Dokument ta' sessjoni
7.11.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji mal-Unjoni Ewropea
( COM(2012)0377 – C7‑0216/2012 – 2012/0224(COD)
Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Dagmar Roth-Behrendt
PR_COD_1amCom
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW 5
NOTA SPJEGATTIVA 6
PROĊEDURA 7
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja, miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta' aġenti temporanji mal-Unjoni Ewropea
( COM(2012)0377 – C7‑0216/2012 – 2012/0224(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2012)0377 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0216/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkonsulta lill-Qorti tal-Ġustizzja,
– wara li kkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri,
– wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-31 ta' Ottubru 2012 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali ( A7-0359/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
NOTA SPJEGATTIVA
Dan ir-regolament, kif propost mill-Kummissjoni, jiddisponi, b'rabta mal-adeżjoni tal-Kroazja, deroga għar-regoli ġenerali dwar ir-reklutaġġ tal-persunal tal-Unjoni Ewropea. Dan hu meħtieġ minħabba li r-regoli dwar ir-reklutaġġ li jinsabu fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali jiddisponu li r-reklutaġġ għandu jkun miftuħ għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom.
Tradizzjonalment, ir-rekwiżiti ġew aġġustati temporanjament meta l-pajjiżi ssieħbu mal-Unjoni, sabiex tkun possibbli ‘diskriminazzjoni pożittiva’ favur l-pajjiżi aderenti, biex ikunu jistgħu jiġu rappreżentati b’mod xieraq fost il-persunal tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien żejjed.
Dan sar meta ssieħbu tnax-il pajjiż fl-2004 u l-2007, u l-Kummissjoni issa qed tipproponi li tagħmel l-istess għaċ-ċittadini Kroati. Ir-regolament propost jippermetti, sal-2018, biex ċerti kompetizzjonijiet ta’ reklutaġġ jiġu riżervati għall-persuni ta’ ċittadinanza Kroata. Ma jidhirx li dan il-perjodu ta’ ħames huwa eċċessiv.
B’mod partikolari, dawn il-kompetizzjonijiet ikunu essenzjali għall-persunal lingwistiku Kroat (tradutturi, interpreti, edituri, proof-readers u uffiċjali tal-istampa) kif ukoll għal amministraturi ġeneralisti u assistenti. L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) diġà nieda dawn il-kompetizzjonijiet.
Il-Kroati se jkunu jistgħu jiġu reklutati biss mid-data propja tal-adeżjoni; kwalunkwe persuna fil-persunal Kroat impjegata qabel dik id-data, tal-inqas għalissa, se jkollha status ta’ persunal kuntrattwali.
Dan ir-regolament huwa pjuttost urġenti, peress li għandu jkun stabbilit sa meta l-Kroazja tissieħeb fl-Unjoni Ewropea; inkella, ir-reklutaġġ f’karigi ta’ lingwisti, b’mod partikolari, se jiġi pperikolat, u jostakola l-kapaċità tal-istituzzjonijiet biex jaħdmu bil-Kroat, li jkun sar lingwa uffiċjali sa dak iż-żmien.
Għalhekk, il-Kumitat qed jipproponi li l-Parlament jadotta l-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi, peress li d-dispożizzjonijiet huma ċari u ma tistax issir oġġezzjoni dwarhom u li jsegwu forma stabbilita mill-istrumenti preċedenti adottati għall-adeżjonijiet fl-2004 u l-2007.
PROĊEDURA
Titolu | L-introduzzjoni, fl-okkażjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja, ta’ miżuri temporanji speċjali għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali u ta’ aġenti temporanji mal-UE | |||
Referenzi | COM(2012)0377 – C7-0216/2012 – 2012/0224(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 17.8.2012 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | JURI 11.9.2012 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | BUDG 11.9.2012 | CONT 11.9.2012 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | BUDG 26.9.2012 | CONT 11.10.2012 |
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Dagmar Roth-Behrendt 4.9.2012 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 17.9.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni | 6.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 24 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, Dagmar Roth-Behrendt, József Szájer, Axel Voss | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Sylvie Guillaume | |||
Data tat-tressiq | 7.11.2012 | |||