Dokument ta' sessjoni
24.10.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
( COM(2012)0115 – C7‑0079/2012 – 2012/0054(COD) )
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Vital Moreira
PR_COD_1amComapp
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
( COM(2012)0115 – C7‑0079/2012 – 2012/0054(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2012)0115 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0079/2012),
- wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali ( A7-0351/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari, billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
L-adozzjoni ta' regolament ta' implimentazzjoni li jemenda r-Regolament Nru 2658/87 hija meħtieġa biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet rigward il-modifika tal-konċessjonijiet iffirmati mill-Unjoni Ewropea mal-Brażil u t-Tajlandja f'Ġunju 2012, fir-rigward tal-laħam tat-tjur ipproċessat. Instab aġġustament ta’ kumpens reċiprokament sodisfaċenti li jikkumpensa għaż-żieda fid-dazji konsolidati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994.
L-Anness tar-Regolament dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana għandu jirrifletti l-modifiki ta' konċessjonijiet maqbula fil-każ ta' laħam tat-tjur ipproċessat (kapitolu 16 tan-Nomenklatura Magħquda). L-implimentazzjoni tal-ftehimiet tipprevedi żieda fir-rati barra mill-kwota għal 7 linji tariffarji ta’ prodotti tal-laħam tat-tjur ipproċessat u ftuħ ta’ kwoti ta’ tariffi għal dawn il-linji tariffarji għall-Brażil, it-Tajlandja u membri oħra tad-WTO.
Il-ftehimiet ġew negozjati abbażi tal-kodiċijiet NM qabel ma ġew emalgamati l-linji tariffarji 1602 39 40 u 80[1] fil-linja tarriffarja l-ġdida 1602 39 85. Din il-bidla għandha tiġi riflessa fir-regolament ta’ implimentazzjoni.
Barra minn hekk, peress li d-dazji awtonomi stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana huma ogħla mit-tariffi attwali stabbiliti fid-WTO, ir-rati tad-dazju awtonomu "ta’ qabel ir-Rawnd tal-Urugwaj" għandhom jiżdiedu għal-livell tar-rati tad-dazju konvenzjonali.
Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament għandha tkun l-istess bħad-data tad-dħul fis-seħħ taż-żewġ ftehimiet, u għalhekk wara li tirċievi n-notifiki mit-Tajlandja u l-Brażil, l-UE għandha tinnotifika simultanjament liż-żewġ pajjiżi dwar il-konklużjoni tal-proċeduri interni tagħha.
Ir-rapporteur jappoġġa l-eżerċizzju xieraq ta’ bilanċ mill-ġdid li jiżgura soluzzjoni aċċettabbli reċiprokament għas-sħab kummerċjali. Jinħtieġ li l-livell ta’ protezzjoni jiżdied biex ikunu indirizzati l-effetti ta' sostituzzjoni li qed jaffettwaw l-industrja tat-tjur tal-UE. Fl-istess ħin, is-sħab kummerċjali tal-UE jridu jiġu kkompensati b'mod xieraq permezz ta' kwoti tar-rati tariffarji.
PROĊEDURA
Titolu | L-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li ġew konklużi mill-UE wara negozjati li saru fil-qafas tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim tal-1994 tal-GATT u li jemenda u jissupplimenta l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana | |||
Referenzi | COM(2012)0115 – C7-0079/2012 – 2012/0054(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 16.3.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | INTA 29.3.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Vital Moreira 25.4.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 12.7.2012 | 18.9.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 11.10.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 27 0 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | William (The Earl of) Dartmouth, Maria Badia i Cutchet, Nora Berra, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Paweł Zalewski | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Jörg Leichtfried, Marietje Schaake, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Evžen Tošenovský | |||
Data tat-tressiq | 24.10.2012 | |||