l-iktab innovazzjoni tal-programm il-ġdid. Dawn il-proġetti ambizzjużi u strutturanti huma maħsuba skont approċċ ambjentali dinji, u huma bbażati fuq is-sinerġija bejn il-baġit Komunitajru, l-istrumenti nazzjonali u l-fondi addizzjonali tas-setturi pubbliċi u privati.
Għaldaqstant, jekk l-idea ta' integrazzjoni hija seduċenti, dawn il-proġetti qed jirriskjaw li jdgħajfu s-simplifikazzjoni tal-programm imfittex. L-implimentazzjoni tidher kumplessa peress li l-proċeduri, il-kalendarji u l-kundizzjonijiet tal-fondi differenti mhumiex identiċi, u peress li l-idea ta' kumplimentarità ma tinstabx fir-regolamenti kollha tal-fondi. Fid-dawl tar-riskju ta' rifjut minn xi fond jew ieħor, għandhom jingħataw garanziji supplimentari mill-Kummissjoni biex ikun żgurat andament tajjeb għall-proġetti kollha, mingħajr ma jiġu pperikolati r-regoli tal-kompetizzjoni fil-proċeduri differenti tal-għoti tal-finanzjament.
Il-proġetti integrati se jservu biex jiffinanzjar azzjonijiet ta' skala kbira li jitwettqu partikolarment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħal pereżempju l-pjanijiet dwar il-klima. Imma wieħed għandu joqgħod attent li ma jiġu ssagrifikati l-proġetti tradizzjonali li wrew l-utilità tal-LIFE fil-post u kkontribwew għall-popolarità tiegħu.
Fir-rigward tal-proġetti kollha LIFE, il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-ksib tal-esperjenza, ixxerred b'mod wiesa' r-riżultati u tiffaċilita l-iskambji ta' prattiki tajbin sabiex dawn il-proġetti ma jdurux f'ċirku magħluq.
L-oqsma prijoritarji
Bħala indikazzjoni, il-prijoritajiet li ġejjin jistgħu jiġu preżentati:
– il-kurituri ekoloġiċi, il-ħabitats u l-ispeċijiet prijoritarji, l-ambjent marittimu, l-istorbju, l-ambjent urban (is-sottoprogramm għall-ambjent)
– l-effikaċità enerġetika (eż: it-tidwil pubbliku), l-enerġija, il-valorizzazzjoni enerġetika tal-iskart, il-promozzjoni tal-fjuwils tat-tielet ġenerazzjoni (is-sotto programm għall-klima).
L-ekoinnovazzjoni u s-settur privat
Il-LIFE għandu jkompli jiffinanzja l-ekoinnovazzjoni bħala kumpliment għall-inizjattiva Orizzont 2020.
Bħala kumpliment għall-objettiv tiegħu ta' implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-LIFE għandu jappoġġa approċċi innovattivi u esperimentattivi, b'mod partikolari biex jittestja teknoloġiji ġodda u proċessi ġodda fil-qasam klimatiku u ambjentali.
Dan għandu jagħti linja ċara lis-settur privat biex iħajru jiżviluppa passi ta' eċċellenza, u b'hekk iservi ta' mutur għall-ekoinnovazzjoni b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju.
Il-kooperazzjoni transkonfinali u l-inklużjoni tat-territorju ekstra-Ewropew
Fi ħdan l-UE, il-proġetti LIFE transkonfinali jixirqilhom l-ikbar attenzjoni. Fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali, ir-rapporteur jilqa' l-eliġibilità tal-pajjiżi tal-viċinat, b'mod partikolari tan-Nofsinhar tal-Mediterran, b'kunsiderazzjoni tal-urġenza tal-kwistjonijiet ambjentali u klimatiċi f'dan ir-reġjun.
Jekk ir-reġjuni ultraperiferiċi progressivamnet seta' jkollhom aċċess għal-LIFE, il-parteċipazzjoni tagħhom għadha marġinali u għandha tissaħħaħ. L-esklużjoni tal-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej, li xorta jiddependu minn erba' Stati Membri tal-UE, tibqa' ma tinftehimx għax dawn, flimkien mar-reġjuni ultraperiferiċi, jifformaw netwerk uniku fid-dinja, imqassam fl-oċeani kollha tal-pjaneta u li fihom teżori tal-bijodiversità.
L-eliġibbiltà tal-ispejjeż
Ir-rapporteur jifhem l-interess li l-VAT u l-ispejjeż tal-persunal isiru ineliġibbli sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni finanzjarja u jiġu ffaċilitati l-proċeduri ta' kontroll. Madankollu, dan joħloq wisq limitazzjonijiet u inugwaljanzi min-naħa tal-benefiċjarji. Ir-riflessjoni dwar dawn l-ispejjeż ma tistax tillimita ruħha għall-istrument LIFE.
Il-konservazzjoni tal-eliġibilità tal-ispejjeż tal-persunal permanenti tagħmilha possibbli li jinżammu impjiegi u li wieħed ikun jista' jiddependi minn persunal li għandu l-aħjar tifkira tal-fajls. Barra minn hekk, jidher diffiċli li wieħed jinterferixxi fl-għażliet tal-organizzazzjoni u tal-reklutaġġ tal-benefiċċjarji tas-sussidji.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (6a) B'kunsiderazzjoni tal-Messaġġ mill-Ġżira Reunion ta' Lulju 2008 u b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2011, li jinkoraġġixxu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu approċċ komuni fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura fit-territorju kollu tal-Unjoni, anke fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej tal-Istati Membri, kif ukoll mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bl-isem 'L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020' li fiha l-Kummissjoni intrabtet li tkabbar u tħeġġeġ l-inizjattiva BEST (il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit- |
| _____________ |
| 1 ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li l-programm LIFE jinfetaħ għat-territorji Ewropej kollha lil hinn mix-xtut (ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej) sabiex jipproteġi dawn it-territorji li jgħoddu fost il-punti ewlenin tal-bijodiversità globali.
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Ir-rekwiżiti ambjentali u klimatiċi għandhom ikunu integrati f'politiki u attivitajiet tal-Unjoni Il-Programm LIFE għandu għalhekk jikkomplementa programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, u Orizzont 2020. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw din il-komplementarjetà fil-livelli kollha. Fil-livell tal-Unjoni, il-komplementarjetà għandha tiġi żgurata billi tiġi stabbilita kooperazzjoni strutturata bejn il-Programm LIFE u programmi ta' finanzjament tal-Unjoni b'immaniġġjar konġunt fil-Qafas Strateġiku Komuni, partikolarment biex jiġi promoss il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplimentaw il-Proġetti Integrati jew jiġi sostnut l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati fi ħdan il-Programm LIFE. Il-Programm LIFE għandu wkoll jinkoraġġixxi l-introduzzjoni tar-riżultati ta' riċerka u innovazzjoni b'rabta mal-ambjentali u l-klima ta’ Orizzont 2020. Fi ħdan dan il-kuntest għandu joffri opportunitajiet ta’ kofinanzjament għal proġetti b’benefiċċji ambjentali u klimatiċi cari sabiex jiġu żgurati sinerġiji. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat finanzjament doppju. | (10) Ir-rekwiżiti ambjentali u klimatiċi għandhom ikunu integrati f'politiki u attivitajiet tal-Unjoni Il-Programm LIFE għandu għalhekk jikkomplementa programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, u Orizzont 2020. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw din il-komplementarjetà fil-livelli kollha. Fil-livell tal-Unjoni, il-komplementarjetà għandha tiġi żgurata billi tiġi stabbilita kooperazzjoni strutturata bejn il-Programm LIFE u programmi ta' finanzjament tal-Unjoni b'immaniġġjar konġunt fil-Qafas Strateġiku Komuni, partikolarment biex jiġi promoss il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplimentaw il-Proġetti Integrati jew jiġi sostnut l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati fi ħdan il-Programm LIFE. Biex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali u l-fattibilità prattika tal-Proġetti Integrati, il-kooperazzjoni bejn fondi oħra tal-Unjoni u l-Proġetti Integrati għandha tkun espliċitament prevista fir-Regolament (UE) Nru.../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ../../… [li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006]1. Għandhom jitwaqqfu arranġamenti konkreti biex tiġi stabbilita kooperazzjoni fi stadju bikri, sabiex il-vantaġġi tal-Proġetti Integrati jitqiesu matul it-tfassil tal-kuntratti ta' sħubija u l-programmi operattivi. Il-Programm LIFE għandu wkoll jinkoraġġixxi l-introduzzjoni tar-riżultati ta' riċerka u innovazzjoni b'rabta mal-ambjentali u l-klima ta’ Orizzont 2020. Fi ħdan dan il-kuntest għandu joffri opportunitajiet ta’ kofinanzjament għal proġetti b’benefiċċji ambjentali u klimatiċi cari sabiex jiġu żgurati sinerġiji. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat finanzjament doppju u wkoll biex jiġi żgurat li ma jonqosx l-investiment finanzjarju nett għall-ilħuq tal-objettivi fformulati f'dan ir-regolament. |
| ____________ |
| |
Ġustifikazzjoni
Il-Proġetti Integrati huma għodda ta' razzjonalizzazzjoni konkreti u promettenti ħafna. Biex tkun fattibbli fil-prattika, hija meħtieġa, fi stadju bikri, kooperazzjoni solida bejn l-amministrazzjoni tal-fondi tal-QSK u l-proġetti LIFE. Il-potenzjal fiż-żieda tal-kost-effettività u l-koerenza tal-baġit tal-UE u fit-titjib tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali u tal-klima permezz tal-IPs irid jiġu sfruttat meta jiġu elaborati l-kuntratti ta' sħubija u l-programmi operattivi. Ibbażata fuq it-talba repetuta tal-PE għal razzjonalizzazzjoni tas-sostenibilità fil-fondi kollha tal-UE, il-kooperazzjoni ma' LIFE għandha tkun stipulata b'mod ċar fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 12
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(12) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi" (minn hawn 'il quddiem il-"Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi") stipulat it-tappi u l-azzjonijiet li huma meħtieġa biex jiddirottaw lill-Unjoni lejn tkabbir effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli. Għalhekk, il-qasam prijoritarju Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi għandu jsostni l-implementazzjoni effettiva tal-politika ambjentali tal-Unjoni fis-setturi pubbliċi u privati, partikolarment tas-setturi ambjentali koperti mill-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi billi jiffaċilita l-iżvilupp u l-kondiviżjoni ta’ soluzzjonijiet ġodda u l-aħjar prattiki. Madankollu, għandu jeskludi dawk l-attivitajiet ta’ ekoinnovazzjoni li jrikkbu fuq Orizzont 2020. | (12) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi" (minn hawn 'il quddiem il-"Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi") stipulat it-tappi u l-azzjonijiet li huma meħtieġa biex jiddirottaw lill-Unjoni lejn tkabbir effiċjenti fir-riżorsi u sostenibbli. Għalhekk, il-qasam prijoritarju Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi għandu jsostni l-implementazzjoni effettiva tal-politika ambjentali tal-Unjoni fis-setturi pubbliċi u privati, partikolarment tas-setturi ambjentali koperti mill-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi billi jiffaċilita l-iżvilupp u l-kondiviżjoni ta’ soluzzjonijiet ġodda u l-aħjar prattiki. Il-programm LIFE għandu jipprovdi finanzjament għall-attivitajiet ekoinnovattivi u ta' wirja b'sinerġija mal-inizjattiva Orizzont 2020 u bla ħsara għall-elementi speċifiċi ta' kull wieħed minn dawn il-programmi. Dan se jikkontribwixxi wkoll għad-dinamizzazzjoni tas-settur tal-ekoteknoloġiji u tal-ekonomija ekoloġija mixtieqa mill-Istrateġija Ewropa 2020. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-klima, partikolarment fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-gassijiet serra, il-politiki relatati mal-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija, is-sistemi tan-negozjar tal-emissjonijiet, l-isforzi tal-Istati Membri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, l-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza enerġetika, it-trasport u l-fjuwils, il-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-gassijiet fluworinati. | (16) Il-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-klima, partikolarment fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-gassijiet serra, il-politiki relatati mal-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija, is-sistemi tan-negozjar tal-emissjonijiet, l-isforzi tal-Istati Membri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, l-enerġija rinovabbli fiż-żoni urbani, agrikoli, tal-muntanji jew imwarrba, il-valorizzazzjoni tal-iskart u l-fabrikazzjoni tal-bijogass, l-effiċjenza enerġetika, it-tidwil pubbliku, it-trasport u l-fjuwils b'mod partikolari l-fjuwils tat-tielet ġenerazzjoni, il-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-gassijiet fluworinati. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Diġà qed naraw l-ewwel konsegwenzi tal-bidla klimatika fl-Ewropa u madwar id-dinja, bħalma huma kundizzjonijiet estremi tat-temp li wasslu għal għargħar u nixfiet, u temperaturi u livelli tal-baħar eskalenti. Il-qasam prijoritarju l-Adattament għall-Bidla Klimatika għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-adattament għal dawn l-impatti attravers popolazzjonijiet, is-setturi ekonomiċi u r-reġjuni kollha biex tkun żgurata Unjoni aktar reżiljenti permezz ta’ miżuri u strateġiji speċifiċi ta' adattament. Azzjonijiet f'dan il-qasam għandhom ikunu komplimentari għall-azzjonijiet eliġibbli għal finanzjament fi ħdan l-istrument finanzjarju għall-protezzjoni ċivili. | (17) Diġà qed naraw l-ewwel konsegwenzi tal-bidla klimatika fl-Ewropa u madwar id-dinja, bħalma huma kundizzjonijiet estremi tat-temp li wasslu għal għargħar u nixfiet, għal żieda fit-temperatura u fil-livell tal-baħar u tal-proliferazzjoni tal-ispeċi eżotiċi invażivi. Il-qasam prijoritarju l-Adattament għall-Bidla Klimatika għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-adattament għal dawn l-impatti attravers popolazzjonijiet, is-setturi ekonomiċi u r-reġjuni kollha biex tkun żgurata Unjoni aktar reżiljenti permezz ta’ miżuri u strateġiji speċifiċi ta' adattament. Azzjonijiet f'dan il-qasam għandhom ikunu komplimentari għall-azzjonijiet eliġibbli għal finanzjament fi ħdan l-istrument finanzjarju għall-protezzjoni ċivili u l-istrument speċifiku futur dwar l-ispeċi eżotiċi invażivi previst fl-Istrateġija Ewropa favur il-bijodiversità sal-2020. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità għas-selezzjoni tal-proġetti, tal-kriterji għall-applikazzjoni ta' bilanċ ġeografiku għal “Proġetti Integrati”, u tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (30) Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità għas-selezzjoni tal-proġetti u tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li tiġi privileġġata sistema ta' għażla bbażata fuq il-mertu iktar milli fuq il-bilanċ ġeografiku, sabiex tkun garantita kompetizzjoni ġusta u verament Ewropea li tiffavorixxi proġetti ta' valur miżjud għoli li r-riżultati tagħhom ikunu ta' benefiċċju għall-UE kollha.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implementazzjoni tal-Programm LIFE għandu jkun ta' EUR 3 618 000 000. | 1. Il-pakkett finanzjarju għall-implementazzjoni tal-Programm LIFE għandu jkun ta' EUR 3 618 000 000. Mill-inqas 78 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal LIFE jintużaw għal sussidji ta' azzjoni għal proġetti. |
Ġustifikazzjoni
Għal raġunijiet ta' sigurtà u ta' leġġibilità fil-perjodu 2014–2020 kollu, it-tqassim baġitarju bejn it-tipi differenti ta' finanzjament (sussidji ta' azzjoni, sussidji għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-baġit għall-funzjonemant tal-programm) għandu jidher fir-regolament, kif jiġri llum.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fil-Programm LIFE | Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej u ta' pajjiżi terzi fil-Programm LIFE |
Il-Programm LIFE għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin: | Il-Programm LIFE għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji li ġejjin: |
| -(a) il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej imsemmija fid-Deċiżjoni 2001/822/KE; |
(a) il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jkunu partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE); | (a) il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li jkunu partijiet għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE); |
(b) pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali u l-pajjiżi aderenti fl-Unjoni; | (b) pajjiżi kandidati, pajjiżi kandidati potenzjali u l-pajjiżi aderenti fl-Unjoni; |
(c) pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat; | (c) pajjiżi li għalihom tapplika l-Politika Ewropea tal-Viċinat; |
(d) pajjiżi li saru membri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/1999 tad-29 ta' April 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni ambjentali; | (d) pajjiżi li saru membri tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 993/1999 tad-29 ta' April 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1210/90 dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-qafas Ewropew għall-informazzjoni u osservazzjoni ambjentali; |
Din il-parteċipazzjoni għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet preskritti fil-ftehimiet bilaterali jew multilaterali rispettivi li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni. | Din il-parteċipazzjoni għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet preskritti fid-Deċiżjoni 2001/822/KE u fil-ftehimiet bilaterali jew multilaterali rispettivi li jistabbilixxu l-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom u tat-territorji fil-programmi tal-Unjoni. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Programm LIFE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, sabiex jinħolqu sinerġiji, partikolarment fil-kuntest ta' Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d), u biex isostnu l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati taħt il-Programm LIFE. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha sseħħ fi ħdan il-Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru… (Ir-Regolament QSK). | 3. Skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Programm LIFE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, sabiex jinħolqu sinerġiji, partikolarment fil-kuntest ta' Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18, punt (d) u, inkluż billi jinħoloq qafas ta' azzjoni prijoritizzat skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE, biex isostnu l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati taħt il-Programm LIFE. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha sseħħ fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru… (Ir-Regolament QSK). (Ir-Regolament QSK). |
Ġustifikazzjoni
Il-Programm LIFE għandu jikkontribwixxi b'mod strateġiku għall-iffinanzjar ta' Natura 2000. Huwa importanti li jiġu stabbiliti pjanijiet nazzjonali u reġjonali għal azzjonijiet prijoritizzati, kif inhu meħtieġ mid-Direttiva dwar il-Ħabitats.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1 – inċiż 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
– il-Bijodiversità; | – in-natura u l-bijodiversità; |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biex jiġu sostnuti l-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi integrati għall-implementazzjoni ta' pjanijiet u programmi skont il-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, primarjament fl-oqsma tal-ilma, l-iskart u l-arja; | (b) biex jiġu sostnuti l-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi integrati għall-implementazzjoni ta' pjanijiet u programmi skont il-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, primarjament fl-oqsma tal-ilma, l-iskart, -arja, l-istorbju u l-ambjent urban; |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Objettivi speċifiċi għall-qasam prijoritarju Bijodiversità | Objettivi speċifiċi għall-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità" |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
L-objettivi speċifiċi tas-sottoprogramm Ambjent għall-qasam prijoritarju Bijodiversità għandu partikolarment ikun: | L-objettivi speċifiċi tas-sottoprogramm Ambjent għall-qasam prijoritarju Natura u Bijodiversità għandu partikolarment ikun: |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biex isostni aktar żvilupp, implementazzjoni u mmaniġjar tan-netwerk ta’ Natura2000 stabilit bl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE, partikolarment l-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi integrati għall-implementazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE; | (b) biex isostni aktar żvilupp, implementazzjoni u mmaniġjar tan-netwerk ta’ Natura 2000 stabilit bl-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE, partikolarment l-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi integrati għall-implementazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE sabiex tiġi megħjuna l-konservazzjoni tal-kurituri ekoloġiċi; |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt ba (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ba) biex jiżviluppa in-netwerk marittimu ta' Natura 2000 billi jiżgura l-artikulazzjoni tiegħu mal-azzjonijiet relevanti tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u mad-Direttiva 2008/56/KE; |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Fil-każ ta' proġetti li jifformaw parti minn sottoprogramm għal Azzjoni Klimatika, għandu jsir sforz biex jintlaħqu s-sinerġiji massimi ma' objettivi ambjentali oħra, b'mod partikolari fir-rigward ta' azzjoni simultanja fuq il-klima u l-bijodiversità. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) proġetti integrati primarjament fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, u tal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla klimatika; | (d) proġetti integrati primarjament fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, l-istorbju, l-ambjent urban, u tal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla klimatika; |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) għandhom jinvolvu, fejn xieraq, lill-partijiet konċernati u jippromwovi, meta possibbli, il-koordinazzjoni ma' sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ dawn. | 3. Il-Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) għandhom jinvolvulill-partijiet konċernati u jippromwovi, meta possibbli, il-koordinazzjoni ma' sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ dawn. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-bilanċ ġeografiku konformi mal-prinċipji tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-isforzi fil-proċess tal-aġġudikazzjoni għall-Proġetti Integrati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 30 dwar il-kriterji għall-applikazzjoni ta' bilanċ ġeografiku f'kull qasam tematiku msemmi fl-Artikolu 18 il-punt (d). | Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fil-qafas tal-proċess tal-aġġudikazzjoni għall-Proġetti Integrati, li l-proġetti jintagħżlu fuq il-bażi tal-mertu. |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li tiġi privileġġata sistema ta' għażla bbażata fuq il-mertu iktar milli fuq il-bilanċ ġeografiku, sabiex tkun garantita kompetizzjoni ġusta u verament Ewropea li tiffavorixxi proġetti ta' valur miżjud għoli li r-riżultati tagħhom ikunu ta' benefiċċju għall-UE kollha.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-VAT ma għandhiex titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18. | 2. Il-VAT għandha titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18, bħall-ispejjeż tal-persunal permanenti. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) l-allokazzjoni ta’ fondi bejn kull qasam prijoritarju u bejn tipi differenti ta' finanzjament fi ħdan kull sottoprogramm; | imħassar |
Ġustifikazzjoni
L-allokazzjoni tal-fondi m'għandux jiġi determinat minn qabel biex ċerti oqsma ma jiġu mċaħħda mill-finanzjamenti. Jeħtieġ li jiġi privileġġat approċċ iktar flessibli.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) il-prijoritajiet tematiċi għall-proġetti biex jiġu ffinanzjati għall-perjodu kopert mill-programm ta' ħidma multiannwali; | (c) il-prijoritajiet tematiċi indikattivi għall-proġetti biex jiġu ffinanzjati għall-perjodu kopert mill-programm ta' ħidma multiannwali; |
Ġustifikazzjoni
L-allokazzjoni tal-fondi m'għandux jiġi determinat minn qabel biex ċerti oqsma ma jiġu mċaħħda mill-finanzjamenti. Jeħtieġ li jiġi privileġġat approċċ iktar flessibli.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar l-implementazzjoni tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inkluż l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità. Għandha teżamina wkoll sinerġiji bejn il-Programm LIFE u programmi oħra komplimentari tal-Unjoni, u partikolarment bejn s-sottoprogrammi tiegħu. | 1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew dwar l-implementazzjoni tal-Programm LIFE u s-sottoprogrammi tiegħu, inkluż l-ammont ta’ nefqa relatata mal-klima u ta’ nefqa relatata mal-bijodiversità. Għandha teżamina wkoll sinerġiji bejn il-Programm LIFE u programmi oħra komplimentari tal-Unjoni, u partikolarment bejn s-sottoprogrammi tiegħu. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Il-Kummissjoni b'mod regolari tagħmel aċċessibbli r-riżultati l-iktar sorprendenti tal-proġetti kollha finanzjati fil-qafas tal-programm LIFE sabiex tiffaċilità r-ritorn tal-esperjenzi u l-ikambju ta' prattiki tajba fl-Unjoni kollha. |
PROĊEDURA
Titolu | L-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) | |||
Referenzi | COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ITRE 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Gaston Franco 20.1.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 24.4.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 31.5.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 53 1 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Gabriele Albertini, Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Marisa Matias, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Francesco De Angelis, Ioan Enciu, Vicente Miguel Garcés Ramón, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Holger Krahmer, Zofija Mazej Kukovič, Vladimír Remek | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Franziska Keller | |||
17.7.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza fl-Ikel
dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)
( COM(2011)0874 – C7‑0498/2011 – 2011/0428(COD) )
Rapporteur: Patrice Tirolien
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Programm LIFE huwa l-istrument prinċipali ta’ finanzjament dirett tal-politika Komunitarja ta’ ħarsien tal-ambjent, tal-bijodiversità u ta’ adattament għat-tibdil klimatiku.
Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tintroduċi assi ta’ azzjoni kontra t-tibdil klimatiku li għandu bħala konsegwenza r-reviżjoni tal-pakkett globali ta’ dan il-programm li l-objettivi tiegħu jinsabu fil-qalba tal-Istrateġija UE 2020. L-iżvilupp tal-politiki ambjentali huwa essenzjali għal tkabbir sostenibbli tal-Unjoni.
Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jappoġġja għalkollox din l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tippromwovi sinerġiji aħjar tal-programm LIFE bil-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari permezz ta' inizjattivi piloti, it-tisħiħ pluriennali tal-programmazzjoni u l-introduzzjoni ta' proġetti integrati. Madankollu, ir-rapporteur tagħkom għal opinjoni jqis li għadhom iridu jsiru ċertu għadd ta’ kjarifiki fir-rigward tal-effikaċja tal-ikkombinar bejn programmi li jippreżentaw diverġenzi kbar f’dak li hu l-mod ta' governanza tagħhom.
Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom iqis f’dan ir-rigward li jkun kontroproduttiv li l-VAT bħan-nefqiet tal-persunal jiġi eskluż mill-finanzjament tal-proġett. Fil-fatt, l-impatt ta’ tali miżura fir-rigward tal-objettivi ta’ semplifikazzjoni u ta’ tisħiħ tal-kaaċitajiet tekniċi u amministrattivi ta’ dawk li jippromwovu l-proġetti jidher li fl-aħħar ikun wieħed negattiv. Barra minn hekk, jidhirlu li hi ħaġa essenzjali li jinżammu, kemm jista’ jkun, ċerti prinċipji fundamentali relatati mar-regoli finanzjarji tal-politika ta’ koeżjoni.
Fid-dibattitu dwar l-ekwilibriju ġeografiku fil-għażla tal-proġetti, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom huwa favur rata ta’ kofinanzjament akbar favur ċerti reġjuni żvantaġġjati li għandhom ekosistenmi partikolarment sensittivi.
Għalkemm il-programm LIFE għandu jirrikumpensa d-dinamika ta’ proġetti lokali, il-proġetti integrati jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-għarfien ta’ dan il-programm u r-rabtiet mal-assi l-oħra ta’ azzjoni tal-Unjoni. Dawn għandhom ikunu għalhekk l-oġġett ta’ ekwilibriju ġeografiku aktar strett bil-għan li l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jgawdu minnu għalkollox. Dan it-tip ta' azzjoni jista' jsaħħaħ b'mod nett l-effett ta' ingranaġġ tal-programm LIFE. F’dan is-sens, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom ippropona f’dan is-sens kofinanzjament li hu nettament aktar għoli għal dawn il-proġetti kif ukoll it-talba li jitqies il-programm LIFE waqt li jkun qed jiġi żviluppat il-Qafas Strateġiku Komunitarju.
Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom iqis li hu meħtieġ li jissaħħaħ l-approċċ skont il-baċir u ġew imressqa f’dan is-sens emendi li jikkonċernaw aċċettazzjoni aktar wiesgħa tal-ambjent tal-baħar kif ukoll ikkombinar mal-assi esterni ta’ azzjoni tal-Unjoni. F’dan is-sens, huwa xtaq li jiġi magħruf b’mod ċara l-istatus tal-promoturi tal-proġetti tal-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej bis-saħħa tas-sħubija msaħħa tagħhom mal-UE u l-appartenenza tagħhom għall-Istati Membri.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (7a) Minħabba li l-effetti ta' ħsara għall-ambjent u l-klima ta' spiss jirriżultaw mill-attivitajiet ta' pajjiżi fil-viċinanza tal-Unjoni, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-fruntieri esterni, il-pajjiżi u territorji extra-Ewropej u r-reġjuni l-aktar imbiegħda tagħha sabiex jiġu żgurati l-garanziji strateġiċi neċessarji u tiġi evitata l-ħsara għall-ambjent; barra minn hekk, minħabba li r-reġjuni l-aktar imbiegħda Franċiżi huma esklużi min-Natura 2000 għax id-Direttivi 92/43/KE u 2009/147/KE ma jqisux, jew jelenkaw, il-fawna, il-flora jew il-ħabitats tagħhom; b'kunsiderazzjoni tal-Messaġġ mill-Ġżira Reunion ta' Lulju 2008 u b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Diċembru 2011, li jinkoraġġixxu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu approċċ komuni fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura fit-territorju kollu tal-Unjoni, anke fir-reġjuni ultraperiferiċi u fil-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej tal-Istati Membri, kif ukoll mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bl-isem 'L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-bijodiversità tal-UE għall-2020', li fiha l-Kummissjoni fittxet li tespandi u tħeġġeġ l-inizjattiva BEST (il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi fit- Territorji ekstra-Ewropej), dan ir-Regolament għandu, bħala parti mis-sottoprogramm tagħha għall-Ambjent, ipoġġi bħala qasam ta' prijorità speċifika li għadha għaddejja l-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, b'hekk tiġi kkonsolidata l-azzjoni preparatorja BEST li tniedet fl-2011 u qed tirriżulta ta' suċċess kbir; u kif indikat fl-Artikolu 58 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2001/822/KE dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej mal-Komunità Ewropea (“Deċiżjoni ta’ Assoċjazzjoni tal-pajjizi u territorji extra-Ewropej”)1, il-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej jistgħu jibbenefikaw mill-programmi Komunitarji, skont il-kundizzjonijiet tar-regoli u l-objettivi tal-programmi u tal-modalitajiet applikabbli għall-Istat Membru li miegħu jagħmlu l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej. |
| _________________ |
| 1 ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 10
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(10) Ir-rekwiżiti ambjentali u klimatiċi għandhom ikunu integrati f'politiki u attivitajiet tal-Unjoni Il-Programm LIFE għandu għalhekk jikkomplementa programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, u Orizzont 2020. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw din il-komplementarjetà fil-livelli kollha. Fil-livell tal-Unjoni, il-komplementarjetà għandha tiġi żgurata billi tiġi stabbilita kooperazzjoni strutturata bejn il-Programm LIFE u programmi ta' finanzjament tal-Unjoni b'immaniġġjar konġunt fil-Qafas Strateġiku Komuni, partikolarment biex jiġi promoss il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplimentaw il-Proġetti Integrati jew jiġi sostnut l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati fi ħdan il-Programm LIFE. Il-Programm LIFE għandu wkoll jinkoraġġixxi l-introduzzjoni tar-riżultati ta' riċerka u innovazzjoni b'rabta mal-ambjentali u l-klima ta’ Orizzont 2020. Fi ħdan dan il-kuntest għandu joffri opportunitajiet ta’ kofinanzjament għal proġetti b’benefiċċji ambjentali u klimatiċi cari sabiex jiġu żgurati sinerġiji. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat finanzjament doppju. | (10) Ir-rekwiżiti ambjentali u klimatiċi għandhom ikunu integrati f'politiki u attivitajiet tal-Unjoni Il-Programm LIFE għandu għalhekk jikkomplementa programmi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, u Orizzont 2020. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw din il-komplementarjetà fil-livelli kollha. Fil-livell tal-Unjoni, il-komplementarjetà għandha tiġi żgurata billi tiġi stabbilita kooperazzjoni strutturata bejn il-Programm LIFE u programmi ta' finanzjament tal-Unjoni b'immaniġġjar konġunt fil-Qafas Strateġiku Komuni, partikolarment biex jiġi promoss il-finanzjament tal-attivitajiet li jikkomplimentaw il-Proġetti Integrati jew jiġi sostnut l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati fi ħdan il-Programm LIFE. Biex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali u l-fattibilità prattika tal-Proġetti Integrati LIFE, il-kooperazzjoni bejn fondi oħra tal-Unjoni u l-Proġetti Integrati għandha tkun espliċitament prevista fir-Regolament (UE) Nru.../… [CPR]. Għandhom jitwaqqfu arranġamenti speċifiċi biex tiġi stabbilita kooperazzjoni fi stadju bikri, sabiex il-vantaġġi tal-Proġetti Integrati jitqiesu matul it-tħejjija tal-kuntratti ta' sħubija u l-programmi operattivi jew il-programmi dwar l-iżvilupp rurali. Il-Programm LIFE għandu wkoll jinkoraġġixxi l-introduzzjoni tar-riżultati ta' riċerka u innovazzjoni b'rabta mal-ambjentali u l-klima ta’ Orizzont 2020. Fi ħdan dan il-kuntest għandu joffri opportunitajiet ta’ kofinanzjament għal proġetti b’benefiċċji ambjentali u klimatiċi cari sabiex jiġu żgurati sinerġiji. Il-koordinazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġi evitat finanzjament doppju. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 11
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(11) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, flimkien mal-indirizzar tal-preokkupazzjonijiet b'rabta mal-ambjent u s-saħħa, jibqgħu l-isfidi ewlenin għall-Unjoni. Dawn l-isfidi jeħtieġu sforzi ikbar fil-livell tal-Unjoni biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet u l-aħjar prattiki li jgħinu jinkisbu l-miri tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv "(minn hawn 'il quddiem "L-Istrateġija Ewropa 2020"). Barra minn hekk, governanza mtejba, partikolarment permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-involviment tal-partijiet konċernati, hija essenzjali għall-ilħuq tal-objettivi ambjentali. Għalhekk is-sottoprogramm għall-Ambjent għandu jkollu tliet oqsma prijoritarji għall-azzjoni: Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi, Bijodiversità, u Governanza Ambjentali u Informazzjoni. Ghandu jkun possibbli għall-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' iktar minn wieħed minn dawn l-oqsma prijoritarji u li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed. | (11) It-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità u t-titjib fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, flimkien mal-indirizzar tal-preokkupazzjonijiet b'rabta mal-ambjent u s-saħħa, jibqgħu l-isfidi ewlenin għall-Unjoni. Dawn l-isfidi jeħtieġu sforzi ikbar fil-livell tal-Unjoni biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet u l-aħjar prattiki li jgħinu jinkisbu l-miri tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv "(minn hawn 'il quddiem "L-Istrateġija Ewropa 2020"). Barra minn hekk, governanza mtejba, partikolarment permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-involviment tal-partijiet konċernati, hija essenzjali għall-ilħuq tal-objettivi ambjentali. Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, l-Unjoni – filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza fundamentali tal-konservazzjoni tal-bijodiversità fir-reġjuni l-aktar imbiegħda – għandha tafferma l-iskema volontarja għall-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-BEST f'dawk ir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 TFUE li għalihom ma tapplikax il-leġiżlazzjoni tal-ħarsien tal-ambjent tal-Unjoni (Direttivi 92/43/KE u 2009/147/KE), b'hekk tieħu tagħlima mill-esperjenza akkwistata permezz tal-politika tal-konservazzjoni tan-natura tal-Unjoni u b'mod partikolari Natura 2000. Għalhekk is-sottoprogramm għall-Ambjent għandu jkollu erba' oqsma prijoritarji għall-azzjoni: Ambjent u Effiċjenza fir-Riżorsi, Bijodiversità, Governanza Ambjentali u Informazzjoni, u BEST fir-reġjuni l-aktar imbiegħda. Ghandu jkun possibbli għall-proġetti ffinanzjati mill-Programm LIFE li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' iktar minn wieħed minn dawn l-oqsma prijoritarji u li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' iktar minn Stat Membru wieħed. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 13
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(13) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020" (minn hawn 'il quddiem "L-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020") stabilixxiet miri biex twaqqaf u treġġa' lura t-telf tal-bijodiversità. Dawn il-miri jinkludu fost oħrajn, l-implementazzjoni sħiħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif ukoll iż-żamma u r-restawr tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom. Il-Programm LIFE għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu dawk il-miri. Għalhekk, il-qasam prijoritarju Bijodiversità għandu jiffoka fuq l-implementazzjoni u l-immaniġjar tan-netwerk ta’ Natura 2000 stabilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, partikolarment fir-rigward tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata previsti fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, dwar l-iżvilupp u t-tixrid tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-bijodiversità, u d-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE, kif ukoll dwar l-isfidi usa' tal-bijodiversità identifikati mill-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020; | (13) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020" (minn hawn 'il quddiem "L-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020") stabilixxiet miri biex twaqqaf u treġġa' lura t-telf tal-bijodiversità. Dawn il-miri jinkludu fost oħrajn, l-implementazzjoni sħiħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, kif ukoll iż-żamma u r-restawr tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom. Il-Programm LIFE għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu dawk il-miri. Għalhekk, il-qasam prijoritarju Bijodiversità għandu jiffoka fuq l-implementazzjoni u l-immaniġġjar tan-netwerk ta’ Natura 2000 stabilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, partikolarment fir-rigward tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata previsti fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, dwar l-iżvilupp u t-tixrid tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-bijodiversità, u d-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE, kif ukoll dwar l-isfidi usa' tal-bijodiversità identifikati mill-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020. Il-kontribut ta’ LIFE għall-ħtiġijiet annwali ta’ finanzjament għan-network Natura 2000 għandu jitqies u jkun determinat fil-kuntest tal-ispejjeż tal-bijodiversità b’kopertura li tiġi minn fondi oħra tal-Unjoni. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2012 dwar l-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2020 il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummisjoni u l-Istati Membri jiżguraw li tal-anqas EUR 5 800 miljun kull sena huma provduti permezz ta’ finanzjament tal-Unjoni u tal-Istati Membri u li l-finazjament adegwat jitqiegħed għad-dispożizzjoni permezz ta’ diversi fondi tal-Unjoni (pereżempju l-fondi PAK, il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, il-Fondi ta’ Koeżjoni u l-fond LIFE+ imsaħħaħ), b’koordinament u koerenza aħjar bejn dawn il-fondi, inter alia permezz tal-kunċett tal-Proġetti Integrati, filwaqt li b’hekk titjieb it-trasparenza għar-reġjuni differenti li jirċievu l-fondi tal-Unjoni; |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (14a) Bil-għan li tiġi ottimizzata l-utilizzazzjoni ta’ riżorsi tal-programm LIFE, is-sinerġiji bejn l-azzjoni għall-ħarsien tal-bijodiversità u l-miżuri li għandhom l-għan li jtaffu l-impatt tat-tibdil tal-klima għandhom ikunu inkoraġġiti partikolarment permezz tal-promozzjoni ta' proġetti li jsalvagwardjaw l-ekosistemi lokali. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 16
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(16) Il-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-klima, partikolarment fir-rigward tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-gassijiet serra, il-politiki relatati mal-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija, is-sistemi tan-negozjar tal-emissjonijiet, l-isforzi tal-Istati Membri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, l-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza enerġetika, it-trasport u l-fjuwils, il-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-gassijiet fluworinati. | (16) Il-qasam prijoritarju Mitigazzjoni tal-Bidla Klimatika għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implementazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-klima, partikolarment billi jappoġġa s-sinerġiji ma’ objettivi ambjentali oħra, bħall-bijodiversità fl-oqsma tal-monitoraġġ u r-rapportar tal-gassijiet b'effett ta' serra, l-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija, il-konservazzjoni ta' postijiet naturali għall-assorbiment tal-karbonju, approċċi favur l-ekosistemi fl-iżvilupp tal-enerġija rinovabbli, l-effiċjenza enerġetika, it-trasport u l-fjuwils, il-protezzjoni tas-saff tal-ożonu u l-gassijiet fluworinati. |
Ġustifikazzjoni
Il-ġestjoni u l-irkupru tal-iskart huma responsabilità importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-ġestjoni sostenibbli ta’ din l-attività għandha tiġi inkoraġġita.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Diġà qed naraw l-ewwel konsegwenzi tal-bidla klimatika fl-Ewropa u madwar id-dinja, bħalma huma kundizzjonijiet estremi tat-temp li wasslu għal għargħar u nixfiet, u temperaturi u livelli tal-baħar eskalenti. Il-qasam prijoritarju l-Adattament għall-Bidla Klimatika għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-adattament għal dawn l-impatti attravers popolazzjonijiet, is-setturi ekonomiċi u r-reġjuni kollha biex tkun żgurata Unjoni aktar reżiljenti permezz ta’ miżuri u strateġiji speċifiċi ta' adattament. Azzjonijiet f'dan il-qasam għandhom ikunu komplimentari għall-azzjonijiet eliġibbli għal finanzjament fi ħdan l-istrument finanzjarju għall-protezzjoni ċivili. | (17) Diġà qed naraw l-ewwel konsegwenzi tal-bidla klimatika fl-Ewropa u madwar id-dinja, bħalma huma kundizzjonijiet estremi tat-temp li wasslu għal għargħar u nixfiet, u temperaturi u livelli tal-baħar eskalenti. Il-qasam prijoritarju l-Adattament għall-Bidla Klimatika għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-adattament għal dawn l-impatti attravers popolazzjonijiet, is-setturi ekonomiċi u r-reġjuni kollha biex ikun żgurat ambjent aktar reżiljenti permezz ta’ miżuri u strateġiji speċifiċi ta' adattament. Azzjonijiet f’dan il-qasam għandhom ikunu komplimentari għall-azzjonijiet eliġibbli għal finanzjament fi ħdan l-istrument finanzjarju għall-protezzjoni ċivili u għandhom jiffokaw prinċipalment fuq approċċi bbażati fuq l-ekosistemi, li jappoġġaw kobenefiċċji li jkunu kosteffiċjenti ma’ objettivi ambjentali oħra. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 21
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(21) Sabiex tittejjeb l-implementazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika u tittejjeb l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'politiki oħra, il-Programm LIFE għandu jippromwovi proġetti li jappoġġaw approċċi integrati lejn l-implementazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politika ambjentali u klimatika. Għas-sottoprogramm Ambjent, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw primarjament fuq l-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, b'attenzjoni partikolari għall-immaniġjar u l-konsolidazzjoni effikaċi tan-netwerk Natura2000 stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE permezz tal-implementazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata prevista fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u l-leġiżlazzjoni tal-Iskart u l-Arja. Dawk il-proġetti filwaqt li jiffokaw fuq it-temi identifikati ser ikunu mekkaniżmu ta’ eżekuzzjoni bi skopijiet diversi (eż. bil-mira ta' benefiċċji ambjentali u l-bini tal-kapaċità) li jippermetti biex jintlaħqu riżultati f'oqsma oħra ta' politika, partikolarment id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija tal-Ambjent Marin) . Dawk it-tipi ta' proġetti jistgħu jkunu kkunsidrati f’oqsma ambjentali oħra. Għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta' adattament għall-bidla klimatika. Dawk it-tipi ta’proġetti għandhom jappoġġaw biss sensiela ta' attivitajiet u miżuri speċifiċi, waqt li attivitajiet oħra li jikkomplementaw dawk inklużi fil-proġett għandhom jiġu sostnuti minn programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni, kif ukoll minn fondi nazzjonali, reġjonali u mis-settur privat. Finanzjament mill-Programm LIFE għandu jisfrutta s-sinerġiji u jiżgura konsistenza bejn sorsi differenti ta’ finanzjament mill-Unjoni billi jipprovdi attenzjoni strateġika ambjentali u klimatika. | (21) Sabiex tittejjeb l-implementazzjoni tal-politika ambjentali u klimatika u tittejjeb l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi u ambjentali f'politiki oħra, il-Programm LIFE għandu jippromwovi proġetti li jappoġġaw approċċi integrati lejn l-implementazzjoni ta' leġiżlazzjoni u politika ambjentali u klimatika. Għas-sottoprogramm Ambjent, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw primarjament fuq l-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità sal-2020, b'attenzjoni partikolari għall-immaniġjar u l-konsolidazzjoni effikaċi tan-netwerk Natura2000 stabbilit bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE permezz tal-implementazzjoni tal-Oqfsa ta’ Azzjoni Prijoritizzata prevista fl-Artikolu 8 tal-istess Direttiva, tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, u l-leġiżlazzjoni tal-Iskart u l-Arja. Dawk il-proġetti filwaqt li jiffokaw fuq it-temi identifikati ser ikunu mekkaniżmu ta’ eżekuzzjoni bi skopijiet diversi (eż. bil-mira ta' benefiċċji ambjentali u l-bini tal-kapaċità) li jippermetti biex jintlaħqu riżultati f'oqsma oħra ta' politika, partikolarment id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija tal-Ambjent Marin) . Dawk it-tipi ta' proġetti jistgħu jkunu kkunsidrati f’oqsma ambjentali oħra. Għas-sottoprogramm għall-Azzjoni Klimatika, dawk il-proġetti għandhom jiffokaw partikolarment fuq l-istrateġiji u l-pjanijiet ta' azzjoni ta’ mitigazzjoni u ta' adattament għall-bidla klimatika. Dawk it-tipi ta’proġetti għandhom jappoġġaw biss sensiela ta' attivitajiet u miżuri speċifiċi, waqt li attivitajiet oħra li jikkomplementaw dawk inklużi fil-proġett għandhom jiġu sostnuti minn programmi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni, kif ukoll minn fondi nazzjonali, reġjonali u mis-settur privat. Finanzjament mill-Programm LIFE għandu jisfrutta s-sinerġiji u jiżgura konsistenza bejn sorsi differenti ta’ finanzjament mill-Unjoni billi jipprovdi attenzjoni strateġika ambjentali u klimatika. Il-Proġetti Integrati se jibbenefikaw minn fondi oħra billi jżidu l-kapaċità ta’ assorbiment tal-infiq relatat mal-ambjent u mal-klima. Minħabba n-novità u n-nuqqas ta’ esperjenza wiesgħa mal-approċċ ‘Proġett Integrat’, il-partijiet interessati għandhom, jekk ikun meħtieġ, jiġu appoġġati permezz ta’ żieda fir-rata ta’ kofinanzjament u assistenza teknika fil-fażi ta’ tħejjija. Minbarra dan, il-fażi tal-applikazzjoni għandha titħaffef permezz ta’proċedura ta’ selezzjoni f’żewġ passi. Jeħtieġ li jkunu ffaċilitati l-iskambji rigward l-approċċi integrati li ġew magħżula, filwaqt li jiġu involuti s-setturi amministrattivi kompetenti u l-partijiet interessati. L-esperjenza tal-ewwel snin tal-ipprogrammar wriet li l-fatturi li jiddeterminaw l-aħjar funzjonament u s-suċċess tal-Proġetti Integrati għandhom ikunu analizzati. Abbażi ta’ din l-analiżi u tal-fondi disponibbli, jistgħu jiġu inklużi setturi ġodda fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-Proġetti Integrati. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 21b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (21b) Is-suċċess tal-proġetti integrati tiddependi minn kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali, lokali u atturi mhux statali kkonċernati mill-objettivi allokati lill-programm LIFE. Il-prinċipji ta’ trasparenza u ta' pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet relatati mal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti għandhom għalhekk ikunu applikati. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 26a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (26a) Il-kumpens tal-VAT huwa importanti bħala l-mezz li bih jiġi żgurat li l-entitajiet b'riżorsi finanzjarji relattivament limitati, bħall-NGOs u l-korpi lokali u reġjonali, għandhom ikunu wkoll kapaċi jimplimentaw il-proġetti LIFE. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 30
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(30) Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità għas-selezzjoni tal-proġetti, tal-kriterji għall-applikazzjoni ta' bilanċ ġeografiku għal “Proġetti Integrati”, u tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | (30) Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu possibbli tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ddelegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibilità għas-selezzjoni tal-proġetti, tal-kriterji għall-applikazzjoni ta' bilanċ ġeografiku għal “Proġetti Integrati”, u tal-indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għal prijoritajiet tematiċi speċifiċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Madankollu, atti delegati għandhom ikunu adottati biss meta jkun xieraq, li jissalvagwardjaw id-dritt tal-Parlament Ewropew li joġġezzjona għall-miżuri adottati mill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni
L-awtoritajiet lokali għandhom ikunu involuti aktar mill-qrib fil-proċess ta' komitoloġija.
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) “proġetti pilota” tfisser proġetti li japplikaw teknika jew metodu li ma jkunux ġew applikati jew ittestjati qabel, jew xi mkien ieħor, u li joffru vantaġġi potenzjali ambjentali jew klimatiċi meta mqabbla mal-aħjar prassi kurrenti; | (a) “proġetti pilota” tfisser proġetti li japplikaw teknika jew metodu li ma jkunux ġew applikati jew ittestjati qabel, jew xi mkien ieħor, u li joffru vantaġġi potenzjali ambjentali jew klimatiċi meta mqabbla mal-aħjar prassi kurrenti u li sussegwentement jistgħu jiġu applikati fuq skala akbar għal sitwazzjonijiet simili; |
Ġustifikazzjoni
Ir-riżultati tal-proġetti pilota jistgħu jservu bħala eżempju li jrid jissegwa minn awtoritajiet lokali u reġjonali oħra jew għal proġetti ta' kooperazzjoni transkonfinali.
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
d) “proġetti integrati” tfisser proġetti li jimplementaw b'mod sostenibbli, fuq skala territorjali kbira, partikolarment, reġjonali, multireġjonali jew nazzjonali, strateġiji jew pjanijiet ta’ azzjoni ambjentali jew klimatiċi meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni ambjentali jew klimatika tal-Unjoni, jew skont atti oħra tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri; | (d) “proġetti integrati” tfisser proġetti li jimplementaw b'mod sostenibbli, fuq skala territorjali kbira, partikolarment, reġjonali, multireġjonali jew nazzjonali jew transnazzjonali, strateġiji jew pjanijiet ta’ azzjoni ambjentali jew klimatiċi meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni ambjentali jew klimatika tal-Unjoni, jew skont atti oħra tal-Unjoni jew żviluppati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew reġjonali u li jippromwovu, u jekk possibbli, jikkordinaw u jimmobilizzaw sorsi oħra ta’ finanzjament minn fondi Komunitarji, nazzjonali u privati lejn objettivi ambjentali jew klimatiċi u lejn sfidi ta’ implimentazzjoni prinċipali f'azzjonijiet interni jew esterni; |
Ġustifikazzjoni
Jeħtieġ li wieħed jisħaq kemm jiflaħ fuq l-importanza tal-koordinazzjoni; hu meħtieġ li jsir xogħol ta’ koordinazzjoni fl-oqsma kollha tal-attività tal-UE, b'mod partikolari fl-azzjoni esterna, bil-għan li jinvolvi l-pajjiżi ġirien tal-UE li diġà huma inklużi f’politiki ta’ kooperazzjoni fil-ġestjoni ta’ baċini reġjonali.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – punt e
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
e) “proġetti ta' assistenza teknika” tfisser proġetti bil-għan li jsostnu l-preparazzjoni ta’ proġetti integrati msemmija fil-punt (d); | e) “proġetti ta' assistenza teknika” tfisser proġetti bil-għan li jsostnu l-awtoritajiet tal-Istati Membri u reġjonali fil-preparazzjoni ta’ proġetti integrati msemmija fil-punt (d); |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Programm LIFE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, sabiex jinħolqu sinerġiji, partikolarment fil-kuntest ta' Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d), u biex isostnu l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati taħt il-Programm LIFE. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha sseħħ fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru… (Ir-Regolament QSK). (Ir-Regolament QSK). | 3. Skont ir-responsabilitajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, bi sforz attiv u miftiehem, għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Programm LIFE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jew il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, sabiex jinħolqu sinerġiji u proċeduri armonizzati, partikolarment fil-kuntest ta' Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18, punt (d) u mwettqa bħala proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxija minn partijiet interessati u taħt strateġiji ta’ żvilupp lokali msemmija fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru ... (Ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni), u biex isostnu l-użu ta’ soluzzjonijiet, metodi u approċċi żviluppati taħt il-Programm LIFE. Fil-livell tal-Unjoni, il-koordinazzjoni għandha sseħħ fi ħdan Qafas Strateġiku Komuni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru… (Ir-Regolament QSK). (Ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali). Fil-kuntratti ta’ sħubija tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru XXX/xxx (ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali), l-Istati Membri jridu jindikaw il-mekkaniżmi fil-livell nazzjonali u reġjonali, li jippermettu li tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn il-programm LIFE u l-fondi l-oħra imsemmija fir-Regolament (UE) Nru XXX/xxxx (ir-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali). |
Ġustifikazzjoni
Ħarsa ġenerali fi stadju bikri lejn il-proġetti integrati u l-fondi l-oħra li jaqgħu taħt l-ambitu tal-approċċ integrat previst fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali se tottimizza s-sinerġiji bejn l-objettivi tal-programm LIFE u l-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali tal-UE.
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 4a. L-għajnuna teknika lill-proġetti għandha tagħti appoġġ finanzjarju permezz ta’ għotjiet maħsuba biex jgħinu lill-kandidati jħejju l-proġetti integrati u, b'mod partikolari, għandhom jassiguraw ruħhom li dawn il-proġetti huma kompatibbli mal-limitazzjonijiet tekniċi, finanzjarji u ta’ skadenzi tal-programm LIFE u tal-programmi elenkati fil-paragrafu 3. |
Ġustifikazzjoni
Hu meħtieġ appoġġ tekniku għal proġetti integrati, partikolarment għar-reġjuni b'korpi amministrattivi b'esperjenza żgħira ta' dan it-tip ta' proġett, bil-għan li jassigura li jkunu implimentati bl-aħjar mod possibbli mat-territorju kollu tal-UE,
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Tal-inqas 50 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti sostnuti permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-sottoprogramm Ambjent għandhom ikunu ddedikat għall-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità. | 2. Tal-inqas 75 % tar-riżorsi baġitarji allokati għal proġetti sostnuti permezz ta' għotjiet ta' azzjoni taħt is-sottoprogramm Ambjent għandhom ikunu ddedikat għall-proġetti li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
b) biex jiġu sostnuti l-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi integrati għall-implementazzjoni ta' pjanijiet u programmi skont il-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, primarjament fl-oqsma tal-ilma, l-iskart u l-arja; | b) biex jiġu sostnuti l-applikazzjoni, l-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi integrati għall-implementazzjoni ta' pjanijiet u programmi skont il-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, primarjament fl-oqsma tal-ilma, l-ambjent tal-baħar, tal-ħamrija, l-iskart u l-arja; |
Ġustifikazzjoni
Aċċettazzjoni akbar tal-ispazji marittimi għandha twassal għall-inkoraġġiment ta’ strateġija aktar globali, fil-loġika tal-Politika Marittima Integrata. Barra minn hekk, f’għadd kbir ta’ reġjuni, hija ħaġa tal-akbar mportanza li jiġi indirizzat it-tniġġis tal-ħamrija, li nqisu li hija marbuta mill-qrib ħafna mal-ħarsien tal-ilma u mal-prevenzjoni tal-produzzjoni ta’ żibel.
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
c) biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-fatturi, tal-pressjonijiet u responsi li jkollhom impatt fuq l-ambjent fl-Unjoni u lil hinn minnha. | c) biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-fatturi, tal-pressjonijiet u responsi li jkollhom impatt fuq l-ambjent fl-Unjoni u lil hinn minnha. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
c) biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar il-bijodiversità tal-Unjoni, u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-fatturi, tal-pressjonijiet u tar-responsi li jkollhom impatt fuq l-bijodiversità fl-Unjoni u lil hinn minnha. | c) biex tittejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni dwar il-bijodiversità tal-Unjoni, u għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-fatturi, tal-pressjonijiet u tar-responsi li jkollhom impatt fuq l-bijodiversità fl-Unjoni u lil hinn minnha. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biex jappoġġa l-komunikazzjoni, l-immaniġġjar u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni fil-qasam tal-ambjent, u biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar soluzzjonijiet u prattika ambjentali ta’ suċċess, inkluż bl-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet konċernati, u taħriġ; | (b) biex jappoġġa l-komunikazzjoni, l-immaniġġjar u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni fil-qasam tal-ambjent, u biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar soluzzjonijiet u prattika ambjentali ta’ suċċess, inkluż bl-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet konċernati, u taħriġ, maħsuba għall-kategoriji tal-gruppi tal-età kollha u l-kategoriji ekonomiċi u soċjali; |
Ġustifikazzjoni
Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, indipendentement mil-livell tagħhom ta' struzzjoni jew l-età tagħhom għandha tgħin biex jitjieb l-għarfien ta' dan il-programm u tiżdied il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi tiegħu.
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biex jappoġġa l-komunikazzjoni, l-immaniġġjar u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni fil-qasam tal-ambjent, u biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar soluzzjonijiet u prattika ambjentali ta’ suċċess, inkluż bl-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet konċernati, u taħriġ; | (b) biex jappoġġa l-komunikazzjoni, l-immaniġġjar u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni fil-qasam tal-ambjent, u biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar soluzzjonijiet u prattika ambjentali ta’ suċċess, inkluż bl-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-kooperazzjoni reġjonali bejn il-partijiet konċernati, u taħriġ; |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) biex jikkontribwixxi għall-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni, inkluż ir-razzjonalizzar trasversali tal-oqsma ta’ politika, partikolarment bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi ta’ politika jew maniġerjali, l-aħjar prassi u soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-bidla klimatika; | (a) biex jikkontribwixxi għall-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni, inkluż ir-razzjonalizzar trasversali tal-oqsma ta’ politika, partikolarment billi jiġu appoġġjati s-sinerġiji ma' objettivi ambjentali oħrajn, bħall-bijodiversità, u bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi ta’ politika jew maniġerjali, l-aħjar prassi u soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-bidla klimatika; |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(a) biex jikkontribwixxi għall-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-adattament, inkluż ir-razzjonalizzar trasversali tal-oqsma ta’ politika, partikolarment bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi ta’ politika jew maniġerjali, l-aħjar prassi u soluzzjonijiet għall-adattament għall-bidla klimatika; | (a) biex jikkontribwixxi għall-implementazzjoni u l-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni, inkluż ir-razzjonalizzar trasversali tal-oqsma ta’ politika, partikolarment billi jiġu appoġġjati s-sinerġiji ma' objettivi ambjentali oħrajn, bħall-bijodiversità, u bl-iżvilupp, l-ittestjar u d-dimostrazzjoni ta' approċċi ta’ politika jew maniġerjali bbażati fuq l-ekosistema, l-aħjar prassi u soluzzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-bidla klimatika; |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biex itejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni ta' azzjonijiet u miżuri effikaċi ta’ adattament u jtejjeb il-kapaċità li l-għarfien jiġi applikat fil-prattika; | (b) biex itejjeb il-bażi tal-għarfien għall-iżvilupp, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-implementazzjoni ta' azzjonijiet u miżuri effikaċi ta’ adattament ibbażati fuq l-ekosistema u jtejjeb il-kapaċità li l-għarfien jiġi applikat fil-prattika; |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) biex jiffaċilita l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ approċċi integrati, bħal għall-istrateġiji u pjanijiet ta' azzjoni għall-adattament, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali; | (c) biex jiffaċilita l-iżvilupp u l-implementazzjoni ta’ approċċi integrati bbażati fuq l-ekosistema, bħal għall-istrateġiji u pjanijiet ta' azzjoni għall-adattament, fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-adattament li jkunu tajbin biex jiġu replikati, ittrasferiti jew razzjonalizzati. | (d) biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta’ teknoloġiji, sistemi, metodi u strumenti innovattivi tal-adattament li jkunu tajbin biex jiġu replikati, ittrasferiti jew razzjonalizzati u li jiffokaw fuq l-approċċi bbażati fuq l-ekosistema. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) biex jappoġġa l-komunikazzjoni, l-immaniġġjar u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni fil-qasam tal-klima, u biex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-għarfien dwar soluzzjonijiet u prattika klimatiċi ta’ suċċess, inkluż bl-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet konċernati, u taħriġ; | (b) biex jappoġġa l-komunikazzjoni, l-immaniġġjar u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni fil-qasam tal-ambjent, u biex jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien dwar soluzzjonijiet u prattika ambjentali ta’ suċċess, inkluż bl-iżvilupp ta’ pjattaformi għall-kooperazzjoni bejn il-partijiet konċernati, u taħriġ, maħsuba għall-gruppi tal-età kollha u l-kategoriji ekonomiċi u soċjali; |
Ġustifikazzjoni
Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, indipendentement mil-livell tagħhom ta' struzzjoni jew l-età tagħhom għandha tgħin biex jitjieb l-għarfien ta' dan il-programm u tiżdied il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi tiegħu.
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Tal-anqas 78% tar-riżorsi baġitarji tal-programm LIFE għandhom jiġu allokati għall-istrumenti finanzjarji u għall-għotjiet ta’ proġetti. |
Ġustifikazzjoni
L-objettiv l-aktar importanti tal-programm LIFE, primarjament li jipprovdi finanzjament lill-proġetti, irid jiġi kkonsolidat billi jindirizza parti minima tal-ħidma tiegħu lejn l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 18.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
d) proġetti integrati primarjament fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, u tal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla klimatika; | d) proġetti integrati primarjament fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-ambjent tal-baħar, tal-ħamrija, l-iskart, l-arja, u tal-mitigazzjoni u l-adattament għall-bidla klimatika; |
Ġustifikazzjoni
Idem AM 13.
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ca) biex tkun politikament newtrali. |
Ġustifikazzjoni
Ma għandu jkun hemnm l-ebda suspett ta' sussidjar politiku bil-fondi LIFE.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) għandhom jinvolvu, fejn xieraq, lill-partijiet konċernati u jippromwovi, meta possibbli, il-koordinazzjoni ma' sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ dawn. | 3. Il-Proġetti Integrati msemmija fl-Artikolu 18 il-punt (d) għandhom ikunu aċċessibbli u jinvolvu, fejn xieraq, lill-partijiet konċernati u jippromwovi, meta possibbli, il-koordinazzjoni ma' sorsi ta’ finanzjament oħra tal-Unjoni u l-mobilizzazzjoni ta’ dawn. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Ir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 għandha tkun 70 % tal-ispejjeż eliġibbli. Eċċezzjonalment, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal proġetti msemmija fl-Artikolu 18, il-punti (d) u (f) għandha tkun 80 % tal-ispejjeż eliġibbli. | 1. Ir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 għandha tkun 50 % tal-ispejjeż eliġibbli. Eċċezzjonalment: |
| – ir-rata massima ta’ kofinanzjament għal proġetti msemmija fl-Artikolu 18, il-punti (d) u (f) għandha tkun 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. |
| – fir-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, u fil-gżejjer u ż-żoni muntanjużi u r-reġjuni l-aktar fit-Tramuntana b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, kif elenkati fl-Artikolu 174 tat-TFUE, ir-rata massima ta’ kofinanzjament għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18(a), (b), (c),(e), (f), (g) u (h) għandha tkun ta’ 60%, u għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18(d) u fl-Artikolu 12(a) għandha tkun ta’ 85%. |
Ġustifikazzjoni
Jekk il-VAT li ma jistax jiġi rimborsat u l-ispejjeż tal-persunal jibqgħu nefqa eliġibbli, li wieħed jirritorna għar-rata ta' kofinanzjament inizzjali jippermetti li jiġi stabbilit ekwilibriju finanzjarju meħtieġ u diversità tal-proġetti. Żieda ta’ 25% għall-proġetti integrati għandha tappoġġja proposta li tkun maħsuba b'mod ċar biex issaħħaħ l-effett ta’ ingranaġġ u l-karattru integrat tal-programm LIFE. Barra minn hekk, ir-reġjuni li għandhom żvantaġġi ġeografiċi permanenti għandhom jingħataw rati ogħla ta’ kofinanzjament.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-VAT ma għandhiex titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18. | 2. Il-VAT għandha titqies bħala kost eliġibbli għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 18 sakemm titħallas mill-benefiċjarju finali, f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/112/KE, u li ma tistax tiġi rkuprata mir-reġim tal-VAT nazzjonali applikabbli. Kwalunkwe talba ta’ eliġibilità għandha tiġi sostanzjata minn dokumenti ġustifikattivi xierqa fornuti mill-awtoritajiet tal-verifika jew ta' ċertifikazzjoni kompetenti fl-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni
Il-proposta tal-Kummissjoni li teskludi l-kost tal-VAT minn riskji ta’ eliġibilità biex teskludi parti kbira ta’ benefiċjarji potenzjali mill-programm LIFE u toħloq trattament inugwali fl-Istati Membri minħabba rati tal-VAT li jvarjaw u possibilitajiet li jvarjaw għall-irkupru tal-VAT. Barra minn hekk din il-bidla tkun ta’ inċentiv biex isiru anqas attivitajiet li jiġġeneraw VAT, bħall-azzjonijiet ta’ disseminazzjoni u viżibilità (seminars, ipprintjar ta’ materjal eċċ.).
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 20 – paragrafu 20a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. In-nefqa marbuta mal-kost tal-persunal permanenti tista’ tkun eliġibbli sakemm tkun marbuta mal-kost tal-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-proġett. |
Ġustifikazzjoni
Fil-“memorandum ta’ spjegazzjoni” l-KE tipproponi li tillimita jew teskludi l-eliġibilità tal-kosts għal persunal permanenti li ma jkunx reklutat speċifikament għall-proġett, biex jitnaqqsu l-problemi ta' monitoraġġ u rappurtar. Dan ikollu impatti negattivi fuq il-kwalità u l-fattibilità ta’ proġetti speċjalment ta’ organizzazzjonijiet governattivi iżgħar u organizzazzjonijiet mhux governattivi, li jiddependu fuq il-kontinwità tal-persunal permanenti u l-għarfien espert tagħhom, u li l-membri tal-persunal tagħhom jaħdmu part-time f'bosta proġetti fl-istess ħin.
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 23
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-Programm LIFE jista' jiffinanzja korpi pubbliċi u privati. | Il-Programm LIFE jista' jiffinanzja korpi pubbliċi. |
Ġustifikazzjoni
Biex jiġi żgurat li l-użu tal-fondi jkun effiċjenti u newtrali f'termini ta' valuri u jiġi pprovdut valur miżjud massimu għar-reġjun u mhux għall-interessi individwali.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 24 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma multiannwali għall-Programm LIFE. Dawk l-atti ta’ implementazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 29(2). | 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30 rigward l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma multiannwali għall-Programm LIFE u għandha tiżgura li l-partijiet interessati jkunu kkonsultati kif suppost meta jiġu żviluppati l-programmi ta' ħidma multiannwali. |
PROĊEDURA
Titlu | L-Istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) | |||
Referenzi | COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | REGI 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Patrice Tirolien 26.1.2012 | |||
Data tal-adozzjoni | 11.7.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 39 7 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | François Alfonsi, Charalampos Angourakis, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, John Bufton, Salvatore Caronna, Nikos Chrysogelos, Francesco De Angelis, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Vladimír Maňka, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Younous Omarjee, Markus Pieper, Monika Smolková, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Jan Březina, Karima Delli, Ivars Godmanis, Juozas Imbrasas, Maurice Ponga, Elisabeth Schroedter, Richard Seeber, Patrice Tirolien | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Hans-Gert Pöttering, Konrad Szymański | |||
PROĊEDURA
Titolu | L-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) | |||
Referenzi | COM(2011)0874 – C7-0498/2011 – 2011/0428(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 12.12.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | ENVI 15.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 15.12.2011 | ITRE 15.12.2011 | REGI 15.12.2011 |
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Jutta Haug 10.1.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 7.5.2012 | 20.6.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 19.9.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 56 2 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Martina Anderson, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Jo Leinen, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Frieda Brepoels, Nikos Chrysogelos, João Ferreira, Christofer Fjellner, Gaston Franco, Rebecca Harms, Jutta Haug, Romana Jordan, Toine Manders, James Nicholson, Justas Vincas Paleckis, Vittorio Prodi, Britta Reimers, Christel Schaldemose, Alda Sousa, Rebecca Taylor, Andrea Zanoni | |||
Data tat-tressiq | 28.9.2012 | |||