Dokument ta' sessjoni
8.11.2012
***I
RAPPORT
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE
( COM(2011)0824 – C7‑0457/2011 – 2011/0397(COD) )
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Artur Zasada
Rapporteur għal opinjoni (*):Thomas Mann, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
PR_COD_1rej
Tifsira tas-simboli użati |
* Proċedura ta’ konsultazzjoni *** Proċedura ta’ approvazzjoni ***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari) ***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari) ***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)
(It-tip ta’ proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta’ att.)
|
Emendi għal abbozz ta’ att |
Fl-emendi li jsiru mill-Parlament, it-test emendat huwa indikat b’tipa grassa u korsiva. Test korsiv normali huwa indikazzjoni għas-servizzi tekniċi li turi partijiet tal-abbozz ta’ att li għalihom qed tkun proposta korrezzjoni bl-iskop li tgħin fil-preparazzjoni tat-test finali (pereżempju, żbalji ovvji jew nuqqasijiet f’verżjoni lingwistika partikolari). Il-korrezzjonijiet proposti huma soġġetti għall-qbil tas-servizzi tekniċi involuti.
L-intestatura ta’ kwalunkwe emenda għal att eżistenti, li l-abbozz ta’ att ikollu l-ħsieb li jemenda, ikun fiha t-tielet u r-raba’ linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f’dak l-att. Il-partijiet li jittieħdu kif inhuma minn dispożizzjoni eżistenti li l-Parlament jixtieq jemenda, imma li l-abbozz ta’ att ma jkunx emenda, huma indikati b’tipa grassa. It-tħassir eventwali li jikkonċerna dawn il-partijiet jiġi indikat kif ġej: [...].
|
WERREJ
Paġna
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW................5
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.........................7
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur.29
PROĊEDURA...........................................................................................................................57
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar on groundhandling services at Union airports and repealing Council Directive 96/67/EC
( COM(2011)0824 – C7‑0457/2011 – 2011/0397(COD) )
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ( COM(2011)0824 ),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0457/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ( A7‑0364/2012 ),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
19.9.2012
OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE
( COM(2011)0824 – C7‑0457/2011 – 2011/0397(COD) )
Rapporteur għal opinjoni (*): Thomas Mann
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Waqt is-seduta tal-Kumitat EMPL dwar is-servizzi ta' groundhandling fil-31 ta' Mejju 2012 ħadu sehem rappreżentanti tat-trejdjunjins, operaturi tal-ajruporti, linji tal-ajru u l-Kummissjoni Ewropea. Ir-riżultati qed jiġu kkunsidrati f'dan ir-rapport.
Is-servizzi ta' groundhandling huma deċiżivi sabiex l-attività tas-settur tal-ajru timxi mingħajr intoppi. Hemm ħdax-il kategorija ta' servizzi ta' groundhandling: (1) amministrazzjoni u sorveljanza fuq l-art, (2) l-immaniġġjar tal-passiġġieri, (3) l-immaniġġjar tal-bagolli, (4) l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta, (5) l-immaniġġjar tar-rampa, (6) is-servizzi tal-inġenji tal-ajru, (7) l-immaniġġjar tal-fjuwil u taż-żejt, (8) il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru, (9) l-operazzjonijiet ta’ titjiriet u l-amministrazzjoni tal-ekwipaġġi, (10) it-trasport fuq l-art kif ukoll (11) is-servizzi ta’ catering. Rigward il-kategoriji 3, 4, 5 u 7, fil-preżent l-aċċess għas-suq jista’ jiġi ristrett.
Ir-relevanza tas-servizzi ta' groundhandling
Skont l-istimi tal-Kummissjoni, id-dħul mis-servizzi ta' groundhandling jammonta fil-livell dinji għal EUR 50 biljun[3]. Huwa stmat li l-għadd ta' impjegati fl-Ewropa f'dan is-settur huwa mill-inqas 60 000[4] .
Il-liberalizzazzjoni tal-1996 u l-konsegwenzi tagħha
Ir-rapporteur kiteb opinjonijiet dwar is-servizzi ta' groundhandling fl-1996 u fl-2008. Fl-1996, il-PE u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 96/67/KE. Din kellha l-għan li tiftaħ is-suq tas-servizzi ta' groundhandling u li tippermetti aktar kompetizzjoni. L-istudju Ecorys tal-Kummissjoni li ġie kkwotat diversi drabi, wasal għall-konklużjoni li b'riżultat tal-ewwel ftuħ tas-suq, il-postijiet tax-xogħol saru aktar inċerti filwaqt li żdied in-numru ta' kuntratti qosra.[5] Barra minn hekk, nofs it-trejdjunjins fl-UE enfasizzaw, li l-iżvilupp tal-pagi tas-servizzi ta' groundhandling baqa' lura fil-konfront tal-inflazzjoni u t-tkabbir medju fil-pagi.[6] Il-pagi tal-persunal jammontaw għal madwar 75 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni tas-servizzi ta' groundhandling. Skont informazzjoni mill-Kummissjoni, l-ispejjeż għal-linji tal-ajru naqsu kunsiderevolment[7]. L-ispiża marbuta mas-servizzi tal-groundhandling għal-linji tal-ajru tirrappreżenta 5 % sa 12 % tal-ispejjeż operattivi[8].
Il-pjanijiet ta' liberalizzazzjoni tal-2012 għat-tnaqqis fid-dewmien
Fl-1 ta' Diċembru 2011 il-Kummissjoni ppreżentat l-abbozz ta' Regolament dwar is-servizzi ta' groundhandling, li għandu jissostitwixxi d-Direttiva 96/67/KE. Ir-regolament għandu l-għan li jnaqqas id-dewmien u li jtejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti lill-passiġġieri. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tilliberalizza ulterjorment is-suq tas-servizzi ta' groundhandling anki permezz tal-konċessjoni ta' mill-inqas impriża waħda addizzjonali, terza u indipendenti ta' handling.
Is-servizzi ta' groundhandling mhumiex ir-raġuni prinċipali għad-dewmien
Ir-rapporteur jikkontesta bil-qawwi d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni, li tlieta mill-erba' każijiet ta' ttardjar huma kkawżati mis-servizzi ta' groundhandling. Tal-anqas min-naħa tal-ajruporti Ġermaniżi, huwa għandu informazzjoni valida li tindika li l-groundhandling kien responsabbli biss għal proporzjon estremament żgħir u sa ċertu punt insinifikanti tas-sitwazzjonijiet ta' dewmien. Il-marġni huwa bejn 0,6% u 4%.
Fi tweġiba għal mistoqsija bil-miktub imressqa mir-rapporteur, il-Kummissarju għat-trasport Kallas ippreċiża li l-Kummissjoni ma għandhiex data dwar dewmien li jista' jiġi attribwit speċifikament għas-servizzi ta' groundhandling, la fil-livell tal-UE u lanqas fil-livell ta' Stati Membri. F'dan il-kuntest ir-rapporteur jikkritika l-fatt li l-Kummissjoni għażlet l-ambitu ġuridiku tar-regolament għall-proposti tagħha. Fl-opinjoni tiegħu, permezz ta' dan l-approċċ l-Istati Membri ttiħdulhom il-marġnijiet neċessarji ta' manuvra.
Ir-rifjut tal-liberalizzazzjoni
Ir-rapporteur jirrifjuta bil-qawwi liberalizzazzjoni ulterjuri. Is-suq tas-servizzi ta' groundhandling diġà laħaq livell għoli ta' produttività. L-ottimizzazzjoni tal-proċessi fil-maġġorparti tagħha hija konkluża. Diversi fornituri diġà attwalment jiksbu dħul baxx.
B'dawn il-kundizzjonijiet, l-approvazzjoni ta' fornituri ulterjuri se twassal sabiex il-pressjoni aktar qawwija tal-prezzijiet tgħaddi għal fuq il-ħaddiema permezz ta' tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunal. Ir-riżultati tal-aħħar liberalizzazzjoni juru li dan għandu jiġi evitat. Mhuwiex raġonevoli li l-pagi fis-settur tas-servizzi ta' groundhandling ikomplu jonqsu u li aktar impjiegi fissi jinbidlu f'kuntratti ta' xogħol temporanji. L-impjegati tas-servizzi ta' groundhandling huma responsabbli għas-sikurezza tat-traffiku bl-ajru u ż-żamma tas-sikurezza teknika tat-titjira, iżda wkoll għall-prevenzjoni kontra r-riskji terroristiċi.
Iż-żieda fil-pressjoni soċjali fuq l-impjegati u li jiġu kostretti f'sitwazzjonijiet prekarji huma kontra l-interessi ta' sikurezza tal-popolazzjoni. L-għan ta' titjib fil-kwalità mhux se jintlaħaq permezz ta' dumping tas-salarji. L-istandards preżenti, l-attività mingħajr intoppi u l-motivazzjoni għolja tal-impjegati ħa jkunu f'riskju.
Il-garanziji ta' ingaġġ
Il-Kummissjoni fl-Artikolu 12 tipprevedi, li l-impjegati tas-servizzi ta' groundhandling jistgħu jiksbu garanziji ta' ingaġġ u drittijiet ta' protezzjoni. B'hekk għandhom jittaffew l-effetti ta' liberalizzazzjoni ulterjuri. Ir-rappoteur jilqa' dan l-approċċ. F'każ li minkejja l-oppożizzjoni qawwija l-liberalizzazzjoni ssir realment, huwa neċessarju li din il-possibilità vaga ssir obbligu. Dan l-obbligu għandu jiġi żviluppat flimkien ma' drittijiet ta' protezzjoni estensivi u jiżgura livell massimu ta' kwalità u sikurezza. Dawn it-talbiet jirrappreżentaw il-bażi tal-emendi tar-rapporteur.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta' Lulju 2005, il-Kawża C-386/03 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja1 u l-Kawża 460/02 il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika Taljana, |
| __________________ |
| 1 [2005], I-6947. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 17
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(17) Teżisti ambigwità dwar jekk l-Istati Membri jistgħux jeżiġu l-akkwiżizzjoni tal-persunal meta jkun hemm bidla fil-fornitur għas-servizzi ta’ groundhandling li għalihom l-aċċess huwa limitat. In-nuqqas ta’ kontinwità fil-persunal jista’ jkollu effett ħażin fuq il-kwalità tas-servizzi ta’ groundhandling. Għalhekk huwa opportun li r-regoli dwar l-akkwiżizzjoni tal-persunal ikunu ċċarati lil hinn mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE dwar it-trasferiment tal-intrapriżi biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw kundizzjonijiet ta' impjieg u xogħol adatti. | (17) Għandu jiġi ċċarat u żgurat kif l-Istati Membri jistgħu jeżiġu mingħajr l-ebda ambigwità l-akkwiżizzjoni tal-persunal meta jkun hemm bidla fil-fornitur għas-servizzi ta' groundhandling. In-nuqqas ta’ kontinwità fil-persunal għandu effett ħażin fuq il-kwalità tas-servizzi ta’ groundhandling. Għalhekk huwa urġentement neċessarju li r-regoli dwar it-trasferiment tal-persunal jiġu ċċarati u jekk neċessarju, emendati permezz tal-applikazzjoni korrispondenti tad-Direttiva 2001/23/KE dwar it-trasferiment tal-intrapriżi, b'konsultazzjoni mas-sħab soċjali, biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiżguraw kundizzjonijiet ta’ impjieg, sikurezza u xogħol adatti, kif ukoll il-ħarsien tad-drittijiet tal-impjegati u standards tax-xogħol għoljin. Huwa rakkomandabbli għall-Istati Membri li t-tkeċċija għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew organizzattivi ma għandhiex tkun permessa f'dan il-kuntest. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 17a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17a) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw livelli ta’ sikurezza adegwati, sabiex rata għolja ta’ bidla fil-persunal u numru kbir ta’ kuntratti ma’ sottokuntratturi ma jkunux ta’ periklu għall-istandards ta’ sikurezza; |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (17b) Il-leġiżlatur għandu jiżgura li jkun possibbli għal Stat Membru li jirrakkomanda li l-persunal jiġi trasferit jekk ikun hemm bidla fil-fornitur ta’ servizz limitat ta’ groundhandling. |
Ġustifikazzjoni
Il-fatt li jkun possibbli għall-Istati Membri li jobbligaw lill-fornituri jew lill-utenti tal-ajruport li jitrasferixxu persunal mhux ser iżid il-kwalità tas-servizzi ta’ groundhandling jew il-livell ta’ kompetittività.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 28
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(28) F’settur ta’ xogħol intensiv bħall-groundhandling, l-iżvilupp u t-taħriġ kontinwu tal-persunal għandhom impatt qawwi fuq il-kwalità tas-servizz. Għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta’ taħriġ sabiex tkun żgurata l-kwalità tal-operazzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-affidabbiltà, ir-reżiljenza, is-sigurtà u s-sikurezza, u sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali fost l-operaturi. | (28) F’settur ta’ xogħol intensiv bħall-groundhandling, l-iżvilupp, l-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwu tal-persunal għandhom impatt qawwi fuq il-kwalità tas-servizz u s-sikurezza tal-operazzjonijiet. Istituzzjoni Ewropea kompetenti b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, l-operaturi tal-ajruporti u s-sħab soċjali għandha tistipula standards minimi ambizzjużi sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità ta’ edukazzjoni u taħriġ tal-impjegati fis-settur tal-groundhandling. Dawn l-istandards għandhom jiġu aġġornati u żviluppati regolarment sabiex ikunu ta’ kontribut għall-kwalità tal-operazzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-affidabbiltà, ir-reżiljenza, is-sigurtà u s-sikurezza, u sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali fost l-operaturi. Sakemm jintlaħqu l-istandards mitluba fl-ajruport rispettiv, l-akkreditazzjoni tal-fornituri tas-servizz ikkonċernati għandha tkun sospiża, irtirata jew miżmuma sa ma jintlaħaq mill-ġdid l-istandard adegwat. Fir-rigward tad-dettalji għal taħriġ addizzjonali speċifiku għall- ajruport, it-tul minimu ta' dan it-taħriġ għandu jkun ta' ħamest ijiem. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 28a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawk li jġorru l-bagalji, għandhom jitnaqqsu aktar il-limiti tal-piż massimu permess tal-bagalji, speċjalment fejn l-irfigħ tal-bagalji jsir bl-idejn. Meta jinġarru l-bagalji bl-idejn, il-piż tal-bagalji individwali għandu jkun indikat b’mod ċar permezz ta’ sistema ta’ tikkettar tal-bagalji li taqsam il-bagalji fi gruppi differenti skont il-piż. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 31
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(31) L-Istati Membri għandhom iżommu s-setgħa li jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali għall-persunal tal-impriża li tkun qiegħda tipprovdi s-servizzi ta’ groundhandling. | (31) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal tal-impriżi li jipprovdu s-servizzi ta’ groundhandling ikollu livell adegwat ta' protezzjoni soċjali, kif ukoll kundizzjonijiet ta' impjieg deċenti, anki fil-każ ta' sottokuntrattar u fil-kuntest ta' kuntratti ta' servizz. F'każ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jidentifikaw lakuni fil-protezzjoni jew ksur tar-regoli, l-akkreditazzjoni tal-fornituri ta' servizzi inkwistjoni tista' tiġi sospiża, irtirata jew miżmuma sa ma jintlaħaq mill-ġdid il-livell adegwat; |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Billi x-xogħol fil-qasam tas-servizzi tal-immaniġġjar tal-bagalji jista’ jwassal għar-riskju li l-impjegati jgħejjew wisq kmieni fil-ħajja tax-xogħol tagħhom, dan ir-Regolament jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – titolu
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment tal-persunal għal servizzi soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq | Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment tal-persunal |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Dan l-Artikolu japplika biss għal servizzi ta' groundhandling li għalihom l-Istat Membru kkonċernat ikun illimita l-għadd ta' fornituri skont l-Artikolu 6 jew 14. | 1. Dan l-Artikolu japplika għal servizzi ta' groundhandling li għalihom l-Istat Membru kkonċernat ikun illimita l-għadd ta' fornituri skont l-Artikolu 6 jew 14. Fl-isfond tar-regolament preżenti, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw fid-dettall jekk hijiex rakkomandata restrizzjoni tal-kompetizzjoni għal setturi ulterjuri. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Meta, wara l-proċedura ta' għażla stipulata fl-Artikoli 7 sa 10, fornitur ta' servizzi ta' groundhandling imsemmi fil-paragrafu 1 jitlef l-awtorizzazzjoni tiegħu li jipprovdi dawn is-servizzi, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-fornitur(i) ta' servizzi ta' groundhandling li sussegwentement jipprovdu dawn is-servizzi sabiex jagħtu lill-persunal impjegat qabel biex jipprovdi dawn is-servizzi d-drittijiet li kienu jkunu intitolati għalihom li kieku ġew trasferiti skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE. | 2. Meta, wara l-proċedura ta’ għażla stipulata fl-Artikoli 7 sa 10, fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling imsemmi fil-paragrafu 1 jitlef l-awtorizzazzjoni tiegħu li jipprovdi dawn is-servizzi, jew f'każ li fornitur tas-servizzi ma jibqax jipprovdi servizzi ta' groundhandling lil utent tal-ajruport jew f'każ li utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess jiddeċiedi li jieqaf jagħmel dan, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-fornitur(i) ta’ servizzi ta’ groundhandling jew lill-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess li sussegwentement jipprovdu dawn is-servizzi sabiex jagħtu lill-persunal impjegat qabel biex jipprovdi dawn is-servizzi d-drittijiet li kienu jkunu intitolati għalihom li kieku ġew trasferiti skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE. L-Artikolu 4(1), it-tieni sentenza tad-Direttiva 2001/23/KE ma għandhiex tapplika għall-każijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu. Ma għandhiex tkun permessa tkeċċija għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew organizzattivi. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 12– paragrafu 2a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 2a. Dawn id-drittijiet jinkludu l-applikazzjoni ta' ftehimiet kollettivi ta' validità ġenerali jew konvenzjonali f'linja ta' negozju, skont il-konvenzjonijiet fl-Istati Membri. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jillimitaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (2) għall-impjegati tal-fornitur preċedenti li jkunu involuti fil-għoti ta’ servizzi li għalihom il-fornitur preċedenti tilef l-awtorizzazzjoni, u li volontarjament jaċċettaw li jiġu impjegati mill-fornitur(i) (i)l-ġdid/ġodda. | 3. L-Istati Membri għandhom jillimitaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (2) għall-impjegati tal-fornitur preċedenti, inklużi utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess, li jkunu involuti fl-għoti ta’ servizzi ta’ groundhandling li l-fornitur preċedenti ma jibqax jipprovdi, jew li għalihom il-fornitur preċedenti tilef l-awtorizzazzjoni, u li volontarjament jaċċettaw li jiġu impjegati mill-fornitur(i) (i)l-ġdid/ġodda jew l-utent tal-ajruport li jimmaniġġja is-servizzi huwa stess. L-ispejjeż għal programm soċjali għall-impjegati mkeċċija għandu jinġarr mil-linji tal-ajru skont il-kwota ta' traffiku tagħhom mal-fornitur preċedenti. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jillimitaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (2) b’mod li jkun proporzjonat mal-volum tal-attività effettivament trasferita lill-fornitur(i) l-ieħor/oħrajn. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Bl-Artikolu 12(4) il-Kummissjoni trid ixxejjen l-applikazzjoni tad-Direttiva (2001/23/KE) dwar it-trasferiment ta' impriżi permezz tal-introduzzjoni ta' riżerva tal-proporzjonalità. Il-garanziji ta' trasferiment proposti mill-Kummissjoni għall-impjegati bħala korrispettiv għal-liberalizzazzjoni għandhom ikunu obbligatorji u estensivi. Inkella l-korrispettiv jittrasforma ruħu f’pakkett qarrieqi. Għalhekk ir-rapporteur jixtieq li jħassar ir-referenza għall-applikazzjoni ta' din ir-riżerva.
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta Stat Membru jimponi rekwiżit kif imsemmi fil-paragrafu (2), id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti għall-proċedura ta’ għażla stipulata fl-Artikoli 7 sa 10 għandhom jelenkaw lill-persunal ikkonċernat u jagħtu d-dettalji rilevanti tad-drittijiet kuntrattwali tal-impjegati u l-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati jkunu meqjusa marbutin mas-servizzi inkwistjoni. | 5. Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti għall-proċedura ta’ għażla stipulata fl-Artikoli 7 sa 10 għandhom jelenkaw lill-persunal ikkonċernat u jagħtu d-dettalji rilevanti tad-drittijiet kuntrattwali tal-impjegati u l-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati jkunu meqjusa marbutin mas-servizzi inkwistjoni. Il-persunal u r-rappreżentanti tal-unjin għandu jkollhom aċċess għal dawn il-listi. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 6
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
6. Meta fornitur ta’ servizzi ta’ groundhandling ma jkomplix jipprovdi servizzi ta' groundhandling lil utent tal-ajruport li jikkostitwixxu parti sinifikanti mill-attivitajiet ta' groundhandling ta' dan il-fornitur f'każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu (2), jew meta utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess jiddeċiedi li ma jkomplix jimmaniġġja s-servizzi huwa stess, l-Istati membri jistgħu jesiġu li l-fornitur(i) tas-servizzi ta’ groundhandling jew l-utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess li jipprovdi dawn is-servizzi sussegwentement li jagħti lill-persunal impjegat qabel biex jipprovdi dawn is-servizzi d-drittijiet li kienu jkunu intitolati għalihom li kieku ġew trasferiti skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 12 għandu jiġi ssemplifikat billi t-tliet każijiet kollha (it-telf tal-liċenzja tal-fornitur tas-servizz, il-waqfien tas-servizz ta' groundhandling min-naħa ta' fornitur, il-waqfien tas-servizz ta' self-handling min-naħa ta' self-handler) jiġu indirizzati b'mod konġunt fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 12. B'hekk l-Artikolu 12(6) jista' jitħassar.
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom jillimitaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (6) għall-impjegati tal-fornitur preċedenti li jkunu involuti fl-għoti ta’ servizzi ta’ groundholding li l-fornitur preċedenti ma jibqax jipprovdi, u li volontarjament jaċċettaw li jiġu impjegati mill-fornitur(i) (i)l-ġdid/ġodda. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 12 għandu jiġi ssemplifikat billi t-tliet każijiet kollha (it-telf tal-liċenzja tal-fornitur tas-servizz, il-waqfien tas-servizz ta' groundhandling min-naħa ta' fornitur, il-waqfien tas-servizz ta' self-handling min-naħa ta' self-handler) jiġu indirizzati b'mod konġunt fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 12. B'hekk l-Artikolu 12(6), kif ukoll l-Artikolu 12(7) jistgħu jitħassru, billi dawn huma koperti awtomatikament mill-Artikolu 12(3).
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 8
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
8. L-Istati Membri għandhom jillimitaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (6) għall-impjegati tal-utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess li jkunu involuti fl-għoti ta’ servizzi ta’ groundholding li għalihom l-utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess jiddeċiedi li ma jkomplix jimmaniġġja s-servizzi huwa stess, u li volontarjament jaċċettaw li jiġu impjegati mill-fornitur(i) jew l-utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess (i)l-ġdid/ġodda. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
L-Artikolu 12 għandu jiġi ssemplifikat billi t-tliet każijiet kollha (it-telf tal-liċenzja tal-fornitur tas-servizz, il-waqfien tas-servizz ta' groundhandling min-naħa ta' fornitur, il-waqfien tas-servizzi ta' self-handling min-naħa ta' self-handler) jiġu indirizzati b'mod konġunt fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 12. B'hekk l-Artikolu 12(6), kif ukoll l-Artikoli 12(7) u 12(8) jistgħu jitħassru, billi dawn huma koperti awtomatikament mill-Artikolu 12(3).
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 9
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
9. L-Istati Membri għandhom jillimitaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (6) b’mod li jkun proporzjonat mal-volum tal-attività effettivament trasferita lill-fornitur l-ieħor jew lill-utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Bl-Artikolu 12(9) il-Kummissjoni trid ixxejjen l-applikazzjoni tad-Direttiva (2001/23/KE) dwar it-trasferiment ta' impriżi permezz tal-introduzzjoni ta' riżerva tal-proporzjonalità. Il-garanziji ta' trasferiment proposti mill-Kummissjoni għall-impjegati bħala korrispettiv għal-liberalizzazzjoni għandhom ikunu obbligatorji u estensivi. Inkella l-korrispettiv jittrasforma ruħu f’pakkett qarrieqi. Għalhekk ir-rapporteur jixtieq li jħassar l-applikazzjoni ta' din ir-riżerva.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 10a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jsirx dumping tal-pagi mhux biss kif applikat għall-impjegati permanenti tal-groundhandling iżda wkoll fil-każ ta’ trasferiment tal-persunal, sabiex ikunu garantiti standards soċjali adegwati u biex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi ta’ groundhandling; |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 10b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10b. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni soċjali adegwata għall-persunal ingaġġat sabiex jipprovdi dawn is-servizzi; |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 10c (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 10c. Bħala protezzjoni minn kwalunkwe effett ta’ ħsara tal-liberalizzazzjoni fis-settur tal-groundhandling, għandhom jiġu stabbiliti u msaħħa standards minimi u vinkolanti tal-kwalità tas-servizzi mill-awtoritajiet li jimmaniġġjaw l-ajruport fl-interess ta’ operazzjonijiet sikuri, affidabbli u effiċjenti; |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 20
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Impriża li tapplika għal approvazzjoni għandha turi li l-impjegati tagħha għandhom il-kwalifika, l-esperjenza professjonali u t-tul ta’ servizz meħtieġa għat-twettiq tal-attività li qiegħda tapplika għaliha. | Impriża li tapplika għal approvazzjoni għandha turi li l-impjegati tagħha għandhom il-kwalifika, l-esperjenza professjonali u t-tul ta’ servizz meħtieġa għat-twettiq tal-attività li qiegħda tapplika jew applikat għaliha. Rekwiżiti individwali li jikkonċernaw il-kwalifiki, l-esperjenza professjonali u t-tul tas-servizz għandhom jiġu stipulati u ġustifikati għal kull ajruport mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru b’kooperazzjoni mal-operatur tal-ajruport u s-sħab soċjali kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jimmonitorjaw l-applikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-istandards ġenerali ta' taħriġ għall-persunal tal-groundhandling għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE mill-istituzzjoni Ewropea kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-operaturi tal-ajruport u s-sħab soċjali. Meta jiġu żviluppati standards minimi Ewropej vinkolanti għall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-Istati Membri għandhom jimplimentawhom u jimmonitorjawhom sabiex ikun żgurat l-ogħla standards ta’ sigurtà possibbli madwar l-Ewropa. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling u l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess għandhom jiżguraw li l-impjegati kollha tagħhom involuti fil-għoti ta’ servizzi ta’ groundhandling, inkluż il-persunal amministrattiv u s-superviżuri, jattendu b’mod regolari taħriġ speċifiku u rikorrenti li jippermettilhom iwettqu l-kompiti assenjati lilhom. | 1. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ groundhandling u l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess għandhom jiżguraw li l-impjegati kollha tagħhom involuti fil-għoti ta’ servizzi ta’ groundhandling, inkluż il-persunal amministrattiv u s-superviżuri, jattendu b’mod regolari taħriġ professjonali u rikorrenti, armonizzat fil-livell Ewropew, li jippermettilhom iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u jipprevjenu inċidenti u korrimenti. Istituzzjoni Ewropea kompetenti b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, l-operaturi tal-ajruporti u s-sħab soċjali għandha tistipula standards minimi ambizzjużi u vinkolanti sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità ta’ edukazzjoni u taħriġ tal-impjegati fis-settur tal-groundhandling. Dawn l-istandards għandhom jiġu aġġornati u żviluppati regolarment sabiex ikunu ta’ kontribut għall-kwalità tal-operazzjonijiet f’dak li jirrigwarda l-affidabbiltà, ir-reżiljenza, is-sikurezza u s-sigurtà, u sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali fost l-operaturi. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità mal-istandards tal-edukazzjoni u t-taħriġ bl-użu ta' mezzi adegwati. Sakemm jintlaħqu l-istandards meħtieġa fl-ajruport rispettiv, l-akkreditazzjoni tal-fornituri tas-servizzi inkwistjoni għandha tiġi sospiża, irtirata jew miżmuma. Din il-proċedura sservi sabiex tinżamm is-sikurezza fit-traffiku bl-ajru Ewropew. Jista' jiġi ordnat taħriġ rikorrenti bi spejjeż għall-fornitur tas-servizz tal-groundhandling ikkonċernat u l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Kull impjegat involut fil-għoti ta’ servizzi ta’ groundhandling għandu jattendi mill-inqas jumejn ta’ taħriġ rilevanti għall-kompiti li jiġu assenjati lilu. Kull impjegat għandu jattendi t-taħriġ rilevanti meta jibda xogħol ġdid jew meta jingħata kompitu ġdid. | 2. Kull impjegat involut fil-għoti ta’ servizzi ta’ groundhandling irid jattendi regolarment taħriġ bażiku teoretiku u prattiku, kif ukoll taħriġ rilevanti għall-kompiti li jiġu assenjati lilu. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri b'kooperazzjoni mal-operaturi tal-ajruport u s-sħab soċjali kkonċernati għandhom jiddeterminaw id-dettalji għat-taħriġ addizzjonali speċifiku għall-ajruport, il-frekwenza u t-tul minimu rispettiv ta' dan it-taħriġ. Is-suċċess f’test prattiku u teoretiku se jservi biex juri l-akkwist tal-ħiliet u l-għarfien rilevanti. L-ispejjeż tat-taħriġ għandhom jitħallsu kollha minn min iħaddem. Kull impjegat għandu jattendi t-taħriġ rilevanti qabel jibda xogħol ġdid jew meta jibda kompitu ġdid. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Fejn ikun rilevanti għall-attività ta’ servizzi ta’ groundhandling inkwistjoni, it-taħriġ għandu jkopri mill-inqas: | 3. Il-kontenut speċifiku tat-testijiet u tal-korsijiet kif ukoll it-twettiq korrett tagħhom għandhom jiġu armonizzati fil-livell Ewropew u rregolati u mmonitorjati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Fejn ikun rilevanti għall-attività tas-servizzi ta’ groundhandling inkwistjoni, it-taħriġ u t-testijiet għandhom ikopru mill-inqas: |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt g
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(g) taħriġ funzjonali għall-immaniġġjar tal-passiġġieri, inkluż taħriġ dwar taħriġ dwar il-pont tal-imbark tal-passiġġieri u informazzjoni u għajnuna lill-passiġġieri skont ir-Regolamenti (KE) Nru 261/2004 u (KE) Nru 1107/2006; | (g) taħriġ funzjonali għall-immaniġġjar tal-passiġġieri, b’enfasi fuq dawk il-passiġġieri bi bżonnijiet speċjali, primarjament dawk li għandhom mobilità mnaqqsa jew diżabilitajiet; inkluż taħriġ dwar il-pont tal-imbark tal-passiġġieri u informazzjoni u għajnuna lill-passiġġieri skont ir-Regolamenti (KE) Nru 261/2004 u (KE) Nru 1107/2006; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt n
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(n) miżuri ta’ emerġenza u l-ġestjoni tal-kontinġenza; | (n) miżuri ta’ emerġenza, taħriġ fl-ewwel għajnuna u l-ġestjoni tal-kontinġenza; |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 34 – paragrafu 3 – punt pa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (pa) miżuri ta' protezzjoni minn perikoli għas-saħħa speċifiċi għal dan it-tip ta' xogħol għall-impjegati tas-servizzi ta' groundhandling. |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. B’mod partikolari, ir-rapport għandu jivvaluta kwalunkwe impatt sinifikanti fuq il-kwalità tas-servizzi tal-groundhandling u fuq il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol. Ir-rapport għandu jinkludi s-sett ta’ indikaturi u kriterji li ġejjin, għal kampjun ta’ ajruporti: | 1. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, ir-rapport għandu jivvaluta l-impatt fuq il-kwalità tas-servizzi tal-groundhandling kif ukoll fuq il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol. Ir-rapport għandu jeżamina l-indikaturi u l-kriterji li ġejjin: |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt l
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(l) standards minimi ta’ kwalità għall-impriżi ta’ groundhandling; | (l) standards minimi ta’ kwalità għall-impriżi ta’ groundhandling f'kull ajruport tal-Unjoni Ewropea għal ħdax-il kategorija ta' servizzi; analiżi tar-rabta bejn id-dewmien ikkawżat mis-servizzi ta' groundhandling u l-istandards minimi ta' kwalità; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt m
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(m) karatteristiċi ta’ taħriġ; | (m) l-istat tat-taħriġ u tat-taħriġ ulterjuri b'referenza għas-setturi elenkati fl-Artikolu 34(3) punti a sa q; analiżi tar-rabta bejn id-dewmien ikkawżat mis-servizzi ta' groundhandling u l-istat tat-taħriġ u tat-taħriġ ulterjuri; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt n
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(n) trasferiment ta’ persunal u l-impatt tiegħu fuq il-protezzjoni tal-impjegati; | (n) trasferiment ta’ persunal u l-impatt tiegħu fuq il-protezzjoni tal-impjegati, b’mod partikolari n-numru ta’ persunal trasferit fejn tkun seħħet bidla tal-fornitur tas-servizzi ta’ groundhandling, in-numru ta’ persunal li jkun ingħata s-sensja b’mod volontarju fejn tkun seħħet bidla tal-fornitur tas-servizzi ta’ groundhandling; l-iżvilupp tas-salarji fil-każ ta' ħaddiema trasferiti u n-numru ta' kawżi mressqa quddiem il-qrati industrijali relatati mat-trasferimenti. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt o
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(o) kundizzjonijiet ta’ impjieg u xogħol fis-settur tal-groundhandling. | (o) kundizzjonijiet ta’ impjieg u xogħol fis-settur tal-groundhandling, b'mod partikolari x-xejriet fid-dħul u s-salarji meta mqabbla max-xejriet fil-prezzijiet tal-handling kif ukoll meta mqabbla mat-tibdil fil-produttività tas-servizzi tal-groundhandling fl-ajruport b'mod ġenerali u dawk ipprovduti minn fornituri individwali tas-servizzi ta' groundhandling. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapport għandu diġà jiġi ppreżentat wara tliet snin sabiex l-effetti negattivi tar-Regolament jiġu identifikati fi stadju bikri. Ir-restrizzjoni fuq impatti 'sinifikanti' tippermetti ambitu wisq wiesa' ta' interpretazzjoni. L-indikaturi għandhom jiġu ppreċiżati, sabiex tinkiseb data valida dwar ir-rabtiet bejn is-servizzi ta' groundhandling u d-dewmien.
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt oa (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| rabta bejn dewmien ikkawżat mis-servizzi ta’ groundhandling u standards ta’ kwalità insuffiċjenti; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 39 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi jekk tkunx meħtieġa reviżjoni ta' dan ir-Regolament. | 3. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista’, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, tiddeċiedi dwar jekk tkunx meħtieġa reviżjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni
Permezz tal-Artikolu 39(3) il-Kummissjoni qed tipprova tistabbilixxi l-awtorità unika tagħha dwar jekk hijiex meħtieġa verżjoni ġdida tar-Regolament. Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut mill-qrib f'din id-deċiżjoni.
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 40
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema. | L-Istati Membri għandhom jiżguraw legalment li l-persunal tal-impriżi li jipprovdu s-servizzi ta’ groundhandling jew ta' self-handling lil partijiet terzi jkollu livell adegwat ta' protezzjoni soċjali, kif ukoll kundizzjonijiet ta' impjieg deċenti, anke fil-każ ta' sottokuntrattar u fil-kuntest ta' kuntratti ta' servizz. F'każ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru jidentifikaw li mhumiex qed jintlaħqu l-istandards meħtieġa fl-ajruport rispettiv, l-akkreditazzjoni tal-fornituri ta' servizzi jew ta' servizzi ta' self-handling inkwistjoni tista' tiġi sospiża, irtirata jew miżmuma sakemm jintlaħaq mill-ġdid l-istandard adegwat. |
PROĊEDURA
Titolu | Is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE | |||
Referenzi | COM(2011)0824 – C7-0457/2011 – 2011/0397(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 15.12.2011 | |||
Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | 24.5.2012 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Thomas Mann 27.10.2011 | |||
Eżami fil-kumitat | 31.5.2012 | 21.6.2012 | 6.9.2012 | 17.9.2012 |
Data tal-adozzjoni | 18.9.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 36 4 1 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Sari Essayah, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Kinga Göncz, Tunne Kelam, Jan Kozłowski, Svetoslav Hristov Malinov, Anthea McIntyre, Antigoni Papadopoulou, Birgit Sippel, Csaba Sógor | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Cornelia Ernst | |||
23.8.2012
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE
( COM(2011)0824 – C7‑0457/2011 – 2011/0397(COD) )
Rapporteur għal opinjoni: Ildikó Gáll-Pelcz
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fl-1 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-proposta tagħha għal regolament dwar is-servizzi ta' groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni.
L-industrija tal-groundhandling ilha tistenna l-proposta tal-Kummissjoni li għandha ssaħħaħ l-effiċjenza u l-kwalità ġenerali tas-servizzi ta' groundhandling permezz tal-ftuħ ulterjuri tas-suq. Għalkemm il-proposta hija titjib sinifikanti fuq il-qafas leġiżlattiv attwali, għad hemm kwistjonijiet importanti li għadhom iridu jiġu indirizzati sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ftuħ effiċjenti tas-suq, ibbażat fuq il-konsistenza u t-trasparenza u servizz imtejjeb għall-utenti tal-ajruporti u, għaldaqstant, għall-passiġġieri.
Inżidu l-alternattivi tas-soluzzjonijiet ta' groundhandling fl-ajruporti tal-UE
Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni żiedet l-obbligu ta' għadd minimu ta' fornituri terzi ta' ċerti servizzi ta' groundhandling essenzjali (għall-handling tal-bagalji, tar-rampa, tal-fjuwil/żejt, tal-merkanzija u tal-posta) minn żewġ fornituri għal tlieta fl-ajruporti b'aktar minn 5 miljun passiġġier u l-possibilità li kull linja tal-ajru twettaq self-handling, u dan jippermetti aktar għażliet u jikkontribwixxi biex tittejjeb il-kwalità ġenerali tas-servizzi ta' groundhandling fl-ajruporti Ewropej.
Il-proposta tal-Kummissjoni hija pass importanti fid-direzzjoni t-tajba għall-ftuħ tas-suq għas-servizzi tal-groundhandling.
Ir-rapporteur, għaldaqstant hija favur li fl-ajruporti b'aktar minn 5 miljun passiġġier fis-sena, l-għadd minimu ta' fornituri għandu jkun tlieta. Għal dawk l-ajruporti, ir-rapporteur ma tarax il-bżonn ta' restrizzjoni ulterjuri għall-aċċess għall-fornituri tas-servizzi tal-groundhandling, kif propost mill-Kummissjoni fl-Artikolu 14 għall-ajruporti b'restrizzjonijiet speċifiċi.
Ir-rapporteur tilqa' l-introduzzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet minn Stati Membri oħrajn, li huwa prinċipju ċentrali għall-moviment ħieles u, għaldaqstant, għas-Suq Intern. B'mod ġenerali, il-proċedura biex jingħataw approvazzjonijiet għandha tkun trasparenti, mhux diskriminatorja, u ma tistax, fil-prattika, tnaqqas l-aċċess għas-suq jew l-għażla ta' self‑handling f'livell aktar baxx minn dak li jipprevedi r-regolament.
Liberalizzazzjoni bilanċjata tas-suq Ewropew tal-groundhandling
Madankollu, il-ftuħ tas-suq għas-servizzi tal-groundhandling għandu jkun ibbilanċjat. Il-groundhandling huwa settur ferm kompetittiv u intensiv f'dak li għandu x'jaqsam mal-kapital bi spejjeż fissi għoljin għall-persunal u għat-tagħmir. Mill-ftuħ tas-suq tal-groundhandling, il-linji tal-ajru rnexxielhom inaqqsu kontinwament il-ħlasijiet għall-handling. B'riżultat ta' dan, is-settur tal-groundhandling Ewropew irreġistra tnaqqis fil-marġini tal-profitt matul l-aħħar għaxar snin, minkejja ż-żieda rapida fl-għadd ta' passiġġieri fl-UE kollha.
Il-ftuħ sħiħ tas-suq jeżerċita pressjoni akbar fuq il-handlers, li jkollhom inaqqsu l-ispiża tal-persunal. Dan iwassal għal pressjoni biex il-pagi jonqsu, kif ukoll jonqsu s-sigurtà tal-impjiegi u t-taħriġ tal-persunal, kif ukoll iwassal għal żieda f'impjiegi part-time u temporanji.
Titjib ulterjuri fis-sejħiet għall-offerti – ħtieġa ta' flessibilità akbar
Ir-rapporteur tagħraf li l-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi titjib fis-sejħiet għall-offerti permezz ta' speċifikazzjonijiet iktar dettaljati tal-proċedura tal-għażla, u billi żżid iż-żmien massimu tal-perjodu tal-għażla għal fornitur ta' ċerti servizzi essenzjali tal-groundhandling għal għaxar snin. Skont ir-rapporteur, l-itwal żmien għandu jiġi ggarantit għas-servizzi tal-groundhandling kollha, u ma jkunx ristrett għal każijiet ta' eżenzjoni mogħtija fl-Artikolu 14 tal-proposta.
Biex il-fornituri tas-servizzi jingħataw aktar flessibilità u speċjalment biex l-SMEs jingħataw aktar aċċess, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-entità aġġudikanti taqsam is-servizzi tal-groundhandling f'lottijiet, u torganizza sejħa għall-offerti separata għal kull lott. Sabiex l-aċċess għas-suq tal-groundhandling ma jiddgħajjifx, huwa importanti li s-sejħiet għall-offerti miftuħa jinżammu attivi u r-rapporteur għaldaqstant tissuġġerixxi li jkun hemm obbligu għall-entità aġġudikanti, meta sejħa għall-offerti ma jkollhiex suċċess, li tniedi sejħa oħra fi żmien skadenza ffissata ta' tnax-il xahar.
Ir-rapporteur tenfasizza li appalt li ma jkollux suċċess għal żmien limitat li waqtu fornitur ieħor ikun waqqaf is-servizzi tiegħu qabel iż-żmien mistenni, għandu jitqies bħala monopolju "de facto", u dan jagħti dritt lill-Istati Membri jirregolaw il-prezzijiet ta' dak is-servizz ta' groundhandling kif tipproponi l-Kummissjoni, waqt li s-suq ikun għadu meqjus legalment miftuħ.
Infrastruttura ċentralizzata u kjarifiki fir-rigward tal-ħlasijiet
Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-ippjanar tal-utenti tal-ajruporti, huwa importanti li tiġi żgurata sistema komuni u trasparenti ta' imposti għall-infrastrutturi u l-installazzjonijiet ċentralizzati tal-ajruporti. Ir-rapporteur tissuġġerixxi wkoll li l-korp li jmexxi jkun obbligat li, fl-informazzjoni lill-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport u lill-impriżi, jinkludi tbassir tas-sitwazzjoni fl-ajruporti fir-rigward tal-ħlasijiet għall-groundhandling, iż-żieda fit-traffiku u l-investimenti proposti għall-futur.
Biex tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn sfidi kapriċċużi jitqajmu sempliċiment biex jipposponu l-applikazzjoni ta' imposta, huwa importanti li l-awtoritajiet tal-ajruporti jitħallew jirkupraw lura l-ħlasijiet għaż-żmien li jkun għadda sakemm l-appell ikun qed jiġi pproċessat. Jekk deċiżjoni dwar il-livelli ta' ħlasijiet ta' groundhandling titressaq quddiem l-awtorità superviżorja indipendenti, kif stabbilit fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, din m'għandhiex tidħol fis-seħħ sakemm l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti ma teżaminax il-każ. Jekk l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti taqbel mad-deċiżjoni tal-korp li jmexxi dwar l-infrastruttura fil-livell tal-ħlasijiet għall-groundhandling, il-ħlasijiet jistgħu jintalbu miż-żmien li tkun ittieħdet id-deċiżjoni inizjali.
Attivitajiet ta' koordinament
Sabiex jissaħħaħ ir-rwol ta' koordinament tal-entità li tmexxi l-ajruport, l-operatur tal-ajruport għandu jingħata s-setgħa li jinforza r-regoli ta' kondotta. Ir-rapporteur tenfasizza li l-korp li jmexxi l-ajruport għandu jkun responsabbli għall-koordinament ġust tal-attivitajiet ta' groundhandling fl-ajruport tiegħu.
L-użu ta' standards
Ir-rapporteur tappoġġa l-introduzzjoni ta' standards minimi għas-servizzi tal-ajruport, li se jtejbu s-servizzi u jgħinu fil-funzjonament tal-ajruporti. Huwa importanti li l-istandards minimi jirrispettaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza, l-arranġamenti u s-sistemi tal-ġestjoni tal-ajruport, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 dwar ir-regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili. Barra minn hekk, ir-rapporteur tintroduċi l-obbligu li l-fornituri tas-servizzi tal-groundhandling jistabbilixxu u jimplimentaw sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza, li għandha tappoġġa l-infurzar tal-istandards minimi tal-kwalità. Barra minn hekk, l-operatur tal-ajruport għandu jingħata s-setgħa li jinforza l-istandards minimi tal-kwalità.
Konklużjoni
Ir-rapporteur tenfasizza li l-ftuħ tas-suq għas-servizzi tal-groundhandling fl-UE għandu jkun bilanċjat, peress li l-liberalizzazzjoni sħiħa tista' twassal għal grad għoli ta' instabilità peress li aktar u aktar handlers jispiċċaw ifallu fl-attività tagħhom. Il-kumpaniji tal-handling huma s-sinsla tat-trasport bl-ajru u suq instabbli tal-handling iwassal għal tfixkil ripetut fl-ajruporti Ewropej, kif ukoll għal sensji sinifikanti. Fuq perjodu ta' żmien fit-tul, madankollu, il-liberalizzazzjoni sħiħa aktarx twassal għal oligopolija tal-ftit kumpaniji tal-handling li jkun fadal fl-Ewropa kollha. Din l-oligopolija tmur kontra l-interessi tal-linji tal-ajru, tal-ħaddiema u tal-passiġġieri u jkollha effett negattiv fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tkabbir u fuq l-impjiegi.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 18
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(18) Sabiex ikun żgurat il-funzjonament xieraq u bla xkiel tal-operazzjonijiet tat-trasport tal-ajru fl-ajruporti, sabiex ikunu garantiti s-sigurtà u s-sikurezza fil-bini tal-ajruport kif ukoll jitħares l-ambjent u tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli soċjali applikabbli, l-għoti tas-servizzi ta' groundhandling għandu jkun soġġett għal approvazzjoni xierqa. Minħabba li fil-preżent fil-parti l-kbira tal-Istati Membri jeżistu sistemi għall-approvazzjoni tal-għoti ta' servizzi ta' groundhandling iżda dawn ivarjaw ferm bejniethom, għandha tiddaħħal sistema ta' approvazzjoni armonizzata. | (18) Sabiex ikun żgurat il-funzjonament xieraq u bla xkiel tal-operazzjonijiet tat-trasport tal-ajru fl-ajruporti, sabiex ikunu garantiti s-sigurtà u s-sikurezza fil-bini tal-ajruport kif ukoll jitħares l-ambjent u tkun żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli soċjali applikabbli u ftehimiet kollettivi rappreżentattivi, l-għoti tas-servizzi ta' groundhandling għandu jkun soġġett għal approvazzjoni xierqa. Minħabba li fil-preżent fil-parti l-kbira tal-Istati Membri jeżistu sistemi għall-approvazzjoni tal-għoti ta' servizzi ta' groundhandling iżda dawn ivarjaw ferm bejniethom, għandha tiddaħħal sistema ta' approvazzjoni armonizzata. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (27a) L-ajruporti għandhom ikunu mitluba jimplimentaw indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni biex juru kif jaħdmu s-servizzi ta' groundhandling, biex b'hekk iwasslu għal aktar effiċjenza u finalment għal servizz rapidu u ta' kwalità tajba għall-passiġġieri. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 27b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (27b) Peress li wieħed mill-objettivi ewlenin tas-servizzi ta' groundhandling fl-ajruporti Ewropej huwa li titjieb il-kwalità tal-immaniġġjar għall-benefiċċju tal-kumpaniji tal-linji tal-ajru, dan ir-Regolament irid, b'mod speċjali, jgħin itejjeb il-kwalità tal-immaniġġjar tal-bagolli. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 29
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(29) Is-subkuntrattar iżid il-flessibbiltà għall-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling. Madankollu, is-subkuntrattar u s-subkuntrattar konsekuttiv jistgħu wkoll jirriżultaw f'limitazzjonijiet tal-kapaċità u jkollhom effetti negattivi fuq is-sigurtà u s-sikurezza. Għaldaqstant is-subkuntrattar għandu jkun limitat u r-regoli li jirregolaw is-subkuntrattar għandhom jiġu ċċarati. | (29) Is-subkuntrattar jista' jżid il-flessibbiltà għall-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling. Madankollu, is-subkuntrattar u s-subkuntrattar konsekuttiv jistgħu wkoll jirriżultaw f'limitazzjonijiet tal-kapaċità u jkollhom effetti negattivi fuq is-sigurtà u s-sikurezza. Għaldaqstant is-subkuntrattar għandu jkun limitat u r-regoli li jirregolaw is-subkuntrattar għandhom jiġu ċċarati. Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, is-subkuntrattar ma għandu qatt iwassal għal tnaqqis fil-kundizzjonijiet ta' xogħol, sikurezza u sigurtà. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 31a (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (31a) Peress li ħafna drabi persuni b'diżabilità jesperjenzaw problemi fl-immaniġġjar tat-tagħmir ta' għajnuna tagħhom, dan ir-Regolament għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 31b (ġdida)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (31b) Minkejja l-fatt li d-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru huma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 1107/2006, dan ir-Regolament iħeġġeġ konverġenza akbar bejn, min-naħa l-handlers ta' assistenza għall-persuni b'diżabilità u l-persuni b'mobilità mnaqqsa, u min-naħa l-oħra l-handlers ta' tagħmir ta' għajnuna tal-vjaġġaturi, inklużi apparat mediku. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Kull ajruport ikkonċernat għandu jistabbilixxi kumitat tar-rappreżentanti tal-utenti tal-ajruport jew ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk li jużaw l-ajruport ('Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport'). | Kull ajruport ikkonċernat għandu jistabbilixxi, fuq talba tal-utenti tal-ajruport, kumitat tar-rappreżentanti tal-utenti tal-ajruport jew ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lil dawk li jużaw l-ajruport ('Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport'). |
Ġustifikazzjoni
F'ċerti ajruporti partikolari, minħabba li ma kienx hemm problemi jew tilwim kbar, ir-rappareżentanti ma baqgħux jattendu għall-kumitati mwaqqfa tal-utenti tal-ajruporti. Għaldaqstant, m'għandux ikun hemm l-obbligu tat-twaqqif ta' dawn il-kumitati jekk ma jkunx hemm talba mill-utenti għat-twaqqif tagħhom. Barra minn hekk, għall-ajruporti reġjonali iżgħar, it-twaqqif u l-ġestjoni tal-kumitat tal-utenti jista' jwassal għal piżijiet amministrattivi u finanzjarji akbar.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Madankollu, l-Istati Membri m'għandhomx jillimitaw dan in-numru għal inqas minn żewġ fornituri għal kull kategorija ta' servizzi ta' groundhandling jew, fil-każ tal-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn 5 miljun passiġġier jew 100 000 tunnellata ta' merkanzija għal mill-inqas it-tliet snin preċedenti, għal inqas minn tliet fornituri għal kull kategorija ta' servizzi ta' groundhandling. | Madankollu, l-Istati Membri m'għandhomx jillimitaw dan in-numru għal inqas minn żewġ fornituri għal kull kategorija ta' servizzi ta' groundhandling, bil-kundizzjoni li jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. |
| Għall-ajruporti bi traffiku annwali mhux inqas minn 5 miljun passiġġier jew 100 000 tunnellata merkanzija tal-anqas għat-tliet snin preċendenti, il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta jekk hemm raġunijiet validi biex jiżdied in-numru ta' fornituri ta' servizzi tal-groundhandling għal tlieta, u, abbażi ta' dan, għandha tifformula rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali, bħala regolaturi indipendenti biex jiddeċiedu jekk l-ispeċifiċitajiet Ewropej, nazzjonali u reġjonali jeħtiġux tali żieda ta' fornituri għal kull kategorija ta' servizzi ta' groundhandling, bil-kundizzjoni li jintgħażlu fuq il-bażi ta' kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. |
| Sa sentejn wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt ta' dan ir-Regolament tas-suq tal-groundhandling tal-UE, inkluża valutazzjoni speċjali tal-impatt fuq id-drittijiet tal-ħaddiema. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha f'rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta jkun xieraq, dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 4 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Fejn in-numru ta' fornituri awtorizzati jkun limitat skont il-paragrafu (2), l-Istati Membri ma jistgħux jipprevjenu li utent tal-ajruport, tkun xi tkun il-parti tal-ajruport riżervata għalih, ikollu, f'dak li jirrigwarda kull kategorija ta' servizz ta' groundhandling soġġett għal-limitazzjoni, għażla effettiva, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi (2) u (3), bejn mill-inqas: | 4. Fejn in-numru ta' fornituri awtorizzati jkun limitat skont il-paragrafu (2), l-Istati Membri ma jistgħux jipprevjenu li utent tal-ajruport, tkun xi tkun il-parti tal-ajruport riżervata għalih, ikollu, f'dak li jirrigwarda kull kategorija ta' servizz ta' groundhandling soġġett għal-limitazzjoni, għażla effettiva, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi (2) u (3), bejn mill-inqas: |
– żewġ fornituri ta' servizzi ta' groundhandling, jew | – żewġ fornituri ta' servizzi ta' groundhandling. |
– tliet fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għall-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn 5 miljun passiġġier jew 100 000 tunnellata ta' merkanzija għal mill-inqas it-tliet snin preċedenti. |
|
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-fornituri awtorizzati li jipprovdu servizzi ta' groundhandling f'ajruport fejn in-numru tagħhom huwa limitat permezz tal-Artikolu 6 jew l-Artikolu 14 għandhom jintgħażlu skont proċedura ta' sejħa ta' offerti trasparenti, mitfuħa u mhux diskriminatorja. | 1. Il-fornituri awtorizzati li jipprovdu servizzi ta' groundhandling f'ajruport fejn in-numru tagħhom huwa limitat permezz tal-Artikolu 6 jew l-Artikolu 14 għandhom jintgħażlu skont proċedura ta' sejħa ta' offerti trasparenti u mhux diskriminatorja, miftuħa għall-partijiet interessati kollha, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17/KE dwar il-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali. L-entità aġġudikanti tista' taqsam dawn is-servizzi tal-groundhandling f'lottijiet separati, u torganizza proċedura ta' sejħa għall-offerti separata għal kull lott. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Wara li jkun għarraf lill-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista' jinkludi fost l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti obbligu ta' servizz pubbliku li għandu jiġi sodisfatt mill-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling fir-rigward ta' ajruporti li jservu reġjuni periferiċi jew li qegħdin jiżviluppaw li jagħmlu parti mit-territorju tiegħu, meta l-fornituri ma jkunux lesti li jipprovdu servizzi ta' groundhandling mingħajr appoġġ pubbliku (jiġifieri drittijiet esklussivi jew ħlasijiet ta' kumpens), iżda meta dawn l-ajruporti jkunu ta' importanza vitali fir-rigward tal-aċċessibbiltà għall-Istat Membru kkonċernat. Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-UE dwar l-Għajnuna mill-Istat. | 4. Wara li jkun informa lill-Kummissjoni, u suġġett għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istat Membru kkonċernat jista' jinkludi fost l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti obbligu ta' servizz pubbliku li għandu jiġi sodisfatt mill-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling fir-rigward ta' ajruporti li jservu reġjuni periferiċi jew li qegħdin jiżviluppaw li jagħmlu parti mit-territorju tiegħu, meta l-fornituri ma jkunux lesti li jipprovdu servizzi ta' groundhandling mingħajr appoġġ pubbliku (jiġifieri drittijiet esklussivi jew ħlasijiet ta' kumpens), iżda meta dawn l-ajruporti jkunu ta' importanza vitali fir-rigward tal-aċċessibbiltà għall-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 6a. Jekk sejħa għall-offerti ma jirnexxilhiex issib numru suffiċjenti ta' fornituri skont l-Artikolu 6(2), l-awtorità li tagħmel is-sejħa għandha tniedi sejħa għall-offerti ġdida fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-proċedura ta' sejħa għall-offerti preċedenti. L-awtorità li tagħmel is-sejħa tista', wara li tikkonsulta l-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport, tipproroga dan il-perjodu sa massimu ta' 36 xahar. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt b
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(b) livell ta' kwalità tal-operazzjonijiet kif ivvalutata fuq il-bażi ta' skeda ta' titjiriet rappreżentattiva inkluż, fejn ikun rilevanti, l-użu effiċjenti tal-persunal u tat-tagħmir, l-aħħar aċċettazzjoni ta' bagolli u merkanzija, ħinijiet ta' kunsinna għall-bagolli u l-merkanzija u l-ħinijiet massimi ta' tibdil; | (b) livell ta' kwalità tal-operazzjonijiet kif ivvalutata fuq il-bażi ta' skeda ta' titjiriet rappreżentattiva inkluż, fejn ikun rilevanti, l-użu effiċjenti tal-persunal u tat-tagħmir, l-aħħar aċċettazzjoni ta' bagolli u merkanzija, ħinijiet ta' kunsinna għall-bagolli u l-merkanzija, abilità biex jiġi żgurat immaniġġjar tal-bagolli u tat-tagħmir b'mod sigur u responsabbli u l-ħinijiet massimi ta' tibdil; |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) l-adegwatezza ta' riżorsi umani f'dak li jirrigwarda l-esperjenza tal-ħaddiema u l-adegwatezza tal-programm ta' taħriġ/ kwalifiki; | (d) l-adegwatezza ta' riżorsi umani f'dak li jirrigwarda l-esperjenza u l-affidabbiltà tal-ħaddiema u l-adegwatezza tal-programm ta' taħriġ/ kwalifiki; |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ga) prestazzjoni innovattiva. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3a – punt gb (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (gb) applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġusti għall-impjegati tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tar-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet ta' xogħol |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom ikunu awtorizzati għal perjodu minimu ta' seba' snin u perjodu massimu ta' għaxar snin ħlief fil-każ ta' eżenzjonijiet għall-ftuħ ta' self-handling u groundhandling għal partijiet terzi kif ipprovdut fl-Artikolu 14 (1). Il-perjodu eżatt li għalih il-fornituri huma awtorizzati u d-data tal-bidu tal-operazzjonijiet għandhom jiġu indikati b'mod ċar fis-sejħa għall-offerti. | 1. Il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom ikunu awtorizzati għal perjodu minimu ta' seba' snin u perjodu massimu ta' għaxar snin. Il-perjodu eżatt li għalih il-fornituri huma awtorizzati u d-data tal-bidu tal-operazzjonijiet għandhom jiġu indikati b'mod ċar fis-sejħa għall-offerti. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
4. Meta fornitur ta' servizzi ta' groundhandling iwaqqaf l-attività tiegħu qabel it-tmiem tal-perjodu li għalih kien awtorizzat, il-fornitur għandu jkun sostitwit fuq il-bażi tal-proċedura ta' għażla deskritta fl-Artikoli 7, 8, 9 u f'dan l-Artikolu. Kull fornitur li jwaqqaf l-attività tiegħu għandu jgħarraf lill-awtorità rilevanti li tkun għamlet is-sejħa dwar l-intenzjoni tiegħu li jtemm l-attività suffiċjentement qabel u mill-inqas sitt xhur qabel iħalli l-ajruport. Jistgħu jkunu imposti multi fuq il-fornitur jekk ma jgħarrafx lill-awtorità li tagħmel is-sejħa biżżejjed bil-quddiem sakemm il-fornitur ma jkunx jista' juri force majeure. | 4. Meta fornitur ta' servizzi ta' groundhandling iwaqqaf l-attività tiegħu qabel it-tmiem tal-perjodu li għalih kien awtorizzat, il-fornitur għandu jkun sostitwit fuq il-bażi tal-proċedura ta' għażla deskritta fl-Artikoli 7, 8, 9 u f'dan l-Artikolu. Kull fornitur li jwaqqaf l-attività tiegħu għandu jgħarraf lill-awtorità rilevanti li tkun għamlet is-sejħa dwar l-intenzjoni tiegħu li jtemm l-attività suffiċjentement qabel u mill-inqas sitt xhur qabel iħalli l-ajruport. Jistgħu jkunu imposti multi fuq il-fornitur jekk ma jgħarrafx lill-awtorità li tagħmel is-sejħa tal-anqas sitt xhur bil-quddiem sakemm il-fornitur ma jkunx jista' juri force majeure. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5 – subparagrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Jekk l-Istat Membru ma jirnexxilux isib fornitur ta' servizzi ta' groundhandling għal dan il-perjodu ta' żmien limitat, l-Istat Membru għandu jirregola l-prezzijiet ta' dawk is-servizzi ta' groundhandling li għalihom jeżisti monopolju temporanju sakemm fornitur ieħor jibda jipprovdi dawn is-servizzi ta' groundhandling fl-ajruport. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Ir-regolamentazzjoni proposta tal-prezzijiet f'każ ta' monopolju "de facto" temporanju m'għandha l-ebda bażi ġuridika minħabba li s-suq ikun meqjus miftuħ. Il-prezzijiet bejn operatur u l-klijent tiegħu huma r-riżultat ta' ftehim kummerċjali b'informazzjoni sensittiva li ma tistax tiġi żvelata. Din ir-regolamentazzjoni ma tistax tiġi imposta f'suq kummerċjali għaliex dan iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward tal-kompetituri potenzjali.
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta Stat Membru jimponi rekwiżit kif imsemmi fil-paragrafu (2), id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti għall-proċedura ta' għażla stipulata fl-Artikoli 7 sa 10 għandhom jelenkaw lill-persunal ikkonċernat u jagħtu d-dettalji rilevanti tad-drittijiet kuntrattwali tal-impjegati u l-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati jkunu meqjusa marbutin mas-servizzi inkwistjoni. | 5. Id-dokumenti tas-sejħa għall-offerti għall-proċedura ta' għażla stipulata fl-Artikoli 7 sa 10 għandhom jelenkaw lill-persunal ikkonċernat u jagħtu d-dettalji rilevanti tad-drittijiet kuntrattwali tal-impjegati u l-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati jkunu meqjusa marbutin mas-servizzi inkwistjoni. |
Ġustifikazzjoni
L-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet soċjali fis-Suq Uniku hija kundizzjoni importanti biex jiġu evitati prattiki diskriminatorji. Is-suq tal-groundhandling huwa ferm volatili u l-opertauri jistgħu jinbidlu ma' kull proċedura ġdida tas-sejħiet għall-offerti. Dan iwassal għal inċertezza sinifikanti għall-persunal, li jistgħu jiġu suġġetti għar-regoli u l-kundizzjonijiet soċjali tal-operatur il-ġdid, jew saħansitra jingħataw is-sensja. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġi żgurat li jkun hemm kontinwità aħjar tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal.
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom jillimitaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (6) għall-impjegati tal-fornitur preċedenti li jkunu involuti fl-għoti ta' servizzi ta' groundholding li l-fornitur preċedenti ma jibqax jipprovdi, u li volontarjament jaċċettaw li jiġu impjegati mill-fornitur(i) (i)l-ġdid/ġodda. | 7. L-Istati Membri għandhom jillimitaw ir-rekwiżit fil-paragrafu (6) għall-impjegati tal-fornitur preċedenti li jkunu involuti fl-għoti ta' servizzi ta' groundholding li l-fornitur preċedenti ma jibqax jipprovdi, u li jaqblu li jaċċettaw li jiġu impjegati mill-fornitur(i) (i)l-ġdid/ġodda. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fejn f'ajruport, minħabba restrizzjonijiet speċifiċi ta' nuqqas ta' spazju jew kapaċità disponibbli, li jinħolqu b'mod partikolari minn konġestjoni u mir-rata ta' utilizzazzjoni tas-superfiċje, jagħmluha impossibbli li jinfetaħ is-suq u/jew jiġi implimentat self-handling sal-grad ipprovdut f'dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi: | 1. Fejn f'ajruport, l-ispazju jew il-kapaċità disponibbli jkunu tant limitati li jagħmluha impossibbli li jinfetaħ is-suq u/jew jiġi implimentat self-handling sal-grad ipprovdut f'dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi: |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(c) li jillimita għal fornitur wieħed jew tnejn, waħda jew aktar mill-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling imsemmija fl-Artikolu 6 (2) għall-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom m'huwiex inqas minn ħames miljun passiġġier jew 100 000 tunnellata ta' merkanzija, fejn fil-każ ta' limitazzjoni għal żewġ fornituri għandu japplika l-Artikolu 6 (3); | imħassar |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 15 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jorganizza proċedura għal konsultazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bejnu u bejn il-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport u l-impriżi li jipprovdu s-servizzi ta' groundhandling. Din il-konsultazzjoni għandha tkopri, fost affarijiet oħra, il-prezz ta' dawk is-servizzi ta' groundhandling li għalihom ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 14 (1) (b) u (c) u l-organizzazzjoni tal-forniment ta' dawk is-servizzi. Għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni mill-inqas darba fis-sena. Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jżomm rekord ta' dik il-laqgħa li jintbgħat lill-Kummissjoni fuq talba tagħha. | Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jorganizza proċedura għal konsultazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bejnu u bejn il-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport u l-impriżi li jipprovdu s-servizzi ta' groundhandling. Din il-konsultazzjoni għandha tkopri, fost affarijiet oħra, il-prezz ta' dawk is-servizzi ta' groundhandling li għalihom ingħatat eżenzjoni skont l-Artikolu 14 (1) (b) u (c) u l-organizzazzjoni tal-forniment ta' dawk is-servizzi. Għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni mill-inqas darba fis-sena. Ir-rappreżentanti tal-persunal u tat-trade unions għandhom fuq talba tagħhom ikunu preżenti bħala osservaturi f'dawn il-laqgħat. Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jżomm rekord ta' dik il-laqgħa li jintbgħat lill-Kummissjoni fuq talba tagħha. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx ta' inqas minn żewġ miljun moviment ta' passiġġieri jew 50 000 tunnellata ta' merkanzija għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi, l-ebda impriża m'għandha titħalla tipprovdi servizzi ta' groundhandling kemm bħala fornitur ta' servizzi ta' groundhandling kif ukoll bħala utent li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess sakemm ma tkunx ingħatat l-approvazzjoni xierqa. Impriża li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu għandha tkun intitolata li tirċievi approvazzjoni. | 1. L-ebda impriża m'għandha titħalla tipprovdi servizzi ta' groundhandling kemm bħala fornitur ta' servizzi ta' groundhandling kif ukoll bħala subkuntrattur jew utent li jimmaniġġja s-servizzi huwa stess sakemm ma tkunx ingħatat l-approvazzjoni xierqa. Impriża li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu għandha tkun intitolata li tirċievi approvazzjoni. |
Ġustifikazzjoni
Dan ir-rekwiżit huwa konformi mad-dikjarazzjoni komuni adottata minn tlieta mill-erba' sħab soċjali (ajruporti, trade unions, handlers indipendenti) f'April 2011. Għandu jkun ċar, madankollu, li dan japplika għal kwalunkwe impriża, inklużi s-subkuntratturi. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni li dan ir-rekwiżit jiġi limitat għall-ajruporti l-kbar biss.
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu (1), kull applikant għandu jissottometti l-kontijiet verifikati tiegħu għas-sentejn finanzjari preċedenti. | 3. Għall-finijiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu (1), kull applikant għandu jissottometti l-kontijiet verifikati tiegħu għas-sentejn finanzjari preċedenti. L-awtorità ta' approvazzjoni għandha tistabbilixxi l-format tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi mressqa. |
Ġustifikazzjoni
Minħabba l-fatt li hemm mudelli differenti ħafna ta' kontabilità tal-ispejjeż u mudelli ta' kontabilità, partikolarment fis-settur tal-avjazzjoni, l-awtorità ta' approvazzjoni għandha titħalla tistabbilixxi l-format tad-dokumentazzjoni li għandha tintbagħat sabiex tiġi faċilitata l-paragunabilità.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt d
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
(d) ir-rekwiżiti ta' kwalifiki għall-persunal kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' taħriġ u pjan ta' taħriġ; | (d) ir-rekwiżiti ta' kwalifiki għall-persunal, ir-rekwiżiti korrispondenti ta' taħriġ u pjan ta' taħriġ, u proċeduri biex jipprevjenu l-inċidenti u l-korrimenti. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 1a. Il-proċedura biex jingħataw approvazzjonijiet għandha tkun trasparenti, mhux diskriminatorja, u ma tistax, fil-prattika, tnaqqas l-aċċess għas-suq jew l-għażla ta' self-handling f'livell aktar baxx minn dak li jipprevedi dan ir-Regolament. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 27 – paragrafu 5
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
5. Meta l-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-korp li jmexxi l-ajruport li jiċċentralizza, jew ma jiċċentralizzax infrastruttura jew mal-għan taċ-ċentralizzazzjoni, dan jista' jistaqsi lil xi awtorità ta' superviżjoni indipendenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex tiddeċiedi jekk l-infrastruttura kkonċernata għandhiex tkun ċentralizzata jew le u sa liema punt. | 5. Meta l-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-korp li jmexxi l-ajruport li jiċċentralizza, jew ma jiċċentralizzax infrastruttura jew mal-għan taċ-ċentralizzazzjoni, dan jista' jistaqsi lil xi awtorità ta' superviżjoni indipendenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex teżamina l-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni meħuda mill-korp li jmexxi l-ajruport. |
Ġustifikazzjoni
Ir-Regolament propost jirreferi għad-Direttiva 2009/12/KE tal-UE dwar l-imposti tal-ajruporti. Ir-rekwiżiti għandhom, għaldaqstant, ikunu konformi mal-prinċipji u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. F'dan l-isfond, ir-rwol tal-awtorità ta' superviżjoni għandu jkun limitat għall-verifika u l-ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni u li tiddeċiedi dwar il-validità tagħha.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 4 – punt ea (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| (ea) it-tbassir tas-sitwazzjoni fl-ajruport fir-rigward tal-ħlasijiet tal-groundhandling, taż-żieda fit-traffiku u tal-investimenti proposti fl-infrastruttura; |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Fejn l-użu tal-installazzjonijiet tal-ajruport minbarra dawk definiti bħala infrastruttura ċentralizzata jirriżultaw fil-ġbir ta' ħlas, il-ħlas għandu jiġi ddeterminat skont kriterji rilevanti, oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. |
| L-Istati Membri jibqgħu fil-libertà li jħallu l-korp li jmexxi l-ajruport ta' netwerk ta' ajruporti kif definit fid-Direttiva UE 2009/12/KE japplika sistema komuni u trasparenti ta' imposti. |
Ġustifikazzjoni
Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ħlas, trid tinżamm distinzjoni bejn il-ħlasijiet għall-użu tal-installazzjoijiet tal-ajruport miġbura mill-awtorità tal-ajruport fl-ambitu ta' regoli diġà stabbiliti u l-ħlasijiet miġbura mid-diriġent deżinjat tal-infrastrutturi ċentralizzati li jfornu l-operazzjonijiet f'pożizzjoni ta' monopolju u suġġett għal rekwiżiti speċifiċi. Dan tal-aħħar għandu jkun suġġett għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-UE dwar l-imposti tal-ajruporti (2009/12/KE) Madankollu, ir-Regolament propost imur lil hinn mid-Direttiva billi jeħtieġ redditu fuq l-assi. Għaldaqstant, ir-Regolament għandu jkun allinkat mal-formulazzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar l-imposti tal-ajruporti.
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 7
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
7. Jekk deċiżjoni dwar il-livelli tal-ħlasijiet titressaq quddiem awtorità ta' superviżjoni indipendenti skont il-paragrafu (6) ta' dan l-Artikolu, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/12/KE. | 7. Jekk deċiżjoni dwar il-livelli tal-ħlasijiet titressaq quddiem awtorità ta' superviżjoni indipendenti skont il-paragrafu (6) ta' dan l-Artikolu, din m'għandhiex tidħol fis-seħħ sakemm l-awtorità indipendenti ma teżaminax il-każ. Jekk l-awtorità ta' superviżjoni indipendenti taqbel mad-deċiżjoni tal-korp li jmexxi dwar l-infrastruttura fil-livell tal-ħlasijiet għall-groundhandling, il-ħlasijiet jistgħu jintalbu miż-żmien li tkun ittieħdet id-deċiżjoni inizjali. |
Ġustifikazzjoni
Emenda li timmira li tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn sfidi kapriċċużi jitqajmu sempliċiment biex jipposponu l-applikazzjoni ta' imposta, huwa importanti li l-awtoritajiet tal-ajruporti jitħallew jirkupraw lura l-flus għaż-żmien li jkun għadda sakemm l-appell ikun qed jiġi pproċessat.
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jkun inkarigat mill-koordinazzjoni xierqa tal-attivitajiet ta' groundhandling fl-ajruport tiegħu. Bħala koordinatur fuq l-art, il-korp li jmexxi l-ajruport għandu b'mod partikolari jiżgura li l-operazzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u tal-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess jikkonformaw mar-regoli ta' kondotta tal-ajruport kif definiti fl-Artikolu 31. | 1. Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jkun inkarigat mill-koordinazzjoni xierqa tal-attivitajiet ta' groundhandling fl-ajruport tiegħu. Bħala koordinatur fuq l-art, il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jiżgura li l-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u tal-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess jikkonformaw mar-regoli ta' kondotta tal-ajruport kif definiti fl-Artikolu 31. |
| Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jingħata s-setgħa li jinforza r-regoli tal-kondotta. Il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. |
Ġustifikazzjoni
Fil-kuntest tal-Ajru Uniku Ewropew, il-korp li jmexxi l-ajruport huwa inkarigat mill-koordinament tal-partijiet interessati kollha fil-bini tiegħu. Madankollu dan ma jinkludix responsabbiltà għall-koordinament ta' kull attività ta' groundhandling jew operazzjonijiet fil-bini tiegħu. Pereżempju, għall-operatur tal-ajruport mhuwiex possibbli jivverifika jekk it-taraġ jew il-pontijiet ġewx armati fil-ħin. Barra minn hekk, l-ajruport ma jistax jindaħal fir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-groundhandlers u l-klijenti tagħhom. Madankollu, miżuri ta' infurzar xierqa u proporzjonati għandhom jiggarantixxu r-rispett tar-regoli ta' kondotta li kulħadd huwa meħtieġ li jirrispetta fil-bini tal-ajruport.
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jkun inkarigat mill-koordinazzjoni xierqa tal-attivitajiet ta' groundhandling fl-ajruport tiegħu. Bħala koordinatur fuq l-art, il-korp li jmexxi l-ajruport għandu b'mod partikolari jiżgura li l-operazzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u tal-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess jikkonformaw mar-regoli ta' kondotta tal-ajruport kif definiti fl-Artikolu 31. | 1. Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jkun inkarigat mill-koordinazzjoni xierqa tal-attivitajiet ta' groundhandling fl-ajruport tiegħu. Bħala koordinatur fuq l-art, il-korp li jmexxi l-ajruport għandu b'mod partikolari jiżgura li l-operazzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u tal-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess jikkonformaw mar-regoli ta' kondotta tal-ajruport kif definiti fl-Artikolu 31. Għandu jinħatar korp indipendenti bħala l-koordinatur fuq l-art. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 30 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu bla ħsara għar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 31 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-korp li jmexxi l-ajruport, awtorità pubblika jew kwalunkwe korp ieħor li jikkontrolla l-ajruport jista' jistabbilixxi r-regoli ta' kondotta. | 2. Il-korp li jmexxi l-ajruport, awtorità pubblika jew kwalunkwe korp ieħor li jikkontrolla l-ajruport jista' jistabbilixxi r-regoli ta' kondotta biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ajruport. |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn ħames miljun moviment ta' passiġġieri jew 100 000 tunnellata ta' merkanzija għal mill-inqas it-tliet snin preċedenti, il-korp li jmexxi l-ajruport jew, fejn xieraq, l-awtorità pubblika jew kwalunkwe korp ieħor li jikkontrolla l-ajruport għandu jistabbilixxi standards minimi ta' kwalità għall-prestazzjoni ta' servizzi ta' groundhandling. | 2. Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn ħames miljun moviment ta' passiġġieri jew 100 000 tunnellata ta' merkanzija għal mill-inqas it-tliet snin preċedenti, il-korp li jmexxi l-ajruport jew, fejn xieraq, l-awtorità pubblika jew kwalunkwe korp ieħor li jikkontrolla l-ajruport għandu jistabbilixxi standards minimi ta' kwalità għall-prestazzjoni ta' servizzi ta' groundhandling. Standards bħal dawn għandhom jikkunsidraw u jkunu konsistenti mar-regoli ta' sikurezza, l-arranġamenti u s-sistemi ta' ġestjoni tal-operatur tal-ajruport u operaturi tal-ajru affettwati kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
3. Il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess għandhom josservaw dawn l-istandards minimi ta' kwalità. Barra minn hekk, l-utenti tal-ajruport u l-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom josservaw l-istandards minimi ta' kwalità fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom. | 3. Il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess għandhom josservaw dawn l-istandards minimi ta' kwalità. Il-korp li jmexxi l-ajruport jista' jitlob li l-fornituri tas-servizzi tal-groundhandling u l-utenti tal-ajruport li jwettqu self-handling jistabbilixxu u jimplimentaw sistema ta' mmaniġġjar tas-sigurtà li tkun proporzjonata għad-daqs tal-impriża u n-natura u l-kumplessità tal-attivitajiet, li tkun kumpatibbli mas-sistemi ta' mmaniġġjar tal-operatur tal-ajruport, u tikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit ta' sigurtà ieħor stabbilit fid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-utenti tal-ajruport u l-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling għandhom josservaw l-istandards minimi ta' kwalità fir-relazzjonijiet kuntrattwali tagħhom. |
Ġustifikazzjoni
L-istandards minimi tal-kwalità jirriflettu l-pożizzjoni komuni adottata minn tlieta mill-erba' sħab soċjali (ajruporti, trade unions, handlers indipendenti) f'April 2011. Madankollu, is-sistema ma tipprevedi l-ebda soluzzjoni li tista' titħaddem li tiżgura l-infurzar tagħha (ħlief li Stat Membru, b'mod sproporzjonat jirtira l-approvazzjoni ta' groundhandler).
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3a. Jekk dan ma jiżgurax konformità mal-istandards minimi ta' kwalità, l-awtorità pubblika jew kwalunkwe korp ieħor li jmexxi l-ajruport għandu jkollu s-setgħa li jadotta miżuri biex jinforza l-istandards minimi ta' kwalità. Il-miżuri adottati għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 32 – paragrafu 3b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 3b. Jekk dan ma jiggarantixxix il-konformità, il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jingħata s-setgħa li jadotta miżuri biex jinforza l-istandards minimi tal-kwalità. Il-miżuri għandhom ikunu trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 32a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| L-istandards minimi ta' kwalità definiti mill-korpi li jmexxu l-ajruport għandhom jikkonsistu minn: |
| (1) Standards minimi tal-kwalità tal-prestazzjonijiet operattivi: |
| (a) immaniġġjar tal-passiġġieri |
| – żmien massimu ta' stennija għaċ-check‑in |
| (b) immaniġġjar tal-bagolli |
| – żmien massimu ta' stennija għall-ġbir tal-bagolli (l-ewwel u l-aħħar bagoll) |
| – żmien massimu ta' stennija għall-ġbir tal-bagolli fi tranżitu |
| – immaniġġjar ta' bagolli u ta' tagħmir li jsir b'mod sigur u responsabbli |
| (c) immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta |
| – żmien massimu ta' stennija għall-merkanzija u/jew għall-posta |
| – żmien massimu ta' stennija għall-merkanzija u/jew għall-posta fi tranżitu |
| (d) pjan fil-każ ta' borra |
| – żmien massimu għat-tneħħija tas-silġ mill-ajruplan |
| – riżervi minimi ta' likwidi għat-tneħħija tas-silġ |
| (e) riżultati f'termini ta' "turnaround" (operazzjonijiet bejn il-wasla u t-tluq tal-ajruplan) imqabbla mal-ħinijiet skedati (ittardjar) |
| (f) assenza ta' ħsarat minn oġġetti barranin (FODs) fil-pożizzjonijiet tal-ipparkjar |
| (2) Standards minimi ta' kwalità fil-qasam tat-taħriġ |
| – parteċipazzjoni f'korsijiet ta' aġġornament fil-qafas tat-taħriġ tal-ajruporti għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri fiż-żona tal-ajruplani, is-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-kriżijiet, il-protezzjoni tal-ambjent |
| (3) Standards minimi ta' kwalità fil-qasam ta' informazzjoni u assistenza lill-passiġġieri: |
| (a) trażmissjoni ta' informazzjoni f'ħin reali dwar iż-żmien ta' kunsinna tal-bagolli biex jintwera fl-ajruport |
| (b) trażmissjoni ta' informazzjoni f'ħin reali lill-passiġġieri milquta minn titjiriet ittardjati u kkanċellati |
| (4) Standards minimi ta' kwalità fil-qasam tat-teħid tad-deċiżjonijiet kollaborattiv (CDM): |
| – parteċipazzjoni fis-sistema ta' teħid tad-deċiżjonijiet kollaborattiv (CDM) |
| (5) Standards minimi ta' kwalità fil-qasam tas-sikurezza |
| (a) sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza (SMS) fis-seħħ u obbligu ta' koordinament mal-SMS tal-ajruport |
| (b) rappurtar ta' inċidenti u inkonvenjenti |
| (6) Standards minimi ta' kwalità fil-qasam tas-sigurtà |
| – sistema ta' ġestjoni tas-sigurtà fis-seħħ |
| (7) Standards minimi ta' kwalità tal-pjan ta' kontinġenza |
| – pjan ta' kontinġenza (li jinkludi l-pjan fil-każ ta' borra) fis-seħħ u obbligu ta' koordinament mal-pjan tal-ajruport |
| (8) Ambjent |
| – rappurtar ta' inċidenti ambjentali (tnixxijiet) |
| – emissjonijiet tal-vetturi fir-rampa |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 32b (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| Definizzjoni u aġġornament tal-istandards minimi ta' kwalità |
| 1. Għal kull standard minimu ta' kwalità, il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jiddefinixxi l-livell u t-tip ta' prestazzjoni mistennija fl-ajurport tiegħu. Il-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport għandu jiġi kkonsultat dwar id-definizzjoni eżatta, il-kamp ta' applikazzjoni u l-mod ta' kejl tal-valutazzjoni tal-istandards minimi ta' kwalità. Il-fornituri kollha u l-utenti li jwettqu s-self-handling kollha għandhom jitħarrġu qabel ma jiġi implimentat il-kejl rigward l-istandards minimi ta' kwalità. |
| 2. L-istandards minimi ta' kwalità kollha (u, jekk huwa l-każ, l-objettivi kwantitattivi relatati) għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. |
| 3. Qabel ma jaġġorna jew jemenda l-istandards minimi ta' kwalità, il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jikkonsulta l-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport u l-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling fl-ajurport. |
| 4. Il-korp li jmexxi l-ajruport għandu jirrapporta lill-Kumitat tal-Utenti tal-Ajruport dwar l-osservanza tal-istandards inkwistjoni min-naħa tal-fornituri u tal-utenti li jwettqu s-self-handling. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 1
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
1. Fl-ajruporti li t-traffiku annwali tagħhom ma kienx inqas minn ħames miljun moviment ta' passiġġieri jew 100 000 tunnellata ta' merkanzija għal mill-inqas tliet snin konsekuttivi, il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess għandhom jirrapportaw dwar il-prestazzjoni operattiva tagħhom lill-Kummissjoni. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Il-multiplikazzjoni tar-rapporti jwassal għal piż amministrattiv miżjud għall-groundhandlers kollha u għall-utenti li jwettqu self-handling, mingħajr ebda valur miżjud reali.
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 33 – paragrafu 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta speċifikazzjonijiet dettaljati rigward il-kontenut u t-tixrid tal-obbligi ta' rappurtar permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 42. | imħassar |
Ġustifikazzjoni
Il-multiplikazzjoni tar-rapporti jwassal għal piż amministrattiv miżjud għall-groundhandlers kollha u għall-utenti li jwettqu self-handling, mingħajr ebda valur miżjud reali.
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 35 – paragrafu 5a (ġdid)
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
| 5a. Kwalunkwe fornitur ta' servizzi ta' groundhandling u utent tal-ajruport li jimmaniġġja s-servizz hu stess li juża subkuntrattur wieħed jew aktar għandu jibqa' finazjarjament responsabbli għas-subkuntrattar. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Anness 1 – punt 2
| |
Test propost mill-Kummissjoni | Emenda |
2. L-immaniġġjar tal-passiġġieri jinkludi kull xorta ta' informazzjoni u għajnuna - inklużi dawk ipprovduti fil-qafas tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri - lill-passiġġieri li jaslu, jitilqu, passiġġieri fi trasferiment jew fi tranżitu, inkluż l-ivverifikar tal-biljetti u tad-dokumenti tal-ivjaġġar, reġistrazzjoni ta' bagolli u l-ġarr tagħhom fiż-żona fejn jintgħażlu. | 2. L-immaniġġjar tal-passiġġieri jinkludi kull xorta ta' informazzjoni u għajnuna - inklużi dawk ipprovduti fil-qafas tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE dwar id-drittijiet tal-passiġġieri - lill-passiġġieri li jaslu, jitilqu, passiġġieri fi trasferiment jew fi tranżitu, inkluż l-ivverifikar tal-biljetti u tad-dokumenti tal-ivjaġġar, reġistrazzjoni ta' bagolli, id-determinazzjoni li l-bagolli jappartjenu lill-passiġġier ikkonċernat, pereżempju permezz ta' mezzi ta' verifika elettronika, u l-ġarr tagħhom fiż-żona fejn jintgħażlu. |
PROĊEDURA
Titolu | Is-servizzi ta' groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE | |||
Referenzi | COM(2011)0824 – C7-0457/2011 – 2011/0397(COD) | |||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 15.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | IMCO 15.12.2011 | |||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra | Ildikó Gáll-Pelcz 29.2.2012 | |||
Eżami fil-kumitat | 7.6.2012 | 9.7.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni | 10.7.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 36 0 0 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Pablo Arias Echeverría, Cristian Silviu Buşoi, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Barbara Weiler | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Raffaele Baldassarre, Jürgen Creutzmann, Ashley Fox, Marielle Gallo, Ildikó Gáll-Pelcz, María Irigoyen Pérez, Olle Schmidt, Sabine Verheyen | |||
PROĊEDURA
Titolu | Is-servizzi ta' groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u tħassir tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE | |||
Referenzi | COM(2011)0824 – C7-0457/2011 – 2011/0397(COD) | |||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE | 1.12.2011 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | TRAN 15.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 15.12.2011 | ENVI 15.12.2011 | IMCO 15.12.2011 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni | ENVI 20.12.2011 |
|
|
|
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja | EMPL 24.5.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra | Artur Zasada 19.12.2011 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat | 8.5.2012 | 18.9.2012 | 5.11.2012 |
|
Data tal-adozzjoni | 6.11.2012 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali | +: –: 0: | 22 20 2 | ||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali | Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Hubert Pirker, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada | |||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali | Phil Bennion, Michael Gahler, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Anna Rosbach, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke | |||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali | Peter Simon, Patricia van der Kammen | |||
Data tat-tressiq | 9.11.2012 | |||
Studju Ecorys, 21 ta' Diċembru 2007: Social developments in the EU air transport: A study of developments in employment, wages and working conditions in the period of 1997 - 2007, p. 56.
Studju Ecorys, 21 ta' Diċembru 2007: Social developments in the EU air transport: A study of developments in employment, wages and working conditions in the period of 1997 - 2007, p. 56.