Dokument ta' sessjoni

 

A7-0347/2012

22.10.2012

***I

RAPPORT

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq)

( COM(2011)0651 – C7‑0360/2011 – 2011/0295(COD) )

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Arlene McCarthy

 

PR_COD_1consamCom

 

 

Tifsira tas-simboli użati

       *     Proċedura ta’ konsultazzjoni

   ***     Proċedura ta’ approvazzjoni

  ***I     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)

 ***II     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

  ***III     Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

 

(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)

 

 

 

 

 

Emendi għal abbozz ta’ att

Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.

 

L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].

 

 

 

 

 

 

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel 68

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali..................................................80

PROĊEDURA.........................................................................................................................103

 

 

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq)

( COM(2011)0651 – C7‑0360/2011 – 2011/0295(COD) )

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2011)0651 ) u l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill ( COM(2012)0421 ),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0360/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0347/2012 ),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[6],

Billi:

(1)         Suq intern ġenwin għas-servizzi finanzjarji huwa kruċjali għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien ta’ impjiegi fl-Unjoni.

(2)         Suq finanzjarju integrat, effiċjenti u trasparenti jeħtieġ integrità tas-suq. Il-funzjonament bla xkiel tas-swieq tat-titoli u l-fiduċja tal-pubbliku fis-swieq huma prerekwiżiti għat-tkabbir u l-ġid ekonomiku. L-abbuż tas-suq jolqot ħażin l-integrità tas-swieq finanzjarji u l-fiduċja pubblika f’titoli u derivati.

(3)         Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)[7], ikkompletat u aġġornat il-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-integrità tas-suq. Madankollu, minħabba l-iżviluppi leġiżlattivi, tas-suq u teknoloġiċi li minn dakinhar irriżultaw f’bidliet konsiderevoli għax-xenarju finanzjarju, dik id-Direttiva għandha issa tiġi sostitwita sabiex jiġi żgurat li tinżamm aġġornata skont dawn l-iżviluppi. Jeħtieġ ukoll att leġiżlattiv ġdid sabiex jiġu żgurati regoli uniformi u ċarezza tal-kunċetti ewlenin, u biex ikun żgurat sett ta’ regoli wieħed f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE.

(4)         Hemm bżonn li jiġi stabbilit qafas uniformi sabiex jippreżerva l-integrità tas-suq u sabiex jevita arbitraġġ regolatorju potenzjali u sabiex jiżgura r-responsabilità fil-każ ta' tentattiv ta' manipulazzjoni, kif ukoll sabiex jipprovdi aktar ċertezza legali u inqas kumplessità regolatorja għall-parteċipanti fis-suq. Dan l-att ġuridiku applikabbli direttament jimmira biex jikkontribwixxi b'mod determinanti lejn il-funzjonament bla intoppi tas-suq intern u għandu, konsegwentament, ikun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(5)         Għaldaqsant, sabiex jitneħħa x-xkiel li għad baqa' għall-kummerċ, jisparixxi t-tagħwiġ sinifikanti tal-kompetizzjoni li jirriżulta mid-diverġenzi fost il-liġijiet nazzjonali, u jiġi evitat kull xkiel ieħor possibbli għall-kummerċ u għat-tagħwiġ sinifikanti tal-kompetizzjoni, jeħtieġ li jiġi adottat Regolament li jistabbilixxi regoli uniformi applikabbli fl-Istati Membri kollha. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti kontra l-abbuż tas-suq fil-forma ta’ regolament għandu jiżgura li dawk ir-rekwiżiti jkunu direttament applikabbli. Dan għandu jiżgura kundizzjonijiet uniformi billi jevita d-diverġenza fost ir-rekwiżiti nazzjonali minħabba t-traspożizzjoni ta’ direttiva. Dan ir-Regolament għandu jimplika li l-persuni kollha, mingħajr eċċezzjoni, isegwu l-istess regoli fl-Unjoni. Tali regolament għandu wkoll inaqqas il-kumplessità regolatorja u jniżżel l-ispejjeż tal-kumpaniji biex ikunu konformi, partikularment dawk il-kumpaniji li joperaw fuq bażi transkonfinali. Ir-Regolament għandu jikkontribwixxu wkoll lejn it-tneħħija totali tat-tagħwiġ tal-kompetizzjoni.

(6)         Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa tistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jfasslu regoli sabiex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jadattaw il-leġiżlazzjoni skont il-ħtiġijiet ta’ emittenti fis-swieq għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament ta’ dawk l-emittenti. Għadd ta’ dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/6/KE jimponu piżijiet amministrattivi fuq l-emittenti, b’mod partikulari dawk li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar fis-swieq ta’ tkabbir tal-SMEs, li għandhom jitnaqqsu.

(7)         L-abbuż tas-suq huwa l-kunċett li jinkludi l-imġiba illegali kollha fis-swieq finanzjarji, u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jkun mifhum li jikkonsisti f’abbuż minn informazzjoni privileġġata jew użu ħażin ta’ informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Imġiba bħal din timpedixxi trasparenza totali u korretta tas-suq, li hi prerekwiżit għan-negozjar għall-atturi ekonomiċi kollha fi swieq finanzjarji integrati.

(8)         Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE kien jiffoka fuq l-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fi swieq regolati, iżda fis-snin riċenti l-istrumenti finanzjarji kienu negozjati dejjem aktar fuq faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTF). Hemm ukoll strumenti finanzjarji li huma nnegozjati biss fuq kwalunkwe tip ieħor ta’ faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTFs) bħas-sistemi ta’ broker crossing jew li jiġu negozjati biss barra l-Borża. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għalhekk għandu jiġi estiż biex jinkludi kull strument finanzjarju nnegozjati fuq MTF jew OTF, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji nnegozjati barra l-Borża, bħal pereżempju swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu, jew kwalunkwe kondotta jew azzjoni oħra li jista’ jkollha effett fuq strument finanzjarju bħal dan innegozjat f’suq regolat, MTF jew OTF. Dan għandu jtejjeb il-protezzjoni tal-investitur, jippreżerva l-integrità tas-swieq u jiżgura li l-manipulazzjoni tas-suq ta’ strumenti bħal dawn permezz ta’ strumenti finanzjarji nnegozjati barra l-Borża jkun ipprojbit b’mod ċar.

(9)         L-istabilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jew in-negozjar fi strumenti finanzjarji proprji fi programmi ta’ riakkwist (“buy-back”) jistgħu jkunu leġittimi, f’ċerti ċirkustanzi, għal raġunijiet ekonomiċi, u m’għandhomx, għalhekk, fihom infushom jitqiesu bħala abbuż tas-suq.

(10)       L-Istati Membri u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja, il-banek ċentrali nazzjonali u aġenziji oħra jew entitajiet ad hoc ta’ Stat Membru jew diversi Stati Membri kif ukoll tal-Unjoni u ċerti korpi pubbliċi oħra, ma għandhomx ikunu ristretti fit-twettiq ta’ ġestjoni monetarja, tar-rata tal-kambju jew tad-dejn pubbliku imma għandhom jagħmluhom b'mod trasparenti.

(11)       L-investituri raġjonevoli jibbażaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom fuq informazzjoni diġà disponibbli għalihom, jiġifieri, fuq it-tagħrif disponibbli ex ante. Għalhekk, id-domanda jekk, fit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ investiment, investitur raġjonevoli x’aktarx li jqis biċċa informazzjoni partikulari, għandha tiġi evalwata fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli ex ante. Tali valutazzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt antiċipat tal-informazzjoni fid-dawl tal-totalità tal-attività tal-emittent relatat, l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni u kwalunkwe varjanti oħra tas-suq li x’aktarx jaffettwaw l-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti ta’ emissjonijiet fiċ-ċirkostanzi partikolari.

(12)       Informazzjoni ex post tista’ tintuża biex tivverifika l-preżunzjoni illi l-informazzjoni ex ante tista' tinfluwenza l-prezzijiet, imma ma għandhiex tintuża biex tittieħed azzjoni kontra persuni li jkunu siltu konklużjonijiet raġjonevoli mill-informazzjoni ex ante disponibbli għalihom.

(13)       Iċ-ċertezza legali għall-parteċipanti tas-suq għandha tiġi msaħħa permezz ta’ definizzjoni aktar mill-qrib ta’ tnejn mill-elementi essenzjali għad-definizzjoni ta’ informazzjoni privileġġata, jiġifieri n-natura preċiża ta’ dik l-informazzjoni u s-sinifikat tal-effett potenzjali tagħha fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti ta’ emissjonijiet. Għal derivati li jkunu prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont ir-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-enerġija bl-ingrossa], għandha titqies bħala informazzjoni privileġġata jew "ta' ġewwa".

(14)       L-informazzjoni privileġġata jista' jsir abbuż minnha qabel ma emittent ikun obbligat li jiżvelaha. Il-qagħda ta’ negozjati ta’ kuntratti, it-termini miftiehma proviżjonalment fin-negozjati ta’ kuntratti, il-possibbiltà tal-pożizzjonament ta’ strumenti finanzjarji, il-kundizzjonijiet li skonthom strumenti finanzjarji jistgħu jiġi kkummerċjalizzati, jew it-termini proviżjonali għall-pożizzjonijiet ta’ strumenti finanzjarji, jistgħu jkunu informazzjoni relevanti għall-investituri. Għaldaqstant, tali informazzjoni għanda tikkwalifika bħala informazzjoni privileġġata. Madankollu, tali informazzjoni jista' jkun li ma tkunx preċiża biżżejjed biex l-emittent ikollu l-obbligu li jiżvelaha. F'tali każijiet, għandha tapplika l-projbizzjoni tan-negozjar b'informazzjoni privileġġata, iżda ma għandux japplika l-obbligu li l-emittent jiżvela l-informazzjoni.

(14a)     Hemm il-possibilità li l-użu ta' informazzjoni privileġġata jwassal għall-akkwist u ċ-ċessjoni ta' strumenti finanzjarji. Ladarba l-akkwist jew iċ-ċessjoni ta' strumenti finanzjarji jinvolvu neċessarjament deċiżjoni minn qabel, it-twettiq ta' akkwist jew ċessjoni ta' dan it-tip m'għandux jitqies fih innifsu li jikkostitwixxi l-użu ta' informazzjoni privileġġata.

(14b)     L-aċċess għal informazzjoni privileġġata li tikkonċerna kumpanija oħra u l-użu tagħha fil-kuntest ta' offerta pubblika ta' take over għall-iskop li jinkiseb kontroll ta' dik il-kumpanija jew li jkun hemm proposta ta' fużjoni ma' dik il-kumpanija m'għandux fih innifsu jitqies li jikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(14c)     Ir-riċerka u l-istimi żviluppati minn data disponibbli pubblikament m'għandhomx jitqiesu bħala informazzjoni privileġġata u kull tranżazzjoni mwettqa abbażi ta' din ir-riċerka jew dawn l-istimi m'għandhiex għalhekk titqies fiha nnifisha li tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(14d)     Is-sempliċi fatt li dawk li jagħmlu s-suq jew li l-persuni awtorizzati biex jaġixxu bħala kontropartijiet jillimitaw lilhom infushom għat-twettiq tal-attività kummerċjali leġittima tagħhom li jixtru jew jbigħu strumenti finanzjarji, jew li persuni awtorizzati biex jeżegwixxu ordinijiet f'isem partijiet terzi b'informazzjoni privileġġata jillimitaw irwieħhom, għat-twettiq ta' ordni b'mod responsabbli, m'għandux fih innifsu jitqies li jikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(14e)     In-negozjar fi strumenti finanzjarji li għalihom persuna tkun irċeviet talba għal lokalizzazzjoni ta' titolu individwali, jew għal konferma ta' aspettattiva raġonevoli ta' saldu, sabiex klijent jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu[8] jista' jkun leġittimu u m'għandux fih innifsu jitqies li jikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(14f)      Dan ir-Regolament mhux maħsub biex jipprojbixxi diskussjonijiet raġonevoli bejn l-azzjonisti u parteċipanti tas-suq u maniġments oħrajn rigward kumpanija u l-prospetti tagħha. Tali involviment tal-azzjonisti fil-governanza korporattiva ta' kumpanija għandu jitqies essenzjali għall-funzjonament xieraq tar-relazzjoni bejn il-kumpaniji u l-azzjonisti.

(14g)     Meta l-informazzjoni privileġġata tikkonċerna proċess li jseħħ fi stadji, kull stadju tal-proċess, kif ukoll il-proċess globali, jista' jikkostitwixxi informazzjoni ta' natura preċiża.

(14h)     It-tranżazzjonijiet jew l-ordnijiet għal negozjar li jistgħu jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq jistgħu jkunu ġġustifikati abbażi tal-fatt li jkunu leġittimi u konformi mal-prattika aċċettat fis-suq regolat ikkonċernat. Xorta tista' tiġi imposta sanzjoni jekk l-awtorità kompetenti tkun stabbilixxiet li kien hemm raġuni oħra, illeġittima wara dawn it-tranżazzjonijiet jew ordnijiet għal negozjar.

(14i)      Prattika li hija aċċettata f'suq partikolari ma tistax titqies li hi applikabbli għal swieq oħra sakemm l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn is-swieq l-oħra ma jkunux aċċettaw dik il-prassi b'mod uffiċjali;

(15)       Is-swieq spot u s-swieq relatati tad-derivati huma interkonnessi ħafna u globali, u l-abbuż tas-suq jista’ jsir bejn suq u ieħor, kif ukoll bejn il-fruntieri u dan jista' jwassal għal riskji sistemiċi sinifikanti. Dan japplika kemm għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata kif ukoll għall-manipulazzjoni tas-suq. B’mod partikolari, informazzjoni privileġġata minn suq spot tista’ tibbenefika lil persuna li tinnegozja f’suq finanzjarju. Għalhekk, id-definizzjoni ġenerali ta’ informazzjoni interna b'relazzjoni mas-swieq finanzjarji u derivattivi ta' komodità għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni kollha li hija relevanti għall-komodità relatata. Barra minn hekk, l-istrateġiji manipulattivi jistgħu wkoll jestendu bejn is-swieq spot u s-swieq tad-derivati. In-negozjar tal-istrumenti finanzjarji, inklużi d-derivattivi ta' komodità, jista' jintuża biex jimmanipula kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, u viċiversa, dawn il-kuntratti jistgħu jintużaw biex jimmanipulaw strumenti finanzjarji relatati. Il-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq għandha taqbad dawn l-interkonnessjonijiet. Madankollu, ma jixraqx, jew mhuwiex prattikabbli, li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jiġi estiż għal imġiba li ma tinvolvix strumenti finanzjarji, pereżempju, għal negozjar f’kuntratti spot tal-komoditajiet li jaffettwa biss is-suq spot. Fil-każ speċifiku ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tad-definizzjonijiet tar-[Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-enerġija bl-ingrossa] meta japplikaw id-definizzjonijiet ta’ informazzjoni privileġġata, ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata u ta' manipulazzjoni tas-suq f'dan ir-Regolament għal strumenti finanzjarji marbuta ma’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.

(15a)     Skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità[9], il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-korpi l-oħra maħtura uffiċjalment huma responsabbli għall-ħruġ tekniku tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-allokazzjoni libera tagħhom għas-setturi eliġibbli tal-industrija u l-parteċipanti ġodda, u b'mod aktar ġenerali, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas politiku tal-Unjoni rigward il-klima li fuqu hi msejsa l-provvista tal-kwoti tal-emissjonijiet lix-xerrejja konformi tal-iskema tal-Unjoni għan-negozjar tal-emissjonijiet (EU ETS). Fl-eżerċizzju ta' dawk id-dmirijiet, dawn il-korpi pubbliċi jkollhom aċċess għal informazzjoni li ma tkunx disponibbli għall-pubbliku u li jkun probabbli li jkollha influwenza fuq il-prezzijiet u skont id-Direttiva 2003/87/UE jista’ jkollhom bżonn iwettqu ċerti operazzjonijiet tas-suq relatati mal-kwoti tal-emissjonijiet. Sabiex tinżamm il-kapaċità tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-korpi l-oħra maħtura uffiċjalment li jiżviluppaw u jeżegwixxu l-politika tal-Unjoni dwar il-klima, l-attivitajiet tagħhom, imwettqa biss fl-insegwiment ta' dik il-politika u li jikkonċernaw kwoti tal-emissjonijiet, għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Din l-eżenzjoni ma għandhiex ikollha impatt negattiv fuq it-trasparenza globali tas-suq, peress li dawk il-korpi pubbliċi għandhom obbligi statutorji li joperaw b'tali mod li jiġi żgurat żvelar ordnat, ġust u mhux diskriminatorju ta' kwalunkwe deċiżjoni, żvilupp jew data ġodda li n-natura tagħhom tista' tinfluwenza l-prezzijiet, kif ukoll l-aċċess għalihom. Barra minn hekk, jeżistu salvagwardji għall-iżvelar ġust u mhux diskriminatorju ta' informazzjoni speċifika li tista' tinfluwenza l-prezzijiet miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi fid-Direttiva 2003/87/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva. Fl-istess ħin, l-eżenzjoni għall-korpi pubbliċi li jaġixxu favur il-politika tal-Unjoni dwar il-klima ma għandhiex testendi għall-każijiet fejn dawk il-korpi pubbliċi jkunu involuti f'kondotta jew fi tranżazzjonijiet li ma jitnisslux mill-azzjoni favur il-politika tal-Unjoni dwar il-klima jew meta persuni li qegħdin jaħdmu għal dawk il-korpi jkunu involuti f'kondotta jew fi tranżazzjonijiet f'isimhom stess.

(16)       B'konsegwenza tal-klassifikazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet bħala strumenti finanzjarji bħala parti mir-rieżami tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji[10], dawk l-istrumenti se jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk wieħed iqis in-natura speċifika ta’ dawk l-istrumenti u l-karatteristiċi strutturali tas-suq tal-karbonju, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-attività tal-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u korpi oħra maħtura uffiċjalment li jinvolvu kwoti tal-emissjonijiet, ma tkunx ristretta fl-azzjoni tagħha favur il-politika tal-Unjoni dwar il-klima. Madankollu, dan ir-Regolament iqis is-sensittività kbira tal-informazzjoni min-naħa tal-provvista taħt il-kontroll tal-awtoritajiet u l-uffiċjali pubbliċi għas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet u, għalhekk, il-ħtieġa li tali informazzjoni tiġi ġestita bl-attenzjoni dovuta skont proċeduri ċari b'kontroll xieraq biex tkun evitata kwalunkwe pubblikazzjoni mhux ikkontrollata u/jew diskriminatorja għas-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet bil-konsegwenza tat-tagħwiġ tal-proċess għat-tiswir b'ordni tal-prezzijiet f'dawk is-swieq. Min-naħa l-oħra, dawk l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jippermettu biżżejjed trasparenza għal proċess għat-tiswir b'ordni tal-prezzijiet fis-swieq tal-kwoti tal-emissjonijiet. Għaldaqstant, hemm bżonn ta' pubblikazzjoni ġusta, f'waqtha u mhux diskriminatorja ta' informazzjoni speċifika li tista' tinfluwenza lill-prezzijiet u li ma tkunx pubblika miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi. Barra minn hekk, id-dmir li tiġi żvelatat informazzjoni privileġġata jeħtieġ li jiġi indirizzat lill-parteċipanti f’dak is-suq b'mod ġenerali. Madankollu, sabiex jiġi evitat li s-suq jiġi espost għal rappurtar li ma jkunx utli, kif ukoll biex tinżamm il-kosteffiċjenza tal-miżura prevista, jidher li huwa meħtieġ li l-impatt regolatorju ta’ dak id-dmir jiġi limitat biss għal dawk l-operaturi tal-ETS tal-UE, li –minħabba d-daqs u l-attività tagħhom– jista' jkun mistenni raġonevolment li jkollhom effett sinifikanti fuq il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet. Fejn il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet diġà huma konformi mad-dmirijiet ekwivalenti ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata, b’mod partikolari skont ir-Regolament dwar l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-enerġija (Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-enerġija bl-ingrossa), l-obbligu ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata rigward il-kwoti tal-emissjonijiet m’għandux iwassal għal żvelar obbligatorju doppju sostanzjalment bl-istess kontenut.

(17)       Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità[11] ppreveda żewġ reġimi paralleli kontra l-abbuż tas-suq, applikabbli għall-irkanti tal-kwoti tal-emissjonijiet. Madankollu, b'riżultat tal-klassifikazzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet bħala strumenti finanzjarji, dan ir-Regolament għandu jikkostitwixxi sett ta’ regoli wieħed ta’ miżuri ta’ abbuż tas-suq applikabbli għat-totalità tas-suq primarju u dak sekondarju fil-kwoti tal-emissjonijiet. Ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqu skont ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2010.

(18)       Dan ir-Regolament għandu jipprovdi miżuri rigward il-manipulazzjoni tas-suq li jistgħu jiġu adattati għal forom ġodda ta’ negozjar jew strateġiji ġodda li jistgħu jkunu abbużivi. Sabiex jiġi rifless il-fatt li n-negozjar ta’ strumenti finanzjarji huwa dejjem aktar awtomatizzat, hi xi ħaġa ta' min jixtieqha li l-manipulazzjoni tas-suq għandha tkun issupplimentata minn eżempji ta’ strateġiji speċifiċi ta’ abbuż li jistgħu jitwettqu permezz ta' kwalunkwe mezz disponibbli ta’ negozjar, inkluż negozjar algoritmiku u ta’ frekwenza għolja, kif definit fid-Direttiva [il-MiFID il-ġdida]. L-eżempji pprovduti mhumiex maħsuba biex ikunu eżawrjenti u lanqas ma huma maħsuba biex jissuġġerixxu li l-istess strateġiji mwettqa permezz ta’ mezzi oħra ma jkunux abbużivi wkoll.

(19)       Sabiex jikkomplementa l-projbizzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq, dan ir-Regolament għandu jinkludi projbizzjoni kontra kull tentattiv ta’ involviment fil-manipulazzjoni tas-suq, peress li anke t-tentattivi għal manipulazzjoni tas-suq li ma jirnexxux għandhom jiġu ssanzjonati. It-tentattiv li dak li jkun jinvolvi ruħu f’manipulazzjoni tas-suq għandu jkun distint minn sitwazzjonijiet fejn l-imġiba ma jkollhiex l-effett mixtieq fuq il-prezz ta’ strument finanzjarju. Din l-imġiba hija meqjusa bħala manipulazzjoni tas-suq minħabba li x’aktarx setgħet tagħti sinjali foloz jew qarrieqa.

(20)       Dan ir-Regolament għandu jiċċara wkoll li l-involviment f’manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq fi strument finanzjarju jistgħu jieħdu l-forma ta’ użu ta’ strumenti finanzjarji relatati bħal strumenti derivati li huma nnegozjati fuq post jew faċilità tan-negozjar ieħor jew barra l-Borża.

(20a)     Bosta strumenti finanzjarji huma pprezzati b'referenza għal parametri ta' referenza. Il-manipulazzjoni reali jew tentattiv ta' manipulazzjoni tal-parametri ta' referenza, bħar-rati tal-offerti interbankarji, jistgħu jkollhom impatt serju fuq il-fiduċja fis-suq u jistgħu jirriżultaw f'telf sinifikanti għall-investituri jew tagħwiġ tal-ekonomija reali. Għalhekk, dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-parametri ta' referenza huma meħtieġa sabiex tiġi ppreżervata l-integrità tas-swieq u jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinfurzaw projbizzjoni ċara tal-manipulazzjoni tal-parametri ta' referenza. Jinħtieġ li tiġi kkomplementata l-projbizzjoni ġenerali tal-manipulazzjoni tas-suq billi jiġu pprojbiti l-manipulazzjoni tal-parametru ta' referenza nnifsu u kwalunkwe trażmissjoni ta' informazzjoni falza jew qarrieqa, forniment ta' inputs foloz jew qarrieqa, jew kwalunkwe azzjoni oħra li timmanipula l-kalkolu ta' parametru ta' referenza, inkluża l-metodoloġija tal-parametru ta' referenza. Dawk ir-regoli huma b'żieda għar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa li jipprojbixxi l-forniment intenzjonali ta’ informazzjoni falza lill-impriżi li jipprovdu valutazzjonijiet tal-prezzijiet jew rapporti tas-suq dwar prodotti tal-enerġija fil-livell ta' operatur li twassal biex il-parteċipanti tas-suq li jaġixxu abbażi ta' dawk il-valutazzjonijiet tal-prezzijiet jew rapporti tas-suq jiġu mqarqa. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu rikjesti juru r-rabta preċiża bejn l-imġiba ħażina ta’ individwu jew diversi individwi u l-effett aħħari fuq strument finanzjarju jew diversi strumenti finanzjarji; Għandu jkun biżżejjed li jkun hemm relazzjoni, anki jekk indiretta, bejn l-imġiba abbużiva u l-istrument finanzjarju. Pereżempju, is-sempliċi trażmissjoni ta' informazzjoni falza jew qarrieqa relatata mar-rata ta' offerta interbankarja jew parametru ta' referenza ieħor għandha tkun koperta mid-definizzjoni ta' manipulazzjoni tas-suq.

(21)       Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tas-suq bejn ċentri u faċilitajiet tan-negozjar suġġetti għal dan ir-Regolament, l-operaturi tas-swieq regolati, l-MTFs u l-OTFs għandhom ikunu obbligati li jadottaw u jżommu arranġamenti u proċeduri effikaċi u trasparenti mmirati lejn il-prevenzjoni u l-kxif ta’ prattiki ta’ manipulazzjoni tas-suq u abbużivi.

(22)       Il-manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jistgħu jinkludu wkoll it-tqegħid ta’ ordnijiet li ma jistgħux jiġu eżegwiti. Barra minn hekk, strument finanzjarju jista’ jiġi mmanipulat permezz ta’ mġiba li sseħħ barra miċ-ċentru ta' negozjar. Għalhekk, persuni li professjonalment jirranġaw jew jeżegwixxu t-tranżazzjonijiet huma mitluba li jkollhom u jżommu arranġamenti u proċeduri effikaċi sabiex jidentifikaw u jirrappurtaw tranżazzjonijiet suspettużi. Dan għandu jinkludi wkoll ir-rappurtar ta' ordnijiet suspettużi u tranżazzjonijiet suspettużi li jsiru barra miċ-ċentru ta' negozjar.

(23)       Il-manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jistgħu jikkonsistu wkoll fit-tixrid ta' informazzjoni falza jew qarrieqa. It-tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jista' jkollu impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji f'perjodu ta' żmien relattivament qasir. Jista' jikkonsisti fl-invenzjoni ta’ informazzjoni evidentement falza, iżda wkoll fl-omissjoni intenzjonata ta’ fatti materjali, kif ukoll ir-rappurtar intenzjonalment impreċiż ta’ informazzjoni. Din il-forma ta’ manipulazzjoni tas-suq hija ta’ ħsara partikulari għall-investituri, għaliex iġegħilhom isejsu d-deċiżjonijiet tal-investiment tagħhom fuq informazzjoni skorretta jew imgħawġa. Hija ta’ ħsara wkoll għall-emittenti, għaliex itnaqqas il-fiduċja fl-informazzjoni disponibbli relatata magħhom. Nuqqas ta’ fiduċja fis-suq jista', min-naħa tiegħu, jikkomprometti serjament il-ħila ta’ emittent biex joħroġ strumenti finanzjarji ġodda, jew biex jiżgura l-kreditu minn parteċipanti oħra tas-suq sabiex jiffinanzja l-operat tiegħu. L-informazzjoni tinfirex mas-suq malajr ħafna. B'konsegwenza ta’ dan, il-ħsara lill-investituri u lill-emittenti tista' tibqa' sejra għal żmien relattivament twil, sakemm jinstab li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa, u tkun tista' tiġi kkoretta mill-emittent jew minn dawk responsabbli għat-tixrid tagħha. Għaldaqstant, jeħtieġ li t-tixrid ta' informazzjoni falza jew qarrieqa, inklużi l-għajdut u l-aħbarijiet foloz jew qarrieqa, jiġi kklassifikat bħala ksur ta' dan ir-Regolament. Jixraq għalhekk li dawk li jkunu attivi fis-swieq finanzjarji ma jitħallewx jesprimu liberament informazzjoni li tmur kontra l-opinjoni tagħhom jew kontra l-aħjar ġudizzju tagħhom, li jafu jew imisshom jafu li hija falza jew qarrieqi, bi ħsara għall-investituri u għall-emittenti.

(23a)     Minħabba ż-żieda fl-użu ta' websites, blogs u tipi ta' midja soċjali kemm mill-emittenti kif ukoll mill-investituri, huwa importanti li jkun iċċarat li t-tixrid ta' informazzjoni falza jew qarrieqa permezz tal-internet, inklużi s-siti tal-midja soċjali jew blogs li ma jistgħux jiġu attribwiti għandu jitqies bħala abbuż tas-suq daqslikieku jsir bil-mezzi ta' komunikazzjoni aktar tradizzjonali.

(24)       L-iżvelar pubbliku fil-pront ta’ informazzjoni privileġġata minn emittent huwa essenzjali sabiex jiġi evitat l-abbuż ta' informazzjoni privileġġata u jiġi żgurat li l-investituri ma jiġux imqarrqa. L-emittenti għandhom għalhekk ikunu mitluba jinformaw lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun rigward informazzjoni privileġġata, sakemm ma jkunx probabbli li dewmien ikun se jqarraq bil-pubbliku u l-emittent ikun jista’ jiżgura l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

(25)       Xi drabi, ▌jista’ jkun fl-aħjar interess tal-istabbiltà finanzjarja li l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata jiddewwem meta l-informazzjoni tkun ta’ importanza sistemika. Għandu għalhekk ikun possibbli li l-awtorità kompetenti tiddeċiedi favur dewmien fl-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata.

(25a)     Fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari meta jkunu qed jingħataw self minn banek ċentrali, inkluża assistenza f'likwidità ta' emerġenza, il-valutazzjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex ta' importanza sistemika u jekk dewmien fl-iżvelar huwiex fl-interess pubbliku għandha ssir f'kooperazzjoni mill-qrib mal-bank ċentrali rilevanti, mal-awtorità kompetenti li tissorvelja lill-emittent u, jekk ikun xieraq, mal-awtorità makroprudenzjali nazzjonali.

(26)       Ir-rekwiżit li tiġi żvelata informazzjoni privileġġata jista’ jkun ta’ piż għall-emittenti, li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar fis-swieq ta’ tkabbir tal-SMEs, minħabba l-ispejjeż tal-monitoraġġ ta’ informazzjoni fil-pussess tagħhom u tat-tiftix ta’ parir legali dwar jekk u meta l-informazzjoni jeħtieġ li tiġi żvelata. Madankollu, l-iżvelar fil-pront ta’ informazzjoni privileġġata huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-investituri f’dawk l-emittenti. Għalhekk, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12] għandha tkun tista’ toħroġ linji gwida li jgħinu lill-emittenti jħarsu l-obbligu li jiżvelaw informazzjoni privileġġata mingħajr ma jikkompromettu l-protezzjoni tal-investitur.

(27)       Il-listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata huma għodda importanti għar-regolaturi meta jinvestigaw abbuż possibbli tas-suq, iżda d-differenzi nazzjonali rigward id-data li għandha tiġi inkluża f’dawk il-listi jimponu piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq l-emittenti. L-ispazji għad-data rikjesti għal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata għandhom għalhekk ikunu uniformi u soġġetti għal armonizzazzjoni sħiħa sabiex jitnaqqsu dawk l-ispejjeż għall-kumpaniji ta' kull daqs. Hu importanti li l-persuni inklużi fil-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata jiġu infurmati dwar dak il-fatt u l-implikazzjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament u d-Direttiva .../... [DAS ġdida]. Billi t-tali persuni jkollhom aċċess għal informazzjoni privileġġata, għandu jkollhom ukoll l-obbligu, skont dan ir-Regolament, li jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni li jkollhom dwar abbuż tas-suq reali jew potenzjali.

(28)       Trasparenza akbar tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali fil-livell tal-emittent u, fejn applikabbli, persuni assoċjati mill-qrib magħhom, tikkostitwixxi miżura preventiva kontra l-abbuż tas-suq. Għaldaqstant, għandhom jintużaw l-ogħla standards possibbli għall-iżvelar tat-tranżazzjonijiet tad-maniġers u fil-komunikazzjoni pubblika kollha tagħhom. Il-pubblikazzjoni ta’ dawk it-tranżazzjonijiet mill-inqas fuq bażi individwali tista’ wkoll tkun sors siewi ta’ informazzjoni għall-investituri. Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-obbligu li jiġu ppubblikati t-tranżazzjonijiet ta’ dawk il-manigers jinkludi wkoll it-twegħid jew is-self ta’ strumenti finanzjarji kif ukoll tranżazzjonijiet minn persuna oħra li li teżerċita diskrezzjoni għall-maniġer.

(29)       Sett ta’ għodod u setgħat effettivi għall-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru jiggarantixxi effettività ta’ sorveljanza. L-intrapriżi tas-suq u l-atturi ekonomiċi kollha għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-integrità tas-suq. F’dan is-sens, il-ħatra ta’ awtorità kompetenti unika għall-abbuż tas-suq m’għandhiex teskludi rabtiet ta’ kollaborazzjoni jew delegazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti, bejn dik l-awtorità u l-intrapriżi tas-suq bil-ħsieb li tiġi ggarantita sorveljanza effiċjenti ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament.

(30)       Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ każijiet ta’ negozjar b'informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li jaċċessaw bini privat u li jikkonfiskaw dokumenti. L-aċċess għall-bini privat ikun partikularment meħtieġ fejn: il-persuna li lilha tkun diġà saret talba għal informazzjoni tonqos (għalkollox jew parzjalment) milli tikkonforma magħha; jew fejn hemm raġunijiet ġustifikabbli biex wieħed jemmen li, kieku kellha ssir talba, ma tiġix milqugħa, jew id-dokumenti jew l-informazzjoni li t-talba tkun marbuta magħhom jitneħħew, jiġu mmanipulati jew jinqerdu.

(31)       Rekords eżistenti ta' konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u rekords tat-traffiku tad-data minn kumpaniji tal-investiment li jwettqu tranżazzjonijiet, u rekords eżistenti tat-telefown u tat-traffiku tad-data minn operaturi tat-telekomunikazzjoni, jikkostitwixxu evidenza kruċjali, u kultant anki l-unika evidenza, biex tinstab u tiġi pprovata l-eżistenza ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq. Ir-rekords tat-telefown u tat-traffiku tad-data jistgħu jistabbilixxu l-identità ta’ persuna responsabbli għat-tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa, jew li ċerti persuni jkunu ġew f'kuntatt f'ċertu ħin, jew li teżisti relazzjoni bejn tnejn min-nies jew aktar. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu kapaċi jirrikjedu reġistrazzjonijiet eżistenti tal-konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u rekords tat-traffiku tad-data miżmuma minn kumpanija ta' investiment bi qbil mad-Direttiva [il-MiFID il-ġdida]. Sabiex jiġu introdotti kundizzjonijiet indaqs fl-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti għar-rekords eżistenti tat-telefown u tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni▌, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu rekords eżistenti tat-telefown jew tat-traffiku tad-data miżmuma minnhom, meta t-tali rekords tat-telefown jew tat-traffiku tad-data jistgħu jkunu relevanti bħala prova ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata jew ta' manipulazzjoni tas-suq kif iddefiniti fid-Direttiva [MAD ġdida], bi ksur ta' dan ir-Regolament jew tad-Direttiva .../.../UE [MAD ġdida]. It-tali rekords m'għandhomx jinkludu l-kontenut tal-komunikazzjonijiet vokali bit-telefown, sakemm ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja biex it-tali kontenut ikun inkluż.

(32)       Peress li l-abbuż tas-suq jista’ jsir bejn il-fruntieri u s-swieq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu mitluba li jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti u regolatorji oħra, u mal-AETS, b’mod partikolari rigward attivitajiet ta’ investigazzjoni. Meta awtorità kompetenti tkun konvinta li l-abbuż tas-suq kien, jew qiegħed, jiġi mwettaq fi Stat Membru ieħor jew jaffettwa strumenti finanzjarji nnegozjati fi Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika dak il-fatt lill-awtorità kompetenti u lill-AETS. F’każijiet ta’ abbuż tas-suq b’effetti transkonfinali, l-AETS għandha tkun tista' tikkoordina l-investigazzjoni jekk tintalab li tagħmel hekk minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jew, fejn ikun xieraq fir-rigward tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, fuq l-inizjattiva proprja tagħha.

(32a)     L-identifikazzjoni bikrija u l-investigazzjoni effikaċi tal-manipulazzjoni tas-suq joħolqu diffikultajiet sostanzjali għall-awtoritajiet kompetenti. B'mod partikular, meta din il-manipulazzjoni titwettaq permezz ta' attività tal-kotba tal-ordnijiet, il-frammentazzjoni taċ-ċentri ta' negozjar ixxekkel is-sorveljanza tas-suq minħabba nuqqas ta' data kkonsolidata. Sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas, hemm bżonn li jiġi stabbilit mekkaniżmu effikaċi biex ikun jista' jkun hemm sorveljanza bejn is-swieq tal-kotba tal-ordnijiet. Għal dak il-għan, hemm bżonn li l-awtoritajiet kompetenti taċ-ċentru ta' negozjar fejn l-emittent kien ammess inizjalment għan-negozjar jirċievu kuljum data komprensiva dwar il-kotba tal-ordnijiet mis-swieq regolati u l-MTFs. Bi qbil mal-Artikolu 69(2) tad-Direttiva .../.../UE [MiFID ġdida], l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiddelegaw il-kompiti ta' sorveljanza lil partijiet terzi.

(33)       Sabiex jiġu żgurati skambji ta’ informazzjoni u kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi rigward l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-kontropartijiet tagħhom f’pajjiżi terzi. Kwalunkwe trasferiment ta’ data personali li jsir fuq il-bażi ta’ dak il-ftehim għandu jkun konformi mad-Direttiva (KE) 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[13], kif ukoll mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data[14].

(34)       Qafas sod fir-rigward ta' kwistjonijiet prudenzjali u t-tmexxija tan-negozju għas-settur finanzjarju għandu jkun ibbażat fuq sistemi b’saħħithom ta’ sorveljanza u sanzjonar. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu mgħammra b’biżżejjed setgħat sabiex jaġixxu u għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq sistemi ta’ sanzjonijiet ugwali, qawwija u ta’ deterrent kontra kull kondotta finanzjarja ħażina, sanzjonijiet li għandhom jiġu infurzati b’mod effikaċi. Madankollu, il-Grupp ta’ Livell Għoli kkunsidra li l-ebda wieħed minn dawn l-elementi ma huwa attwalment fis-seħħ. Analiżi tas-setgħat eżistenti tas-sanzjonar u l-applikazzjoni prattika tagħhom bil-għan li tiġi promossa l-konverġenza tas-sanzjonijiet tul il-firxa ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza twettqet fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 dwar ir-rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Dan ir-Regolament, flimkien mad-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq], hu mmirat biex jistabbilixxi qafas dettaljat dwar, b'mod partikulari, is-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti biex jiġġieldu l-abbuż tas-suq.

(35)       Għalhekk, ▌sett ta’ miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi għandu jkun stabbilit minn dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri u sabiex jiġi mtejjeb l-effett dissważiv tagħhom Il-multi amministrattivi għandhom jikkunsidraw fatturi bħad-disgorgement ta’ kwalunkwe benefiċċju finanzjarju identifikat, kemm ikun serju u kemm idum il-ksur, kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti, l-impatt tal-ksur fuq partijiet terzi u l-funzjonament tajjeb tas-swieq, il-ħtieġa li l-multi jkollhom effett deterrenti u jipprevejnu ksur ripetut, inkluża l-possibbiltà ta' tneħħija permanenti minn funzjonijiet fi ħdan kumpaniji tal-investiment jew operaturi tas-suq, u, fejn xieraq, jinkludu skont għal kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti. L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(35a)     Min-naħa l-oħra, id-Direttiva 2012/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq] għandha tintroduċi rekwiżit għall-Istati Membri kollha biex jimplimentaw sanzjonijiet kriminali effikaċi, proporzjonati u dissważivi għar-reati l-aktar serji fir-rigward tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. Iż-żewġ atti huma maħsuba bħala komplementari u, flimkien, għandhom jipprovdu l-istrumenti u l-għodda meħtieġa biex jimponu s-sanzjonijiet xierqa skont kif jista' jagħti l-każ. Madankollu, m'għandu jkun hemm xejn li jobbliga lill-awtoritajiet ikkonċernati jagħżlu mill-bidu tal-investigazzjoni t-tip ta' sanzjonijiet li jixtiequ jimponu. Fi kliem ieħor, il-fatt li investigazzjoni tinbeda bil-ħsieb li jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi m'għandux jeskludi l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali, skont l-ispeċifiċitajiet tal-każ.

(36)       L-informaturi dwar prattiċi ħżiena ("whistleblowers") jressqu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom jidentifikaw u jissanzjonaw każijiet ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Madankollu, l-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena jista’ jkun skoraġġut minħabba l-biża’ minn ritaljazzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ inċentivi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jiżgura li l-arranġamenti adegwati huma fis-seħħ biex jinkoraġġixxu lill-informaturi dwar prattiċi ħżiena sabiex iwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament, u biex ikunu protetti minn ritaljazzjoni. Madankollu, l-informaturi dwar prattiċi ħżiena għandhom ikunu eliġibbli biss għal dawk l-inċentivi meta dawn iressqu informazzjoni ġdida li mhumiex diġà legalment obbligati li jinnotifikaw u meta din l-informazzjoni tirriżulta f’sanzjoni għal ksur ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi tal-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena li jimplimentaw jinkludu mekkaniżmi li jipprovdu protezzjoni xierqa ta’ persuna rappurtata, b’mod partikulari rigward id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tiegħu u proċeduri biex jiżguraw id-dritt tal-persuna rrappurtata għal difiża u li jinstema’ qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lilu kif ukoll id-dritt għal tiftix ta’ rimedju effettiv quddiem qorti kontra deċiżjoni li tikkonċerna lilu.

(37)       Peress li l-Istati Membri adottaw leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE, u peress li huma previsti atti delegati u standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati qabel il-qafas li se jiġi introdotti jista’ jiġi applikat b’mod siewi, huwa neċessarju li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi ta’ dan ir-Regolament tiġi diferita għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien.

(38)       Sabiex tiġi faċilitata tranżizzjoni mingħajr xkiel għad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, prattiki tas-suq eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 2273/2003 tat-22 ta’ Diċembru 2003 li jimplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-eżenzjonijiet għall-programmi tax-xiri lura u l-istabbilizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji[15] għall-iskop tal-applikazzjoni tal-punt 2(a) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, jistgħu jibqgħu applikabbli sa sena wara d-data speċifikata għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, sakemm dawn ikunu notifikati lill-AETS.

(39)       Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ intrapriża, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għad-difiża, il-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati u ta’ pieni, u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat. Il-limitazzjonijiet imposti fuq dawn id-drittijiet huma konformi mal-Artikolu 52(1) tal-Karta peress li huma meħtieġa biex jiżguraw l-għanijiet ta’ interess ġenerali tal-protezzjoni tal-investituri u l-integrità tas-swieq finanzjarji, u s-salvagwardji xierqa huma pprovduti biex jiżguraw li d-drittijiet ikunu limitati biss sal-punt meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u permezz ta’ miżuri li huma proporzjonati għall-għan li għandu jintlaħaq. Il-projbizzjoni ta’ tentattivi ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissanzjonaw tentattivi bħal dawn fejn ikollhom prova ta’ intenzjoni li tigi kommessa manipulazzjoni tas-suq, anke fin-nuqqas ta’ effett identifikabbli fuq il-prezzijiet tas-suq. L-aċċess għad-data u għar-rekords telefoniċi huwa meħtieġ biex tiġi pprovduta evidenza u ħjieli investigattivi dwar abbuż possibbli minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni possibbli tas-suq, u b'hekk għall-identifikazzjoni u s-sanzjonar tal-abbuż tas-suq. Il-kundizzjonijiet imposti minn dan ir-Regolament jiżguraw konformità mad-drittijiet fundamentali. Miżuri dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena (“whistleblowing”) huma meħtieġa biex jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ abbuż tas-suq u biex jiżguraw il-protezzjoni tal-informatur u tal-persuna rrappurtata, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja privata tagħhom, id-data personali, u d-dritt li jinstemgħu u għal rimedju effettiv quddiem tribunal. L-introduzzjoni ta’ regoli minimi komuni għal miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi hija meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ksur komparabbli relatat ma' abbuż tas-suq jiġi sanzjonat b’mod paragunabbli u jiġi żgurat li s-sanzjonijiet imposti jkunu proporzjonati għall-ksur. Dan ir-Regolament ma jimpedixxi bl-ebda mod lill-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli kostituzzjonali tagħhom relatati mal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni fil-midja.

(40)       Id-Direttiva 95/46 u r-Regolament (UE) Nru 45/2001 jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali li jsir mill-AETS fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikulari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħtura mill-Istati Membri. Kull skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkun konformi mar-regoli dwar it-trasferiment ta’ data personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk, kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-AETS għandu jkun konformi mar-regoli dwar it-trasferiment ta’ data personali kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(41)       Dan ir-Regolament, kif ukoll l-atti delegati, l-istandards u l-linji gwida adottati bi qbil miegħu, huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

(42)       Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 290 TFUE. B'mod partikulari, għandhom jiġu adottati atti ddelegati fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-programmi ta’ riakkwist u għall-istabilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, l-indikaturi ta’ mġiba manipulattiva elenkati fl-Anness 1, il-limiti minimi biex tiġi determinata l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ żvelar pubbliku lill-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-kundizzjonijiet biex jitfasslu listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, u l-limiti u l-kundizzjonijiet marbutin mat-tranżazzjonijiet maniġerjali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

▌

(44)       Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw kundizzjonijiet uniformi mal-Unjoni kollha fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. Peress li hu korp b'għarfien espert speċjalizzat ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-AETS tkun fdata bit-tfassil ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u abbozz ta' standard tekniċi ta' implementazzjoni li ma jinvolvux għażliet ta' politika, biex jitressqu lill-Kummissjoni.

(45)       Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS fir-rigward tal-proċeduri u l-arranġamenti għaċ-ċentri ta’ negozjar, immirati lejn il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-abbuż tas-suq, kif ukoll is-sistemi u l-mudelli li għandhom jintużaw mill-persuni sabiex jidentifikaw u jinnotifikaw ordnijiet u tranżazzjonijiet suspettużi, u fir-rigward ta’ arranġamenti tekniċi għal kategoriji ta’ persuni għall-preżentazzjoni oġġettiva tal-informazzjoni, bir-rakkomandazzjoni ta’ strateġija ta’ investiment, u għall-iżvelar ta’ interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE u l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti.

(46)       Il-Kummissjoni għandu jkollha wkoll is-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE, u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-AETS għandha tkun fdata bit-tfassil ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex jitressqu lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-iżvelar pubbliku tal-informazzjoni privileġġata, il-formati tal-listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata, u l-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, kemm bejniethom kif ukoll mal-AETS.

(47)       Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, speċifikament il-prevenzjoni tal-abbuż tas-suq fil-forma ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jista’ jintlaħaq aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(48)       Peress li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/6/KE m'għadhomx rilevanti u suffiċjenti, dik id-Direttiva għandha titħassar [minn...][16]*. Ir-rekwiżiti u l-projbizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma relatati strettament ma’ dawk fid-Direttiva [il-MiFID il-ġdida], għalhekk għandhom jibdew japplikaw fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-rieżami tal-MiFID,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Taqsima 1

Suġġett u Kamp ta' Applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas regolatorju komuni kontra l-abbuż tas-suq, biex jiżgura l-integrità tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, u biex itejjeb il-protezzjoni tal-investitur u l-fiduċja f’dawk is-swieq.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.          Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:

             (a)    l-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f’suq regolat jew li saret fir-rigward tagħhom talba għal ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat;

             (b)    l-istrumenti finanzjarji nnegozjati fuq MTF jew fuq OTF f’mill-inqas Stat Membru wieħed;

             (c)    l-imġiba jew it-tranżazzjonijiet relatati ma’ strument finanzjarju msemmi fil-punti (a) jew (b) irrispettivament jekk l-imġiba jew it-tranżazzjoni fil-fatt seħħewx jew le f’suq regolat, fuq MTF jew fuq OTF;

             (d)    l-imġiba jew it-tranżazzjonijiet, inklużi l-offerti, marbutin mal-irkantar ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti oħra rkantati bbażati fuqhom, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2010.

Bla ħsara għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi li jirreferu għal offerti sottomessi fil-kuntest ta’ rkant, kwalunkwe rekwiżiti u projbizzjonijiet f'’dan ir-Regolament li jirreferu għal ordnijiet għan-negozjar għandhom japplikaw għal offerti bħal dawn.

2.          L-Artikoli 7 u 9 japplikaw ukoll għall-akkwist jew iċ-ċessjoni ta’ strumenti finanzjarji mhux imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b), iżda li l-valur tagħhom huwa relatat ma’ strument finanzjarju msemmi f’dak il-paragrafu. Dan jinkludi l-istrumenti derivattivi għat-trasferiment ta’ riskju ta’ kreditu li huma relatati ma’ strument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 u l-kuntratti finanzjarji għad-differenzi relatati ma’ strument finanzjarju ta' dan it-tip.

2a.        L-Artikoli 7 sa 10 għandhom japplikaw ukoll għar-rati ta’ mgħax, il-muniti, il-parametri ta' referenza. ir-rati tal-offerti interbankarji, l-indiċijiet u t-tipi ta’ strumenti finanzjarji, inklużi kwalunkwe kuntratt derivattiv jew strument derivattiv, li jakkwistaw il-valur tagħhom mill-valur tar-rati ta' mgħax, il-muniti jew l-indiċijiet.

3.          L-Artikoli 8 u 10 japplikaw ukoll għal tranżazzjonijiet, ordnijiet għan-negozjar jew imġiba oħra relatata:

             (a)    mat-tipi ta’ strumenti finanzjarji, inklużi kuntratti derivattivi jew strumenti derivattivi għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu meta t-tranżazzjoni, ordni jew imġiba jkollha jew x’aktarx ikollha jew tkun maħsuba biex ikollha effett fuq strument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(a) u (b);

             (b)    mal-kuntratti spot ta’ komoditajiet, li mhumiex prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, fejn it-tranżazzjoni, ordni jew imġiba jkollha jew x’aktarx ikollha jew tkun maħsuba biex ikollha effett fuq strument finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(a) u (b); jew

             (c)    mat-tipi ta’ strumenti finanzjarji, inklużi kuntratti derivattivi jew strumenti derivattivi għat-trasferiment ta’ riskju tal-kreditu fejn it-tranżazzjoni, l-ordni jew l-imġiba jkollha jew x’aktarx ikollha jew tkun maħsuba biex ikollha effett fuq kuntratti spot ta’ komoditajiet.

             ▌

4.          Il-projbizzjonijiet u r-rekwiżiti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal azzjonijiet imwettqa fl-Unjoni jew barra l-Unjoni rigward l-istrumenti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3.

4a.        L-AETS għandha tippubblika u żżomm lista li tistipula l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) u ċ-ċentri ta' negozjar fejn jiġu nnegozjati. Dik il-lista m'għandhiex tillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Taqsima 2

Esklużjoni mill-Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 3

Eżenzjoni għall-programmi ta’ riakkwist u stabbilizzazzjoni

1.          Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għan-negozjar fl-istrumenti finanzjarji fi programmi ta’ riakkwist ("buy-back") meta d-dettalji sħaħ tal-programm jiġu żvelati u approvati mill-awtorità kompetenti qabel il-bidu tan-negozjar, in-negozjar ikun irrappurtat bħala parti mill-programm ta' riakkwist lill-awtorità kompetenti u wara dan jiġi żvelat lill-pubbliku, u jiġu rispettati l-limiti xierqa f'dak li jirrigwarda l-prezz u l-volum.

2.          Il-projbizzjonijiet fl-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx ▌għall-istabbilizzazzjoni ta’ strument finanzjarju meta l-istabbilizzazzjoni ssir għal perjodu ta' żmien limitat, meta tiġi żvelata informazzjoni relevanti dwar l-istabbilizzazzjoni lill-awtorità kompetenti u tiġi approvata minnha, u jiġu rrispettati limiti xierqa f'dak li jirrigwarda l-prezz.

2a.        L-aċċess għal informazzjoni privileġġata li tikkonċerna kumpanija oħra u l-użu tagħha fil-kuntest ta' offerta pubblika ta' take-over għall-iskop li jinkiseb kontroll ta' dik il-kumpanija jew li jkun hemm proposta ta' fużjoni ma' dik il-kumpanija m'għandhomx fihom innifishom jitqiesu li jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata.

2b.        Ladarba l-akkwist jew iċ-ċessjoni ta' strumenti finanzjarji jinvolvu neċessarjament deċiżjoni minn qabel għall-akkwist jew iċ-ċessjoni li tittieħed mill-persuna li twettaq operazzjoni jew oħra minn dawn, it-twettiq ta' dan l-akkwist jew dan iċ-ċessjoni m'għandux jitqies fih innifsu li jikkostitwixxi l-użu ta' informazzjoni privileġġata.

3.          Il-Kummissjoni għandha tadotta ▌atti ddelegati bi qbil mal-Artikolu 31 li jiddefinixxu l-objettivi u jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li tali programmi ta’ riakkwist u miżuri ta’ stabbilizzazzjoni jridu jissodisfaw biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2▌, inklużi kundizzjonijiet għan-negozjar, ir-restrizzjonijiet fir-rigward taż-żmien u l-volum, l-obbligi ta’ żvelar u rappurtar, u l-kundizzjonijiet tal-prezz.

3a.        L-AETS għandha tfassal abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li l-programmi ta’ riakkwist u miżuri ta’ stabbilizzazzjoni ta' dan it-tip imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 iridu jissodisfaw, inklużi il-kundizzjonijiet għan-negozjar, ir-restrizzjonijiet fir-rigward taż-żmien u l-volum, l-obbligi ta’ żvelar u rappurtar, u l-kundizzjonijiet tal-prezz.

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards regolatorji tekniċi lill-Kummissjoni sa [...][17]*.

Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 4

Esklużjoni għall-attivitajiet monetarji u ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku u l-attivitajiet tal-politika tal-klima

1.          Dan ir-Regolament ma japplikax għal tranżazzjonijiet jew ordnijiet ▌imwettqa fl-insegwiment ta’ politika monetarja, tar-rata tal-kambju jew ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku minn Stat Membru, mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, minn bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru, minn kwalunkwe ministeru, aġenzija jew entità bi skop speċjali ta’ Stat Membru, jew minn kull persuna li taġixxi f’isimhom u, fil-każ ta’ Stat Membru li jkun stat federali, għal tali tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imgiba mwettqa minn membru li jagħmel parti mill-federazzjoni. Ma japplikax lanqas għat-tali tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba mwettqa mill-Unjoni, entità ad hoc għal bosta Stati Membri, il-Bank Ewropew tal-Investiment, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali stabbilita minn żewġ Stati Membri jew aktar, li għandha l-għan li tattiva l-finanzjament u tipprovdi l-għajnuna finanzjarja għall-ġid tal-membri tagħha li jkunu qed iġarrbu jew li jkunu qed jiġu mhedda minn problemi finanzjarji serji, jew il-Faċilità Ewropea għall-Istabbiltà Finanzjarja.

1a.        Kwalunkwe korp li juża l-eżenzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu għandu jiżgura li jkollu regoli interni sodi biex jimmonitorja u jnaqqas il-kunflitti ta' interess kif ukoll sistemi u kontrolli biex jiġi evitat l-abbuż tas-suq minn impjegati interni jew xi kuntratturi esterni.

Artikolu 4a

Prattiki tas-suq aċċettati

1.          L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu prattika tas-suq aċċettata abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)         il-livell tat-trasparenza tal-prattika tas-suq relevanti għas-suq kollu kemm hu;

(b)         il-ħtieġa li jkunu salvagwardati l-operat tal-forzi tas-suq u l-interazzjoni xierqa mal-forzi tal-provvista u d-domanda;

(c)         il-livell sa kemm il-prattika tas-suq relevanti jkollha impatt fuq il-likwidità u l-effiċjenza tas-suq;

(d)         il-livell sa kemm il-prattika relevanti tqis il-mekkaniżmu ta' negozjar tas-suq relevanti u tippermetti li l-parteċipanti fis-suq jkollhom reazzjoni xierqa u f'waqtha għal sitwazzjoni ġdida tas-suq maħluqa b'dik il-prattika;

(e)         ir-riskju inerenti fil-prattika relevanti għall-integrità tas-swieq relatati direttament jew indirettament, sew jekk regolati u anki jekk le, fl-istrument finanzjarju relevanti fi ħdan l-Unjoni;

(f)         l-eżitu ta' kwalunkwe investigazzjoni tal-prattika tas-suq relevanti minn awtorità kompetenti jew minn awtorità oħra, b'mod partikolari jekk il-prattika tas-suq relevanti tkun kisret ir-regoli jew ir-regolamenti mfassla sabiex jipprevjenu l-abbuż tas-suq, jew kodiċijiet ta' mġiba, sew jekk fis-suq kkonċernat jew fis-swieq relatati direttament jew indirettament fi ħdan l-Unjoni;

(g)         il-karatteristiċi strutturali tas-suq relevanti, sew jekk regolat u anki jekk le, inklużi t-tipi ta' strumenti finanzjarji nnegozjati u t-tip ta' parteċipanti tas-suq, inkluż id-daqs tal-parteċipazzjoni ta' investituri fi-livell tal-konsum fis-suq relevanti.

2.          Qabel ma tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata, awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti oħra dwar il-prattika tas-suq aċċettata intenzjonata u tipprovdi dettalji tal-valutazzjoni li saret skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1. It-tali notifika għandha ssir mhux anqas minn sitt xhur qabel ma l-prattika tas-suq aċċettata tkun maħsuba li tidħol fis-seħħ.

3.          Fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet in-notifika, l-AETS għandha toħroġ opinjoni lill-awtorità kompetenti kkonċernata li tivvaluta l-kompatibbiltà ta' kull prattika tas-suq aċċettata mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u speċifikati fl-istandards tekniċi regolatorji adottati skont il-paragrafu 5 u li tikkunsidra jekk l-istabbiliment tal-prattika tas-suq aċċettata jwassalx biex jhedded il-fiduċja fis-suq fis-suq finanzjarju Ewropew. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-AETS.

4.          Meta awtorità kompetenti tistabbilixxi prattika tas-suq aċċettata li tmur kontra opinjoni tal-AETS maħruġa skont il-paragrafu 3, għandha tippubblika fil-websajt tagħha, fi żmien 24 siegħa mill-istabbiliment tal-prattika tas-suq aċċettata, avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għaliex għamlet dan, inkluż għaliex il-prattika tas-suq aċċettata ma theddidx il-fiduċja fis-suq.

5.          Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tfassal abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-proċess dettaljat biex jiġi stabbilit prezz tas-suq aċċettat skont il-paragrafi 2 u 3.

             L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...][18]*.

             Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw regolarment il-prattiki tas-suq li jkunu aċċettaw, b'mod partikolari billi jqisu l-bidliet sinifikanti għall-ambjent tas-suq relevanti, bħal bidliet fir-regoli għan-negozjar jew fl-infrastrutturi tas-suq.

7.          L-AETS għandha tippubblika fil-websajt tagħha lista tal-prattiki tas-suq aċċettati u f'liema Stati Membri japplikaw.

8.          L-AETS għandha timmonitorja l-applikazzjoni tal-prattiki tas-suq aċċettati u għandha tissottometti rapport annwali lill-Kummissjoni dwar kif qed jiġu applikati fis-swieq ikkonċernati.

9.          Prattika tas-suq aċċettata stabbilita minn awtorità kompetenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament tista' tibqa' tapplika fl-Istat Membru klonċernat sakemm tkunġiet sottomessa lill-AETS bi qbil mal-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu t-tali prattiki tas-suq aċċettati lill-AETS fi żmien tliet xhur wara li l-istandards tekniċi regolatorji fil-paragrafu 5 jkunu ġew adottati mill-Kummissjoni.

Taqsima 3

Definizzjonijiet

Artikolu 5

Definizzjonijiet

1.          Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)         “strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument fis-sens tal-Artikolu 2(1)(8) tar-Regolament [MiFIR];

(2)         “suq regolat” tfisser sistema multilaterali fl-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 2(1)(5) tar-Regolament (UE) Nru .../.... [MiFIR];

(3)         “faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF)” tfisser sistema multilaterali fl-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 2(1)(6) tar-Regolament (UE) Nru .../.... [MiFIR];

(4)         “faċilità organizzata tan-negozjar (OTF)” tfisser sistema jew faċilità fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(7) tar-Regolament (UE) Nru .../.... [MiFIR];

(4a)       "prattiki tas-suq aċċettati" tfisser prattiki li wieħed jista' raġonevolament jistenna f'suq jew swieq finanzjarji u li jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 4a;

(4b)       "stabbilizzazzjoni" tfisser kull xiri jew offerta għax-xiri tal-istrumenti finanzjarji rilevanti, jew kull transazzjoni fi strumenti assoċjati ekwivalenti għalihom, minn ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet tal-kreditu, li jsiru fil-kuntest ta' distribuzzjoni sinifikattiva tat-tali titoli esklużivament għal appoġġ għall-prezz tas-suq ta' dawn it-titoli rilevanti għal perjodu stabbilit bil-quddiem, minħabba pressjoni ta' bejgħ fit-tali titoli;

(5)         "ċentru ta' negozjar" tfisser sistema jew faċilità fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(25) tar-Regolament (UE) Nru .../.... [MiFIR];

(6)         “suq ta’ tkabbir tal-SMEs” tfisser MTF fl-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1)(11) tad-Direttiva .../.../UE [MiFID ġdida];

(7)         “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti maħtura bi qbil mal-Artikolu 16;

(8)         "persuna" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

(9)         “komodità” tfisser komodità fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006[19];

(10)       “kuntratt spot tal-komoditajiet” tfisser kwalunkwe kuntratt għall-provvista ta’ komodità nnegozjata f’suq spot li tiġi kkonsenjata fil-pront meta titħallas t-tranżazzjoni, inkluż kwalunkwe kuntratt derivattiv li jrid jitħallas fiżikament;

(11)       “suq spot” tfisser kwalunkwe suq ta’ komoditajiet li fih il-komoditajiet jinbigħu għal flus kontanti u jiġu kkonsenjati fil-pront malli titħallas it-tranżazzjoni;

(12)       “programm ta’ riakkwist” tfisser in-negozjar fl-ishma proprji bi qbil mal-Artikoli 19 sa 24 tad-Direttiva 77/91/KEE[20];

(13)       “negozjar algoritmiku” tfisser in-negozjar ta’ strumenti finanzjarji permezz ta’ algoritmi tal-kompjuter fis-sens tal-Artikolu 4(1)(30) tad-Direttiva .../.../UE [MiFID ġdida];

(14)       “kwota tal-emissjonijiet” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva .../.../UE [MiFID ġdida];

(15)       “parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser kwalunkwe persuna li tidħol għal tranżazzjonijiet, inkluż it-tqegħid ta’ ordnijiet għan-negozjar, ta’ kwoti tal-emissjonijiet;

(16)       “emittent ta’ strument finanzjarju” tfisser emittent fis-sens tal-Artikolu 2(1)(h) tad-Direttiva 2003/71/KE[21];

▌

(18)       "prodotti tal-enerġija bl-ingrossa" tfisser il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa kif definiti fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011[22];

(19)       "awtorità regolatorja nazzjonali" tfisser awtorità regolatorja nazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) Nru 1227/2012;

(19a)     "data dwar il-kotba tal-ordnijiet" tfisser l-informazzjoni li hi rikjesta li tingħata fir-rigward ta' ordni waħda mibgħuta lis-suq regolat jew l-MTF bl-iskop li tiddaħħal fil-ktieb tal-ordnijiet li jżommu u jieħu ħsiebu l-persuna li topera s-suq regolat jew l-MTF ikkonċernat;

(19b)     "derivattivi ta' komodità” tfisser id-derivattivi ta' komodità fis-sens tal-Artikolu 2(1)(15) tar-Regolament (UE) Nru .../...[MiFIR];

(20)       "parametru ta' referenza" tfisser kwalunkwe rata, indiċi jew ċifra ppubblikati li b'referenza għalihom jiġi determina l-ammont li għandu jitħallas, inkluża rata ta' offerta interbankarja, ikkalkulat billi tiġi applikata formula għal, jew inkella derivat minn:

             (a)    il-prezz jew il-valur ta' waħda jew iktar minn waħda mill-assi sottostanti; jew

             (b)    ir-rata ta' mgħax (sew jekk effettiva u sew jekk stmata) applikata għas-self ta' fondi;

2.        Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 fir-rigward ta' miżuri biex jiġu speċifikati l-elementi tekniċi ta' jew biex jiġu emendati d-definizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, jekk ikun xieraq, bi qbil mad-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru .../2012 [MIFIR] u d-Direttiva 2012/.../UE [MiFID ġdida] sabiex jitqiesu:

(a)         l-iżviluppi tekniċi fil-qasam tas-swieq finanzjarji;

(b)         il-lista ta' prattiki abbużivi msemmija fl-Artikolu 34b(b).

Taqsima 4

L-informazzjoni privileġġata, l-abbuż tal-informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq

Artikolu 6

Informazzjoni privileġġata

1.          Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, informazzjoni privileġġata (jew "minn ġewwa") għandha tinkludi t-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin:

             (a)    informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew emittenti ta’ strumenti finanzjarji jew ma’ strument jew strumenti finanzjarji, u li kieku kellha ssir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji derivattivi relatati;

             (b)    fir-rigward tad-derivattivi ta' komodità, informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma' derivattiv jew derivattivi ta' dan it-tip jew mal-kuntratt spot tal-komoditajiet, u li kieku kellha ssir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawn id-derivattivi jew kuntratti spot tal-komoditajiet jew li jkollha effett distorsiv fuq il-funzjonament tas-swieq tad-derivattivi ta' komodità jew li xxekkel is-sorveljanza tas-suq ikkonċernat; u informazzjoni li hija meħtieġa li tiġi żvelata bi qbil ma' dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji fuq livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, regoli tas-suq, kuntratti jew drawwiet, fuq id-derivattivi ta' komodità jew is-swieq spot rilevanti.

             (c)    fir-rigward ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati bbażati fuqhom, informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma; strument jew strumenti ta' dan it-tip, u li kieku kellha ssir pubblika, x'aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ tali strumenti jew fuq il-prezzijiet ta’ strumenti finanzjarji derivattivi relatati u li hija meħtieġa li tiġi żvelata bi qbil ma' dispożizzjonijiet ġuridiċi jew regolatorji fuq livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, regoli tas-suq, kuntratti jew drawwiet, fuq id-derivattivi ta' komodità jew is-swieq spot rilevanti.

             (d)    fir-rigward tal-persuni inkarigati bl-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet li jikkonċernaw strumenti finanzjarji, din tfisser ukoll informazzjoni mibgħuta minn klijent u relatata mal-ordnijiet pendenti tal-klijent fl-istrumenti finanzjarji, li hija ta’ natura preċiża, relatata, direttament jew indirettament, ma' emittent jew emittenti ta’ strumenti finanzjarji jew ma' strument jew strumenti finanzjarji, u li kieku kellha ssir pubblika, x'aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji, il-prezz tal-kuntratti spot tal-komoditajiet, jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji derivattivi relatati;

             (e)    informazzjoni li ma taqax taħt il-paragrafi (a), (b), (c) jew (d), relatata, direttament jew indirettament, ma' emittent jew emittenti ta’ strumenti finanzjarji jew ma' strument jew strumenti finanzjarji, li għalkemm mhix ġeneralment disponibbli għall-pubbliku, hi ta' tip li wieħed jista' raġonevolment jikkunsidra li tirrikjedi żvelar sussegwenti u li kieku kellha ssir disponibbli għal investitur raġjonevoli, li regolarment jinnegozja fis-suq u fl-istrument finanzjarju jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatat ikkonċernat, tkun ▌meqjusa minn dik il-persuna bħala rilevanti meta jiġu deċiżi t-termini li bihom għandhom isiru t-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatati u fejn kwalunkwe tip ta' kondotta abbażi ta' din l-informazzjoni x'aktarx titqies minn investitur raġonevoli li regolarment jinnegozja fis-suq bħala falliment min-naħa tal-persuna kkonċernata li tosserva l-istandard ta' mġiba mistenni raġonevolament minn persuna f'pożizzjoni ta' dan it-tip fir-rigward ta' dak is-suq.

2.          Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha titqies li tkun ta’ natura preċiża jekk tindika sett ta’ ċirkostanzi li jeżistu jew jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jibdew jeżistu jew avveniment li seħħ jew jista’ raġonevolment ikun mistenni li jagħmel dan u jekk tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li tinsilet konklużjoni rigward l-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew avveniment fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, il-kwoti tal-emissjonijiet, jew il-prodotti rkantati bbażati fuqhom.

3.          Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, informazzjoni li, kieku kellha ssir pubblika, aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, il-kwoti tal-emissjonijiet, jew il-prodotti rkantati bbażati fuqhom, għandha tfisser informazzjoni li investitur raġjonevoli x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu.

3a.        Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1(c), l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jipprovdu definizzjoni ta' informazzjoni privileġġata fir-rigward tal-kwoti tal-emissjonijiet jew tal-prodotti rkantati bbażati fuqhom.

             L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni b'segwitu għal konsultazzjoni pubblika, sa [...][23]*.

             Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3b.        Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1(e) għal diversi attivitajiet tas-suq, l-AETS għandha toħroġ linji gwida li jipprovdu assistenza fid-determinazzjoni ta' standards xierqa ta' mġiba fir-rigward tas-swieq rilevanti.

Artikolu 7

Abbuż minn informazzjoni privileġġata u żvelar mhux xieraq tal-informazzjoni privileġġata

1.          Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-abbuż minn informazzjoni privileġġata jirriżulta meta persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tuża dik l-informazzjoni billi takkwista jew tagħmel ċessjoni, għaliha nnifisha jew għal parti terza, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni tkun relatata magħhom. L-użu ta’ informazzjoni privileġġata biex tiġi kkanċellata jew emendata ordni rigward strument finanzjarju li l-informazzjoni tkun relatata miegħu meta dik l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata ppossediet l-informazzjoni privileġġata, għandu jitqies ukoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata.

2.          Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tentattiv ta’ involviment f’abbuż minn informazzjoni privileġġata jsir meta persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tuża dik l-informazzjoni biex tipprova takkwista jew tagħmel ċessjoni, għaliha nnifisha jew għal parti terza, direttament jew indirettament, minn strumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni hija relatata magħhom. It-tentattiv biex tiġi kkanċellata jew emendata ordni li tikkonċerna strument finanzjarju li l-informazzjoni hija relatata miegħu abbażi tal-informazzjoni privileġġata meta l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata ppossediet l-informazzjoni privileġġata, għandu jitqies ukoll bħala tentattiv ta’ involviment f’abbuż minn informazzjoni privileġġata. It-tentattiv biex jiġu akkwistati jew biex issir ċessjoni ta' strumenti finanzjarji skont dan l-Artikolu jfisser it-teħid ta' kwalunkwe pass meħtieġ biex issir, titħassar jew tiġi emendata tranżazzjoni.

3.          Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, persuna tirrakkomanda li persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata jew tipperswadixxi lill-persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, jekk il-persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tirrakkomanda abbażi ta' dik l-informazzjoni privileġġata li persuna oħra takkwista jew tagħmel ċessjoni minn strumenti finanzjarji li hija relatata magħhom dik l-informazzjoni, jew tipperswadixxi lil dik il-persuna biex tagħmel akkwist jew ċessjoni ta' dan it-tip.

3a.        L-użu jew l-iżvelar suċċessiv tar-rakkomandazzjonijiet jew il-persważjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jitqiesu bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata meta l-persuna li tuża jew tiżvela r-rakkomandazzjoni jew il-persważjoni taf, jew imissha tkun taf, li huma bbażati fuq informazzjoni privileġġata.

3b.        Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, persuna tirrakkomanda li persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata jew tipperswadixxi lill-persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata, jekk il-persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tirrakkomanda abbażi ta' dik l-informazzjoni privileġġata li persuna oħra tħassar jew temenda ordni rigward strument finanzjarju li hija relatata miegħu dik l-informazzjoni, mingħajr ma tiżvila l-informazzjoni privileġġata lil dik il-persuna, jew tipperswadixxi lil dik il-persuna biex tagħmel tħassir jew emenda ta' dan it-tip.

4.          Għall-finijiet tar-Regolament, l-iżvelar mhux xieraq ta’ informazzjoni privileġġata jirriżulta meta persuna tippossjedi informazzjoni privileġġata u tiżvela l-informazzjoni privileġġata lil kwalunkwe persuna oħra, ħlief meta l-iżvelar isir waqt it-twettiq normali ta’ dmirijiet li jirriżultaw minn impjieg jew professjoni.

5.          Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 japplikaw għal kwalunkwe persuna li tippossjedi informazzjoni privileġġata b'riżultat ta’ kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

             (a)    tkun membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza tal-emittent;

             (b)    ikollha sehem fil-kapital tal-emittent;

             (c)    ikollha aċċess għall-informazzjoni permezz tal-eżerċizzju tad-dmirijiet li jirriżultaw minn impjieg jew professjoni;

             (d)    tkun involuta f’attivitajiet illegali.

             Il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 japplikaw ukoll għal kwalunkwe informazzjoni privileġġata miksuba minn persuna f'ċirkustanzi apparti dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d) u, li l-persuna tkun taf, jew imissha tkun taf, li hi informazzjoni privileġġata.

6.          Meta l-persuna msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tkun persuna ġuridika, id-dispożizzjonijiet ta’ dawk il-paragrafi għandhom japplikaw ukoll għall-persuni fiżiċi li jieħdu sehem jew jinfluwenzaw id-deċiżjoni li jitwettaq, jew isir tentattiv li jitwettaq, l-akkwist jew ċessjoni għall-persuna ġuridika kkonċernata.

7.          Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal persuna ġuridika li twettaq tranżazzjoni jekk dik il-persuna:

(a)    ma ħeġġitx, ma rrakkomandatx, ma pperswaditx jew ma influwenzatx b'xi mod ieħor lill-persuna fiżika li ħadet id-deċiżjoni f'isimha li takkwista jew tagħmel ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li l-informazzjoni tkun relatata magħhom; and

(b)    tkun stabbilixxiet, implimentat u żammet arranġamenti u proċeduri interni adegwati u effikaċi biex ikun żgurat li la l-persuna fiżika msemmija fil-punt (a) u lanqas kwalunkwe persuna fiżika oħra li seta' kellha xi influwenza fuq id-deċiżjoni biex jiġu akkwistati jew issir ċessjoni ta' dawk l-istrumenti, ma kienet fil-pussess tal-informazzjoni privileġġata msemmija fil-punt (a).

8.          Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet imwettqa fit-twettiq ta’ obbligu li sar dovut għall-akkwist jew ċessjoni ta’ strumenti finanzjarji meta dak l-obbligu jirriżulta minn ftehim konkluż, jew għandu jissodisfa obbligu ġuridiku jew regolatorjh li rriżulta, qabel ma l-persuna kkonċernata kellha fil-pussess tagħha l-informazzjoni privileġġata.

9.          Fir-rigward tal-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li huma miżmuma skont ir-Regolament (UE) Nru 1031/2010, il-projbizzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għall-użu ta’ informazzjoni privileġġata billi tiġi ppreżentata, immodifikata jew irtirata offerta għaliha nnifisha tal-persuna li tippossjedi informazzjoni privileġġata jew għal parti terza.

9a.        Persuna li jkollha informazzjoni privileġġata fil-pussess tagħha għandha titqies li ma użatx dik l-informazzjoni, u għalhekk, li ma abbużatx minn informazzjoni privileġġata, meta dik il-persuna:

(a)   meta persuna taġixxi bħala ġeneratur tas-suq jew bħala persuna awtorizzata biex taġixxi bħala kontroparti u l-akkwist jew iċ-ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li l-informazzjoni tkun relatata magħhom isiru b'mod leġittimu fit-twettiq normali tal-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet tagħha; jew

(b)    tkun awtorizzata teżegwixxi ordnijiet f'isem partijiet terzi, u l-akkwist jew iċ-ċessjoni tal-istrumenti finanzjarji li l-ordni tkun relatata magħhom isiru biex tali ordni tiġi eżegwita b'mod leġittimu fit-twettiq normali tal-impjieg, il-professjoni jew id-dmirijiet tagħha;

Artikolu 8

Manipulazzjoni tas-suq

1.          Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-manipulazzjoni tas-suq għandha tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

             (a)    id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe mġiba oħra li▌:

                      -       ▌tagħti, jew aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa dwar il-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strument finanzjarju jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatat; jew

                      -       ▌tiżgura, jew aktarx tiżgura, il-prezz ta’ strument jew strumenti finanzjarji, jew kuntratti spot tal-komoditajiet relatati fuq livell anormali jew artifiċjali;

             (b)    id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew imġiba oħra li jaffettwaw, jew aktarx jaffettwaw, il-prezz ta’ strument jew strumenti finanzjarji, jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatat, li jużaw strataġemma fittizja jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju;

(c)    it-tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-midja, inkluż l-internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li jkollu, jew aktarx ikollu, il-konsegwenzi msemmija fil-punt (a), meta l-persuna li tkun xerrdet l-informazzjoni kienet taf, jew imissha kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa; jew

             (d)    it-trażmissjoni ta' informazzjoni falqa jew qarrieqa, il-forniment ta' inputs foloz jew qarrieqa, jew kwalunkwe mġiba oħra relatata mal-parametri ta' referenza, li jinvolvu kwalunkwe tip ta' rappreżentanza falza jew qarrieqa jew it-talba biex issir rappreżentanza bħal din.

Meta l-informazzjoni tinxtered għall-finijiet tal-ġurnaliżmu taħt il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, it-tali tixrid ta’ informazzjoni għandu jiġi evalwat billi jitqiesu r-regoli li jiggvernaw il-libertà ▌tal-espressjoni u l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, kif ukoll ir-regoli u l-kodiċijiet li jirregolaw il-ġurnaliżmu professjonali, sakemm:

                      -       dawk il-persuni ma jisiltux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew profitti mit-tixrid tal-informazzjoni kkonċernata; jew

                       -       l-iżvelar jew it-tixrid isir bl-intenzjoni li jitqarraq is-suq fir-rigward tal-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strumenti finanzjarji.

2.          Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tentattiv ta’ involviment fil-manipulazzjoni tas-suq għandu jinkludi li ġej, kemm jekk ikollu l-effett nett intenzjonat kif ukoll jekk le:

(a)    tentattiv ta’ dħul fi tranżazzjoni, ta’ tqegħid ta’ ordni għan-negozjar, jew ta’ kwalunkwe mġiba oħra kif definita fil-paragrafu 1(a) jew (b); jew

(b)    tentattiv ta’ tixrid ta’ informazzjoni kif definit fil-paragrafu 1(c).

2a.        Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, tentattiv jinvolvi t-teħid ta' kwalunkwe pass meħtieġ biex titwettaq kwalunkwe attività minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2(a) u (b).

3.          L-imġiba li ġejja għandha titqies, inter alia, bħala manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ involviment fil-manipulazzjoni tas-suq:

             (a)    kondotta minn persuna, jew persuni li jaġixxu f’kollaborazzjoni, sabiex jiżguraw pożizzjoni dominanti jew mod ieħor fuq il-provvista ta' jew id-domanda għal strument finanzjarju jew kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, li għandha, jew aktarx ikollha, l-effett li tiffissa, direttament jew indirettament, il-prezzijiet ta’ xiri jew ta’ bejgħ jew li toħloq kundizzjonijiet inġusti oħra ta’ negozjar jew li tistabbilixxi l-prezzijiet f'livell anormali jew artifiċjali;

             (b)    ix-xiri jew il-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji, fi kwalunkwe stadju tal-perjodu ta' negozjar tas-suq, li jkollhom jew aktarx ikollhom l-effett jew l-intenzjoni li jqarrqu bl-investituri abbażi tal-prezzijiet li jintwerew, inklużi l-prezzijiet ta’ għeluq;

             (c)    it-tqegħid ta’ ordnijiet lil ċentru ta' negozjar, inkluż kwalunkwe tħassir jew modifika tagħhom, ġeneralment fi żmien qasir bi kwalunkwe mezz disponibbli ta’ negozjar ▌, inklużi mezzi elettroniċi, bħal strateġiji ta' negozjar algoritmiku u bi frekwenza għolja, kif definiti fid-Direttiva .../.../UE [MiFID ġdida] strateġiji ta' negozjar ta’ frekwenza għolja, li jinkludi minn tal-anqas wieħed minn dawn li ġejjin:

                      -       li jitfixkel jew jiddewwem il-funzjonament tas-sistema ta’ negozjar taċ-ċentru ta' negozjar, jew li jsir iktar probabbli li dan isir;

                      -       li jsir aktar diffiċli għal persuni oħra li jidentifikaw ordnijiet ġenwini fis-sistema ta’ negozjar taċ-ċentru ta' negozjar jew li jsir iktar probabbli li dan isir, inkluż billi jiddaħħlu ordnijiet li jirriżultaw fit-tagħbija żejda jew id-destabbilizzazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet; jew

                      -       li tinħoloq impressjoni falza jew qarrieqa dwar il-provvista ta', id-domanda għal jew il-prezz ta' strument finanzjarju, b'mod partikulari billi jiddaħħlu ordnijiet biex tinbeda jew tiġi intensifikata tendenza, jew billi jsir aktar probabbli li tinħoloq it-tali impressjoni;

             (d)    it-teħid ta' vantaġġ minn aċċess okkażjonali jew regolari għall-midja tradizzjonali jew elettronika billi tiġi espressa opinjoni dwar strument finanzjarju jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatat (jew indirettament dwar l-emittent tiegħu) waqt li qabel ikunu ttieħdu pożizzjonijiet dwar dak l-istrument finanzjarju jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatati u mmirati biex sussegwentement isir profitt mill-impatt tal-opinjonijiet espressi dwar il-prezz ta’ dak l-istrument jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatat, mingħajr ma jiġi żvelat simultanjament dak il-kunflitt ta’ interess lill-pubbliku b’mod xieraq u effikaċi.

             (e)    ix-xiri jew il-bejgħ fis-suq sekondarju ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew derivattivi relatati qabel l-irkant li jsir skont ir-Regolament Nru 1031/2010 bl-effett li jiġi stabbilit il-prezz tal-ikklerjar tal-irkant għall-prodotti rkantati fuq livell anormali jew artifiċjali jew li offerenti li jagħmlu l-offerti fl-irkant jitqarrqu.

4.          Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1(a) u (b), u bla ħsara għall-forom ta' mġiba stabbiliti fil-paragrafu 3, l-Anness I jiddefinixxi l-indikaturi mhux eżawrjenti relatati mal-użu ta’ strataġemma fittizja jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju, u l-indikaturi mhux eżawrjenti relatati ma’ sinjali foloz jew qarrieqa u mal-iżgurar tal-prezz.

4a.        Iċ-ċentri ta' negozjar għandhom jiżguraw li jkollhom sistemi fis-seħħ, kif deskritt fl-Artikolu 59 tad-Direttiva .../... [MiFID ġdida], biex jiżguraw li l-ebda persuna li taġixxi f’kollaborazzjoni, ma tkun tista' tiżgura pożizzjoni dominanti fuq il-provvista ta', jew id-domanda għal, strument finanzjarju jew kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, li jkollhom l-effett li jiffissaw, direttament jew indirettament, il-prezzijiet ta' xiri jew ta' bejgħ jew li joħolqu kundizzjonijiet inġusti oħra ta' negozjar.

4b.        Biex ikun żgurat li s-swieq jiffunxzjonaw b'mod ordnat, il-parteċipanti tas-suq għandhom jiżvelaw informazzjoni addizzjonali liċ-ċentru ta' negozjar u lill-awtorità kompetenti, sabiex tiġi ffaċilitata l-abbiltà tagħhom li jidentifikaw imġiba abbużiva u jwettqu investigazzjoni.

             Dik l-informazzjoni għandha tinkludi li ġej:

             (a)    min hu responsabbli għal ordni;

             (b)    jekk l-ordni ġietx eżegwita b'mod manwali jew elettroniku; u

             (c)    liema strateġija tintuża għall-eżekuzzjoni.

5.          L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-indikaturi stabbiliti fl-Anness I, sabiex jiġu ċċarati l-elementi tagħhom u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji.

             L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards regolatorji tekniċi lill-Kummissjoni sa [...][24]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

 

KAPITOLU 2

ABBUŻ MINN INFORMAZZJONI PRIVILEĠĠATA U MANIPULAZZJONI TAS-SUQ

Artikolu 9

Projbizzjoni tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata u tal-iżvelar mhux xieraq tal-informazzjoni privileġġata

Persuna m’għandhiex:

(a)         tinvolvi ruħha jew tagħmel tentattiv li tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata;

(b)         tirrakkomanda lil persuna oħra li tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata jew tipperswadixxi lil persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata; jew

(c)         tiżvela informazzjoni privileġġata b'mod mhux xieraq.

Artikolu 10

Projbizzjoni ta' manipulazzjoni tas-suq

Persuna m’għandhiex tinvolvi ruħha f’manipulazzjoni tas-suq jew f'tentattiv li tinvolvi ruħha f’manipulazzjoni tas-suq.

Artikolu 10a

Dħul abbużiv ta' ordnijiet

1.          Kwalunkwe persuna li topera l-attività ta' ċentru ta' negozjar għandu jkollha fis-seħħ ir-regoli biex jiġi evitat li jiddaħħlu ordnijiet b'mod abbużiv bi qbil mal-Artikolu 51(5a) tad-Direttiva .../... [MiFID ġdida], bħall-impożizzjoni ta' tariffa ogħla għall-parteċipanti fis-suq li jqiegħdu ordni li sussegwentement titħassar u tariffi aktar baxxi għal ordni li tiġi eżegwita, jew l-impożizzjoni ta' tariffa ogħla fuq il-parteċipanti fis-suq li jqiegħdu proporzjon ogħla ta' ordnijiet imħassrin meta mqabbla mal-ordnijiet eżegwiti u l-impożizzjoni ta' tariffi ogħla fuq min jopera strateġija ta' negozjar bi frekwenza għolja sabiex jiġi rifless il-piż addizzjonali fuq il-kapaċità tas-sistema. Kwalunkwe persuna li topera l-attività ta' ċentru ta' negozjar għandha tkun tista' taġġusta t-tariffi tagħha għall-ordnijiet imħassrin abbażi tat-tul ta' żmien li matulu tkun inżammet l-ordni u tikkalibra t-tariffi għal kull strument finanzjaraju li japplikaw għalih.

2.          Kwalunkwe persuna li topera l-attività ta' ċentru ta' negozjar għandha tirraporta ksur sistematiku u ripetittiv ta' dawn ir-regoli lill-awtoritajiet kompetenti sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu azzjoni xierqa skont dan ir-Regolament.

3.          Bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tad-Direttiva .../... [MiFID ġdida], jekk kwalunkwe ditta li tkun involuta f'negozjar algoritmiku tonqos milli tirrapporta lill-awtorità kompetenti tagħha dwar punt materjali jew bidla materjali fil-funzjonament tal-algoritmu tagħha jew tal-istrateġija ta' negozjar algoritmiku tagħha, mela kull impatt detrimentali li jirriżulta fuq is-suq għandu jitqies bħala abbużiv u jiġi ttrattat billi tintuża s-saħħa kollha ta' dan ir-Regolament.

4.          Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 li jispeċifikaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu, u, b’mod partikolari:

(a)         li tiżgura li l-istrutturi tariffarji ma joħolqux inċentivi għal kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati jew abbuż mis-suq;

(b)         li tispeċifika l-proporzjon ta' ordnijiet imħassrin meta mqabblin mal-ordnijiet eżegwiti msemmi fil-paragrafu 1;

(c)         li tiżgura li s-sistemi ta' negozjar algoritmiku jew bi frekwenza għolja ma jistgħux joħolqu jew jikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ta' negozjar diżordinati fis-suq.

Artikolu 11

Prevenzjoni u identifikazzjoni tal-abbuż tas-suq

1.          Kwalunkwe persuna li topera l-attività ta' ċentru ta' negozjar jew li tinnegozja barra l-borża għandha tadotta u żżomm arranġamenti u proċeduri effikaċi bi qbil [mal-Artikoli 31 u 56] tad-Direttiva [MiFID ġdida] immirati biex jipprevjenu u jidentifikaw l-abbuż tas-suq.

1a.        Kwalunkwe persuna li topera l-attività ta' ċentru ta' negozjar għandha tadotta u żżomm arranġamenti u proċeduri effikaċi biex tiskambja informazzjoni ma' persuni oħra li joperaw l-attività ta' ċentru ta' negozjar b'likwidità sinifikanti fl-istess strumenti jew fi strumenti relatati mill-qrib immirati biex jevitaw u jidentifikaw abbuż tas-suq bejn ċentru ta' dan it-tip u ieħor.

2.          Kwalunkwe persuna li professjonalment tagħmel l-arranġamenti jew teżegwixxi tranżazzjonijiet fi strumenti finanzjarji għandha tadotta u żżomm arranġamenti u proċeduri effikaċi sabiex tidentifika u tirrappurta l-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq jew abbuż minn informazzjoni privileġġata. Jekk dik il-persuna jkollha suspett raġonevoli li ordni jew tranżazzjoni fi kwalunkwe strument finanzjarju, kemm jekk imqiegħdin jew eżegwiti fuq jew ’il barra minn ċentru ta' negozjar, jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq jew abbuż minn informazzjoni privileġġata, il-persuna għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

2a.        L-AETS u l-awtorità kompetenti nazzjonali għandhom jipprovdu mezz jew mezzi ta' komunikazzjoni sikura għall-persuni li jagħtu notifika ta' abbuż tas-suq. Tali mezzi għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni li jipprovdu l-informazzjoni tkun magħrufa biss mill-AETS jew mill-awtorità kompetenti nazzjonali.

2b.        Kwalunkwe persuna inkluża f'lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata li ssir taf b'attivitajiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta' involviment f'manipulazzjoni tas-suq jew f'abbuż minn informazzjoni privileġġata, għandha tirrapporta t-tali informazzjoni permezz tal-mezzi msemmija fil-paragrafi 2 u 2a.

2c.         In-notifika li tkun saret in bona fide lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikoli 7 sa 10 m'għandhiex tikkostitwixxi ksur ta' xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b'kuntratt jew bi kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u m'għandhiex tinvolvi l-persuna li tagħmel in-notifika f'responsabbiltà ta' ebda tip fir-rigward tat-tali notifika.

2d.        Persuna f'kapaċità professjonali li biħsiebha tagħmel talba lil investitur jew investituri bl-għan li tistabbilixxi t-termini ta' distribuzzjoni jew riakkwist sinifikanti ta' titoli possibbli fil-futur li tkun qed taġixxi fuq talba ta' emittent jew bejjiegħ, għandha żżomm rekords xierqa tat-talbiet tagħha.

             Qabel ma ssir it-talba, jekk l-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata tkun informazzjoni privileġġata, għandu jinkiseb il-qbil tal-investitur li jirċievi tali informazzjoni.

3.          L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina:

(a)         l-arranġamenti u l-proċeduri xierqa biex il-persuni jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1;

(b)         is-sistemi u l-mudelli ta' notifikazzjoni li għandhom jintużaw mill-persuni jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2; u

(c)         it-tip ta' talbiet li hu meqjus li jitwettqu fil-kuntest ta' distribuzzjoni jew riakkwist sinifikanti ta' titoli possibbli fil-futur f'isem emittent jew bejjiegħ u l-arranġamenti għaż-żamma ta' rekords li jkunu xierqa għall-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2d.

             L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...][25]**.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 3

REKWIŻITI TA’ ŻVELAR

Artikolu 12

Żvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata

1.          Emittent ta’ strument finanzjarju għandu jinforma lill-pubbliku u lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun dwar informazzjoni privileġġata li tikkonċerna direttament lill-emittent, u għandu, għal perjodu xieraq, iqiegħed fuq is-sit tal-internet tiegħu l-informazzjoni privileġġata kollha li hu rikjest jiżvela b’mod pubbliku.

2.          Parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiżvela, pubblikament, b’mod effikaċi u f'waqtu, l-informazzjoni privileġġata dwar kwoti ta’ emissjonijiet li jkollu rigward in-negozju tiegħu, inklużi l-attivitajiet ta’ avjazzjoni kif speċifikat fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE jew installazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 3(e) tal-istess Direttiva, li l-parteċipant ikkonċernat, jew l-impriża prinċipali jew impriża relatata, ikun is-sid jew ikollu kontroll tagħhom jew li l-parteċipant, jew l-impriża prinċipali jew impriża relatata tiegħu, ikun/tkun responsabbli għall-kwistjonijiet operattivi tagħhom, kollha jew parti minnhom. Fir-rigward tal-installazzjonijiet, tali żvelar għandu jinkludi informazzjoni rilevanti għall-kapaċità u l-utilizzazzjoni ta’ installazzjonijiet, inkluż nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanata jew mhux ippjanata tal-installazzjonijiet ta' dan it-tip.

             L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet fejn l-installazzjonijiet jew attivitajiet ta’ avjazzjoni li jkun is-sid tagħhom, li jikkontrolla jew li jkun responsabbli għalihom, fis-sena preċedenti kellhom emissjonijiet li ma jaqbżux limitu minimu ekwivalenti għad-dijossidju tal-karbonju u, jekk iwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, kellhom input termali kklassifikat li ma jaqbiżx limitu minimu.

             Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31, li jimmodifikaw il-limitu minimu ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju u l-limitu minimu ta’ potenza termali nominali għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fit-tieni subparagrafu. Qabel tadotta l-att delegat imsemmi f'dan is-subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-immodifikar tal-limitu minimu ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju jew il-limitu minimu ta' potenza termali nominali, joffrix reazzjoni għall-ħtiġijiet li jirriżultaw minn żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda.

3.          Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għal informazzjoni li hija biss informazzjoni privileġġata fis-sens tal-Artikolu 6(1)(e).

4.          Bla ħsara għall-paragrafu 5, emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant fis-suq tal-kwoti ta’ emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), jista’ taħt ir-responsabbiltà proprja jittardja l-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata, kif imsemmi fil-paragrafu 1, sabiex ma jippreġudikax l-interessi leġittimi tiegħu sakemm jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

             (a)    l-ommissjoni ma tkunx probabbli li tqarraq bil-pubbliku;

             (b)    l-emittent ta’ strument finanzjarju jew il-parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet ikun jista’ jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni.

             Jekk emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet biħsiebu jittardja l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata skont dan il-paragrafu, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar dik l-intenzjoni u jipprovdi biżżejjed informazzjoni biex jiġġustifika n-neċessità tad-dewmien skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 5. F'każ li l-awtorità kompetenti ma tippermettix id-dewmien skont il-paragrafu 5, l-informazzjoni għandha tiġi żvelata immedjatament wara li r-rifjut ikun ġie kkomunikat. Tali informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti m'għandha bl-ebda mod tipprekludi s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jissanzjonaw ksur ta' dan ir-Regolament.

5.          Awtorità kompetenti tista’ tippermetti d-dewmien minn emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

             (a)-   l-informazzjoni tkun ta’ importanza sistemika;

             (b)    ikun fl-interess pubbliku li l-pubblikazzjoni tagħha tiġi ttardjata;

             (c)    il-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni tista’ tiġi żgurata.

             L-awtorità kompetenti, meta jkun xieraq, għandha żżomm lill-AETS infurmata dwar żviluppi bi qbil mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

             Id-deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rrifjutat il-permess għandha tiġi kkomunikata bil-miktub. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-dewmien ikun biss għall-perjodu li jkun meħtieġ fl-interess pubbliku.

             L-awtorità kompetenti għandha terġa' teżamina, mill-inqas darba fil-ġimgħa, jekk it-tkomplija tad-dewmien tkunx xierqa, u għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni immedjatament jekk kwalunkwe kundizzjoni minn dawk fil-punti (a), (b) jew (c) ma tkunx għadha sodisfatta.

6.          Meta emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), jew persuna li taġixxi f'ismu jew għalih, jiżvelaw xi informazzjoni privileġġata lil kwalunkwe parti terza fit-twettiq normali ta' dmirijiethom li jirriżultaw minn impjieg jew professjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 7(4), huma obbligati jagħmlu żvelar pubbliku totali u effikaċi ta’ dik l-informazzjoni, simultanjament fil-każ ta’ żvelar intenzjonali, u fil-pront fil-każ ta’ żvelar mhux intenzjonali. Dan il-paragrafu m’għandux japplika jekk il-persuna li tirċievi l-informazzjoni jkollha d-dmir ta’ kunfidenzjalità li jipprevjeni lil dik il-persuna milli tiżvela l-informazzjoni rilevanti lil parti terza, irrispettivament minn jekk dan id-dmir huwiex ibbażat fuq liġi, regolamenti, artikoli ta’ assoċjazzjoni, jew kuntratt.

7.          Informazzjoni privileġġata dwar emittenti ta’ strument finanzjarju, li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq ta’ tkabbir tal-SMEs, tista’ titqiegħed miċ-ċentru ta' negozjar fuq il-websajt tagħha minflok fuq il-websajt tal-emittent meta ċ-ċentru ta' negozjar jagħżel li jipprovdi din il-faċilità għall-emittenti f’dak is-suq. F’dak il-każ tali emittent ikun meqjus li ssodisfa l-obbligu fil-paragrafu 1.

8.          Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal emittenti li ma jkunux talbu jew approvaw ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom għan-negozjar f’suq regolat fi Stat Membru jew, fil-każ ta’ strument innegozjat biss fuq MTF jew OTF, ma jkunux talbu jew approvaw negozjar tal-istrumenti finanzjarji tagħhom fuq MTF jew OTF fi Stat Membru.

9.          L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet:

             –       għal żvelar pubbliku xieraq ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafi 1, 6 u 7;

             –       għad-dewmien tal-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafi 4 and 5.

             L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...][26]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 13

Listi ta' persuni b'informazzjoni privileġġata

1.          Emittenti ta’ strument finanzjarju jew parteċipanti f’suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), u kwalunkwe persuna li taġixxi f'isihom jew għalihom, għandhom:

             (a)    ifasslu lista tal-persuni kollha li jaħdmu għalihom, taħt kuntratt ta’ impjieg jew xorta oħra, li għandhom aċċess għal informazzjoni privileġġata;

             (b)    jaġġornaw dik il-lista regolarment; u

             (c)    jipprovdu l-lista lill-awtorità kompetenti malajr kemm jista’ jkun malli titlobha.

1a.        L-emittenti msemmija fil-paragrafu 1 u l-persuni li jaġixxu f'isimhom jew għalihom għandhom jiżguraw meta jkunu qed ifasslu tali lista li kwalunkwe persuna fiha tirrikonoxxi d-dmirijiet ġuridiċi u regolatorji involuti u tkun konxja tas-sanzjonijiet marbuta mal-użu ħażin jew iċ-ċirkolazzjoni mhux xierqa ta' tali informazzjoni.

▌

4.          L-AETS għandha tfassal abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-informazzjoni rigward l-identitajiet u r-raġunijiet biex persuni jiġu inklużi f'lista ta' persuni b'informazzjoni privileġġata kif imsemmi fil-paragrafu 1, kif ukoll biex tispeċifika l-kundizzjonijiet skont liema l-emittenti ta’ strument finanzjarju jew parteċipanti f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom, għandhom ifasslu tali lista, inklużi l-kundizzjonijiet skont liema dawn il-listi għandhom jiġu aġġornati, il-perjodu ta’ żmien li matulu għandhom jinżammu, u r-responsabbiltajiet tal-persuni elenkati fihom. Fil-każ tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-AETS għandha tipprovdi abbozz ta' standards tekniċi regolatorji proporzjonati u ssemplifikati għat-tnaqqis tal-piżijijiet amministrattivi fuq l-emittenti tal-istrumenti finanzjarji li l-istrumenti finanzjarji tagħhom jiġu ammessi għan-negozjar fis-swieq ta' tkabbir tal-SMEs.

          L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...][27]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.          Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal kwalunkwe pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti fir-rigward tal-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet jew ta’ prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament Nru 1031/2010.

6.          L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tiddetermina l-format preċiż tal-listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, kif ukoll il-format għall-aġġornament tal-listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata msemmija f’dan l-Artikolu.

          L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa […]*.

          Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 14

Tranżazzjonijiet maniġerjali

1.          Persuni li jwettqu responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), kif ukoll persuni assoċjati mill-qrib magħhom, għandhom jiżguraw li ssir pubblika l-informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ tranżazzjonijiet imwettqa għalihom innifishom relatati mal-ishma ta’ dak l-emittent, jew għal derivattivi jew strumenti finanzjarji oħra marbuta magħhom, jew fil-kwoti tal-emissjonijiet. Dawn il-persuni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tiġi ppubblikata fi żmien jumejn ta’ negozju wara l-jum li fih seħħet it-tranżazzjoni.

2.          Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tranżazzjonijiet li jridu jsiru pubbliċi għandhom jinkludu:

             (a)    il-wegħda jew is-self ta’ strumenti finanzjarji minn jew f'isem persuna msemmija fil-paragrafu 1;

             (b)    tranżazzjonijiet imwettqa minn maniġer ta’ portafoll jew persuna oħra f’isem persuna msemmija fil-paragrafu 1, inkluż fejn dak il-maniġer jew persuna oħra teżerċita diskrezzjoni.

▌

4.          Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal kwalunkwe pjattaforma ta’ rkantar, irkantatur jew sorveljatur tal-irkanti fir-rigward tal-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet jew ta’ prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament Nru 1031/2010.

4a.        Persuna li twettaq responsabilitajiet maniġerjali fi ħdan emittent ta' strument finanzjarju m'għandha twettaq l-ebda tranżazzjoni għaliha nnifisha fir-rigward tal-ishma ta' dak l-emittent jew tad-derivattivi jew strumenti finanzjarji oħrajn marbutin magħhom barra perjodu meta jkun permess in-negozjar.

▌

6.          Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 32, b'miżuri li jispeċifikaw:

(a)    il-kompiti professjonali ta’ persuni meqjusa li jwettqu responsabbiltà maniġerjali kif imsemmija fil-paragrafu 1,

(b)    it-tipi ta’ assoċjazzjoni, inkluż bit-twelid kif ukoll skont il-liġi ċivili u kuntrattwali, meqjusa li joħolqu assoċjazzjoni personali mill-qrib,

▌

(c)    l-arranġamenti u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' perjodi meta jkun permess in-negozjar bi qbil mal-paragrafu 4a u, b'mod partikulari, il-punt tal-bidu u tat-tmiem tat-tali perjodi għan-negozjar, kif ukoll il-kundizzjonijiet relatati mal-pussess ta' informazzjoni li tista' tinfluwenza l-prezzijiet marbuta mal-projbizzjoni ta' negozjar barra perjodu meta dan ikun permess.

          L-AETS għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b'konsulenza teknika qabel ma jiġu abbozzati l-atti ddelegati msemmija fl-ewwel subparagrafu.

6a.        L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-karatteristiċi ta' tranżazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 li jattivaw id-dmir imsemmi f'dak il-paragrafu, l-informazzjoni li trid tiġi ppublikata kif rikjest taħt il-paragrafu 1, u l-mezzi biex jiġi informat il-pubbliku. Meta tkun qed tiżviluppa dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS tista', jekk ikun xieraq, tistabbilixxi limitu minimu għall-ammont u l-volum ta' tranżazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2, li jattivaw id-dmir imsemmi f'dak il-paragrafu, u li jistgħu jvarjaw skont it-tip ta' persuni kkonċernati.

             L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...][28]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6b.        Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, l-AETS tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format [mudell] li permezz tiegħu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata.

             L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa […]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 15

Rakkomandazzjonijiet ta’ investiment u l-istatistika

1.          Il-persuni li jipproduċu jew ixerrdu informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment, intiża għal kanali ta’ distribuzzjoni jew għall-pubbliku, għandhom b'mod raġonevoli jieħdu ħsieb li jiżguraw li t-tali informazzjoni tiġi ppreżentata b'mod oġġettiv, u li jiżvelaw l-interessi tagħhom jew jindikaw kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw l-istrumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni hija relatata magħhom.

1a.        Meta l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jinnegozjaw għalihom innifishom fi strumenti li fir-rigward tagħhom jagħtu l-parir imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu l-informazzjoni li jqisu meħtieġa mit-tali persuni u, meta jkun xieraq, minn awtoritajiet kompetenti oħra sabiex jiddeterminaw jekk il-parir huwiex konformi mar-rekwiżiti fil-paragrafu 1.

2.          L-istituzzjonijiet pubbliċi li jxerrdu statistika li x’aktarx ikollha effett sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji għandhom ixerrduha b’mod oġġettiv u trasparenti.

3.          L-AETS għandha tiżviluppa abbożż ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-arranġamenti tekniċi għall-kategoriji varji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 1, għall-preżentazzjoni oġġettiva ta’ informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta' investiment, kif ukoll għall-iżvelar ta’ interessi partikulari jew indikazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess.

             L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [...][29]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 15a

Żvelar jew tixrid ta' informazzjoni fil-midja

Meta informazzjoni tiġi żvelata jew tixxerred u meta rakkomandazzjonijiet jiġu prodotti jew jixxerdu għall-fini ta' ġurnaliżmu, it-tali żvelar jew tixrid ta' informazzjoni għandhom jiġu vvalutati waqt li jitqiesu r-regoli dwar il-libertà ta' espressjoni, il-libertà u l-pluraliżmu medjatiċi u r-regoli jew il-kodiċijiet dwar il-professjoni ġurnalistika, sakemm:

(a)    il-persuni kkonċernati jew il-persuni assoċjati mill-qrib magħhom ma jisiltux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew qligħ mill-iżvelar jew it-tixrid tal-informazzjoni kkonċernata; jew

(b)    l-iżvelar jew it-tixrid ma jsirux bl-intenzjoni li jitqarraq is-suq fir-rigward tal-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta’ strumenti finanzjarji.

KAPITOLU 4

L-AETS U L-AWTORITAJIET KOMPETENTI

Artikolu 16

Awtoritajiet kompetenti

Bla ħsara għall-kompetenzi tal-awtoritajiet ġudizzjarji, kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti amministrattiva waħda għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u jipprovdi biżżejjed riżorsi lil dik l-awtorità biex twettaq is-setgħat tagħha previsti f'dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati fit-territorju tagħha, rigward l-azzjonijiet kollha mwettqa fit-territorju tagħha, u dawk l-azzjonijiet imwettqa barra mill-pajjiż relatati ma’ strumenti ammessi għan-negozjar f’suq regolat, li tkun saret talba biex jiġu ammessi għan-negozjar f’suq ta' dan it-tip, jew li huma nnegozjati fuq MTF jew OTF, li topera fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, l-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra dwar dan.

Artikolu 17

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom fi kwalunkwe mod minn dawn li ġejjin:

(a)    direttament;

(b)    f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra jew mal-impriżi tas-suq;

(c)    taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lit-tali awtoritajiet jew impriżi tas-suq; jew

(d)    b’applikazzjoni għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.          Sabiex jaqdu d-dmirjiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mad-dritt u s-setgħat nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin:

(a)    ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma, jew jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(b)    jitolbu informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna, inklużi dawk li huma involuti suċċessivament fit-trażmissjoni ta’ ordnijiet jew fit-twettiq tal-operazzjonijiet ikkonċernati, kif ukoll il-prinċipali tagħhom, u jekk meħtieġ, isejħu u jinterrogaw lil kwalunkwe persuna ta' dan it-tip bil-għan li jiksbu informazzjoni;

(c)    fir-rigward tad-derivattivi ta' komodità, jitolbu informazzjoni minn parteċipanti fis-suq dwar swieq spot relatati skont il-formati standardizzati, jiksbu rapporti dwar tranżazzjonijiet, u jkollhom aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti;

(d)    iwettqu spezzjonijiet fuq il-post, apparti fi proprjetà privata, b’avviż jew mingħajr avviż;

(e)    wara li jiksbu l-awtorizzazzjoni prevja mingħand l-awtorità ġuridika tal-Isat Membru kkonċernat bi qbil mad-dritt nazzjonali, u fejn hemm suspett raġonevoli li dokumenti marbutin mas-suġġett tal-ispezzjoni jistgħu jkunu relevanti bħala evidenza ta' każ ta' abbuż minn informazzjoni privileġġata jew ta' manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta' dan ir-Regolament jew tad-Direttiva .../.../UE [MAD ġdida], jidħlu fi proprjetà privata sabiex jikkonfiskaw dokumenti ta’ kwalunkwe forma;

(ea)  jirreferu kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali;

(f)     jirrikjedu r-rekords eżistenti ta' konverżazzjonijiet telefoniċi, komunikazzjonijiet elettroniċi u traffiku ta' data miżmuma minn ▌kumpanija tal-investiment bi qbil [mal-MiFID il-ġdida];

(fa)   jirrikjedu r-rekords telefoniċi eżistenti u r-rekords eżistenti tat-traffiku tad-data miżmuma minn operatur tat-telekomunikazzjoni, fejn tali rekords jistgħu jkunu rilevanti biex jagħtu prova ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq bi ksur ta' dan ir-Regolament jew tad-Direttiva .../.../UE [il-MAD il-ġdida].

         Ir-rekords imsemmijin f'dan il-punt m'għandhomx jinkludu l-kontenut ta' komunikazzjonijiet vokali bit-telefown, sakemm ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja;

(fb)   jitolbu li jiġu ffriżati jew sekwestrati assi;

(fc)   jissospendu n-negozjar tal-istrument finanzjarju kkonċernat;

(fd)   jirrikjedu l-waqfien temporanju ta’ kwalunkwe prattika li tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2a.        L-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (e), (f) u (fa) jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji bi qbil mad-dritt nazzjonali.

3.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigatttivi msemmija fil-paragrafu 2 bi qbil mad-dritt nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti m'għandhom la jfittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn kwalunkwe persuna assoċjata mal-persuna li tkun qed tiġi investigata.

4.          L-ipproċessar tad-data personali miġbura fl-eżerċizzju tas-setgħat superviżorji u investigattivi skont dan l-Artikolu għandu jitwettaq bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE.

5.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ il-miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

Artikolu 17a

Sorveljanza tal-kotba tal-ordnijiet bejn suq u ieħor

1.          Fir-rigward ta' kwalunkwe strument finanzjarju ammess għan-negozjar f'suq regolat jew MTF, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rigward iċ-ċentru ta' negozjar fejn l-istrument finanzjarju ġie ammess l-ewwel darba għan-negozjar għandu jkollha s-setgħat li twettaq sorveljanza bejn suq u ieħor tal-manipulazzjoni tas-suq li titwettaq permezz ta' attività tal-kotba tal-ordnijiet.

Bi qbil mal-Artikolu 71(1) [tal-MiFID il-ġdida], l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiddelegaw il-kompiti ta' sorveljanza lil partijiet terzi.

2.          L-operaturi ta' ċentri ta' negozjar għandhom jipprovdu data dwar il-kotba tal-ordnijiet fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji li jkunu qed jiġu nnegozjati b'mod attiv f'dak is-suq regolat jew MTF lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

Meta dik l-awtorità kompetenti ma tkunx l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, għandha tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tikkonsolida d-data dwar il-kotba tal-ordnijiet korrispondenti u tgħaddihom lill-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.

Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tas-swieq regolati jew MTFs għandha tibqa' responsabbli biex tiżgura li s-swieq regolati u l-MTFs taħt is-sorveljanza tagħha jirrapportaw ordnijiet li jkunu konformi mal-istandards applikabbli tad-data.

3.          Id-data dwar il-kotba tal-kontijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun ċara, preċiża, u dettaljata kif xieraq sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu sorveljanza bejn is-swieq skont il-paragrafu 1. Din id-data għandha tinkludi dan li ġej:

(a)         il-kodiċi ta' identifikazzjoni tal-membru li jkun ittrażmetta l-ordni lis-suq regolat jew MTF;

(b)         l-identifikazzjoni tal-istrument finanzjarju;

(c)         id-data u l-ħin (bil-millisekondi) meta l-ordni ġiet trażmessa lis-suq regolat jew MTF;

(d)         il-karatteristiċi tal-ordni, inklużi b'mod partikulari:

- l-indikatur ta' xiri / bejgħ;

- il-kwantità inizjali u li jifdal / pendenti (meta wieħed iqis kull eżekuzzjoni jew avveniment li jaffettwaw l-ordni), kemm dawk evidenti u kemm dawk moħbija;

- it-tip tal-ordni (eż. ordni ta' kummerċjalizzazzjoni, ordni ta' limitu, ordni ta' stop);

- il-prezz ta' limitu (jekk applikabbli);

- il-perjodu ta' validità kif speċifikat mill-parteċipant tas-suq (eż. tmiem il-ġurnata, tajjeb sakemm jitħassar, kwalunkwe data u ħin speċifikati, l-għeluq li jmiss);

- kull kundizzjoni biex tiġi eżegwita l-ordni (eż. id-daqs minimu eżegwibbli, il-prezz ta' stop);

(e)         id-data u l-ħin (bil-millisekondi) ta' kull avveniment li jkun jaffettwa dawk il-karatteristiċi;

(f)         it-tip ta' avveniment li jkun irriżulta f'bidla ta' dawk il-karatteristiċi (eż. modifika tal-karatteristiċi mill-parteċipant tas-suq, tħassir, eżekuzzjoni parzjali (jew sħiħa), interruzzjoni tas-suq, attivazzjoni ta' stop);

(g)         il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-ordni;

(h)        jekk l-ordni jiddaħħalx mill-membru tas-suq (tas-suq regolat u, fejn disponibbli, l-MTF) għalih innifsu (kapaċità prinċipali) jew f'isem parti terza (kapaċità ta' aġent).

Dik l-informazzjoni għandha tingħata għal kull perjodu ta' validità karatteristiku tal-ordni, iddefinit bħala perjodu ta' żmien li matulu l-karatteristiċi elenkati fil-punt (d) jibgqħu l-istess u ma jiġu affettwati minn ebda avveniment. Biex jiġu evitati d-dubji, dik l-informazzjoni għandha tinkludi, għal kull perjodu ta' validità karatteristiku, id-data/ħin (bil-millisekondi) meta jibda, id-data/ħin (bil-millisekondi) meta jintemm u t-tip ta' avveniment li jkun wassal għal tmiemu.

4.        L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għanda tqiegħed id-data dwar il-kotba tal-ordnijiet għad-dispożizzjoni ta' kull awtorità kompetenti oħra jekk titlobha.

5.        L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

(a)         il-lista ta' strumenti finanzjarji li għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza bejn is-swieq, id-dettalji u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-data dwar il-kotba tal-ordnijiet, kif ukoll il-perjodiċità meta għandha tingħata din id-data;

(b)         il-każijiet meta l-awtoritajiet kompetenti l-oħra jistgħu, bi qbil mal-paragrafu 4, jitolbu data dwar il-kotba tal-ordnijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru taċ-ċentru ta' negozjar fejn l-emittent kien ammess għall-ewwel darba għan-negozjar;

(c)         it-trattament tad-data fir-rigward tad-delega tal-kompiti lill-partijiet terzi u s-sanzjonijiet għal użu ħażin tat-tali data minn partijiet terzi.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...[30]*.

Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6.        Sa ...[31]*, l-AETS għandha tfassal rapport ta' valutazzjoni dwar il-funzjonament tas-sorveljanza bejn is-swieq tal-kotba tal-ordnijiet inkluż kif l-AETS tista' tgħin u tappoġġa l-eżekuzzjoni ta' dan il-kompitu.

Artikolu 18

Kooperazzjoni mal-AETS

1.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mal-AETS għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, bi qbil mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.          L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

             L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa […][32]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19

Obbligu ta' kooperazzjoni

1.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-AETS fejn ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. ▌L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra u l-AETS. B'mod partikulari, għandhom jiskambjaw informazzjoni, mingħajr dewmien mhux dovut u jikkooperaw f’attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar.

             L-obbligu ta' koperazzjoni u għajnuna stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll fir-rigward tal-Kummissjoni b'rabta mal-iskambju ta’ informazzjoni dwar komoditajiet li huma prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-TFUE.

2.          L-awtoritajiet kompetenti u l-AETS għandhom jikkoperaw mal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009[33] u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri biex jiżguraw li jittieħed approċċ koordinat għall-infurzar tar-regoli relevanti fejn it-tranżazzjonijiet, l-ordnijiet għan-negozjar jew azzjonijiet jew imġiba oħra li jkunu relatati ma’ strument jew strumenti finanzjarji li japplika għalihom dan ir-Regolament, kif ukoll għal prodott jew prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li japplikaw għalihom l-Artikoli 3, 4 u 5 tar-[Regolament (UE) Nru .../2012 [dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa]. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi tad-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-[Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-enerġija bl-ingrossa], kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-enerġija bl-ingrossa], meta jiġu biex japplikaw l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ dan ir-Regolament għall-istrumenti finanzjarji marbutin mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa.

3.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fuq talba, jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1.

4.          Meta awtorità kompetenti tkun konvinta li atti li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament qed jitwettqu jew twettqu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jew li ċerti azzjonijiet qegħdin jaffettwaw strumenti finanzjarji nnegozjati f’ċentru ta' negozjar li jinsab fi Stat Membru ieħor, għandha tinnotifika dak il-fatt bl-iktar mod speċifiku possibbli lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u lill-AETS, u fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, lill-ACER. L-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Stati Membri involuti għandhom jikkonsultaw ma' xulxin u mal-AETS, u fir-rigward tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, lill-ACER, dwar l-azzjoni xierqa li għandhom jieħdu, u għandhom jinfurmaw lil xulxin bl-iżviluppi sinifikanti li jsiru sadanittant. Għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni possibbli meta japplikaw il-miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi għal dawk il-każijiet transkonfinali skont l-Artikoli 24, 25, 26, 27 u 28, u għandhom jgħinu lil xulxin fl-infurzar tad-deċiżjonijiet tagħhom.

5.          L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed tista’ titlob l-għajnuna tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor rigward spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post.

             L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-AETS bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel subparagrafu. Fil-każ ta’ investigazzjoni jew spezzjoni b’effett transkonfinali, l-AETS, jekk tintalab tagħmel dan minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti, jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, fejn ikun xieraq fir-rigward tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, għandha tikkoordina l-investigazzjoni jew l-ispezzjoni.

             Fejn awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post, tista’ tieħu kwalunkwe azzjoni minn dawn li ġejjin:

             (a)    twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

             (b)    tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba tipparteċipa fl-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post;

             (c)    tippermetti lill-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba twettaq l-ispezzjoni jew l-investigazzjoni fuq il-post hi stess;

             (d)    taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu spezzjoni jew investigazzjoni fuq il-post;

             (e)    taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

6.          Bla ħsara għall-Artikolu 258 tat-TFUE, awtorità kompetenti li ma tittiħidx azzjoni rigward it-talba tagħha għal informazzjoni jew għajnuna skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 fi żmien raġonevoli, jew li t-talba tagħha għal informazzjoni jew għajnuna tiġi rrifjutata, tista’ tirreferi dak ir-rifjut jew nuqqas ta’ azzjoni fi żmien raġonevoli lill-AETS.

             Fis-sitwazzjonijiet imsemmija, l-AETS tista’ taġixxi bi qbil mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bla ħsara għall-possibbiltà li l-AETS taġixxi bi qbil mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ta’ pajjiżi terzi relevanti responsabbli għas-swieq spot relatati meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li azzjonjijiet, li jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq bi qbil ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2012/.../UE [MAD ġdida], ikunu qegħdin isiru jew saru. Din il-kooperazzjoni għandha tiżgura ħarsa ġenerali kkonsolidata tas-swieq finanzjarji u spot, u tidentifika u tissanzjona l-abbużi tas-suq kemm bejn is-swieq kif ukoll bejn il-fruntieri.

             Rigward il-kwoti tal-emissjonijiet, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni pprovduti taħt is-subparagrafu preċedenti għandhom jiġu żgurati wkoll ma':

             (a)    is-sorveljatur tal-irkant, rigward l-irkanti ta’ kwoti tal-emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom li jsiru skont ir-Regolament Nru 1031/2010;

             (b)    awtoritajiet kompetenti, amministraturi tar-reġistru, inkluż l-Amministratur Ċentrali, u korpi pubbliċi oħra inkarigati biex jissorveljaw il-konformità skont id-Direttiva 2003/87/KE.

             L-AETS għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni rigward il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet regolatorji fi Stati Membri u pajjiżi terzi oħra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, kull fejn possibbli, jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi responsabbli għas-swieq spot relatati bi qbil mal-Artikolu 20.

8.          L-iżvelar tad-data personali lil pajjiż terz għandu jkun irregolat bl-Artikoli 22 u 23.

9.          L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-proċeduri u l-forom għall-iskambju ta’ informazzjoni u għajnuna kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

             L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa […][34]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19a

Riżoluzzjoni ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti

Meta awtorità kompetenti ma taqbilx rigward il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew inazzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor b'rabta ma' xi dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament jew tad-Direttiva (UE) Nru .../... [MAD ġdida], l-AETS tista’ taġixxi bi qbil mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

1.          L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn meħtieġ, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi u l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw taħt dan ir-Regolament f’pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jiżguraw mill-inqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu d-dmirijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.

             Awtorità kompetenti għandha tinforma lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn tal-Istati Membri fejn tipproponi li tidħol f’arranġament ta' dan it-tip.

1a.        Meta l-Unjoni tieħu sehem fi skema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ma' pajjiż terz, il-kwoti tal-emissjonijiet skont din l-iskema u l-prodotti rkantati bbażati fuqha għandhom jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti delegati bi qbil mal-Artikolu 32, miżuri li jistabbilixxu l-kriterji għall-inklużjoni ta' dawk il-kwoti tal-emissjonijiet u l-prodotti rkantati fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.          L-AETS għandha tiffaċilita u tikkoordina l-iżvilupp ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti relevanti ta’ pajjiżi terzi. Bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jinkludu dokument mudell għal arranġamenti ta’ kooperazzjoni li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kull meta jkun possibbli.

L-AETS għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...[35]*.

Qed tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu bi qbil mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2a.        L-AETS għandha tiffaċilita u tikkoordina wkoll l-iskambju bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri ta’ informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi li tista’ tkun rilevanti għat-teħid ta’ miżuri skont l-Artikoli 24, 25, 26, 27 u 28.

3.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonkludu arranġamenti ta’ kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi biss jekk l-informazzjoni żvelata tkun soġġetta għal garanziji ta’ segretezza professjonali li jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 21. Dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun maħsub għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti.

4.          L-iżvelar tad-data personali lil pajjiż terz għandu jkun regolat mill-Artikoli 22 u 23.

Artikolu 21

Segretezza professjonali

1.          Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali rċevuta, skambjata jew trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafu 2 u 3.

2.          L-obbligu tas-segretezza professjonali japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq li l-awtorità kompetenti ddelegat setgħatha lilha, inklużi awdituri u esperti kkuntrattati mill-awtorità kompetenti. L-informazzjoni koperta b’segretezza professjonali ma tistax tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra ħlief bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.

3.          L-informazzjoni kollha skambjata fost l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna kundizzjonijiet kummerċjali jew operattivi u kwistjonijiet ekonomiċi jew personali oħra, għandha titqies kunfidenzjali, ħlief fejn l-awtorità kompetenti tiddikjara fil-mument tal-komunikazzjoni li l-informazzjoni tista’ tiġi żvelata, jew fejn tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti ġuridiċi.

Artikolu 22

Protezzjoni tad-data

Rigward l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-AETS fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-AETS għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Id-data personali għandha tinżamm għal perjodu massimu ta’ 5 snin.

Artikolu 23

Żvelar ta’ data personali lil pajjiżi terzi

1.          L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’ tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz sakemm ikunu sodisfatti r-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari tal-Artikoli 25 jew 26, u biss abbażi ta' każijiet individwali. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tiżgura li t-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-pajjiż terz ma jittrasferixxix data lejn pajjiż terz ieħor sakemm ma jingħatax awtorizzazzjoni espliċita bil-miktub u ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Id-data personali tista’ tiġi trasferita biss lil pajjiż terz li jipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data personali.

2.          L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru għandha tiżvela biss informazzjoni riċevuta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor lil awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun kisbet qbil espliċitu mill-awtorità kompetenti li tkun ittrażmettiet l-informazzjoni u, fejn applikabbli, l-informazzjoni tiġi żvelata biss għall-finijiet li għalihom dik l-awtorità kompetenti tat il-kunsens tagħha.

3.          Fejn ftehim ta’ kooperazzjoni jipprovdi għall-iskambju ta’ data personali, għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE.

KAPITOLU 5

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

Artikolu 24

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

1.          L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi applikabbli fil-każ ta' kondotta msemmija fl-Artikolu 25 għall-persuni responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-miżuri u s-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

             Sa [...][36]*, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssir fihom.

2.          Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar tagħhom fil-każ ta' kondotta msemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa ta’ dan ir-Regolament, u jikkordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex tiġi evitata l-possibilità ta' duplikazzjoni u elementi li jikkoinċidu meta jiġu applikati miżuri u sanzjonijiet amministrattivi u multi għal każijiet transkonfinali bi qbil mal-Artikolu 19.

2a.        L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ukoll mal-awtoritajiet ta' kwalunkwe Stat Membru responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' kwalunkwe reat kriminali li joriġina mill-kondotta msemmija fl-Artikolu 25, biex ikun żgurat li l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi u penali jipproduċu r-riżultat mixtieq u biex tiġi kkoordinata l-azzjoni tagħhom biex tiġi evitata l-possibilità ta' duplikazzjoni u elementi li jikkoinċidu meta l-ksur jista' jirriżulta kemm f'sanzjonijiet penali kif ukoll f'miżuri jew sanzjonijiet amministrattivi.

Artikolu 25

Setgħat ta' sanzjonar

Dan l-Artikolu għandu japplika għal kondotta li ġejja:

(a)         persuna tinvolvi ruħha jew tagħmel tentattiv li tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata bi ksur tal-Artikolu 9;

(b)         persuna tirrakkomanda jew tipperswadixxi lil persuna oħra tinvolvi ruħha f’abbuż minn informazzjoni privileġġata bi ksur tal-Artikolu 9;

(c)         persuna tiżvela informazzjoni privileġġata b’mod mhux xieraq bi ksur tal-Artikolu 9;

(d)         persuna tinvolvi ruħha f’manipulazzjoni tas-suq bi ksur tal-Artikolu 10;

(e)         persuna tagħmel tentattiv li tinvolvi ruħha f’manipulazzjoni tas-suq bi ksur tal-Artikolu 10;

(f)          persuna li topera l-attività ta' ċentru ta' negozjar tonqos milli tadotta u żżomm arranġamenti u proċeduri effikaċi mmirati lejn il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ prattiki ta’ manipulazzjoni tas-suq, bi ksur tal-Artikolu 11(1);

(g)         persuna li professjonalment tagħmel l-arranġamenti għal tranżazzjonijiet jew teżegwixxihom ma jkollhiex fis-seħħ sistemi biex tidentifika u tirrappurta tranżazzjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu abbuż minn informazzjoni privileġġata, manipulazzjoni tas-suq jew tentattiv ta’ involviment f’manipulazzjoni tas-suq, jew tonqos milli tinnotifika ordnijiet jew tranżazzjonijiet suspettużi lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien, bi ksur tal-Artikolu 11(2);

(h)         emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), jonqos milli jinforma lill-pubbliku malajr kemm jista’ jkun dwar informazzjoni privileġġata jew ma jqegħidx fuq is-sit tal-internet tiegħu l-informazzjoni privileġġata li għandha tiġi żvelata pubblikament, bi ksur tal-Artikolu 12(1);

(i)          emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), idewwem l-iżvelar ta’ informazzjoni privileġġata meta tali dewmien x’aktarx li jqarraq bil-pubbliku, jew mingħajr ma jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ dik l-informazzjoni, bi ksur tal-Artikolu 12(2);

(j)          emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), jonqos milli jinforma lill-awtorità kompetenti li l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata jkun iddewwem, bi ksur tal-Artikolu 12(4);

(k)         emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, jew persuna li taġixxi f'ismu jew għalih, jonqos milli jiżvela lill-pubbliku l-informazzjoni privileġġata żvelata lil kwalunkwe persuna fit-twettiq normali tad-dmirijiet li jirriżultaw mill-impjieg jew mill-professjoni tagħha, bi ksur tal-Artikolu 12(6);

(l)          emittent ta’ strument finanzjarju, parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), jew persuna li taġixxi f'ismu jew għalih, tonqos milli tfassal, taġġorna regolarment jew tittrażmetti lill-awtorità kompetenti, fuq talba tagħha, lista ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, bi ksur tal-Artikolu 13(1);

(m)        persuna li twettaq responsabbiltajiet maniġerjali fi ħdan emittent ta’ strumenti finanzjarji, parteċipant f’suq ta’ kwoti tal-emissjonijiet, mhux eżenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(2), jew persuna assoċjata mill-qrib magħhom, tonqos milli tagħmel pubblika l-eżistenza ta’ tranżazzjonijiet imwettqa għaliha nnifisha, bi ksur tal-Artikolu 14(1) u (2);

(n)         persuna li tipproduċi jew ixxerred informazzjoni li tirrakkomanda jew tissuġġerixxi strateġija ta’ investiment, maħsuba għal kanali ta’ distribuzzjoni jew għall-pubbliku, tonqos milli tieħu ħsieb b’mod raġonevoli li tiżgura li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’mod oġġettiv, jew li tiżvela interessi jew kunflitti ta’ interess, bi ksur tal-Artikolu 15(1);

(o)         persuna li taħdem jew ħadmet għal awtorità kompetenti, jew għal kwalunkwe awtorità jew impriża tas-suq li l-awtorità kompetenti tkun iddelegat lilha kompiti tagħha, tiżvela informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali bi ksur tal-Artikolu 21;

(p)         persuna tonqos milli tagħti lill-awtorità kompetenti aċċess għal dokument u milli tipprovdilha kopja tiegħu, mitluba bi qbil mal-Artikolu 17(2)(a);

(q)         persuna tonqos milli tipprovdi informazzjoni jew milli tirrispondi għal taħrika mitluba mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 17(2)(b);

(r)          parteċipant tas-suq jonqos milli jipprovdi lill-awtorità kompetenti informazzjoni relatata ma’ derivattivi ta’ komodità jew rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi, jew milli jagħti aċċess dirett għas-sistemi tan-negozjanti, mitlub bi qbil mal-Artikolu 17(2)(c);

(s)         persuna tonqos milli tagħti aċċess għal sit għall-ispezzjoni, mitlub mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-Artikolu 17(2)(d);

(t)          persuna tonqos milli tagħti aċċess għar-rekords telefoniċi u u tat-traffiku tad-data eżistenti, mitlub skont l-Artikolu 17(2)(f);

(u)         persuna tonqos milli tikkonforma ma’ talba mill-awtorità kompetenti biex twaqqaf prattika li tmur kontra dan ir-Regolament, milli tissospendi n-negozjar ta’ strumenti finanzjarji, jew milli tippubblika dikjarazzjoni korrettiva;

(v)         persuna twettaq attività meta tkun ipprojbita milli tagħmilha mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 26

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

1.          Bla ħsara għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti bi qbil mal-Artikolu 17, fil-każ ta’ ksur tal-Artikolu 9 jew 10 jew fil-każ ta' kondotta msemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mad-dritt nazzjonali, ikollhom is-setgħa li tal-inqas jimponu l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

             (a)    ordni li teħtieġ li l-persuna responsabbli għall-ksur twaqqaf il-kondotta u toqgħod lura milli tirrepeti din il-kondotta;

             (b)    miżuri li għandhom jiġu applikati għal nuqqas ta’ kooperazzjoni f’investigazzjoni koperta bl-Artikolu 17;

             (c)    miżuri li jkollhom l-effett li jtemmu ksur kontinwu ta’ dan ir-Regolament u jeliminaw l-effetti tiegħu;

             (d)    dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur, ippubblikata fuq il-websajt tal-awtoritajiet kompetenti;

             (e)    korrezzjoni ta’ informazzjoni żvelata falza jew qarrieqa, inkluż billi kwalunkwe emittent jew persuna oħra li ppubblikaw jew xerrdu informazzjoni falza jew qarrieqa jiġu rikjesti jippubblikaw dikjarazzjoni korrettiva;

             (f)     projbizzjoni temporanja jew permanenti ta’ attività;

             (g)    irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ kumpanija ta’ investiment kif inhu definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva [MiFID il-ġdida];

             (h)    projbizzjoni temporanja jew permanenti kontra kwalunkwe membru ta’ korp ta’ kumpanija tal-investiment jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li jinżamm responsabbli, li jeżerċita funzjonijiet f’kumpaniji tal-investiment;

                      Meta tali persuna tkun wettqet ksur tad-dispożizzjonijiet dwar abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq, għandha ipprojbita għal sentejn milli tinnegozja f'ċentru ta' negozjar soġġett għal dan ir-Regolament.

                      Meta tali persuna kienet preċedentement soġġetta għal sanzjonijiet għal abbuż minn informazzjoni privileġġata jew manipulazzjoni tas-suq, għandha tkun ipprojbita b'mod permanenti milli tinnegozja f'ċentru ta' negozjar soġġett għal dan ir-Regolament.

             (i)     sospensjoni tan-negozjar tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati;

             (j)     talba biex l-assi jiġu ffriżati jew sekwestrati;

             (k)    sanzjonijiet amministrattivi monetarji ta’ mhux iktar minn għaxar darbiet l-ammont tal-qligħ miksub jew it-telf evitat minħabba l-ksur fejn dawk ikunu jistgħu jiġu determinati, jekk ikunu ogħla minn kwalunkwe wieħed mill-ammonti massimi msemmija fil-punti (l) jew (m), kif ikun applikabbli;

             (l)     bla ħsara għall-punt (k), fir-rigward ta' persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi monetarji li ma jkollhomx limitu massimu;

             (m)   bla ħsara għall-punt (k), fir-rigward ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi monetarji ta’ mhux iktar minn 20 % tal-fatturat annwali totali tagħha fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali [kif iddefinit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE], il-fatturat rilevanti annwali totali għandu jkun il-fatturat totali annwali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti.

2.          L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jingħatawlhom setgħat oħra ta’ sanzjonijiet b'żieda ma' dawk imsemmija fil-paragrafu 1, u jistgħu jipprevedu livelli ogħla ta’ sanzjonijiet amministrattivi monetarji minn dawk stabbiliti f’dak il-paragrafu. Meta jkunu qed jistabbilixxu livelli ta' sanzjonijiet amministrattivi monetarji ogħla minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu il-livell sa kemm ksur ta' rekwiżit jew rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kellu impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-swieq, il-qagħdiet finanzjarji tal-parteċipanti f'dawk is-swieq u l-interessi ekonomiċi, soċjali u ambjentali aktar estensivi.

3.          Kull miżura u sanzjoni amministrattiva imposta għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata, mingħajr dewmien mhux dovut, bl-inklużjoni ta’ mill-inqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tipperikolax serjament l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tista’ tikkawża ħsara sproporzjonata lill-persuni fiżiċi involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-miżuri u s-sanzjonijiet kontra tali persuni fiżiċi fuq bażi anonima.

Artikolu 27

Applikazzjoni effikaċi tas-sanzjonijiet

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip ta’ miżuri u sanzjonijiet amministrattivi u l-livell tal-multi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisuċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi:

             (a)    is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

             (b)    il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna kkonċernata;

             (ba)  fejn applikabbli, kemm fil-fatt impjegat ikun tħeġġeġ jew tqiegħed taħt pressjoni biex jaġixxi b’ċertu mod mir-regoli, l-istruzzjonijiet jew il-prattiki interni tal-istituzzjoni rilevanti;

             (c)    is-saħħa finanzjarja tal-persuna kkonċernata, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika kkonċernata jew mid-dħul annwali tal-persuna naturali responsabbli;

             (d)    l-importanza tal-qligħ miksub jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

             (e)    il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna kkonċernata mal-awtorità kompetenti, bla ħsara għall-ħtieġa li jiġi żgurat restituzzjoni sfurzata tal-qligħ miksub jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

             (f)     ksur preċedenti mill-persuna kkonċernata.

             Jistgħu jiġu kkunsidrati fatturi addizzjonali mill-awtoritajiet kompetenti, jekk dawn il-fatturi jkunu speċifikati fid-dritt nazzjonali.

2.          Sabiex ikunu żgurati l-applikazzjoni konsistenti u l-effett dissważiv tagħhom fl-Unjoni kollha, l-AETS għandha toħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar it-tipi ta’ miżuri u sanzjonijiet amministrattivi u l-livell tal-multi.

Artikolu 28

Appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti bi qbil ma' dan ir-Regolament ikunu soġġetti għad-dritt ta’ appell.

Artikolu 28 a

Drittijiet ta’ difiża

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-proċeduri xierqa biex jiżguraw id-drittijiet ta' difiża ta' persuna li tkun soġġetta għal investigazzjoni abbażi ta' dan ir-Regolament. Tali proċeduri għandhom jiżguraw li l-persuna kkonċernata tinstema' qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċernaha, u li dik il-persuna jkollha d-dritt li tfittex rimedju ġudizzjarju effikaċi kontra deċiżjoni li tikkonċernaha.

Artikolu 29

Rappurtar ta' ksur

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu implimentati mekkaniżmi effikaċi biex jissupplimentaw dawk imsemmija fl-Artikolu 11(2a) biex iħeġġu rappurtar ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi tal-inqas proċeduri speċifiċi biex jirċievu rapporti ta’ ksur u għas-segwitu tagħhom; It-tali proċeduri għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-prinċipji li ġejjin:

             (a)    protezzjoni xierqa, inkluża l-anonimità totali, għall-persuni li jirrappurtaw ksur potenzjali jew reali, b'mod partikulari u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-proċedimenti ġudizzjarji, il-kunfidenzjalità tal-identità ta' dawk il-persuni waqt kull stadju tal-proċedura;

             (b)                      protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna kemm il-persuna li tirrapporta l-ksur potenzjali jew reali, kif ukoll il-persuna akkużata b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE;

             (c)    protezzjoni xierqa għall-persuna akkużata; u

             (d)    protezzjoni xierqa minn trattament ħażin fuq ix-xogħol u l-forniment ta' assistenza legali kemm għall-persuna li tagħmel ir-rapport, kif ukoll għall-persuna akkużata.

1a.        L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-istituzzjonijiet finanzjarji u ċ-ċentri ta' negozjar kollha jkollhom strateġiji kontra l-frodi.

2.          Inċentivi finanzjarji għal persuni li joffru informazzjoni importanti dwar ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament jistgħu jingħataw skont id-dritt nazzjonali fejn tali persuni ma jkollhomx dmir legali jew kuntrattwali preeżistenti li jirrapportaw it-tali informazzjoni, li l-informazzjoni hija ġdida, u li tirriżulta fl-impożizzjoni ta’ sanzjoni jew miżura amministrattiva, jew sanzjoni kriminali, għal ksur ta’ dan ir-Regolament.

3.          Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti delegati bi qbil l-Artikolu 32, miżuri li jispeċifikaw il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-modalitajiet tar-rappurtar u l-modalitajiet għas-segwitu tar-rapporti, il-miżuri għall-protezzjoni tal-persuni.

Artikolu 30

Skambju ta’ informazzjoni mal-AETS

1.          L-awtoritajiet kompetenti ▌għandhom jipprovdu lill-AETS, kull sena, informazzjoni aggregata dwar il-miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi kollha imposti, jew minnhom jew mill-awtoritajiet ġudizzjarji, bi qbil mal-Artikoli 24, 25, 26, 27, 28 u 29. L-AETS għandha tippubblika din l-informazzjoni f’rapport annwali.

2.          Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi lill-pubbliku, għandha fl-istess ħin tirrapporta dawk il-miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi lill-AETS.

3.          Fejn miżura, sanzjoni u multa amministrattiva ppubblikata tkun relatata ma’ kumpanija tal-investiment awtorizzata bi qbil mad-Direttiva [MiFID ġdida], l-AETS għandha żżid referenza għas-sanzjoni ppubblikata fir-reġistru tal-kumpaniji ta' investiment stabbilit skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva [MiFID ġdida].

4.          L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-proċeduri u l-formoli għall-iskambju ta’ informazzjoni kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

             L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa […][37]*.

             Qed tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, bi qbil mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU 6

ATTI DELEGATI

▌

Artikolu 32

Eżerċitar tad-delegazzjoni

1.          Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.          Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 14(6) u l-Artikolu 29(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 36(1)

3.          Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 5(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 14(6) u l-Artikolu 29(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.          Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.          Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 14(6) u l-Artikolu 29(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 32a

Skadenza għall-adozzjoni ta' atti delegati

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 14(6) u l-Artikolu 29(3) sa ...[38]*.

 

▌

KAPITOLU 8

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 34

Revoka tad-Direttiva 2003/6/KE

Id-Direttiva 2003/6/KE għandha tiġi revokata b'seħħ minn [...][39]**. Ir-referenzi għad-Direttiva 2003/6/KE għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

 

Artikolu 34a

Rieżami u rapport

Sat-30 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS, tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm hu xieraq ir-reġim proporzjonat għall-emittenti ta' strumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar f'suq ta' tkabbir tal-SMEs, b'mod partikulari kif previst fl-Artikolu 12(4).

Artikolu 34b

Kumitat ta' konsulenza tal-AETS dwar in-negozjar bi frekwenza għolja

Sat-30 ta’ Ġunju 2014, l-AETS għandha twaqqaf kumitat konsultattiv ta’ esperti nazzjonali biex jiddeterminaw l-iżviluppi tan-negozjar bi frekwenza għolja li jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq bl-għan li:

(a)         jiżdied l-għerf tal-AETS dwar in-negozjar bi frekwenza għolja; u

(b)         tiġi pprovduta lista ta' prattiki abbużivi fir-rigward tan-negozjar bi frekwenza għolja, inklużi 'spoofing', 'quote stuffing' u 'layering', għall-finijiet tal-Artikolu 5(2a).

Artikolu 34c

Kumitat konsultattiv tal-AETS għat-teknoloġija fis-swieq finanzjarji

Sat-30 ta' Ġunju 2014, l-AETS għandha tistabbilixxi kumitat konsultattiv ta' esperti nazzjonali biex jistabbilixxu liema żviluppi teknoloġiċi fis-swieq jistgħu potenzjalment jikkostitwixxu abbuż tas-suq jew manipulazzjoni tas-suq bl-għan li:

(a)         jiżdied l-għarfien tal-AETS dwar teknoloġija ġdida rigward strateġiji ta' negozjar u l-potenzjal tagħhom għal abbuż,

(b)         titkattar il-lista ta' prattiki abbużivi li diġà ġew identifikati li jikkonċernaw direttament strateġiji ta' negozjar bi frekwenza għolja, u

(c)         tiġi vvalutata l-effikaċja tal-approċċi ta' ċentri ta' negozjar differenti biex jittrattaw ir-riskji assoċjati ma' kwalunkwe prattika ġdida ta' negozjar.

B'riżultat tal-analiżi, l-AETS għandha tfassal linji gwida addizzjonali għall-aħjar prattika bejn is-swieq finanzjarji tal-UE.

▌

Artikolu 35a

Persunal u riżorsi tal-AETS

Sa ...[40]*, l-AETS għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tagħha fir-rigward ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw meta tassumi l-poteri u d-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.          Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [fl-għoxrin jum wara dak] tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.          Għandu japplika [...], ħlief għall-Artikolu 3(2), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 12(9), l-Artikolu 13(4) u (6), l-Artikolu 14(5) u (6), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 18(9), l-Artikolu 19(9), l-Artikolu 28(3) u l-Artikolu 29(3), li għandhom japplikaw immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot bis-sħiħ u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...

Għall-Parlament Ewropew                                                Għall-Kunsill

Il-President
                Il-President

 

 

ANNESS I

A.

Indikaturi ta’ mġiba manipulattiva relatata ma’ sinjali foloz jew qarrieqa u l-iżgurar tal-prezzijiet

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, u bla ħsara għall-eżempji stabbiliti fil-paragrafu 3 tiegħu, l-indikaturi mhux eżawrjenti li ġejjin, li mhux neċessarjament għandhom jitqiesu fihom infushom li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq, għandhom jitqiesu meta jiġu eżaminati t-tranżazzjonijiet jew l-ordnijiet għan-negozjar mill-parteċipanti tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti:

(a)         il-livell sa fejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju relevanti, kuntratt spot tal-komoditajiet relatat , jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, b’mod partikulari meta dawn l-attivitajiet iwasslu għal bidla sinifikanti fil-prezzijiet tagħhom;

(b)         il-livell sa fejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni b’pożizzjoni sinifikanti ta’ xiri jew bejgħ fi strument finanzjarju, kuntratt spot tal-komoditajiet relatat, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, iwasslu għal tibdil sinifikanti fil-prezz ta’ dak l-istrument finanzjarju, kuntratt spot tal-komoditajiet relatat, jew prodott irkantat ibbażat fuq il-kwoti tal-emissjonijiet;

(c)         jekk it-tranżazzjonijiet imwettqa jwasslux għall-ebda bidla fil-pussess benefiċjarju ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot tal-komoditajiet relatat, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet;

(d)         il-livell sa fejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jinkludu treġġigħ lura tal-pożizzjoni f’perjodu qasir u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta’ kuljum tat-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju relevanti, kuntratt spot tal-komoditajiet relatat, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, u jistgħu jkunu assoċjati ma’ tibdil sinifikanti fil-prezz ta’ strument finanzjarju, kuntratt spot tal-komoditajiet relatat, jew prodott rkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet;

(e)         il-livell sa fejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa jkunu kkonċentrati fi żmien qasir fis-sessjoni tan-negozjar u jwasslu għal tibdil fil-prezz li sussegwentement jitreġġa’ lura;

(f)          il-livell sa fejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jbiddlu r-rappreżentazzjoni tal-aqwa offerta jew joffru prezzijiet fi strument finanzjarju, kuntratt spot tal-komoditajiet relatat, jew prodott irkantat ibbażat fuq kwoti tal-emissjonijiet, jew b’mod iktar ġenerali r-rappreżentazzjoni tal-ktieb tal-ordnijiet disponibbli għall-parteċipanti tas-suq, u jitneħħew qabel ma jitwettqu;

(g)         il-livell sa fejn l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa fiż-żmien jew madwar żmien speċifiku meta l-prezzijiet ta’ referenza, prezzijiet ta’ saldu u valutazzjonijiet jiġu kkalkulati u jwasslu għal bidliet fil-prezzijiet li jkollhom effett fuq dawn il-prezzijiet jew valutazzjonijiet.

 

B.

Indikaturi ta’ mġiba manipulattiva relatata mal-użu ta’ strataġemmi fittizji jew kull forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament, u bla ħsara għall-forom ta’ mġiba msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 3 tiegħu, l-indikaturi mhux eżawrjenti li ġejjin, li m’għandhomx neċessarjament jitqiesu fihom infushom li jikkostitwixxu manipulazzjoni tas-suq, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni meta tranżazzjonijiet jew ordnijiet għan-negozjar jiġu eżaminati mill-parteċipanti tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti:

(a)         jekk l-ordnijiet għan-negozjar mogħtija jew it-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni humiex preċeduti jew segwiti b’tixrid ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa mill-istess persuni jew persuni marbuta magħhom;

(b)         jekk l-ordnijiet għan-negozjar humiex mogħtija jew it-tranżazzjonijiet humiex imwettqa minn persuni qabel jew wara li l-istess persuni jew persuni marbuta magħhom jipproduċu jew ixerrdu rakkomandazzjonijiet ta’ investiment li jkunu żbaljati jew ippreġudikati jew viżibbilment influwenzati minn interess materjali.

30.5.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq)

( COM(2011)0651 – C7‑0360/2011 – 2011/0295(COD) )

Rapporteur: Richard Seeber

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq (MAD) 2003/6/KE introduċiet qafas komprensiv biex tiġġieled “l-abbuż tas-suq” (abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-prattiki ta’ manipulazzjoni tas-suq). Ir-Regolament propost jestendi l-ambitu tal-qafas dwar l-abbuż tas-suq għal kwalunkwe strument finanzjarju kopert mid-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID), bl-għan li jżid l-integrità tas-suq u l-protezzjoni għall-investituri, filwaqt li jiżgura ktieb tar-regoli uniku u kundizzjonijiet ekwi.

 

Ir-riformulazzjoni tal-MiFID, proposta mill-Kummissjoni fl-istess ħin, tirriklassifika l-kwoti ta' emissjonijiet skont is-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS) bħala strumenti finanzjarji, u b'hekk is-suq tal-UE kollu tal-kwoti tal-emissjonijiet isir soġġett għal regolazzjoni tas-suq finanzjarju.

Filwaqt li aktar minn 80% tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet huwa suq derivattiv, u għalhekk huwa diġà kopert mill-MiFID u mill-MAD, ir-Regolament il-ġdid dwar l-Abbuż tas-Suq għandu l-għan li jestendi l-protezzjoni tas-suq għas-suq primarju u għal swieq spot tal-kwoti tal-emissjonijiet, sabiex jiġu evitati prattiki qarrieqa li jistgħu jimminaw il-fiduċja fl-ETS. Il-MiFID u d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-abbuż tas-suq japplikaw, filwaqt li tiġi aġġornata s-sigurtà tas-suq mingħajr ma jkun hemm tfixkil fl-ambitu tiegħu, li jibqa' t-tnaqqis fl-emissjonijiet.

 

Jekk il-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS jiġu riklassifikati bħala strumenti finanzjarji bħala parti mir-rieżami tal-MiFID, u l-kwoti tal-emissjonijiet jaqgħu fl-ambitu tal-qafas tal-abbuż tas-suq, id-dispożizzjonijiet se jeħtieġu li jiġu aġġustati fid-dawl tan-natura speċifika ta' dawn l-istrumenti.

 

Għalhekk, il-proposta għal Regolament tintroduċi definizzjoni speċifika ta' informazzjoni privileġġata għal kwoti tal-emissjonijiet. B'differenza mill-istrumenti finanzjarji tradizzjonali, l-obbligu li tiżvela informazzjoni priviliġġata ma jitqiegħedx fuq l-emittent (l-awtorità pubblika responsabbli, bħall-Kummissjoni, li l-għanijiet tal-politika tagħha dwar il-klima ma għandhomx jiġu mfixkla minħabba obbligi ta' żvelar), iżda minflok għandu jitqiegħed fuq il-parteċipanti tas-suq. L-informazzjoni li għandha tiġi żvelata normalment tikkonċerna l-attività fiżika tal-parti li qiegħda tiżvela, bħall-kapaċità u l-utilizzazzjoni ta' installazzjonijiet.

 

Ir-Rapporteur għal opinjoni jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-inklużjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet fil-qafas tal-abbuż tas-suq, biex jiġi żgurat li l-kummerċ organizzat jitwettaq fuq postijiet tal-kummerċ regolati, b'rekwiżiti kważi identiċi ta' trasparenza, organizzazzjoni u sorveljanza tas-suq. Fl-istess ħin, tressqu numru ta' emendi sabiex titjieb l-effettività tal-proposta

 

B'mod partikolari, aspett importanti tar-Regolament hu li jipprevedi eżenzjoni mill-obbligu li tiġi żvelata informazzjoni privileġġata għal dawk il-parteċipanti fis-suq li x'aktarx mhux se jkollhom impatt materjali fuq it-tfassil tal-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni biħsiebha tistabbilixxi l-limitu minimu għall-eżenzjoni (espress f'termini ta' emissjonijiet annwali tas-CO2 jew kapaċità termali jew kombinazzjoni tagħhom) permezz ta' att iddelegat.

 

Fil-prattika, l-informazzjoni dwar l-attività tal-akbar emittenti fl-ETS biss (li tipikament jappartjenu għas-settur tal-enerġija tal-UE) tista' tkun mistennija li se jkollha impatt sinifikanti fuq it-tfassil tal-prezz tal-karbonju: fl-UE, huwa stmat li madwar 7% ta' installazzjonijiet biss(fejn "il-kbar" jitfgħu aktar minn 500.000 tunnellata ta' CO2 fis-sena) jirrappreżentaw 80% tal-emissjonijiet, filwaqt li 20 kumpanija biss huma d-detenturi ta' kważi nofs il-kwoti allokati fis-suq.

 

Ikun xieraq imbagħad, sabiex tiġi evitata l-inċertezza fis-suq, li l-limiti msemmija hawn fuq ikunu speċifikament stabbiliti mill-bidu fit-test tar-Regolament. Ir-Rapporteur jipproponi li għandhom jitfasslu l-limiti sa 3 miljun tunnellata ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju u 300 MW ta' kapaċità termali kklassifikata għall-attivitajiet ta' kombustjoni, bl-għan li jiġu imposti biss obbligi ta' żvelar ta' informazzjoni fuq l-atturi tas-suq l-aktar relevanti. Madankollu huwa kkunsidrat xieraq li l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li timmodifika dawn il-limiti permezz ta' atti delegati, sabiex tkun tista' tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, pereżempju biex tindirizza l-volatilità tal-prezzijiet jew l-asimmetriji perċepiti fis-suq.

 

Barra minn hekk, ġie ċċarat li l-uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li għandhom aċċess għal informazzjoni priviliġġata għandhom ikunu pprojbiti b'mod ċar milli jwettqu prattiki abbużivi tas-suq.

 

Fl-aħħar nett, żdiedet dispożizzjoni li tinkludi fl-ambitu tar-Regolament, skemi futuri għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet li l-UE tista' tipparteċipa fihom b’riżultat ta' ftehimiet globali, sabiex jiġi żgurat l-istess livell ta' protezzjoni tas-suq għal dawn is-swieq ġodda kif ukoll għall-iskema tal-ETS tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'konsegwenza tal-klassifikazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet bħala strumenti finanzjarji bħala parti mir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji, dawk l-istrumenti se jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u korpi oħra maħtura uffiċjalment huma inter alia responsabbli għall-ħruġ tekniku tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-allokazzjoni libera tagħhom għal setturi tal-industrija eliġibbli u għal parteċipanti ġodda, u b'mod aktar ġenerali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima li jirfed il-provvista ta' kwoti tal-emissjonijiet għax-xerrejja konformi mal-ETS tal-UE. Fl-eżerċizzju ta' dawk id-dmirijiet, dawn il-korpi pubbliċi għandhom aċċess għal informazzjoni sensittiva għat-tfassil tal-prezzijiet li mhijiex disponibbli għall-pubbliku u skont id-Direttiva tal-ETS tal-UE huma jista’ jkollhom bżonn iwettqu ċerti operazzjonijiet tas-suq relatati mal-kwoti tal-emissjonijiet. Sabiex tinżamm il-kapaċità tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Istati Membri u tal-korpi l-oħra maħtura uffiċjalment, li jiżviluppaw u jimplimentaw il-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, l-attivitajiet ta' dawk il-korpi pubbliċi, imwettqa biss fl-insegwiment ta' dik il-politika u li jikkonċernaw kwoti tal-emissjonijiet, għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Din l-eżenzjoni ma għandhiex ikollha impatt negattiv fuq it-trasparenza tas-suq globali, peress li dawk il-korpi pubbliċi għandhom obbligi statutorji li joperaw b'tali mod li jiżgura l-iżvelar ordnat, ġust u mhux diskriminatorju ta', u l-aċċess għal, kwalunkwe deċiżjoni ġdida, żvilupp ġdid jew data ġdida, ta' natura sensittiva fir-rigward tat-tfassil tal-prezzijiet. Barra minn hekk, jeżistu salvagwardji tal-iżvelar ġust u mhux diskriminatorju ta' informazzjoni sensittiva speċifika għat-tfassil tal-prezzijiet miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi skont id-Direttiva tal-ETS tal-UE u l-atti implimentattivi tagħha. Fl-istess ħin, l-eżenzjoni għall-korpi pubbliċi li jaġixxu fl-insegwiment tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima ma għandhiex testendi għal każijiet fejn dawk il-korpi pubbliċi jkunu involuti f'kondotta jew fi tranżazzjonijiet li ma jitnisslux mill-insegwiment tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima jew meta persuni fiżiċi li qegħdin jaħdmu għal kwalunkwe minn dawk il-korpi jkunu involuti f'kondotta jew fi tranżazzjonijiet f'isimhom stess.

(Ara Emenda 2 għall-Premessa 16.)

Ġustifikazzjoni

Ir-raġunijiet u l-konfini tal-esklużjoni ta' korpi pubbliċi (l-emittenti ta' kwoti tal-emissjonijiet) mill-ambitu ta' dan ir-Regolament, fejn l-azzjonijiet tagħhom isiru fil-insegwiment tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, għandhom jiġu ċċarati aktar. Għandu jiġi ċċarat wkoll li l-uffiċjali pubbliċi li għandhomm aċċess għal informazzjoni privileġġata dwar kwoti tal-emissjonijiet huma projbiti milli jużawha f'kondotta li tirrappreżenta abbuż tas-suq.

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) B'konsegwenza tal-klassifikazzjoni ta’ kwoti tal-emissjonijiet bħala strumenti finanzjarji, parti mir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji, dawk l-istrumenti se jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B'qies għan-natura speċifika ta’ dawk l-istrumenti u l-karatteristiċi strutturali tas-suq tal-karbonju, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-attività tal-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u korpi oħra maħtura uffiċjalment li jinvolvu kwoti tal-emissjonijiet, ma tkunx ristretta għall-insegwiment tal-politika tal-klima tal-Unjoni. Barra minn hekk, id-dmir li tirrapporta informazzjoni privileġġata jeħtieġ li jiġi indirizzat lill-parteċipanti f’dak is-suq b'mod ġenerali. Madankollu, sabiex jiġi evitat li s-suq jiġi espost għal rappurtar li ma jkunx utli, kif ukoll biex tinżamm il-kosteffiċjenza tal-miżura prevista, jidher li huwa meħtieġ li l-impatt regolatorju ta’ dak id-dmir jiġi limitat biss għal dawk l-operaturi tal-ETS tal-UE, li –minħabba d-daqs u l-attività tagħhom– jistgħu jkunu mistennija raġonevolment li jkollhom effett sinifikanti fuq il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet. Fejn il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet diġà huma konformi mad-dmirijiet ekwivalenti ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata, b’mod partikolari skont ir-Regolament dwar l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-enerġija (Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-enerġija bl-ingrossa), l-obbligu ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata rigward il-kwoti tal-emissjonijiet m’għandux iwassal għal żvelar obbligatorju doppju sostanzjalment bl-istess kontenut.

(16) Peress li ammonti konsiderevoli ta' informazzjoni sensittiva għat-tfassil tal-prezzijiet li mhijiex disponibbli għall-pubbliku u li taffettwa d-domanda għal kwoti tal-emissjonijiet, huma miżmuma minn parteċipanti tas-suq individwali, huwa xieraq li d-dmir li tirrapporta informazzjoni privileġġata jiġi indirizzat lill-parteċipanti f’dak is-suq b'mod ġenerali Madankollu, sabiex jiġi evitat li s-suq jiġi espost għal rappurtar li ma jkunx utli, kif ukoll biex tinżamm il-kosteffiċjenza tal-miżura prevista, jidher li huwa meħtieġ li l-impatt regolatorju ta’ dak id-dmir jiġi limitat biss għal dawk l-operaturi tal-ETS tal-UE, li –minħabba d-daqs u l-attività tagħhom– jistgħu jkunu mistennija raġonevolment li jkollhom effett sinifikanti fuq il-prezz tal-kwoti tal-emissjonijiet. Limiti minimi xierqa għall-fini tal-applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni għandhom imbagħad jiġu stabbiliti fit-test ta' dan ir-Regolament u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri li jimmodifikaw dawn il-limiti minimi permezz ta' att iddelegat. L-informazzjoni li għandha tiġi żvelata għandha tikkonċerna l-operazzjonijiet fiżiċi tal-parti li qiegħda tiżvela l-informazzjoni u mhux il-pjanijiet jew l-istrateġiji tagħha għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet. Fejn il-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet diġà huma konformi mad-dmirijiet ekwivalenti ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata, b’mod partikolari skont ir-Regolament dwar l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-enerġija (Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Integrità u t-Trasparenza tas-Suq tal-enerġija bl-ingrossa), l-obbligu ta’ żvelar ta’ informazzjoni privileġġata rigward il-kwoti tal-emissjonijiet m’għandux iwassal għal żvelar obbligatorju doppju sostanzjalment bl-istess kontenut.

(Ara Emenda 1 għall-Premessa 15a.)

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet taċ-ċertezza fis-suq, huwa xieraq li l-limiti għall-eżenzjoni mill-obbligu li tiżvela informazzjoni privileġġata huma stabbiliti fit-test tar-Regolament u msemmija f'Premessa flimkien mar-raġunijiet għalfejn dawn ġew introdotti. Huwa importanti wkoll li l-istrateġiji kummerċjali jkunu espliċitament esklużi mill-informazzjoni li jeħtieġ li tiġi żvelata.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B'mod partikulari, għandhom jiġu adottati atti ddelegati fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-programmi ta’ riakkwist u għall-istabilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, l-indikaturi ta’ mġiba manipulattiva elenkati fl-Anness 1, l-għatba li lil hinn minnha tiġi determinata l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ żvelar pubbliku lill-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-kundizzjonijiet biex jitfasslu listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, u l-limiti u l-kundizzjonijiet marbutin mat-tranżazzjonijiet maniġerjali. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(42) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B'mod partikulari, għandhom jiġu adottati atti ddelegati fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-programmi ta’ riakkwist u għall-istabilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, l-indikaturi ta’ mġiba manipulattiva elenkati fl-Anness 1, il-limiti minimi li lil hinn minnhom tiġi determinata l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ żvelar pubbliku lill-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-kundizzjonijiet biex jitfasslu listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, u l-limiti u l-kundizzjonijiet marbutin mat-tranżazzjonijiet maniġerjali. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Hemm żewġ limiti, wieħed espress f'termini ta' ekwivalenza mad-diossidu tal-karbonju u ieħor f'termini ta' kapaċità termali kklassifikata għall-attivitajiet ta' kombustjoni.

 

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attività ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe korp ieħor maħtur uffiċjalment, jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom, li tikkonċerna kwoti ta’ emissjonijiet u hija mwettqa fl-insegwiment tal-politika tal-klima tal-Unjoni.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attività ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe korp ieħor maħtur uffiċjalment, jew ta’ kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimhom, li tikkonċerna kwoti ta’ emissjonijiet u hija mwettqa biss fl-insegwiment tal-politika tal-klima tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li l-esklużjoni mill-ambitu hija pprovduta lill-korpi li jaġixxu esklussivament fl-insegwiment tal-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima, filwaqt li uffiċjali pubbliċi individwali li għandhom aċċess għal informazzjoni privileġġata li tista' tinfluwenza s-suq ta' kwoti tal-emissjonijiet għadhom koperti b'mod sħiħ mir-regoli dwar l-abbuż tas-suq

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha titqies li tkun ta’ natura preċiża jekk tindika sett ta’ ċirkostanzi li jeżistu jew jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jidħlu fis-seħħ jew avveniment li seħħ jew jista’ raġonevolment ikun mistenni li jagħmel dan u jekk tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li ssir konklużjoni rigward l-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew avveniment fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti tal-emissjonijiet.

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-informazzjoni għandha titqies li tkun ta’ natura preċiża jekk tindika sett ta’ ċirkostanzi li jeżistu jew jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jidħlu fis-seħħ jew avveniment li seħħ jew jista’ raġonevolment ikun mistenni li jagħmel dan u jekk tkun speċifika biżżejjed biex tippermetti li ssir konklużjoni rigward l-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew avveniment fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot tal-komoditajiet relatati, il-kwoti tal-emissjonijiet jew il-prodotti rkantati bbażati fuqhom.

(Ara Emenda 6 għall-Artikolu 6, paragrafu 3.)

Ġustifikazzjoni

It-tibdil jiddaħħal biex il-kliem jiġu armonizzati ma' dispożizzjonijiet oħra fir-Regolament

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, informazzjoni li, jekk issir pubblika, aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti tal-emissjonijiet, għandha tfisser informazzjoni li investitur raġjonevoli x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu.

3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, informazzjoni li, jekk issir pubblika, aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, il-kwoti tal-emissjonijet jew il-prodotti rkantati bbażati fuqhom, għandha tfisser informazzjoni li investitur raġjonevoli x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu.

(Ara Emenda 5 għall-Artikolu 6, paragrafu 2.)

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet fejn l-installazzjonijiet jew attivitajiet ta’ avjazzjoni li jippossjedi, jikkontrolla jew huwa responsabbli minnhom, fis-sena preċedenti kellhom emissjonijiet li ma jaqbżux limitu minimu ekwivalenti għad-dijossidju tal-karbonju u, jekk iwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, kellhom kapaċità termali kklassifikata li ma taqbiżx limitu minimu.

L-ewwel subparagrafu m’għandux japplika għal parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet fejn l-installazzjonijiet jew attivitajiet ta’ avjazzjoni li jippossjedi, jikkontrolla jew huwa responsabbli minnhom, fis-sena preċedenti kellhom emissjonijiet li ma jaqbżux limitu minimu ekwivalenti għal 3 miljun tunnellata ta' dijossidju tal-karbonju u, jekk iwettqu attivitajiet ta’ kombustjoni, kellhom kapaċità termali kklassifikata li ma taqbiżx limitu minimu ta' 300 megawatt.

Ġustifikazzjoni

Biex tiżdied iċ-ċertezza tas-suq, ikun xieraq li jiġu stipulati l-limiti għall-eżenzjoni mill-obbligi ta’ żvelar sa mill-bidu nett fit-test tar-Regolament. Iċ-ċifri speċifiċi ntagħżlu biex jinkludu biss parteċipanti kbar fis-suq, li l-attivitajiet tagħhom x'aktarx li se jkollhom impatt materjali fuq it-tfassil tal-prezzijiet u li jkopru madwar 75% tas-suq globali tal-kwoti. Wieħed għandu jinnota li 3 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju jikkorrispondi għal sitt installazzjonijiet "kbar" li jirrilaxxaw 500.000 tunnallata f'emissjonijiet, kull wieħed.

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 31, miżuri li jistabbilixxu limitu minimu ta’ ekwivalenti tad-dijossidu tal-karbonju u limitu minimu ta’ kapaċità termali kklassifikata għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fit-tieni subparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 31, miżuri li jimmodifikaw il-livell limitu minimu ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju u l-limitu minimu ta’ kapaċità termali kklassifikata għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fit-tieni subparagrafu. Filwaqt li tadotta l-att delegat imsemmi f'dan is-subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-immodifikar tal-limitu minimu ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju jew il-limitu minimu ta' kapaċità termali kklassifikata, joffrix reazzjoni għall-ħtiġijiet li jirriżultaw minn żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li, li jiġi stabbilit limitu mill-bidu huwa strumentali fl-iżgurar ta' ċarezza akbar għall-parteċipanti tas-suq u biex tiġi evitata l-inċertezza legali, jibqa' utli li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li timmodifika l-limiti permezz ta' att iddelegat, sabiex tkun tista' tindirizza problemi tas-suq (assimetriji perċepiti, il-volatilità tal-prezzijiet, eċċ) u/jew ħtiġijiet ta' politika (bħal pereżempju emissjonijiet li jonqsu biż-żmien minħabba l-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima).

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Awtorità kompetenti tista’ tippermetti ttardjar minn emittent ta’ strument finanzjarju tal-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni ġewwa sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

5. Awtorità kompetenti tista’ tippermetti ttardjar minn emittent ta’ strument finanzjarju jew parteċipant fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-iżvelar pubbliku ta’ informazzjoni privileġġata sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda raġuni għalfejn il-parteċipanti tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandhom jiġu esklużi mill-possibbiltà li jingħataw permess uffiċjali biex itawlu ż-żmien għall-iżvelar ta' informazzjoni privileġġata.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Meta l-Unjoni Ewropea tieħu sehem fi skema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ma' pajjiż terz, il-kwoti tal-emissjonijiet skont din l-iskema u l-prodotti rkantati bbażati fuqha għandhom jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' dan ir-Regolament. Fejn neċessarju, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ddelegati b'konformità mal-Artikolu 31, miżuri li jistabbilixxu l-kriterji għall-inklużjoni ta' dawk il-kwoti tal-emissjonijiet u l-prodotti rkantati fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni tas-suq għandha tkun garantita wkoll għal skemi għall-iskambju tal-kwoti li l-Unjoni tista' fil-futur tipparteċipa fihom minħabba ftehimiet globali.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 32 fir-rigward tas-supplimentar u l-emendar tal-kundizzjonijiet għall-programmi ta’ riakkwist u l-istabbilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, id-definizzjonijiet f’dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet għat-tfassil ta’ listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, il-kundizzjonijiet relatati mat-tranżazzjonijiet maniġerjali, u l-arranġamenti għall-persuni li jipprovdu informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 32 fir-rigward tas-supplimentar u l-emendar tal-kundizzjonijiet għall-programmi ta’ riakkwist u l-istabbilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, id-definizzjonijiet f’dan ir-Regolament, il-limiti minimi li bihom tiġi determinata l-applikazzjoni tal-obbligu ta' żvelar pubbliku fir-rigward tal-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emmissjonijiet, il-kundizzjonijiet għat-tfassil ta’ listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, il-kundizzjonijiet relatati mat-tranżazzjonijiet maniġerjali, u l-arranġamenti għall-persuni li jipprovdu informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-limiti tal-emissjonijiet għandhom jissemmew fost id-dispożizzjonijiet li jistgħu jiġu supplimentati jew emendati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati.

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq)

Referenzi

COM(2011)0651 – C7-0360/2011 – 2011/0295(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

1.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Richard Seeber

15.12.2011

Eżami fil-kumitat

25.4.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Lajos Bokros, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gaston Franco, James Nicholson, Eva Ortiz Vilella, Justas Vincas Paleckis, Vittorio Prodi, Britta Reimers, Michèle Rivasi, Alda Sousa, Marita Ulvskog, Andrea Zanoni

 

 

20.6.2012

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)

( COM(2011)0651 – C7‑0360/2011 – 2011/0295(COD) )

Rapporteur għal opinjoni: Alexandra Thein

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur għal opinjoni tilqa’ espliċitament l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tqawwi u taġġorna l-miżuri maħsuba kontra l-abbuż tas-suq u l-abbuż ta’ imformazzjoni privileġġata.

Għal dan il-għan, huwa tajjeb li minflok id-Direttiva fis-seħħ ngħaddu għal Regolament, minħabba li dan tal-aħħar jiżgura regoli u definizzjonijiet uniformi fl-UE, kif ukoll l-applikazzjoni unitarja tal-miżuri fl-Istati Membri. Dan għaliex id-Direttiva eżistenti tħalli ċertu marġni li jwassal għal nuqqas ta’ ċertezza legali u għal lakuni possibbli li jistgħu jiġu sfruttati.

L-għan ta’ din l-opinjoni, qabelxejn, huwa li tiżviluppa punti ta’ kritika mill-lat legali u tissuġġerixxi soluzzjonijiet għalihom. Għar-Rapporteur, huwa importanti li jingħad li l-għan tal-emendi ssuġġeriti mhuwiex li dak li jkun jaħrab mis-sanzjoni jew piena ġusta li jkun ħaqqu. L-għan huwa li jġibu ċertezza legali, u b’hekk jiffaċilitaw fil-prattika l-proċedimenti u s-sanzjonijiet koontra l-abbużi tas-suq.

Ir-Rapporteur għal opinjoni hija tal-fehma li dawn li ġejjin huma l-punti ta’ kritika ewlenin:

– Tiddubita jekk l-esklużjoni totali għal miżuri tal-politika monetarja, tal-ġestjoni tad-dejn pubbliku u tal-politika dwar il-klima hijiex ġustifikata, u jidhrilha li għandha ttiġi rieżaminata.

– Id-definizzjoni tal-“informazzjoni privileġġata” hija kumplessa u diffiċli. Hawnhekk hija ta’ importanza ċentrali ċ-ċarezza tad-definizzjoni, li fl-aħħar mill-aħħar hija l-bażi għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet u b’hekk għall-punibbiltà tal-persuni. Huwa ta’ dispjaċir li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja (imressqa fl-14 ta’ Jannar 2011, Markus Geltl v. Daimler AG, Kawża C-19/11) ma setgħetx titqies fil-proposta tal-Kummissjoni. It-talba tikkonċerna punti ċentrali ta’ din id-definizzjoni, pereżempju l-eżistenza ta’ informazzjoni privileġġata fi proċess li jieħu żmien twil u li jinvolvi bosta passi intermedji, kif ukoll il-kunċett ta’ stennija raġonevoli. Il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, li jagħtu interpretazzjoni tassew wiesgħa tal-kunċett, ilhom disponibbli mill-21 ta’ Marzu 2012. Fid-deċiżjoni tal-Qorti, għandu jsir eżami attent tad-definizzjoni u tad-distinzjonijiet meħtieġa, speċjalment bi rbit mal-kategorija l-ġdida ta’ informazzjoni privileġġata skont l-Artikolu 6(1)(e). Madankollu, fid-dawl tad-deċiżjoni pendenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, ir-Rapporteur għal opinjoni mhijiex qed tressaq emendi dwar hekk f’dan il-waqt.

– Il-punibbiltà tat-tentattiv hija żvilupp pożittiv ħafna, ladarba jsaħħaħ il-possibbiltajiet ta’ sanzjoni. Madankollu, għad mhuwiex ċar kif, fil-prattika, tista’ tingħata prova ta’ tentattiv.

– Il-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni u difiża skont l-Artikolu 11(2) tal-proposta għandhom jikkunsidraw jekk il-persuni kkonċernati jkunux tassew fil-qagħda li jaqdu r-rekwiżiti, fid-dawl tat-tip u l-kobor tan-negozju li jkun qed isir, u l-mekkaniżmi jeħtieġ li jkunu proporzjonati.

– Il-valur unitarju ta’ EUR 20 000 għall-iżvelar ta’ tranżazzjonijiet proprji ma jqisx biżżejjed iċ-ċirkustanzi fl-Istati Membri, b’mod speċjali l-volum medju tan-negozju, li jaf ivarja bil-kbir skont id-daqs tal-Borża jew skont id-daqs tat-tranżazzjonijiet li jsiru fi Stat Membru. Għaldaqstant huwa preferibbli li, filwaqt li l-valur ikun preskritt, dan għandhom jiffissawh l-Istati Membri individwali, f’valur bejn EUR 20 000 u EUR 100 000. Permezz t’hekk, diġà nilħqu uniformità ġuridika wisq akbar minn dik li għandna llum.

– Meta s-sanzjonijiet jiġu ppubblikati, l-identità tal-persuna responsabbli m'għandhiex tinkixef. Dan xejn ma jkun proporzjonat, qabelxejn meta nżommu quddiem għajnejna li, f’bosta Stati Membri, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta dan ma jippermettuhx, pereżempju f’reati ta’ vjolenza. Lanqas m’għandhom jinkixfu t-tip u n-natura tal-ksur, jekk din l-informazzjoni tikkawża danni sproporzjonatament kbar lill-persuni kkonċernati.

– Dwar il-whistleblowing, huwa tajjeb li l-għoti ta’ inċentivi finanzjarji f’dan il-waqt jinżamm bħala possibiltà għall-Istati Membri. Rigward dan, jeżistu tradizzjonijiet ġuridiċi differneti fl-UE; dan għandu jiġi enfasizzat permezz tal-emendi mressqa.

– L-istabbiliment ta’ proċeduri għall-irrappurtar tal-ksur m’għandux isir permezz ta’ atti implimentattivi skont l-Artikolu 291 TFUE, imma permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE, ladarba f’dan il-każ hemm fin-nofs suppliment ta’ elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

– Għandu jkun irregolat espliċitament il-prinċipju ta’ ne bis in idem, qabelxejn f’każijiet fejn ikunu applikabbli sew sanzjonijiet kriminali kif ukoll oħrajn amministrattivi.

– Ladarba l-implimetnazzjni u l-infurzar huma ċentrali għas-suċċess tal-leġiżlazzjoni tal-UE, għandu jkun hemm klawsola ta’ rieżami. Din tippermetti wkoll li jsir eżami ta’ kif ikunu ħadmu ċerti dispożizzjonijiet, pereżempju s-sanzjoni ta' tentattivi ta’ abbuż tas-suq kif ukoll l-eċċezzjonijiet għall-politika monetarja, il-ġestjoni tad-dejn pubbliku u dik tal-politika dwar il-klima.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jista’ jikkonsisti wkoll fi tqegħid ta’ ordnijiet li ma jistgħux jiġu eżegwiti. Barra minn hekk, strument finanzjarju jista’ jiġi mmanipulat permezz ta’ mġiba li ssir barra mill-post jew faċilità tan-negozjar. Għalhekk, persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet u li jkunu mitluba li jkollhom sistemi fis-seħħ sabiex jidentifikaw u jirrappurtaw tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jirrappurtaw ukoll ordnijiet suspettużi u tranżazzjonijiet suspettużi li jsiru barra mill-post jew faċilità tan-negozjar.

(22) Il-manipulazzjoni jew tentattiv ta’ manipulazzjoni ta’ strumenti finanzjarji jista’ jikkonsisti wkoll fi tqegħid ta’ ordnijiet li ma jistgħux jiġu eżegwiti. Barra minn hekk, strument finanzjarju jista’ jiġi mmanipulat permezz ta’ mġiba li ssir barra mill-post jew faċilità tan-negozjar. Għalhekk, persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet u li jkunu mitluba li jkollhom sistemi fis-seħħ sabiex jidentifikaw u jirrappurtaw tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jirrappurtaw ukoll ordnijiet suspettużi u tranżazzjonijiet suspettużi li jsiru barra mill-post jew faċilità tan-negozjar. Fil-kuntest ta’ standards regolatorji u tekniċi, l-AETS għandha tistabbilixxi regoli u proċeduri adegwati kif ukoll sistemi u mudelli ta’ rappurtar adegwati, dment li, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adegwatezza, dejjem għandu jitqies sa liema punt il-persuni kkonċernati jistgħu b’mod raġonevli jiġu mistennija jaqdu l-obbligi ta’ rappurtar, fid-dawl tat-tip u d-daqs tat-tranżazzjonijiet tagħhom.

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Trasparenza akbar tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali fil-livell tal-emittent u, fejn applikabbli, persuni assoċjati mill-qrib magħhom, tikkostitwixxi miżura preventiva kontra l-abbuż tas-suq. Il-pubblikazzjoni ta’ dawk it-tranżazzjonijiet mill-inqas fuq bażi individwali tista’ wkoll tkun sors siewi ta’ informazzjoni għall-investituri. Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-obbligu li jiġu ppubblikati t-tranżazzjonijiet ta’ dawk il-manigers jinkludi wkoll il-wegħda jew self ta’ strumenti finanzjarji kif ukoll tranżazzjonijiet minn persuna oħra li li teżerċita diskrezzjoni għall-maniġer. Sabiex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn il-livell tat-trasparenza u n-numru ta’ rapporti notifikati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku, għandu jiġu introdotti limitu uniformi f’dan ir-Regolament li t-tranżazzjonijiet li ma jaqbżuhx m’għandhomx jiġu notifikati.

(28) Trasparenza akbar tat-tranżazzjonijiet imwettqa minn persuni li jeżerċitaw responsabbiltajiet maniġerjali fil-livell tal-emittent u, fejn applikabbli, persuni assoċjati mill-qrib magħhom, tikkostitwixxi miżura preventiva kontra l-abbuż tas-suq. Il-pubblikazzjoni ta’ dawk it-tranżazzjonijiet mill-inqas fuq bażi individwali tista’ wkoll tkun sors siewi ta’ informazzjoni għall-investituri. Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-obbligu li jiġu ppubblikati t-tranżazzjonijiet ta’ dawk il-manigers jinkludi wkoll il-wegħda jew self ta’ strumenti finanzjarji kif ukoll tranżazzjonijiet minn persuna oħra li li teżerċita diskrezzjoni għall-maniġer. Riżoluzzjoni ta’ din il-kwistjoni għandha, minn naħa waħda, tiżgura bilanċ xieraq bejn il-livell tat-trasparenza u n-numru ta’ rapporti notifikati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-pubbliku, u min-naħa l-oħra tqis ukoll iċ-ċirkustanzi fl-Istati Membri, b’mod speċjali l-volum medju tal-kummerċ, li jista’ jvarja skont id-daqs tal-Borża jew id-daqs tan-negozji li joperaw fi Stat Membru. Għaldaqstant għandu jiġu introdott limitu f’dan ir-Regolament, li ma jkun hemm l-ebda obbligu ta’ notifika għat-tranżazzjonijiet li ma jaqbżuhx, u li l-Istati Membri għandhom jiffisawh fi ħdan firxa definita ta’ valuri.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) L-informaturi dwar prattiċi ħżiena ("whistleblowers") jressqu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom biex jidentifikaw u jissansjonaw każijiet ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Madankollu, l-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena jista’ jkun ostakolat minħabba l-biża’ minn ritaljazzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ inċentivi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jiżgura li l-arranġamenti adegwati huma fis-seħħ biex jinkoraġġixxu lill-informaturi dwar prattiċi ħżiena sabiex iwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament, u biex ikunu protetti minn ritaljazzjoni. Madankollu, l-informaturi dwar prattiċi ħżiena għandhom ikunu eliġibbli biss għal dawk l-inċentivi meta dawn iressqu informazzjoni ġdida li mhumiex diġà legalment obbligati li jinnotifikaw u meta din l-informazzjoni tirriżulta f’sanzjoni għal ksur ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi tal-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena li jimplimentaw jinkludu mekkaniżmi li jipprovdu protezzjoni xierqa ta’ persuna rappurtata, b’mod partikulari rigward id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali tiegħu u proċeduri biex jiżguraw id-dritt tal-persuna rrappurtata għal difiża u li jinstema’ qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lilu kif ukoll id-dritt għal tiftix ta’ rimedju effettiv quddiem qorti kontra deċiżjoni li tikkonċerna lilu.

(36) L-informaturi dwar prattiċi ħżiena ("whistleblowers") jressqu informazzjoni ġdida għall-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li tgħinhom biex jidentifikaw u jissansjonaw każijiet ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Madankollu, l-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena jista’ jkun ostakolat minħabba l-biża’ minn ritaljazzjoni, jew minħabba nuqqas ta’ inċentivi. Dan ir-Regolament għalhekk għandu jnkludi dispożizzjonijiet rigward l-inkoraġġiment tal-informaturi dwar prattiki ħżiena sabiex iwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament, u dwar il-protezzjoni tagħhom kontra r-ritaljazzjoni. Madankollu, fl-istess waqt għandhom jitqiesu t-tradizzjonjiet ġuridiċi differenti fl-Istati Membri, pereżempju dwar l-għoti ta’ inċentivi finanzjarji. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu, fil-qafas tal-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom, informaturi dwar prattiki ħżiena sabiex iwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, l-informaturi dwar prattiċi ħżiena għandhom ikunu eliġibbli biss għal dawk l-inċentivi meta dawn iressqu informazzjoni ġdida li mhumiex diġà legalment obbligati li jinnotifikaw u meta din l-informazzjoni tirriżulta f’sanzjoni għal ksur ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi tal-għoti ta’ informazzjoni dwar prattiċi ħżiena li jimplimentaw jinkludu mekkaniżmi li jipprovdu protezzjoni xierqa ta’ persuna rappurtata, b’mod partikulari rigward id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali tiegħu u proċeduri biex jiżguraw id-dritt tal-persuna rrappurtata għal difiża u li jinstema’ qabel ma tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lilu kif ukoll id-dritt għal tiftix ta’ rimedju effettiv quddiem qorti kontra deċiżjoni li tikkonċerna lilu.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B'mod partikulari, għandhom jiġu adottati atti ddelegati fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-programmi ta’ riakkwist u għall-istabilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, l-indikaturi ta’ mġiba manipulattiva elenkati fl-Anness 1, l-għatba li lil hinn minnha tiġi determinata l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ żvelar pubbliku lill-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-kundizzjonijiet biex jitfasslu listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, u l-limiti u l-kundizzjonijiet marbutin mat-tranżazzjonijiet maniġerjali. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat. B'mod partikulari, għandhom jiġu adottati atti ddelegati fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-programmi ta’ riakkwist u għall-istabilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, l-indikaturi ta’ mġiba manipulattiva elenkati fl-Anness 1, l-għatba li lil hinn minnha tiġi determinata l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ żvelar pubbliku lill-parteċipanti fis-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet, il-kundizzjonijiet biex jitfasslu listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, il-limiti u l-kundizzjonijiet marbutin mat-tranżazzjonijiet maniġerjali u l-proċedura għan-notifika ta’ vjolazzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikulari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ proċeduri għar-rappurtar ta' ksur ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

mħassar

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 48 a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a) Il-parir dwar l-investiment kif definit fil-MiFID, permezz tal-provvediment ta' rakkomandazzjoni personali lil klijent rigward tranżazzjoni jew iktar li jkollhom x'jaqsmu mal-istrumenti finanzjarji (b'mod partikolari, ir-rakkomandazzjonijiet informali dwar l-investimenti fuq perjodu qasir, li joriġinaw mid-dipartimenti tal-kummerċ jew tal-bejgħ ta' ditta tal-investimenti jew minn istituzzjoni tal-kreditu, espressi lill-klijenti tagħhom), li x'aktarx ma jsirux disponibbli għall-pubbliku, ma għandhomx jiġu kkunsidrati fihom infushom bħala rakkomandazzjonijiet fit-tifsira ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-fatt li l-parir dwar l-investiment u r-rakkomandazzjonijiet informali dwar l-investiment fuq perjodu qasir, li x'aktarx ma jsirux disponibbli għall-pubbliku, ma għandhomx ikunu soġġetti għar-regoli dwar l-iżvelar tar-riċerka. Dan il-kliem huwa bbażat fuq il-Premessa 3 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/125/KE li timplimenta d-dispożizzjoni tal-Artikolu 6(5) tal-MAD (2003).

 

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 48b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48b) Il-fatt biss li l-ġeneraturi tas-suq in buona fede, il-korpi awtorizzati biex jaġixxu bħala kontropartijiet, jew il-persuni awtorizzati biex jeżegwixxu ordinijiet għan-nom ta' partijiet terzi b'informazzjoni privileġġata jillimitaw irwieħhom, fl-ewwel żewġ każijiet, biex jeżerċitaw in-negozju leġittimu tagħhom ta' xiri u bejgħ ta' strumenti finanzjarji jew, fil-każ tal-aħħar, biex iwettqu ordni debitament, m'għandux waħdu jitqies li jikkostitwixxi l-użu ta' din l-informazzjoni privileġġata.

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta' ċertezza legali, il-premessi li jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni tar-reat tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata imsemmi fil-MAD 2003 għandhom jerġgħu jiddaħħlu fil-MAR (i.e. il-Premessa 18). Barra minn hekk, il-kawża Spector Photo fil-QtĠ tirrikonoxxi li persuna tista' tistabbilixxi difiża għal akkuża taħt ċerti ċirkustanzi, bħal pereżempju l-ġeneraturi tas-suq u l-korpi awtorizzati biex jaġixxu bħala kontropartijiet (Paragrafu 58 tal-Kawża C-45/08 Spector Photo Group NV vs CBFA).

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 48c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48c) Il-fatt li wieħed ikollu aċċess għal informazzjoni privileġġata relatata ma' kumpanija oħra u jużaha fil-kuntest ta' offerta pubblika ta' takeover bl-għan li jinkiseb kontroll ta' dik il-kumpanija jew li tiġi proposta fużjoni ma' dik il-kumpanija m'għandux waħdu jitqies li jikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta' ċertezza legali, il-premessi li jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni tar-reat tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata imsemmi fil-MAD 2003 għandhom jerġgħu jiddaħħlu fil-MAR (i.e. il-Premessa 29). Barra minn hekk, il-kawża Spector Photo fil-QtĠ tirrikonoxxi li persuna tista' tistabbilixxi difiża għal akkuża taħt ċerti ċirkustanzi, bħal pereżempju l-ġeneraturi tas-suq u l-korpi awtorizzati biex jaġixxu bħala kontropartijiet (Paragrafu 58 tal-Kawża C-45/08 Spector Photo Group NV vs CBFA).

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 48d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48d) Ladarba l-akkwist jew iċ-ċessjoni ta' strumenti finanzjarji jinvolvi neċessarjament deċiżjoni minn qabel għall-akkwist jew iċ-ċessjoni, li titieħed mill-persuna li tieħu fuqha operazzjoni waħda jew oħra minn dawn, it-twettiq ta' dan l-akkwist jew din iċ-ċessjoni m'għandux waħdu jitqies li jikkostitwixxi l-użu ta' informazzjoni privileġġata.

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta' ċertezza legali, il-premessi li jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni tar-reat tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata imsemmi fil-MAD 2003 għandhom jerġgħu jiddaħħlu fil-MAR (i.e. il-Premessa 30). Barra minn hekk, il-kawża Spector Photo fil-QtĠ tirrikonoxxi li persuna tista' tistabbilixxi difiża għal akkuża taħt ċerti ċirkustanzi, bħal pereżempju l-ġeneraturi tas-suq u l-korpi awtorizzati biex jaġixxu bħala kontropartijiet (Paragrafu 58 tal-Kawża C-45/08 Spector Photo Group NV vs CBFA).

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 48e (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48e) Riċerka u stimi żviluppati minn data disponibbli pubblikament m'għandhomx jitqiesu bħala informazzjoni privileġġata; għalhekk, kwalunkwe tranżazzjoni li ssir abbażi ta' tali riċerka jew stimi m'għandhiex waħedha titqies li tikkostitwixxi abbuż ta' informazzjoni privileġġata fit-tifsira ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta' ċertezza legali, il-premessi li jistabbilixxu l-kamp ta' applikazzjoni tar-reat tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata msemmi fil-MAD 2003 għandhom jerġgħu jiddaħħlu fil-MAR (i.e. il-Premessa 31). Riċerka u stimi żviluppati minn data disponibbli pubblikament m'għandhomx jitqiesu bħala informazzjoni privileġġata; inkella, dan jipperikola serjament il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 48f (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48f) L-informazzjoni dwar il-pjanijiet u l-istrateġiji għan-negozjar tal-parteċipant fis-suq stess m'għandhiex titqies bħala informazzjoni privileġġata.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa hija partikolarment importanti meta obbligi ta' żvelar tat-tip previst mill-Premessa 12 tar-REMIT jiġu imposti fuq il-parteċipanti kollha fis-suq għal suq partikolari. Inkella, il-parteċipanti fis-suq ikunu meħtieġa jippubblikaw il-pjanijiet u l-istrateġiji għan-negozjar tagħhom.

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 48g (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48g) In-negozjar tal-istrumenti finanzjarji li għalihom ditta rċeviet talba għal lokalizzazzjoni ta' titolu individwali, jew għal konferma ta' aspettattiva raġonevoli ta' saldu, sabiex klijent jissodisfa r-rekwiżiti tar-"Regolament dwar Bejgħ bin-Nieqes u ċerti aspetti tas-Swaps ta' Inadempjenza tal-Kreditu" jista' jkun leġittimu u għalhekk m'għandux waħdu jitqies bħala abbuż ta' informazzjoni privileġġata.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-interazzjoni bejn l-MAR u l-Bejgħ bin-Nieqes, l-informazzjoni dwar bejgħ bin-nieqes tista' titqies bħala informazzjoni privileġġata skont l-MAR. L-għarfien li klijent se jidħol f'bejgħ bin-nieqes huwa teknikament informazzjoni privileġġata, li għalhekk ma tistax tittieħed azzjoni dwarha, bla ma titqies bħala potenzjalment kriminali. Din l-emenda tipprovdi l-marġni ta' sikurezza xieraq għal attività mwettqa minn ditti li jmexxu n-negozju regolari tagħhom.

 

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) informazzjoni ta’ natura preċiża, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew emittenti ta’ strumenti finanzjarji jew ma’ strument jew strumenti finanzjarji, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati.

(a) informazzjoni speċifika, li ma saritx pubblika, relatata, direttament jew indirettament, ma’ emittent jew emittenti ta’ strumenti finanzjarji jew ma’ strument jew strumenti finanzjarji, u li jekk issir pubblika, x’aktarx li jkollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji jew fuq il-prezz ta’ strumenti finanzjarji ta’ derivati relatati.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu. L-adozzjoni tagħha jinneċessita tibdiliet korrispondenti fit-test sħiħ.)

 

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) fir-rigward tal-komoditajiet spot u l-istrumenti finanzjarji għajr id-derivati fuq komoditajiet,

 

(i) informazzjoni rilevanti oħra li kieku kellha ssir pubblika, x'aktarx li jkollha effett materjali u sinifikanti fuq il-prezz ta' tali strumenti finanzjarji, u

 

(ii) meta l-użu ta' tali informazzjoni jitqies minn investitur raġonevoli li jinnegozja regolarment fis-suq u fl-istrument finanzjarju konċernat bħala nuqqas min-naħa tal-persuna konċernata li tosserva l-istandard ta' mġiba raġonevolment mistenni minn persuna fil-pożizzjoni tagħha fir-rigward tas-swieq rilevanti;

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 6(1)(da) ġdid idaħħal kategorija indipendenti ta' informazzjoni privileġġata, li la hi "preċiża" u lanqas hi "sensittiva għall-prezzijiet", iżda li sempliċement tiġi ttrattata bħala informazzjoni privileġġata minħaba l-applikazjzoni ta' "test ta' investitur raġonevoli".

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) informazzjoni li ma taqax taħt il-paragrafi (a), (b), (c) jew (d) relatata, direttament jew indirettament, għal emittent jew emittenti ta’ strumenti finanzjarji jew għal strument jew strumenti finanzjarji, li mhix ġeneralment disponibbli għall-pubbliku, iżda li jekk issir disponibbli għal investitur raġjonevoli, li regolarment jinnegozja fis-suq u fl-istrument finanzjarju jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatat ikkonċernat, tkun jew x’aktarx tkun meqjusa minn dik il-persuna bħala rilevanti meta jiġu deċiżi t-termini li bihom għandhom isiru t-tranżazzjonijiet fl-istrument finanzjarju jew kuntratt spot tal-komoditajiet relatati.

mħassar

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1, informazzjoni li, jekk issir pubblika, aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti tal-emissjonijiet, għandha tfisser informazzjoni li investitur raġjonevoli x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu.

3. Biex jiġi ssupplimentat il-paragrafu 1, informazzjoni li, jekk issir pubblika, aktarx ikollha effett sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji, il-kuntratti spot relatati tal-komoditajiet, jew il-prodotti rkantati bbażati fuq il-kwoti tal-emissjonijiet, għandha tfisser informazzjoni li investitur raġjonevoli x’aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu.

Ġustifikazzjoni

It-test propost mill-Kummissjoni jwassal għal inċertezza legali sinifikanti, billi l-"effett sinifikanti fuq il-prezzijiet" jiddependi mit-test imwettaq mill-awtorità rilevanti, abbażi ta' dak li investitur raġonevoli x'aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjoni ta' investiment tiegħu (kriterju vag u impreċiż).

 

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe persuna li topera n-negozju ta’ post tan-negozjar għandha tadotta u żżomm arranġamenti u proċeduri effettivi skont [l-Artikoli 31 u 56] tad-Direttiva [MiFID ġdida] bil-għan li timpedixxi u tidentifika l-abbuż tas-suq.

1. Kwalunkwe persuna li topera n-negozju ta’ post tan-negozjar għandha tadotta u żżomm arranġamenti u proċeduri effettivi skont [l-Artikoli 31 u 56] tad-Direttiva [MiFID ġdida] bil-għan li timpedixxi u tidentifika l-abbuż tas-suq. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità superviżorja kompetenti.

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiddeterminaw l-arranġamenti u l-proċeduri xierqa bil-għan li l-persuni jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, u biex jiġu ddeterminati s-sistemi u l-mudelli tan-notifikazzjoni li għandhom jintużaw mill-persuni biex jibqgħu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2.

3. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiddeterminaw l-arranġamenti u l-proċeduri xierqa bil-għan tal-ottemperanza mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, u biex jiġu ddeterminati s-sistemi u l-mudelli tan-notifikazzjoni adegwati li għandhom jintużaw għall-issodisfar tar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-adegwatezza, l-AETS għandha tqis sa liema punt il-persuni kkonċernati jistgħu b’mod raġonevli jiġu mistennija jaqdu r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2, fid-dawl tat-tip u d-daqs tat-tranżazzjonijiet tagħhom.

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet li jammontaw għal anqas minn EUR 20 000 matul il-perjodu ta’ sena kalendarja.

3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet li, matul il-perjodu ta’ sena kalendarja, jammontaw għal anqas minn valur ta’ limitu li għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri; l-Istati Membri għandhom jiffissaw dan il-valur ta’ limitu fi ħdan firxa ta’ valuri bejn EUR 20 000 u EUR 100 000.

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 31, miżuri li jimmodifikaw il-limitu fil-paragrafu 3, b'kunsiderazzjoni għall-iżviluppi fis-swieq finanzjarji.

mħassar

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Persuna m'għandhiex titqies li qed tikser xi restrizzjoni dwar żvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew bi kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva meta l-informazzjoni ssir disponibbli skont il-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li ksur tad-dispożizzjonijiet tal-MAR minħabba l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma jinvalidax tranżazzjoni jew ma jwassalx biex tranżazzjoni ma tkunx infurzabbli. Dan il-prinċipju diġà huwa rifless fl-Artikolu 9(4) tal-EMIR (test adottat mill-Parlament Ewropew fid-29 ta' Marzu 2012).

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib ukoll mal-awtoritajiet ta' kwalunkwe Stat Membru responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' xi reat kriminali li joriġina minn ksur imsemmi fl-Artikolu 25, biex ikun żgurat li l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi u penali jipproduċu r-riżultat mixtieq u biex tiġi kkoordinata l-azzjoni tagħhom biex jiġu evitati duplikazzjoni jew trikkib possibbli meta l-ksur jista' jirriżulta kemm f'sanzjonijiet penali kif ukoll f'miżuri jew sanzjonijiet amministrattivi.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li jiġi evitat li persuna tkun soġġetta kemm għal sanzjonijiet penali kif ukoll għal sanzjonijiet amministrattivi għall-istess imġiba.

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Setgħat ta’ sanzjonar

Kamp ta’ applikazzjoni

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

Lista u pubblikazzjoni ta’ miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Bla ħsara għas-setgħat superviżorji ta’ awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 17, fil-każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandu jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

1. Bla ħsara għas-setgħat superviżorji ta’ awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 17, fil-każ ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet kompetenti, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għandu jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin:

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) fir-rigward ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi monetarja ta’ mhux iktar minn 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha fis-sena kummerċjali preċedenti; fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali [kif iddefinit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE], il-fatturat rilevanti annwali totali għandu jkun il-fatturat totali annwali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti.

(m) fir-rigward ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi monetarja ta’ mhux iktar minn 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha fis-sena kummerċjali preċedenti, sa massimu ta’ EUR 5 000 000; fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali [kif iddefinit fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE], il-fatturat rilevanti annwali totali għandu jkun il-fatturat totali annwali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti.

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull miżura u sanzjoni amministrattiva imposta għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata, mingħajr dewmien żejjed, bl-inklużjoni ta’ mill-inqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tippperikolax serjament l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tista’ tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-miżuri u s-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

3. Kull miżura u sanzjoni amministrattiva imposta għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippubblikata, mingħajr dewmien żejjed, bl-inklużjoni tal-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tippperikolax serjament l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tista’ tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-miżuri u s-sanzjonijiet, mingħajr ma jispeċifikaw it-tip u n-natura tal-ksur.

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 26a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26a

 

Każjiet fejn ikunu applikabbli sew sanzjonijiet kriminali kif ukoll sanzjonijiet amministrattivi

 

Jekk, fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 25 ikunu applikabbli sew sanzjoni kriminali kif ukoll sanzjoni amministrattiva, għandha tiġi imposta biss is-sanzjoni kriminali. Madankollu, jekk ma tiġi imposta l-ebda sanzjoni kriminali, tista’ tiġi imposta sanzjoni amministrattiva.

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) is-serjetà u d-dewmien tal-ksur;

(a) in-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur;

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Ksur tad-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament m'għandux fih innifsu jaffettwa l-validità ta' xi tranżazzjoni, jrendi xi tranżazzjoni mhux infurzabbli jew iwassal għal xi talba ta' kumpens, meta t-tranżazzjoni tkun saret in buona fede.

Ġustifikazzjoni

Għal skopijiet ta' ċertezza legali, din l-emenda tiċċara l-fatt li l-ksur tal-MAR ma jinvalidax tranżazzjoni jew ma jrendix tranżazzjoni mhux infurzabbli.

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 33, miżuri li jispeċifikaw aħjar il-proċeduri, il-mekkaniżmi u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi l-modalitajiet tar-rappurtar u l-modalitajiet għas-segwitu tar-rapporti, il-miżuri għall-protezzjoni tal-persuni.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 32, rigward miżuri li jispeċifikaw aħjar il-proċeduri, il-mekkaniżmi u l-arranġamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi l-modalitajiet tar-rappurtar u l-modalitajiet għas-segwitu tar-rapporti, il-miżuri għall-protezzjoni tal-persuni.

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

mħassar

Id-delega tas-setgħat

 

Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 32 fir-rigward tas-supplimentar u l-emendar tal-kundizzjonijiet għall-programmi ta’ riakkwist u l-istabbilizzazzjoni ta’ strumenti finanzjarji, id-definizzjonijiet f’dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet għat-tfassil ta’ listi ta’ persuni b'informazzjoni privileġġata, il-kundizzjonijiet relatati mat-tranżazzjonijiet maniġerjali, u l-arranġamenti għall-persuni li jipprovdu informazzjoni li tista’ twassal għall-identifikazzjoni ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament.

 

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega ta’ setgħat għandha tiġi konferita għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data msemmija fl-Artikolu 36(1).

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(3), 8(5), 12(2), 13(4), 14(5) u (6) u 29(3) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat wara [id-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament].

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega ta’ setgħat tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Dan m’għandux jaffettwa l-validità ta’ kwalunkwe atti ddelegati diġà fis-seħħ.

3. Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikoli 3(3), 8(5), 12(2), 13(4), 14(5) u (6) u 29(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata fid-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Id-deċiżjoni ta’ revoka ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 3(3), 8(5), 12(2), 13(4), 14(5) jew (6) jew l-Artikolu 29(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika tal-att legali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur.

 

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33

mħassar

Il-proċedura tal-Kumitat

 

1. Għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 29(3), il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna tal-Kumitat Ewropew għat-Titoli, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tiegħu.

 

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 35a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35a

 

Analiżi

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa [3 snin wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament] li jeżamina l-funzjonament ta’ dan ir-Regolament, inter alia, rigward l-aspetti li ġejjin:

 

– l-esklużjoni ta’ attivitajiet monetarji u ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku u attivitajiet tal-politika tal-klima;

 

– il-projbizzjoni tat-tentattiv ta’ abbuż tal-informazzjoni privileġġjata u l-manipulazzjoni tas-suq;

 

Jekk dan ikun f’loku, mar-rapport il-Kummissjoni għandha tressaq proposti għall-emendar ta’ dan ir-Regolament.

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq)

Referenzi

COM(2011)0651 – C7-0360/2011 – 2011/0295(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Alexandra Thein

21.11.2011

Eżami fil-kumitat

26.3.2012

26.4.2012

30.5.2012

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Cristian Silviu Buşoi, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Patrice Tirolien

 

 

 

 

 

PROĊEDURA

Titolu

L-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq)

Referenzi

COM(2011)0651 – C7-0360/2011 – 2011/0295(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.11.2011

ENVI

1.12.2011

JURI

15.11.2011

LIBE

15.11.2011

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

6.2.2012

LIBE

23.11.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Arlene McCarthy

21.9.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.2.2012

12.4.2012

19.6.2012

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sari Essayah, Ashley Fox, Robert Goebbels, Olle Ludvigsson, Sirpa Pietikäinen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Timothy Kirkhope

Data tat-tressiq

22.10.2012

 

 

[1] ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3.
[2] ĠU C 181, 21.6.2012, p. 64.
[3]* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
[4]            ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3.
[5]            ĠU C 181, 21.6.2012, p. 64.
[6]            Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta'... .
[7]            ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
[8]          ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1.
[9]          ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
[10]          ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
[11]           ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1.
[12]           ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
[13]           ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
[14]           ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
[15]           ĠU L 336, 23.12.2003, p. 33.
[16]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[17]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[18]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[19]           Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 tal-10 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta’ investiment li jżommu r-reġistri, ir-rapportaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, l-ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji għan-negozjar, u t-termini ddefiniti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, 2.9.2006, p. 1).
[20]           It-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 26, 31.01.1977, p. 1).
[21]           Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64)
[22]           Regolament (KE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).
[23]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[24]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[25]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[26]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
[27]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[28]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[29]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[30]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[31]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[32]**        ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[33]           Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1).
[34]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[35]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[36]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[37]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[38]*           ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[39]**         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
[40]*         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.