Dokument ta' sessjoni
11.10.2012
RAPPORT
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni
(14059/2012 – C7‑0305/2012 – 2012/2127(BUD) )
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Francesca Balzani
PR_BUD_DABapp
WERREJ
Paġna
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW...................................3
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT........................................................5
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni
(14059/2012 – C7‑0305/2012 – 2012/2127(BUD) )
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 310 u 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea għall-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2011[2],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda[3],
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2012, ippreżentat mill-Kummissjoni fl-20 ta' Ġunju 2012 ( COM(2012)0340 ),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012 adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Settembru 2012 (14059/2012 – C7-0305/2012),
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 423/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom[4],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits ( A7-0308/2012 ),
A. billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2012 għall-baġit ġenerali tal-2011 għandu tliet għanijiet, jiġifieri l-ħolqien ta’ erba’ linji tal-baġit għar-riallokazzjoni ta’ approprjazzjonijiet finanzjarji minn sa 10 % tal-allokazzjoni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjoanli (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni 2007-2013 favur strumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju, reviżjoni u baġitjar tal-previżjonijiet għar-riżorsi proprji, b’tali mod li ssir ridistribuzzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għar-riżorsi proprji fil-baġit tal-UE, u s-sostituzzjoni tas-sing ippreżentat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal linja tal-baġit 16 03 05 01 – Azzjoni preparatorja – EuroGlobe b’entrata nominali (p.m.) biex ikun jista’ jsir trasferiment;
B. billi l-aġġustament fir-riżorsi proprji huwa kkaġunat mir-reviżjoni tat-tbassir tal-bażijiet TOR, VAT u GNI, il-korrezzjoni ta’ żbilanċi baġitarji favur ir-Renju Unit (il-korrezzjoni tar-Renju Unit) rigward l-2008, l-2010 u l-2011, kif ukoll l-impatt fuq is-sehem tal-Awstrija, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja fil-finanzjament tar-rifużjoni lir-Renju Unit, li jitnaqqas għal kwart tas-sehem normali tagħhom, bit-tali tnaqqis iffinanzjat mill-Istati Membri l-oħra bl-esklużjoni tar-Renju Unit;
C. billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2012 jipprevedi l-possibbiltà li fondi minn operazzjonijiet preċedenti u ammonti li jkunu għad fadal minn sostenn tal-Unjoni għal strumenti tal-kondiviżjoni tar-riskju ffinanzjati mill-politika ta’ koeżjoni jiġu miżjuda s-sena ta’ wara, fuq it-talba tal-Istat Membru kkonċernat, mal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu tal-politika ta’ koeżjoni;
D. billi l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2012 huwa għalkollox konsistenti mal-modifiki tar-Regolament Finanzjarju maqbula bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, b’mod partikolari fl-Artikolu 131 tiegħu,
1. Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012;
2. Iqis li kwalunkwe trasferiment mill-politika ta’ koeżjoni għal dawk l-istrumenti finanzjarji li għandhom jiġu definiti għandu jkun debitament ġustifikat u kkontrollat tajjeb, kif jipprovdi r-Regolament (UE) Nru 423/2012;
3. Jesiġi li qabel ma jsir kwalunkwe trasferiment tali kif speċifikat fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tinforma lill-Awtorità Baġitarja;
4. Jesiġi li tingħadda lill-Parlament informazzjoni regolari u dettaljata dwar il-programmi operazzjonali li għandhom jitnaqqsu, dwar l-istrumenti finanzjarji li għandhom jiġu implimentati u dwar il-proġetti li għandhom jiġu sostnuti;
5. Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 4/2012, u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit emendatorju Nru 4/2012 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni | 10.10.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 29 0 4 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Francesca Balzani, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Peter Jahr, Jürgen Klute | |||