Dokument ta' sessjoni

 

A7-0327/2012

15.10.2012

*

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari

( COM(2011)0841 – C7‑0014/2012 – 2011/0414(CNS) )

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Holger Krahmer

 

PR_CNS_art55am

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta’ konsultazzjoni

   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits.......................................................................27

PROĊEDURA...........................................................................................................................37

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari

( COM(2011)0841 – C7‑0014/2012 – 2011/0414(CNS) )

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill ( COM(2011)0841 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0014/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits( A7-0327/2012 ),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jinnota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u dan ma jistax jiġi stabbilit qabel ma jintlaħaq ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

3.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva[1]:

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

5.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għaż-żmien kollu li fih ikun fis-seħħ l-istrument, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt [] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u fir-rigward ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-istrument, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Huwa importanti li jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-istrument u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u faċli għall-utent, filwaqt li għandhom jiġu wkoll żgurati ċ-ċertezza ġuridika u l-aċċessibilità tal-istrument għall-parteċipanti kollha.

 

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-inċident ta' Chernobyl fl-1986 enfasizza l-importanza globali tas-sikurezza nukleari. L-inċident ta' Fukushima Daiichi fl-2011 ikkonferma l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex titjieb is-sikurezza nukleari sal-ogħla standards. Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati il-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-'Komunità') għandha tkun tista' tappoġġja is-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi.

(3) L-inċident ta' Chernobyl fl-1986 enfasizza l-importanza globali tas-sikurezza nukleari. L-inċident ta' Fukushima Daiichi fl-2011 ikkonferma li r-riskji nuklerai huma inerenti f’kull reattur u li għalhekk huwa neċessarju li jitkomplew l-isforzi biex titjieb is-sikurezza nukleari sabiex jinkisbu l-ogħla standards li jirriflettu l-iktar prattiki avvanzati, b’mod partikolari f’termini ta’ governanza u indipendenza regolatorja. Sakemm l-impjanti tal-enerġija nukleari jibqgħu joperaw u jibqgħu jinbnew oħrajn ġodda, dan l-istrument għandu jkollu l-għan li jiżgura li l-livell ta’ sikurezza nukleari fil-pajjiżi assistiti jirrifletti l-istandards ta’ sikurezza Ewropej, li tali standards jinżammu u li l-appoġġ għall–awtoritajiet superviżorji indipendenti jsir prijorità ewlenija. Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati il-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-'Komunità') għandha tkun tista' tappoġġja s-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi.

 

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni Ewropea waħedha għandha massa kritika biex tirrispondi għall-isfidi globali u hija wkoll fl-aħjar pożizzjoni biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

(4) Għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja qed jikkunsidraw li jibnu jew qed jippjanaw biex jibnu impjanti tal-enerġija nukleari, u dan joħloq firxa wiesgħa ta’ sfidi u l-ħtieġa li jinħolqu kulturi ta’ sikurezza nukleari u sistemi ta’ governanza adegwati. Jeħtieġ li jinstabu mezzi għat-tisħiħ tas-sikurezza u s-sigurtà tal-impjanti tal-enerġija nukleari li qed jinbnew viċin il-fruntieri tal-Unjoni, b’mod partikolari fejn ikun hemm nuqqas ta’ kooperazzjoni politika mal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-istress tests għandhom jitwettqu fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kkonċernati kollha sabiex jiġu identifikati l-perikli ta’ sikurezza potenzjali filwaqt li l-miżuri neċessarji biex dawn jiġu korretti għandhom jiġu implimentati immedjatament. Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha u billi tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, l-Unjoni Ewropea tinsab f’pożizzjoni tajba biex tirrispondi għall-isfidi globali u biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. Għandha tingħata prijorità biex jiġi żgurat l-appoġġ mill-awtoritajiet superviżorji indipendenti u fir-rigward tal-appoġġ tar-regolaturi tagħhom, kif ukoll fir-rigward ta’ strutturi multilaterali reġjonali u internazzjonali li jistgħu jsaħħu l-fiduċja u l-applikazzjoni ta’ standards permezz ta’ mekkaniżmi ta’ reviżjoni bejn il-pari. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat regolarment mill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza nukleari b’konformità ma’ din id-Direttiva.

 

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' stallazzjonijiet nukleari. Il-Kunsill adotta wkoll id-Direttiva 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Dawn id-Direttivi u l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u skart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq implimentati fl-Unjoni huma eżempji li jistgħu jintużaw biex jinkoraġixxu pajjiżi terzi biex jadottaw standards għolja simili.

(6) Sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' stallazzjonijiet nukleari. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2012 dwar valutazzjonijiet komprensivi tar-riskji u tas-sikurezza ("stress tests") tal-impjanti tal-enerġija nukleari fl-Unjoni Ewropea u tal-attivitajiet relatati tenfasizza l-ħtieġa li dan il-qafas jissaħħaħ. Il-Kunsill adotta wkoll id-Direttiva 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Dawn id-Direttivi u l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u skart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq implimentati fl-Unjoni huma eżempji li jistgħu jintużaw biex jinkoraġixxu pajjiżi terzi biex jadottaw standards għolja simili, iżda jkunu kredibbli biss jekk jiġu trasposti b’mod adegwat mill-Istati Membri kollha.

 

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Hemm bżonn partikolari li l-Komunità tkompli bl-isforzi tagħha b'appoġġ għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, billi tibni fuq l-attivitajiet ta' salvagwardja tagħha stess fi ħdan l-Unjoni.

(10) Hemm bżonn partikolari li l-Komunità tkompli bl-isforzi tagħha b'appoġġ għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, billi tibni fuq l-attivitajiet ta' salvagwardja tagħha stess fi ħdan l-Unjoni. L-użu ta’ esperti tal-Unjoni biex jassistu lil pajjiżi terzi fil-qasam nikleari huwa importanti wkoll biex jinżamm livell għoli ta’ kompetenza fi ħdan l-Unjoni.

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) ("l-Orizzont 2020") il-ġdid u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Orizzont 2020 jagħtu attenzjoni partikulari lill-kooperazzjoni internazzjonali u r-relazzjonijiet tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tar-riżorsi umani.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Il-koerenza, il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-assistenza tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari għandhom jiġu żgurati bl-isforzi individwali tal-Istati Membri, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u lokali oħra sabiex ikunu evitati d-duplikazzjoni u l-finanzjament doppju.

 

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

L-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja miżuri sabiex tappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, ta' protezzjoni minn radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effikaċi ta' materjal nukleari f'pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

L-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja miżuri sabiex tappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, ta' protezzjoni minn radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effikaċi ta' materjal nukleari f'pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dan jiżgura li l-materjal nukleari jintuża biss għall-finijiet ċivili li għalihom ikun intenzjonat.

1. L-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu segwiti:

1. L-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu segwiti:

(a) il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;

(a) il-promozzjoni ta' governanza u kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;

(b)ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet;

(b)ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet f'pajjiżi terzi;

(c) it-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.

(c) it-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.

2. Il-progress globali fil-ksib tal-għanijiet speċifiċi imsemmija hawn fuq għandu jiġi evalwat, rispettivament, permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin:

2. Il-progress globali fil-ksib tal-għanijiet speċifiċi imsemmija hawn fuq għandu jiġi evalwat, rispettivament, permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin:

(a)l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati matul missjonijiet ta' reviżjoni tal-esperti tal-IAEA rilevanti;

(a)l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati matul missjonijiet ta' reviżjoni tal-esperti tal-IAEA rilevanti;

 

(aa) il-grad safejn il-pajjiżi megħjuna jiżviluppaw l-ogħla standards ta' sikurezza nukleari li jkunu simili għal-livelli meħtieġa fl-Unjoni mil-lati tekniċi, regolatorji u operazzjonali;

(b)l-istatus tal-iżvilupp ta' fjuwil użat, l-iskart nukleari u strateġiji tad-dekummissjonar, il-qafas leġislattiv u regolatorju rispettiv u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(b)l-istatus tal-iżvilupp ta' fjuwil użat, l-iskart nukleari u strateġiji tad-dekummissjonar, l-għadd u l-iskala tar-riabilitazzjoni meħtieġa f’ex siti u stallazzjonijiet nukleari, il-qafas rispettiv leġiżlattiv u regolatorju u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(c) l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati fir-rapporti rilevanti tal-IAEA dwar is-salvagwardji nukleari.

(c) l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati fir-rapporti rilevanti tal-IAEA dwar is-salvagwardji nukleari.

 

(ca) l-impatt fit-tul fuq l-ambjent;

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qafas għall-pajjiż imsieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qafas għall-pajjiż imsieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.

 

3a. L-objettivi stipulati fil-paragrafu 1 hawn fuq għandhom jintlaħqu primarjament permezz tal-miżuri li ġejjin:

 

(a) appoġġ għall-entitajiet regolatorji biex jiżguraw l-indipendenza, il-kompetenza u l-iżvilupp tagħhom u għall-investiment f'riżorsi umani;

 

(b) appoġġ għal miżuri għat-tisħiħ u l-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv;

 

(c) appoġġ għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' valutazzjoni tas-sikurezza bbażati fuq standards simili għal dawk applikati fl-Unjoni Ewropea;

 

(d) kooperazzjoni fl-oqsma li ġejjin: għarfien espert, esperjenza u żvilupp tal-ħiliet, proċeduri tal-ġestjoni tal-inċidenti u ta' prevenzjoni tal-inċidenti, strateġiji għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u starteġiji ta' dekummissjonar.

 

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu element sostanzjali ta' skambju ta' għarfien (qsim ta' għarfien espert, appoġġ għal programmi, kemm eżistenti kif ukoll ġodda, ta' edukazzjoni u taħriġ fil-qasam tas-sikurezza nukleari) sabiex tissaħħaħ is-sostenibilità tar-riżultati miksuba.

4. Miżuri speċifiċi appoġġjati minn dan ir-Regolament u l-kriterji li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari huma dettaljati fl-Anness.

4. Miżuri speċifiċi appoġġjati minn dan ir-Regolament u l-kriterji li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari huma dettaljati fl-Anness.

5. Kooperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika pprovduta taħt dan ir-Regolament għandha tkun kumplimentarja għal dik ipprovduta mill-Unjoni taħt strumenti oħra ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

5. Kooperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika pprovduta taħt dan ir-Regolament għandha tkun kumplimentarja għal dik ipprovduta mill-Unjoni taħt strumenti oħra ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 - 2020) ("l-Orizzont 2020") u l-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkomplementa l-Orizzont 2020.

 

5a. Fil-provvediment ta’ għajnuna minn dan l-Istrument għandha tingħata prijorità lill-pajjiżi benefiċjarji tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni u tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm is-sikurezza nukleari hija ta’ importanza kbira għall-pajjiżi kollha u għandu jkollha l-appoġġ tad-dinja kollha, ir-Rapporteur hu tal-fehma li l-mira primarja tal-għajnuna tal-UE għandha tkun indirizzata lill-benefiċjarji li huma l-eqreb tagħha, primarjament pajjiżi benefiċjarji tal-istrumenti tal-IPA u tal-ENI.

 

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi msieħba jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Unjoni.

3. Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi sħab jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u l-politiki esterni u interni tal-Unjoni.

 

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jistgħu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument.

5. Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jridu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument, sakemm ma jkollhomx impatt finanzjarju li jaqbeż il-livelli limitu definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni.

 

Id-dokument ta' strateġija jrid jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħti l-valutazzjoni tiegħu fir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien.

 

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi ta' prestazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu.

2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi ta' prestazzjoni ċari, speċifiċi u trasparenti u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati iżda bla ħsara għas-setgħat tal-awtorità baġitarja; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu regoli biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u jiġi żgurat l-użu tajjeb tal-fondi disponibbli.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-programmi multiannwali indikattivi għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi msieħba jew reġjun(i) li jinvolvu l-partijiet interessati, sabiex jiġi żgurat li dak il-pajjiż jew reġjun ikkonċernat ikollu biżżejjed appartenenza tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għal strateġiji nazzjonali ta' żvilupp.

3. Il-programmi multiannwali indikattivi għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi sħab jew reġjun(i) li jinvolvu l-partijiet interessati, sabiex jiġi żgurat li dak il-pajjiż jew reġjun ikkonċernat ikollu biżżejjed appartenenza tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għal strateġiji nazzjonali ta' żvilupp. Dawn il-programmi indikattivi multiannwali għandhom iqisu l-programm ta' ħidma tal-IAEA fil-qasam tas-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart.

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' priorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva b'inqas minn 20%, kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' prijorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva fi ħdan il-limitu perċentwali relevanti stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni, kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Jekk l-ammont totali tal-emendi mhux sostanzjali jew l-impatt baġitarju tagħhom jeċċedi l-limiti għal finanzjament fuq skala żgħira, kif stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament.

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4 a

 

Rappurtaġġ

 

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport darbtejn fis-sena dwar l-implimentazzjoni tal-għajnuna għal kooperazzjoni.

 

2. Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni relatata mas-sentejn preċedenti dwar il-miżuri ffinanzjati, informazzjoni dwar ir-riżultati ta' eżerċizzji ta' monitoraġġ u evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' impenji u pagamenti tal-baġit, imqassma skont il-pajjiż, ir-reġjun u t-tip ta' kooperazzjoni, kif ukoll il-pjanijiet ta’ pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza nukleari.

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Il-koerenza u l-komplementarjetà tal-għajnuna tal-Unjoni

 

1. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma’ oqsma u strumenti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Unjoni.

 

2. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta' appoġġ rispettivi tagħhom bl-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza rigward l-għoti tal-appoġġ u d-djalogu politiku b’konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva fil-qasam tal-appoġġ estern, u għall-armonizzazzjoni tal-politika u l-proċeduri. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni relevanti tul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' appoġġ.

 

3. L-Unjoni, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni xierqa ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, inklużi, iżda mhux biss, istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, fondi u programmi, fondazzjonijiet privati u politiċi kif ukoll donaturi mhux tal-Unjoni.

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR 631 100 000

1. L-ammont ta' referenza finanzjarja kif definit fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u fir-rigward ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR 631,100,000.

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u fir-rigward ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba.

 

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Anness – Miżuri speċifiċi appoġġjati

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri speċifiċi appoġġjati

Miżuri speċifiċi appoġġjati

Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu appoġġjati biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu appoġġjati biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

(a) Il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni kontra r-radjazzjoni fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz ta' :

(a) L-istabbiliment u l-promozzjoni ta' governanza u kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari li jirriflettu l-iktar prattiki avvanzati u protezzjoni kontra r-radjazzjoni fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz ta':

– appoġġ kontinwu għall-korpi regolatorji, organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż l-eżaminazzjoni u s-segwitu ta' valutazzjonijiet effettivi u komprensivi ta' riskju u sikurezza ('stress tests');

– appoġġ kontinwu għall-korpi regolatorji, organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż l-eżaminazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza fl-istallazzjonijiet nukleari biex jintlaħaq standard li jirrifletti l-iktar prattiki avvanzati fl-UE mil-lati tekniċi, regolatorji u operazzjonali;

– il-promozzjoni ta' oqfsa, proċeduri u sistemi regolatorji effikaċi li jiżguraw kontra radjazzjoni jonizzanti minn materjali radjuattivi, b'mod partikolari minn sorsi radjuattivi ta' attività għolja, u r-rimi tagħhom mingħajr periklu;

– il-promozzjoni ta' oqfsa, proċeduri u sistemi regolatorji effikaċi u trasparenti li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra radjazzjoni jonizzanti minn materjali radjuattivi, b'mod partikolari minn sorsi radjuattivi ta' attività għolja, u r-rimi tagħhom mingħajr periklu;

 

– il-promozzjoni ta’ sistemi effikaċi ta’ governanza tas-sikurezza nukleari, li jiggarantixxu l-indipendenza, ir-responsabilità u l-awtorità tal-korpi regolatorji kif ukoll strutturi ta’ kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali bejn tali korpi;

– it-twaqqif ta' arranġamenti effettivi għall-prevenzjoni tal-inċidenti b'konsegwenzi radjoloġiċi kif ukoll il-mitigazzjoni ta' tali konsegwenzi jekk iseħħu (pereżempju, il-monitoraġġ tal-ambjent fil-każ ta' rilaxxi radjuattivi, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mitigazzjoni u rimedju), u għall-miżuri ta' ppjanar għall-emerġenzi, preparatezza u rispons, protezzjoni ċivili u riabilitazzjoni.

– it-twaqqif ta' arranġamenti effettivi għall-prevenzjoni tal-inċidenti b'konsegwenzi radjoloġiċi kif ukoll il-mitigazzjoni ta' tali konsegwenzi jekk iseħħu (pereżempju, il-monitoraġġ tal-ambjent fil-każ ta' rilaxxi radjuattivi, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mitigazzjoni u rimedju), u għall-miżuri ta' ppjanar għall-emerġenzi, preparatezza u rispons, protezzjoni ċivili u riabilitazzjoni.

– appoġġ lill-operaturi nukleari, f'każijiet eċċezzjonali, taħt ċirkostanzi speċifiċi u ġġustifikati tajjeb fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-valutazzjonijiet komprensivi ta' sikurezza u ta' riskju ('istress tests');

– kooperazzjoni ma’ operaturi nukleari, f'każijiet eċċezzjonali, taħt ċirkostanzi speċifiċi u ġġustifikati tajjeb fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-valutazzjonijiet komprensivi ta' sikurezza u ta' riskju ('stress tests');

 

– il-promozzjoni ta' politiki ta' informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ professjonali fil-qasam tal-enerġija nukleari u relatati maċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, il-ġestjoni tal-iskart nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni.

(b) Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet, b'mod partikolari permezz ta' :

(b) Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet, b'mod partikolari permezz ta' :

– kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' karburant nukleari użat u l-ġestjoni tal-iskart radjoattiv (jiġifieri t-trasport, il-pretrattament, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin u r-rimi) inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi u oqfsa għal ġestjoni responsabbli ta' fjuwil nukleari moħli u skart radjuattiv;

– kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' karburant nukleari użat u l-ġestjoni tal-iskart radjoattiv (jiġifieri t-trasport, il-pretrattament, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin u r-rimi) inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi u oqfsa għal ġestjoni responsabbli ta' fjuwil nukleari moħli u skart radjuattiv;

– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u oqfsa għad-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti, għal r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, u għall-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarraq fil-baħar;

– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u oqfsa għad-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti, għal r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, u għall-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarraq fil-baħar;

– It-twaqqif tal-qafas u l-metodoloġiji regolatorji meħtieġa (inklużi l-metodi forensiċi nukleari) għall-implimentazzjoni ta' salvagwardji nukleari, inklużi l-kontabilità u l-kontroll kif suppost ta' materjali fissili fil-livell Statali u fil-livell tal-operaturi;

– It-twaqqif tal-qafas u l-metodoloġiji regolatorji meħtieġa (inklużi l-metodi forensiċi nukleari) għall-implimentazzjoni ta' salvagwardji nukleari, inklużi l-kontabilità u l-kontroll kif suppost ta' materjali fissili fil-livell Statali u fil-livell tal-operaturi;

– Miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali (anke fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari tal-IAEA) fl-oqsma msemmija hawn fuq, inklużi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' Konvenzjonijiet u Trattati internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni, bini ta' kapaċità u t-taħriġ fil-qasam ta' sikurezza u riċerka nukleari.

– Miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali (anke fil-qafas ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari tal-IAEA) fl-oqsma msemmija hawn fuq, inklużi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' Konvenzjonijiet u Trattati internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni, bini ta' kapaċità u t-taħriġ fil-qasam ta' sikurezza u riċerka nukleari.

 

(ba) Assistenza biex jiġi żgurat livell għoli ta' kompetenza u speċjalizzazzjoni tar-regolaturi, l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku u l-operaturi (mingħajr tgħawwiġ tal-kompetizzjoni)fl-oqsma koperti b’dan ir-Regolament, partikolarment permezz ta':

 

– l-appoġġ kontinwu għall-edukazzjoni u t-taħriġ tal-persunal tal-entitajiet regolatorji, organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tekniku u operaturi nukleari (mingħajr tgħawwiġ tal-kompetizzjoni);

 

– il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' faċilitajiet ta' taħriġ adegwati.

 

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Anness – Kriterji – 1. Il-kriterji ġenerali

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kriterji ġenerali

1. Il-kriterji ġenerali

– Il-kooperazzjoni tista' tkopri l-'pajjiżi terzi' kollha (Stati Membri mhux fl-UE) madwar id-dinja.

– Il-kooperazzjoni għandha tkopri l-'pajjiżi terzi' kollha (Stati Membri mhux fl-UE) b’konformità mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

– Se tingħata prijorità lill-pajjiżi ta' Adeżjoni u l-pajjiżi fir-reġjun Ewropew tal-Viċinat. Approċċi reġjonali ser ikunu ffavoriti.

– Se tingħata prijorità lill-pajjiżi ta' Adeżjoni u l-pajjiżi fir-reġjun Ewropew tal-Viċinat. Approċċi reġjonali ser ikunu ffavoriti.

– Pajjiżi bi dħul għoli għandhom ikunu inklużi biss biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri eċċezzjonali, per eżempju wara inċident nukleari maġġuri, jekk ikun meħtieġ u xieraq.

– Pajjiżi bi dħul għoli għandhom ikunu inklużi biss biex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri eċċezzjonali, per eżempju wara inċident nukleari maġġuri, jekk ikun meħtieġ u xieraq. Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, ‘pajjiżi bi dħul għoli’ tfisser il-pajjiżi u t-territorji elenakati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/20061

– Fehim komuni u fehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Unjoni Ewropea għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.

– Fehim komuni u fehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Unjoni Ewropea għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.

– Pajjiżi terzi li jixtiequ jikkooperaw mal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonformaw totalment mal-prinċipji ta' non-proliferazzjoni. Għandhom ukoll ikunu partijiet mill-konvenzjonijiet rilevanti, fil-qafas tal-IAEA, fuq is-sikurezza u s-sigurtà nukleari jew ħadu passi li juru impenn sod biex jaderixxu għal tali konvenzjonijiet. Il-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea tista' ssir bil-kundizzjoni tal-adeżjoni jew it-tlestija ta' passi lejn l-adeżjoni mal-konvenzjonijiet rilevanti. F'każijiet ta' emerġenza, il-flessibilità għandha, eċċezzjonalment, tiġi murija fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju.

– Pajjiżi terzi li jixtiequ jikkooperaw mal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonformaw totalment mal-prinċipji ta' non-proliferazzjoni. Għandhom ukoll ikunu partijiet mill-konvenzjonijiet rilevanti, fil-qafas tal-IAEA, fuq is-sikurezza u s-sigurtà nukleari jew ħadu passi li juru impenn sod biex jaderixxu għal tali konvenzjonijiet. Il-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea għandha ssir bil-kundizzjoni tal-adeżjoni mal-konvenzjonijiet rilevanti u l-implimentazzjoni tagħhom. F'każijiet ta' emerġenza, il-flessibilità għandha, eċċezzjonalment, tiġi murija fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju, jekk in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni x’aktarx iżid ir-riskji għall-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha.

– Sabiex jiżgura u jimmonitorja l-konformità mal-għanijiet ta' kooperazzjoni, il-pajjiż terz benefiċjarju għandu jaċċetta l-prinċipju ta' valutazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. L-evalwazzjoni tagħmilha possibbli biex wieħed jimmonitorja u jivverifika l-konformità mal-għanijiet miftiehma u tista' tkun kundizzjoni għat-tkomplija ta' pagament tal-kontribut tal-Komunità.

– Sabiex jiżgura u jimmonitorja l-konformità mal-għanijiet ta' kooperazzjoni, il-pajjiż terz benefiċjarju għandu jaċċetta l-prinċipju ta' valutazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. Il-konformità verifikabbli u kontinwa mal-għanijiet miftiehma għandha tkun kundizzjoni għat-tkomplija ta' pagament tal-kontribut tal-Komunità.

– Il-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari taħt dan ir-Regolament mhijiex immirata lejn il-promozzjoni tal-enerġija nukleari.

– Il-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari taħt dan ir-Regolament mhijiex immirata lejn il-promozzjoni tal-enerġija nukleari jew lejn l-estensjoni taż-żmien tat-tħaddim tal-impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti.

 

_______________

 

1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal- 21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, u ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw li jaqaw fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għal attivitajiet li mhumiex għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp.(ĠU L 405, 30.12.2006).

 

Emenda 22

Proposta għal regolament

Anness – Kriterji – 2. Pajjiżi b'kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari li ġiet installata - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' pajjiżi li jkunu diġà bbenefikaw mill-finanzjament tal-Komunità, kooperazzjoni addizzjonali għandha tiddependi fuq l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit Komunitarju u fuq ġustifikazzjoni xierqa ta' ħtiġijiet ġodda. L-evalwazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata b'mod aktar preċiż in-natura tal-kooperazzjoni u l-ammonti li jingħataw lil dawk il-pajjiżi fil-futur.

Fil-każ ta' pajjiżi li jkunu diġà bbenefikaw mill-finanzjament tal-Komunità, kooperazzjoni addizzjonali għandha tiddependi fuq l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit Komunitarju u fuq ġustifikazzjoni xierqa ta' ħtiġijiet ġodda. L-evalwazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata b'mod aktar preċiż in-natura tal-kooperazzjoni u l-ammonti li jingħataw lil dawk il-pajjiżi fil-futur. L-Unjoni għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni reġjonali u l-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni bejn il-pari.

 

Emenda 23

Proposta għal regolament

Anness – Kriterji – 3. Pajjiżi mingħajr kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari li ġiet installata – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, kemm jekk għandhom jew m'għandhomx reatturi għar-riċerka u li għalihom tqum il-kwistjoni tal-intervent fil-mument opportun biex jiġi żgurat li kultura ta' sikurezza u s-sigurtà nukleari titrawwem mod parallel mal-iżvilupp tal-programm tal-ġenerazzjoni nukleari, speċjalment fir-rigward tat-tisħiħ tal-awtoritajiet regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, il-kooperazzjoni se tikkunsidra l-kredibilità tal-programm tal-iżvilupp tal-enerġija nukleari, l-eżistenza ta' deċiżjoni governattiva dwar l-użu tal-enerġija nukleari u t-tfassil preliminari ta' pjan direzzjonali.

Fil-każ ta' pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, kemm jekk għandhom jew m'għandhomx reatturi għar-riċerka u li għalihom tqum il-kwistjoni tal-intervent fil-mument opportun biex jiġi żgurat li kultura ta' sikurezza u s-sigurtà nukleari titrawwem mod parallel mal-iżvilupp tal-programm tal-ġenerazzjoni nukleari, speċjalment fir-rigward tat-tisħiħ tal-governanza tas-sikurezza nukleari u tal-indipendenza u l-kapaċità tal-awtoritajiet regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku. Il-kooperazzjoni se tikkunsidra l-kredibilità tal-programm tal-iżvilupp tal-enerġija nukleari, l-eżistenza ta' deċiżjoni governattiva dwar l-użu tal-enerġija nukleari u t-tfassil preliminari ta' pjan direzzjonali.

 

Emenda 24

Proposta għal regolament

Anness – Prijoritajiet – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati l-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, u biex jiġi żgurat li l-materjali nukleari ma jingħatawx direzzjoni oħra għal għanijiet barra dawk li hu maħsub għalihom, il-kooperazzjoni hi diretta primarjament lejn ir-regolaturi nukleari (u l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom). L-għan huwa li tkun żgurata l-kompetenza teknika u l-indipendenza tagħhom u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż ir-reviżjoni u segwitu effettiv u komprensiv ta' valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ('stress tests').

Skont dan l-istrument, il-kooperazzjoni hi diretta primarjament lejn ir-regolaturi nukleari (u l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom) bl-għan li tkun żgurata l-kompetenza teknika u l-indipendenza tagħhom u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż ir-reviżjoni u segwitu effettiv u komprensiv ta' valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ('stress tests'). Da għandu joħloq il-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati l-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, u biex jiġi żgurat li l-materjal nukleari ma jiġix devjat għal skopijiet oħra għajr dawk li hu maħsub għalihom.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Anness – Prijoritajiet – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijoritajiet oħra ta' programmi ta' kooperazzjoni biex jiġu żviluppati fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jinkludu:

Prijoritajiet oħra ta' programmi ta' kooperazzjoni biex jiġu żviluppati fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jinkludu:

 

- attivitajiet ta’ għoti ta' liċenzji;

– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u strutturi responsabbli għall-użu responsabbli u l-ġestjoni sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv;

– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u strutturi responsabbli għall-użu responsabbli u l-ġestjoni sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv;

– id-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti u r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, kif ukoll l-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u ta' materjal radjuattiv mgħarrqa fil-baħar, meta dawn jikkostitwixxu periklu għall-pubbliku.

– id-dekummissjonar ta' stallazzjonijiet eżistenti u r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, kif ukoll l-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarrqa fil-baħar, meta dawn jikkostitwixxu periklu għall-pubbliku.

 

– l-iżgurar li l-materjali nukleari ma jintużawx għal finijiet li għalihom ma kinux intenzjonati.

Ġustifikazzjoni

Kif rikonoxxut ukoll fl-opinjoni tal-KESE tat-23 ta' Mejju 2012, "Il-proposta tal-SKSN tgħid li l-għan tal-SKSN huwa li jelimina r-riskju nukleari iżda għandu jitqies li, teknikament, bħal fil-każ tal-eliminazzjoni tar-riskju fi proċess industrijali kkumplikat, il-kisba ta' dan l-għan ma tistax tiġi ggarantita, speċjalment il-prevenzjoni ta' inċident nukleari katastrofiku. [...] Għandu jiġi kkunsidrat ukoll li l-idea li r-riskju ġie eliminat fi kwalunkwe proċess ma tinkuraġġix kultura ta' sikurezza ta' livell għoli."

 

Emenda 26

Proposta għal regolament

Anness – Prijoritajiet – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni ma' operaturi ta' installazzjonijiet nukleari f'pajjiżi terzi se jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet speċifiċi fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-'istress tests'. Tali kooperazzjoni mal-operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari ser teskludi provvista ta' tagħmir.

Kooperazzjoni ma' operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari f'pajjiżi terzi se jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet speċifiċi fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-'istress tests'. Tali kooperazzjoni mal-operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari se teskludi provvista ta' tagħmir, u assistenza jew attivitajiet oħrajn li jistgħu u għandhom jinxtraw fuq bażi kummerċjali mill-operatur sabiex jissodisfa l-istandards ta’ sikurezza regolatorji.

Ġustifikazzjoni

L-UE m’għandhiex tissussidja operaturi nukleari f’pajjiżi barranin.

 

 

16.7.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari

( COM(2011)0841 – C7‑0014/2012 – 2011/0414(CNS) )

Rapporteur għal opinjoni: Jan Kozłowski

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

B'reazzjoni għall-isfidi globali u l-bżonn għal azzjoni koordinata fuq livell internazzjonali fil-qasam tas-sikurezza nukleari, il-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għal Strument Ewropew għall-Kooperazzjoni tas-Sikurezza Nukleari (INSC) għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014 – 2020. Dan l-istrument il-ġdid se jibni fuq il-qafas eżistenti għall-kooperazzjoni nukleari li l-UE ilha tiżviluppa gradwalment mid-disgħinijiet 'l hawn.

 

L-istrument għandu l-għan li jiżgura l-mezzi suffiċjenti għall-Unjoni biex tippromwovi s-sigurtà tal-bniedem u strateġika, billi twieġeb għall-isfidi fil-qasam tas-sikurezza nukleari, il-ħarsien mir-radjazzjoni u s-salvagwardji nukleari fil-pajjiżi terzi kollha. Barra minn hekk, l-INSC fil-fatt se jsarraf esternament uħud mill-objettivi tal-Ewropa 2020 permezz tal-promozzjoni ta’ forom ta’ kooperazzjoni regolatorji u oħrajn ma’ ekonomiji emerġenti kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u standards.

 

Minħabba li l-isfidi nukleari jinbidlu b’mod dinamiku, u wħud mill-proġetti preċedenti tal-UE fil-qasam tas-sikurezza nukleari dalwaqt isiru obsoleti (bħar-rikondizzjonament tas-sit ta’ Chernobyl), fl-MFF li jmiss ir-riżorsi se jiġu indirizzati lejn objettivi xi ftit differenti . Il-prijoritajiet ta’ programmar il-ġodda għall-2014 – 2020 għaldaqstant se jkunu r-rikondizzjonament ta' siti tal-minjieri, rimi adegwat ta' fjuwil użat, immaniġġjar tal-iskart u dekommissjonar ta’ stalazzjonijiet. L-intervent se jinbidel ukoll minn għajnuna teknika għal kooperazzjoni u qsim ta’ għarfien tal-UE ma’ pajjiżi terzi, inkluż fil-qasam tad-disinn, l-operat, il-manutenzjoni u r-regolazzjoni ta’ impjanti nukleari.

 

L-implikazzjonijiet baġitarji

 

Il-proposta tal-Kummissjoni turi żieda ta’ 5,8 % fi prezzijiet kostanti tal-2011 (minn EUR 529 miljun fl-QFM attwali għal EUR 560 miljun fil-QFM li jmiss) fl-allokazzjoni ġenerali tal-Istrument għall-Kooperazzjoni tas-Sikurezza Nukleari għall-perjodu 2014 – 2020.

 

Fondi tal-UE se jiġu żburżati permezz ta’ dokumenti ta’ strateġija multiannwali u programmi indikattivi, li fihom se jitniżżlu l-prijoritajiet għall-iffinanzjar u l-objettivi speċifiċi.

 

Dgħufijiet tal-proposta attwali:

 

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament irnexxielha twassal biex l-istrument ikun aktar trasparenti, flessibbli u simplifikat. Soġġetta għal Regolament ta’ Implimentazjzoni Komuni li jkopri l-istrumenti kollha għal azzjoni esterna, iċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji tal-INSC se titjieb u r-regoli se jkunu armonizzati.

 

Minkejja t-titjib propost, ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza l-bżonn li tkun żgurata koordinazzjoni, konsistenza u komplimentarjetà akbar tal-isforzi fil-qasam tas-sigurtà nukleari fil-livell Komunitarju u nazzjonali, iżda wkoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, lokali u reġjonali, sabiex ikunu evitati d-duplikazzjonijiet u jittieħed l-effett massimu mill-iffinanzjar.

 

Fi żminijiet ta’ diffikultà ekonomika hemm bżonn li jkun hemm aktar titjib tal-amministrazzjoni finanzjarja tajba u l-aħjar użu possibbli tar-riżorsi finanzjarji tal-UE.

 

Mingħajr ma tiddgħajjef l-importanza tas-sikurezza nukleari, ir-Rapporteur jixtieq itenni l-importanza ta’ din l-industrija bħala sors importanti ta’ enerġija. Għaldaqstant, jixtieq jenfasizza l-bżonn li jinżamm l-iżvilupp ekonomiku tagħha, filwaqt li jkun hemm rispett sħiħ għall-ogħla standards ta' sikurezza fil-produzzjoni tal-enerġija nukleari.

 

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jixtieq jinnota l-importanza li jkun ipprovdut aċċess prijoritarju għall-fondi disponibbli għal dan l-istrument lil kandidati, kandidati potenzjali u benefiċjarji tal-ENI, speċjalment minħabba l-fatt li pajjiż kandidat, pajjiż kandidat potenzjali u 9 pajjiżi tal-viċinat għandhom jew qed jippjanaw li jibnu impjanti nukleari ta' riċerka u ta' produzzjoni.

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li dan ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Multiannwali għas-snin 2014-2020;

 

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

 

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFM li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda previsti mit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jirrimarka li anki b'żieda ta' mill-anqas 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFM li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, biex jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-valur miżjud Ewropew pruvat tagħhom.

 

_____________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011))0266.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għaż-żmien kollu li fih ikun fis-seħħ l-istrument, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt [] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u fir-rigward ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrument, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Huwa importanti li jiġu żgurati l-amministrazzjoni finanzjarja tajba tal-istrument u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u faċli għall-utent, filwaqt li għandhom jiġu wkoll żgurati ċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-istrument għall-parteċipanti kollha.

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni Ewropea waħedha għandha massa kritika biex tirrispondi għall-isfidi globali u hija wkoll fl-aħjar pożizzjoni biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

(4) Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni Ewropea waħedha għandha massa kritika biex tirreaġixxi għall-isfidi globali u hija wkoll fl-aħjar pożizzjoni biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza nukleari.

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-koerenza, il-koordinazzjoni u l-komplimentarjetà tal-għajnuna tal-Unjoni fil-qasam tas-sikurezza nukleari għandhom jiġu żgurati bl-isforzi individwali tal-Istati Membri, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u lokali sabiex ikunu evitati d-duplikazzjoni u l-finanzjament doppju.

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qafas għall-pajjiż imsieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-politiki interni u esterni tal-Unjoni, mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni għall-pajjiż sieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-għajnuna mogħtija minn dan l-Istrument għandha tkun disponibbli b’mod prijoritarju lill-pajjiżi benefiċjarji tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) u tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENI).

Ġustifikazzjoni

Għalkemm is-sikurezza nukleari hija ta’ importanza kbira għall-pajjiżi kollha u għandu jkollha l-appoġġ tad-dinja kollha, ir-Rapporteur hu tal-fehma li l-mira primarja tal-għajnuna tal-UE għandha tkun indirizzata lill-benefiċjarji li huma l-eqreb tagħha, primarjament pajjiżi benefiċjarji tal-istrumenti tal-IPA u tal-ENI.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi msieħba jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Unjoni.

3. Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u l-politiki esterni u interni tal-Unjoni.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jistgħu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument.

5. Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jistgħu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument, sakemm ma jkollhomx impatt finanzjarju li jaqbeż il-limiti ta’ referenza definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni.

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi ta' prestazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu.

2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi ċari, speċifiċi u trasparenti ta' prestazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati bla preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu.

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' priorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva b'inqas minn 20%, kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' prijorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva fi ħdan il-limitu perċentwali relevanti stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni, kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Jekk l-ammont totali tal-emendi mhux sostanzjali jew l-impatt baġitarju tagħhom jeċċedi l-limiti għal finanzjament fuq skala żgħira, kif stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni, għandha tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) ta’ dak ir-Regolament.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Il-koerenza u l-komplementarjetà tal-għajnuna tal-Unjoni

 

1. Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma’ oqsma u strumenti oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll ma' politiki rilevanti oħra tal-Unjoni.

 

2. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta’ appoġġ rispettivi tagħhom bil-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza rigward l-għoti tal-appoġġ u d-djalogu politiku skont il-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva fil-qasam tal-appoġġ estern, u għall-armonizzazzjoni tal-politika u l-proċeduri. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni relevanti tul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta' appoġġ.

 

3. L-Unjoni, f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tieħu l-passi neċessarji biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni kif suppost ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, inklużi, iżda mhux biss, istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, fondi u programmi, fondazzjonijiet privati u politiċi kif ukoll donaturi mhux tal-Unjoni.

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR 631 100 000

1. L-ammont ta' referenza finanzjarja kif definit fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u fir-rigward ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR 631 100 000.

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali.

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar- Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali tal-xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u fir-rigward ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba.

 

 

 

PROĊEDURA

Taqsima

Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari

Referenzi

COM(2011)0841 – C7-0014/2012 – 2011/0414(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

19.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2012

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Jan Kozłowski

15.2.2012

Data tal-adozzjoni

12.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Lucas Hartong, Jutta Haug, Anne E. Jensen, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Bendt Bendtsen, Gerben-Jan Gerbrandy, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jutta Steinruck, Nils Torvalds

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Leonardo Domenici

 

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

Strument għall-Kooperazzjoni fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari

Referenzi

COM(2011)0841 – C7-0014/2012 – 2011/0414(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

16.1.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

19.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2012

ENVI

19.1.2012

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

20.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Holger Krahmer

14.2.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.7.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Maria Da Graça Carvalho, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Jacky Hénin, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Ioan Enciu, Gunnar Hökmark, Yannick Jadot, Ivailo Kalfin, Sajjad Karim, Seán Kelly, Holger Krahmer, Zofija Mazej Kukovič, Vladko Todorov Panayotov, Markus Pieper, Peter Skinner

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Anne E. Jensen, Ramona Nicole Mănescu

Data tat-tressiq

16.10.2012

 

 

[1] Testi adottati, P7_TA(2011)0266